EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1752

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1752 tal-1 ta’ Ottubru 2021 li tistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kalkolu, tal-verifika u tar-rapportar tad-data dwar il-ġbir separat tal-iskart ta’ fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss

C/2021/6995

ĠU L 349, 4.10.2021, p. 19–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/1752/oj

4.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 349/19


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1752

tal-1 ta’ Ottubru 2021

li tistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kalkolu, tal-verifika u tar-rapportar tad-data dwar il-ġbir separat tal-iskart ta’ fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(3) u 13(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2019/904 tistabbilixxi miri għall-ġbir separat għar-riċiklaġġ tal-iskart ta’ fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti F tal-Anness ta’ dik id-Direttiva (“skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss”). Skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva (UE) 2019/904, il-mira għall-2025 hija 77 % skont il-piż ta’ dawn il-fliexken kollha li jintużaw darba biss li jitqiegħdu fis-suq u l-mira għall-2029 hija 90 %. Jeħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u għall-verifika ta’ dawk il-miri ta’ ġbir separat u l-format li fih l-Istati Membri jridu jirrapportaw id-data dwar l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss li jkun nġabar separatament kull sena.

(2)

Biex tiġi żgurata l-komparabbiltà tad-data, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati għad-determinazzjoni tal-punti fejn jitkejjel il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur. Jenħtieġ li dawk ir-regoli jqisu l-prattiki tal-ġbir separat eżistenti u l-ammont ta’ materjali u sustanzi oħra preżenti fl-iskart miġbur flimkien ma’ dawn il-fliexken.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà tad-data li trid tiġi rrapportata, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti regoli dettaljati dwar kif iridu jiġu applikati ż-żewġ metodi alternattivi, imsemmija fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva (UE) 2019/904, għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ dawn il-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħed fis-suq.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-akkuratezza tad-data dwar il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur, jenħtieġ li l-format tar-rapportar jiżgura li l-parametri kollha rilevanti għall-kalkolu tal-ammont tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament jiġu identifikati u li tiġi pprovduta deskrizzjoni tal-metodoloġiji applikati għall-kalkolu u għall-verifika tad-data għal dawk il-parametri.

(5)

Filwaqt li l-obbligu ta’ ġbir separat ta’ skart jirrikjedi li l-iskart jinżamm separat skont it-tip u n-natura, jenħtieġ li jkun possibbli li jinġabru ċerti tipi ta’ skart flimkien sakemm dan ma jimpedixxix riċiklaġġ ta’ kwalità għolja f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart skont l-Artikolu 10(2) u l-punt (a) tal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2008/98/KE.

(6)

Il-metodoloġija għall-kalkolu u għall-verifika tal-miri tal-ġbir separat għall-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss imsemmija fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva (UE) 2019/904 hija marbuta mill-qrib mal-format għar-rapportar dwar it-tali ġbir separat imsemmi fl-Artikolu 13(4) ta’ dik id-Direttiva fid-dawl tas-suġġett ta’ dawk il-miżuri u l-kuntest li fih iridu japplikaw. Għalhekk jixraq li jiġi adottat dan l-att abbażi ta’ dawk iż-żewġ dispożizzjonijiet sabiex tiġi żgurata koerenza bejn ir-regoli dwar il-kalkolu, il-verifika u r-rapportar dwar il-ġbir separat tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss u jiġi ffaċilitat l-aċċess għal dawk ir-regoli.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Metodoloġija għall-kalkolu u għar-rapportar tal-ammont ta’ skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament

1.   L-ammont ta’ skart ta’ fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss miġbur separatament elenkat fil-Parti F tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 (“skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss”) għandu jiġi kkalkulat billi jiġi diviż il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament bil-piż ta’ dawk il-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq (“fliexken li jintużaw darba biss mqiegħda fis-suq”). Il-proporzjon li jirriżulta għandu jiġi espress f’perċentwali.

2.   L-Istati Membri għandhom japplikaw il-formuli stabbiliti fl-Anness I biex jikkalkulaw l-ammont ta’ skart ta’ fliexken li jintużaw darba miġbur separatament.

Artikolu 2

Metodoloġija għad-determinazzjoni tal-piż ta’ skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament

1.   Il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss għandu jinkludi l-piż tat-tappijiet u l-għotjien tagħhom.

2.   Il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss ma għandux jinkludi l-piż ta’ kwalunkwe xarba li jifdal.

3.   Il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss jista’ jinkludi l-piż tat-tikketti u tal-adeżivi biss jekk ikun inkluż ukoll fil-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq.

4.   Il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss għandu jitqies bħala miġbur separatament meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss ikun inġabar separatament għar-riċiklaġġ minn kwalunkwe skart ieħor;

(b)

l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss ikun inġabar flimkien ma’ skart ieħor ta’ frazzjonijiet ta’ imballaġġ ta’ skart muniċipali jew ma’ frazzjonijiet tal-plastik, tal-metall, tal-karta jew tal-ħġieġ li mhumiex imballaġġ ta’ skart muniċipali miġbur separatament għar-riċiklaġġ, u

(i)

is-sistema ta’ ġbir ma tiġborx l-iskart li x’aktarx ikun fih sustanzi perikolużi;

(ii)

il-ġbir tal-iskart u s-separazzjoni sussegwenti jkunu mfassla u mwettqa biex jimminimizzaw il-kontaminazzjoni tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur mill-iskart tal-plastik li ma joriġinax minn tali fliexken u skart ieħor;

(iii)

l-operaturi tal-iskart jistabbilixxu sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sabiex jivverifikaw li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (i) u (ii) ikunu ssodisfati.

5.   Is-sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità msemmijin fil-paragrafu 4, il-punt (b)(iii) għandhom:

(a)

iqisu l-adegwatezza tal-persunal, l-għarfien u l-ħiliet tagħhom, u l-organizzazzjoni tal-bini u tat-tagħmir sa fejn ikun meħtieġ biex jiġi żgurat li l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, il-punt (b)(i) u (ii);

(b)

iwettqu l-operazzjonijiet ta’ verifika skont l-istruzzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti minn qabel;

(c)

jiġu ċċertifikati minn parti terza indipendenti.

6.   Il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss li jinġabar separatament skont il-paragrafu 4, il-punt (a), għandu jitkejjel fil-punt fejn jinġabar jew fl-output tal-operazzjonijiet ta’ separazzjoni. Il-piż ta’ dan l-iskart tal-fliexken jista’ jiġi kkalkulat billi jingħaddu l-fliexken sakemm jiġu applikati fatturi ta’ konverżjoni li jqisu l-piż ta’ kull daqs tal-fliexken, it-tip ta’ polimeru tal-fliexken u l-għotjien u t-tappijiet kif ukoll it-telf fl-operazzjonijiet ta’ separazzjoni sussegwenti.

7.   Il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament skont il-paragrafu 4, il-punt (b), għandu jitkejjel fl-output tal-operazzjonijiet ta’ separazzjoni fejn jiġu separati mill-iskart l-ieħor li miegħu jkunu nġabru.

8.   Fejn l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss u skart ta’ imballaġġ ieħor tal-istess polimeru jkunu preżenti fl-output ta’ operazzjoni ta’ separazzjoni, il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss għandu jkun proporzjonali għas-sehem tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss fl-input ta’ operazzjoni ta’ separazzjoni. Dak is-sehem għandu jiġi ddeterminat abbażi ta’ kampjunar rappreżentattiv u analiżi tal-kompożizzjoni sussegwenti jew bl-użu ta’ reġistri elettroniċi.

Artikolu 3

Metodoloġija għad-determinazzjoni tal-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq

1.   Il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss mqiegħda fis-suq għandu jinkludi biss il-piż ta’ tali fliexken li tqiegħdu fis-suq wara li jkunu mtlew bix-xorb.

2.   Il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss mqiegħda fis-suq jista’, fejn ikun hemm importazzjonijiet, esportazzjonijiet jew movimenti oħra sinifikanti fl-Unjoni ta’ tali fliexken minn operaturi jew minn persuni fiżiċi għall-użu personali tagħhom, jiġi aġġustat sabiex iqis it-tali movimenti.

3.   F’każijiet fejn l-Istati Membri jiddeterminaw il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq abbażi tal-piż tal-iskart iġġenerat minn tali prodotti kif imsemmi fl-Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2019/904, il-piż ta’ dak l-iskart għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament, irrispettivament minn jekk jissodisfax jew le r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2(4), il-punti (a) u (b);

(b)

l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur bħala skart muniċipali mħallat;

(c)

l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss mormi bħala żibel barra mis-sistemi tal-ġbir tal-iskart, irrispettivament minn jekk ikunx inġabar sussegwentement.

Il-piż tal-fliexken imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c), għandu jiġi kkalkulat billi tiġi applikata l-metodoloġija tal-kampjunar u l-analiżi tal-kompożizzjoni tal-iskart stabbiliti fl-Artikolu 4.

Artikolu 4

Metodoloġija tal-kampjunar u analiżi tal-kompożizzjoni tal-iskart biex jiġi kkalkulat il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur bħala skart muniċipali mħallat jew mormi bħala żibel

1.   Il-ġbir ta’ data għall-analiżi tal-kompożizzjoni tal-iskart għandu jkun ibbażat fuq stħarriġ u ġbir ta’ kampjuni rappreżentattivi. Dan il-ġbir ta’ data għandu jqis:

(a)

il-varjazzjonijiet staġonali tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss mormi bħala żibel barra mis-sistemi tal-ġbir tal-iskart;

(b)

il-varjazzjonijiet fil-livelli ta’ urbanizzazzjoni;

(c)

il-varjazzjonijiet fil-frekwenza, fit-tipi u fil-post tal-ġbir tal-iskart muniċipali.

2.   Il-ġbir ta’ data u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikopru t-territorju kollu ta’ Stat Membru partikolari.

Artikolu 5

Ġbir u rapportar ta’ data

1.   Il-ġbir ta’ data għall-kalkolu tal-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss u tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq skont l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3 għandu jsir kull sena. Sa fejn ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom jużaw reġistri elettroniċi biex jiġbru u jirrapportaw id-data.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw id-data msemmija fl-Artikolu 13(1), il-punt (c) tad-Direttiva (UE) 2019/904 fil-format stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni u jissottomettu r-rapport ta’ verifika tal-kwalità msemmi fl-Artikolu 13(2) ta’ dik id-Direttiva fir-rigward ta’ dik id-data fil-format stabbilit fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-data rrapportata mill-Istati Membri sakemm Stat Membru ma jipprovdix talba ġustifikata fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 biex ma tiġix ippubblikata ċerta data.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 155, 12.6.2019, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).


ANNESS I

FORMULI GĦALL-KALKOLU TAL-AMMONT TAL-ISKART TA’ FLIEXKEN LI JINTUŻAW DARBA BISS MIĠBUR SEPARATAMENT

ASCB = (WSCB apart + WSCB blended)/(WBPM + WEWG) × 100 %

Fejn:

ASCB

tfisser l-ammont ta’ skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament għar-riċiklaġġ kif imsemmi fl-Artikolu 1

WSCB apart

tfisser il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament għar-riċiklaġġ minn kwalunkwe skart ieħor skont l-Artikolu 2(4), il-punt (a)

WSCB blended

tfisser il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament għar-riċiklaġġ flimkien ma’ skart ieħor skont l-Artikolu 2(4), il-punt (b)

WBPM

tfisser il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) u (2)

WEWG

tfisser il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq u ddeterminat abbażi tal-piż tal-iskart iġġenerat mit-tali prodotti kif imsemmi fl-Artikolu 3(3)

WBPM = WBPM gross – WB out + WB in

WBPM gross

tfisser il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)

WB out

tfisser il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew esportati jew trasferiti lejn Stati Membri oħra minn operaturi jew minn persuni fiżiċi għall-użu personali tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 3(2)

WB in

tfisser il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew importati jew riċevuti minn Stati Membri oħra minn operaturi jew minn persuni fiżiċi għall-użu personali tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 3(2)

WB out = W B out moved to other MS  + W B out exp  + W B out moved to other MS by natural persons  + W B out by natural persons

W B out moved to other MS

tfisser il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew trasferiti lejn Stati Membri oħra minn operaturi

W B out exp

tfisser il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew esportati minn operaturi

W B out moved to other MS by natural persons

tfisser il-piż stmat tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew trasferiti lejn Stat Membru ieħor minn persuni fiżiċi għall-użu personali tagħhom

W B out by natural persons

tfisser il-piż stmat tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew esportati minn persuni fiżiċi għall-użu personali tagħhom

WB in = W B in from other MS  + W B in imported  + W B in moved from other MS by natural persons + W B in by natural persons

W B in from other MS

tfisser il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew riċevuti minn Stati Membri oħra minn operaturi

W B in imported

tfisser il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew importati minn operaturi

W B in moved from other MS by natural persons

tfisser il-piż stmat tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew trasferiti minn Stat Membru ieħor minn persuni fiżiċi għall-użu personali tagħhom

W B in by natural persons

tfisser il-piż stmat tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew importati minn persuni fiżiċi għall-użu personali tagħhom

WEWG = TWSCB + Wother SCB + WMSW + Wlitter

TWSCB

tfisser il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament għar-riċiklaġġ skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2(4), il-punti (a) u (b) kif imsemmi fl-Artikolu 3(3), il-punt (a)

Wother SCB

tfisser il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament għar-riċiklaġġ mhux skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2(4), il-punti (a) u (b) kif imsemmi fl-Artikolu 3(3), il-punt (a)

WMSW

tfisser il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur bħala skart muniċipali mħallat kif imsemmi fl-Artikolu 3(3), il-punt (b)

Wlitter

tfisser il-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss mormi kif imsemmi fl-Artikolu 3(3), il-punt (c).


ANNESS II

FORMAT GĦAR-RAPPORTAR TAD-DATA

I.   Format għar-rapportar tad-data kkalkulata abbażi tal-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 3

Tabella 1

Piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq ikkalkulat skont l-Artikolu 3 (f’tunnellati)

PAJJIŻ:

 

SENA TA’ REFERENZA:

 

Piż tal-fliexken li jintużaw darba biss f’tunnellati kkalkulat skont l-Artikolu 3(1)

Piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq (1)

 

Aġġustament tal-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss ikkalkulat skont l-Artikolu 3(2)

 

Piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew importati minn operaturi (2)

 

Piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew riċevuti minn Stati Membri oħra minn operaturi (3)

 

Piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew esportati minn operaturi (4)

 

Piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew trasferiti lejn Stati Membri oħra minn operaturi (5)

 

Piż stmat tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew esportati minn persuni fiżiċi għall-użu personali tagħhom (6)

 

Piż stmat tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew importati minn persuni fiżiċi għall-użu personali tagħhom (7)

 

Piż stmat tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew trasferiti minn Stat Membru ieħor minn persuni fiżiċi għall-użu personali tagħhom (8)

 

Piż stmat tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq li jkunu ġew trasferiti minn Stat Membru ieħor minn persuni fiżiċi għall-użu personali tagħhom (9)

 

Piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq aġġustat  (10)

 

 

Piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq iddeterminat abbażi tal-piż ta’ skart iġġenerat mit-tali prodotti kkalkulat skont l-Artikolu 3(3)

Piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament għar-riċiklaġġ skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2(4)(a) u (b) (11)

 

Piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament mhux skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2(4)(a) u (b) (12)

 

Piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur bħala skart muniċipali mħallat  (13)

 

Piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss mormi (14)

 

Noti:

Kaxxi bi sfumatura skura: Ir-rapportar huwa volontarju

II.   Format għar-rapportar tad-data kkalkulata abbażi tal-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 2(4)

Tabella 2

Piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament għar-riċiklaġġ ikkalkulat skont l-Artikolu 2(4) (f’tunnellati)

PAJJIŻ:

 

SENA TA’ REFERENZA:

 

 

 

(a)

Piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament minn kwalunkwe skart ieħor (15)

 

(b)

Piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur flimkien ma’ skart ieħor (16)

 

Noti:


(1)  Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(1). (W BPM gross )

(2)  Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(2). (W B in imported )

(3)  Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(2). (W B in from other MS)

(4)  Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(2). (W B out exp )

(5)  Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(2). (W B out moved to other MS )

(6)  Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(2). (W B out by natural persons )

(7)  Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(2). (W B in by natural persons )

(8)  Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(2). (W B out moved to other MS by natural persons )

(9)  Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(2). (W B in moved from other MS by natural persons)

(10)  Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(2). (W BPM )

(11)  Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(3), il-punt (a). (TW SCB )

(12)  Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(3), il-punt (a). (W other SCB )

(13)  Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(3), il-punt (b). (W MSW )

(14)  Ikkalkulat skont l-Artikolu 3(3), il-punt (c). (W litter )

(15)  Ikkalkulat skont l-Artikolu 2(4), il-punt (a). (W SCB apart)

(16)  Miġbur flimkien ma’ skart ieħor ta’ frazzjonijiet ta’ imballaġġ ta’ skart muniċipali jew ma’ frazzjonijiet tal-plastik, tal-metall, tal-karta jew tal-ħġieġ li mhumiex imballaġġ u li mhumiex perikolużi ta’ skart muniċipali miġbur separatament għar-riċiklaġġ u kkalkulat skont l-Artikolu 2(4), il-punt (b). (W SCB blended)


ANNESS III

FORMAT GĦAR-RAPPORT TA’ VERIFIKA TAL-KWALITÀ

I.   Informazzjoni ġenerali

1.1.

Stat Membru:

 

1.2.

Organizzazzjoni li qed tibgħat id-data u d-deskrizzjoni:

 

1.3.

Isem il-kuntatt:

 

1.4.

Indirizz tal-posta elettronika tal-kuntatt:

 

1.5.

Numru tat-telefon tal-kuntatt:

 

1.6.

Sena ta’ referenza:

 

1.7.

Data tal-konsenja/verżjoni:

 

1.8.

Link għall-pubblikazzjoni tad-data mill-Istat Membru (jekk hemm):

 

II.   Deskrizzjoni tal-istituzzjonijiet involuti fil-ġbir tad-data

Isem l-istituzzjoni

Deskrizzjoni tar-responsabbiltajiet ewlenin

 

 

 

 

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ

III.   Deskrizzjoni tal-metodi użati

3.1.   Fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq (l-Anness II, it-Tabella 1)

3.1.1.   Deskrizzjoni tal-metodoloġija għall-istħarriġ u l-analiżi tal-kompożizzjoni

Fejn il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq jiġi ddeterminat abbażi tal-piż tal-iskart iġġenerat mit-tali prodotti, deskrizzjoni tal-metodoloġija użata għall-kampjunar u għall-analiżi tal-kompożizzjoni tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 4.

 

Metodoloġija użata

Varjazzjonijiet meqjusa

Skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur bħala skart muniċipali mħallat

 

 

Skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss mormija bħala żibel

 

 

3.1.2.   Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe inkonsistenza sinifikanti bejn il-piż tal-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq u l-piż tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat jew kwalunkwe kwistjoni relatata oħra

Fejn xieraq, deskrizzjoni tal-miżuri korrettivi ppjanati jew meħuda.

 

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ

3.2.   Informazzjoni dwar l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament (l-Anness II, it-Tabella 2)

3.2.1.   Deskrizzjoni tal-metodi u tas-sorsi għad-determinazzjoni tal-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament

Spjega l-prattiki li jitqiesu għall-kalkolu tas-sehem ta’ skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament, u l-metodi biex jiġi ddeterminat li l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur flimkien ma’ skart ieħor huwa ta’ kwalità komparabbli mal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament minn kwalunkwe skart ieħor. Inkludi d-dokumentazzjoni tas-sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u tal-verifika minn parti terza li huma stabbiliti mill-operaturi tal-iskart biex jivverifikaw li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(4)(b), il-punti (i) u (ii) huma ssodisfati.

 

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ

IV.   Sistema għall-verifika u għall-kontroll tad-data

4.1.   Verifika tad-data dwar l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament

Proċeduri ta’ verifika u ta’ kontroll

Applikati għad-data dwar

Kummenti addizzjonali, jekk rilevanti

Fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq

(iva/le)

Skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss (iva/le)

Skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament minn skart ieħor kif imsemmi fl-Artikolu 2(4), il-punt (a)

(iva/le)

Skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur flimkien ma’ skart ieħor kif imsemmi fl-Artikolu 2(4), il-punt (b)

(iva/le)

Aġġustament biex jitqiesu materjali oħra maqbuda mill-ġbir separat, li mhumiex parti mill-fliexken li jintużaw darba biss (1) (iva/le)

Verifiki tal-kompletezza tad-data

 

 

 

 

 

 

Kontroverifiki

 

 

 

 

 

 

Verifiki tas-serje kronoloġika

 

 

 

 

 

 

Verifiki tal-awditi

 

 

 

 

 

 

Oħrajn (speċifika)

 

 

 

 

 

 

4.2.   Deskrizzjoni tal-fatturi ewlenin li jaffettwaw l-akkuratezza tad-data rrapportata dwar l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss, il-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq u/jew l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament

Fatturi potenzjali li jaffettwaw l-affidabbiltà tad-data

Fatturi

Deskrizzjoni ta’ kif l-akkuratezza tad-data hija affettwata u liema metodoloġiji ġew applikati biex jiġi minimizzat l-impatt ta’ data mhux preċiża

Fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq

(iva/le)

Skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss

(iva/le)

Skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament

(iva/le)

Erruri tal-kampjunar  (2) (eż. koeffiċjenti tal-varjazzjoni)

 

 

 

 

Erruri tal-kopertura  (3) (eż. regoli de minimis, kopertura reġjonali)

 

 

 

 

Erruri tal-kejl  (4) (eż. unità tal-kejl, materjal li mhuwiex parti minn flixkun vojt li jintuża darba biss inkluż it-tappijiet u l-għotjien tiegħu)

 

 

 

 

Strumenti tat-test għall-ġbir tad-data  (5) (eż. ittestjar tal-kwestjonarji)

 

 

 

 

Erruri tal-ipproċessar  (6) (eż. identifikazzjoni tal-erruri, korrezzjoni tal-erruri)

 

 

 

 

Erruri marbuta ma’ nuqqas ta’ tweġib  (7)

 

 

 

 

Erruri fl-għażla tal-mudell  (8)

 

 

 

 

Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika)

 

 

 

 

4.3.   Spjegazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni u tal-validità tal-istħarriġ biex tinġabar data dwar l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss, il-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq u/jew l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament

 

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ

4.4.   Differenzi fid-data rrapportata għas-snin ta’ referenza preċedenti

Bidliet metodoloġiċi sinifikanti fil-metodu tal-kalkolu użat għas-sena ta’ referenza attwali meta mqabbel mal-metodu tal-kalkolu użat għas-snin ta’ referenza preċedenti, jekk hemm (b’mod partikolari r-reviżjonijiet retrospettivi, in-natura tagħhom u jekk għandux jiġi sinjalat waqfien fis-serje għal sena speċifika).

 

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ

4.5.   Spjegazzjoni għad-differenza fit-tunnellaġġ

Fejn id-data rrapportata turi varjazzjoni akbar minn 10 % fir-rigward tad-data sottomessa għas-sena ta’ referenza preċedenti.

Raġuni għad-differenza jew il-kawża sottostanti għad-differenzi fil-piż tal-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss, il-fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq u/jew l-iskart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament.

Skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss, fliexken li jintużaw darba biss imqiegħda fis-suq u/jew skart ta’ fliexken li jintużaw darba biss miġbur separatament

Varjazzjoni (%)

Raġuni ewlenija għall-varjazzjoni

 

 

 

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ

V.   Kunfidenzjalità

Ġustifikazzjoni għat-talba biex ma tiġix ippubblikata ċerta data f’dan ir-rapport, flimkien ma’ lista tal-partijiet speċifiċi li għalihom saret talba li ma jidhrux.

 

VI.   Siti web, dokumenti ta’ referenza u pubblikazzjonijiet nazzjonali ewlenin

Isem u url tas-siti, dokumenti ta’ referenza u pubblikazzjonijiet ewlenin relatati ma’ dan il-ġbir ta’ data.

 

Żid ir-ringieli skont kif meħtieġ


(1)  Tikketti, adeżivi, residwi ta’ xorb li kien fil-fliexken u kwalunkwe materjal ieħor li mhuwiex parti mill-flixkun li jintuża darba biss jew mit-tappijiet u mill-għotjien tiegħu

(2)  Iddeskrivi l-koeffiċjenti stmati tal-varjazzjoni u l-metodoloġiji applikati għall-istima tal-varjanza.

(3)  Iddeskrivi t-tip u d-daqs tal-erruri tal-kopertura.

(4)  Iddeskrivi l-istrumenti biex jitnaqqsu r-riskji potenzjali u jiġu evitati l-erruri.

(5)  Iddeskrivi l-istrumenti u l-metodoloġiji applikati biex jiġu żgurati l-kwalità u l-istrumenti rilevanti għall-ġbir tad-data.

(6)  Iddeskrivi l-passi tal-ipproċessar bejn il-ġbir tad-data u l-produzzjoni tal-istatistika u elenka kwalunkwe errur tal-ipproċessar identifikat u l-firxa tiegħu.

(7)  Iddeskrivi r-rati ta’ nuqqas ta’ tweġib għall-unitajiet u għall-punti għall-varjabbli ewlenin u l-metodi ta’ imputazzjoni (jekk hemm).

(8)  Iddeskrivi t-tip u d-daqs tal-erruri fl-għażla tal-mudell.


Top