Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1746

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1746 tat-28 ta’ Settembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banco de España

ST/11421/2021/INIT

ĠU L 350, 4.10.2021, pp. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1746/oj

4.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 350/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1746

tat-28 ta’ Settembru 2021

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banco de España

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Lulju 2021 tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España (BĊE/2021/29) (1)

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Fl-2018, il-Banco de España għażel lill-assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2018 sa 2020, bl-għażla li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2021 u 2022.

(3)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Banco de España, l-assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A., intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2020 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1518 (2).

(4)

Il-Banco de España beħsiebu jestendi l-mandat tal-assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi Masars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A. għas-snin finanzjarji 2021 u 2022. Din l-estensjoni hi possibbli skont l-arranġementi kuntrattwali bejn il-Banco de España u l-assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi Mazars Auditores, S.L.P. - Masars, S.A.

(5)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li l-assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars S.A. jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banca de España għas-snin finanzjarji 2021 u 2022.

(6)

Wara r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (3) tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars S.A. huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Banca de España għas-snin finanzjarji 2021 u 2022.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

S. KUSTEC


(1)   ĠU C 299, 27.7.2021, p. 2.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1518 tad-9 ta’ Ottubru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banco de España (ĠU L 256, 12.10.2018, p. 63).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).


Top