Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1823

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1823 tat-18 ta’ Ottubru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana

    ST/11778/2021/INIT

    ĠU L 369, 19.10.2021, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1823/oj

    19.10.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 369/11


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1823

    tat-18 ta’ Ottubru 2021

    li temenda d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-23 ta’ Diċembru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK (1), dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana.

    (2)

    Fid-29 ta’ Lulju 2021, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2588 (2021), li testendi l-eżenzjonijiet għall-embargo fuq l-armi u twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri restrittivi.

    (3)

    Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni biex ċerti miżuri jiġu implimentati.

    (4)

    Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/798/PESK tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2013/798/PESK hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 2(1), il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(g)

    il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armi b’kalibru ta’ 14,5 mm jew anqas u munizzjon u komponenti mfassla speċjalment għal tali armi, u ta’ vetturi militari tal-art mhux armati u vetturi militari tal-art immuntati b’armi b’kalibru ta’ 14,5 mm jew inqas, u l-partijiet ta’ rikambju tagħhom, u tal-granati bi propulsjoni ta’ rokit, u munizzjon imfassal speċjalment għal tali armi, u ta’ mortars b’kalibru ta’ 60 mm u 82 mm, u munizzjon imfassal apposta għal tali armi, u l-forniment ta’ assistenza relatata, lill-forzi tas-sigurtà tar-RĊA, inkluż l-istituzzjonijiet statali tal-infurzar tal-liġi ċivili, meta tali armi, munizzjon, komponenti u vetturi jkunu intenzjonati biss għall-appoġġ tal-proċess tar-RĊA għar-RSS jew għal użu fih, kif innotifikat minn qabel lill-Kumitat;';

    (2)

    fl-Artikolu 2a(1), jiżdied il-punt li ġej:

    “(k)

    involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorjar jew it-twettiq ta’ atti fir-RĊA li jiksru d-dritt umanitarju internazzjonali, inklużi attakki kontra persunal mediku jew persunal umanitarju,”;

    (3)

    fl-Artikolu 2b(1), jiżdied il-punt li ġej :

    “(k)

    involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorjar jew it-twettiq ta’ atti fir-RĊA li jiksru d-dritt umanitarju internazzjonali, inklużi attakki kontra persunal mediku jew persunal umanitarju,”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ottubru 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BORRELL FONTELLES


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK tat-23 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 51).


    Top