This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D1789
Commission Implementing Decision (EU) 2021/1789 of 8 October 2021 amending Implementing Decision (EU) 2019/450 as regards the publication of references of European Assessment Documents for flexible sprinkler hose with end fittings and other construction products (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1789 tat-8 ta’ Ottubru 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-referenzi ta’ Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għal pajpijiet flessibbli bil-friefet b’attrezzaturi fit-truf u ċerti prodotti għall-bini oħra (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1789 tat-8 ta’ Ottubru 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-referenzi ta’ Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għal pajpijiet flessibbli bil-friefet b’attrezzaturi fit-truf u ċerti prodotti għall-bini oħra (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/7244
ĠU L 359, 11.10.2021, pp. 117–119
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
11.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 359/117 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1789
tat-8 ta’ Ottubru 2021
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-referenzi ta’ Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għal pajpijiet flessibbli bil-friefet b’attrezzaturi fit-truf u ċerti prodotti għall-bini oħra
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika għandhom jużaw il-metodi u l-kriterji pprovduti fid-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini koperti minn dawk id-dokumenti b’rabta mal-karatteristiki essenzjali tagħhom. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, wara diversi talbiet mill-manifatturi għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika fasslet u adottat 14-il Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni. |
|
(3) |
Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li ġew imfassla u adottati mill-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika huma relatati mal-prodotti għall-bini li ġejjin:
|
|
(4) |
Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni mfassla u adottati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jissodisfaw it-talbiet li għandhom jiġu ssodisfati fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet tal-bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għalhekk jixraq li r-referenzi ta’ dawk id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
Il-lista tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni ġiet ippubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 (2). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li r-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni l-ġodda jiżdiedu ma’ dik il-lista. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni minn kmieni kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b’appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 78).
ANNESS
Fl-Anness, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali skont l-ordni tan-numri ta’ referenza:
|
“100012-00-1106 |
Pajpijiet flessibbli bil-friefet b’attrezzaturi fit-truf |
|
130348-00-0304 |
Injam b’segment laminat b’sezzjoni trasversali rettangolari magħmul minn zkuk maqtugħin b’mod radjali |
|
130484-00-0304 |
Injam mastizz b’ġonot strutturali mrikkbin f’xulxin li jiflaħ għat-tensjoni u li jista’ jiġi pproċessat ma’ injam laminat inkullat u injam mastizz inkullat |
|
130661-00-0304 |
Injam laminat inkullat b’ġonta mrikkba trasversali sħiħa |
|
210134-00-1202 |
Twavel tal-iżolazzjoni akustika/strippi magħmula minn sistemi ta’ kontrabejt niexef li jifilħu għat-tagħbija li huma magħmula minn kartun ikkorrugat mimli bir-ramel kwarzuż |
|
230145-00-0105 |
Kompost għall-bitum u taħlitiet bituminużi magħmula minn trab tal-gomma mfarrka |
|
260067-00-0301 |
Makrofibri ta’ polimeri rinfurzati bil-fibri tal-bażalt għall-użu fil-konkos |
|
280004-00-0702 |
Valvoli tal-ibbilanċjar bil-flanġ |
|
330008-03-0601 |
Kanali tal-ankraġġ (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 330008-02-0601’) |
|
330087-01-0601 |
Sistemi għall-konnessjonijiet tar-rebars installati wara bit-tkaħħil (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 330087-00-0601’) |
|
330232-01-0601 |
Elementi tal-irbit mekkaniku għall-użu fil-konkos (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 330232-00-0601’) |
|
330232-01-0601 -v01 |
Elementi tal-irbit bl-espansjoni kkontrollati bit-torque għall-użu f’konkos b’ċiklu tal-ħajja varjabbli sa 50 sena |
|
330250-00-0601 |
Elementi tal-irbit installati wara fil-konkos taħt tagħbija ċiklika b’reħja |
|
340309-00-0305 |
Kits/sistemi ta’ armat tax-xater permanenti li ma jiflaħx għat-tagħbija bbażati fuq blokok vojta jew pannelli ta’ materjali iżolanti u xi kultant konkos (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘ETAG 009’)” |