This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D0936
Commission Implementing Decision (EU) 2021/936 of 3 June 2021 on the harmonised standards for household washing machines and household washer-dryers drafted in support of Regulation (EU) 2019/2023 and Delegated Regulation (EU) 2019/2014
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/936 tat-3 ta’ Ġunju 2021 dwar l-istandards armonizzati għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/2023 u għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2014
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/936 tat-3 ta’ Ġunju 2021 dwar l-istandards armonizzati għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/2023 u għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2014
C/2021/3895
ĠU L 204, 10.6.2021, pp. 42–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
17/01/2025
|
10.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/42 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/936
tat-3 ta’ Ġunju 2021
dwar l-istandards armonizzati għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/2023 u għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2014
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom iqisu prodott li għalih ikunu ġew applikati standards armonizzati, u li n-numri ta’ referenza tiegħu jkunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, bħala konformi mar-rekwiżiti rilevanti kollha tal-miżura ta’ implimentazzjoni applikabbli li għaliha jirreferu tali standards. L-Artikolu 4 u l-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 (3) jistabbilixxu r-rekwiżiti rilevanti tal-kejl u tal-kalkolu għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), wara l-adozzjoni ta’ att delegat skont l-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament li jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar, il-Kummissjoni għandha tippubblika referenzi għall-istandards armonizzati li jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tal-kejl u tal-kalkolu tal-att delegat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Meta jiġu applikati dawn l-istandards armonizzati waqt il-valutazzjoni tal-konformità ta’ prodott, il-mudell għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti rilevanti tal-kejl u tal-kalkolu tal-att delegat. L-Artikolu 3 u l-Anness IV tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2014 (5) jistabbilixxu r-rekwiżiti tal-kejl u tal-kalkolu għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi. |
|
(3) |
Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)4329 (6), il-Kummissjoni ppreżentat talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jirrevedu l-istandards armonizzati eżistenti dwar il-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi, il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’appoġġ għar-Regolamenti (UE) 2019/2022 u (UE) 2019/2023 u r-Regolamenti Delegati (UE) 2019/2017 u (UE) 2019/2014. |
|
(4) |
Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)4329, is-CENELEC irreveda l-istandards armonizzati EN 60456:2016 u EN 50229:2015 sabiex jitqies il-progress tekniku u xjentifiku. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-emenda EN 60456:2016/A11:2020 u ta’ standard armonizzat ġdid EN IEC 62512:2020, kif emendat b’EN IEC 62512:2020/A11:2020. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CENELEC, ivvalutat jekk l-istandard armonizzat EN 60456:2016, kif emendat b’EN 60456:2016/A11:2020, u l-istandard armonizzat EN IEC 62512:2020, kif emendat b’EN IEC 62512:2020/A11:2020, jikkonformawx mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020) 4329. |
|
(6) |
L-istandard armonizzat EN 60456:2016, kif emendat b’EN 60456:2016/A11:2020, u l-istandard armonizzat EN IEC 62512:2020, kif emendat b’EN IEC 62512:2020/A11:2020, jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/2023 u fir-Regolament Delegat (UE) 2019/2014. |
|
(7) |
Il-punti ZA.4.9 u ZA.4.10 tal-istandards armonizzati EN 60456:2016 u EN IEC 62512:2020 jenħtieġ li jiġu esklużi mill-pubblikazzjoni minħabba li dawk il-punti jagħmlu referenza għall-applikazzjoni tal-istrumenti tal-istandardizzazzjoni Ewropea CLC/TS 50577 u CLC/TS 50707:2019. Ir-referenza għall-istrumenti tal-istandardizzazzjoni Ewropea fi standard armonizzat hija inkompatibbli man-natura tal-istandards armonizzati. L-istrumenti tal-istandardizzazzjoni Ewropea u l-istandards armonizzati, kif definit fl-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, huma żewġ strumenti differenti b’finijiet differenti. Tali referenza tmur ukoll kontra t-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2020)4329 li tkopri biss standards armonizzati. |
|
(8) |
Il-kolonna “Kummenti/Noti *” tat-Tabella ZZA.1 fl-istandards armonizzati EN 60456:2016 u EN IEC 62512:2020 għall-finijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2014 u l-kolonna “Kummenti/Noti *” tat-Tabella ZZB.1 f’dawk l-istandards għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2019/2023 jenħtieġ li jiġu esklużi mill-pubblikazzjoni minħabba l-inkonsistenza ta’ dawk il-kolonni mar-rekwiżiti fil-korp normattiv ewlieni tal-istandards u minħabba l-inċertezza legali li tirriżulta mill-interpretazzjoni tal-effett legali tal-preżunzjoni ta’ konformità inkluża fin-nota f’qiegħ il-paġna għal dawk il-kolonni. |
|
(9) |
Għalhekk, huwa xieraq li r-referenza tal-istandard armonizzat EN 60456:2016, kif emendat b’EN 60456:2016/A11:2020, u tal-istandard armonizzat EN IEC 62512:2020, kif emendat b’EN IEC 62512:2020/A11:2020, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, b’restrizzjoni. |
|
(10) |
L-istandard armonizzat EN 60456:2016, kif emendat b’EN 60456:2016/A11:2020, jissostitwixxi l-istandards armonizzati EN 60456:2016 u EN 60704-2-4:2012, ippubblikati bil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2016/C 416/01 (7). L-istandard armonizzat EN IEC 62512:2020, kif emendat b’EN IEC 62512:2020/A11:2020, jissostitwixxi l-istandard armonizzat EN 50229:2015, kif ikkoreġut minn EN 50229:2015/AC:2016, ippubblikat bil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2016/C 416/02 (8). Għaldaqstant, jixraq li dawk il-komunikazzjonijiet jitħassru. |
|
(11) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-referenzi għall-istandards armonizzati għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi abbozzati b’appoġġ għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2014 u elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, b’restrizzjoni.
Ir-referenzi għall-istandards armonizzati dwar il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/2023 u elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, b’restrizzjoni.
Artikolu 2
Il-Komunikazzjonijiet 2016/C 416/01 u 2016/C 416/02 jitħassru.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 285).
(4) Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2014 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tal-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 u d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 29).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020)4329 tal-1 ta’ Lulju 2020 dwar talba għal standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni, lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni rigward ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi, il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b’appoġġ għar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) 2019/2022 u (UE) 2019/2023 u r-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2019/2017 u (UE) 2019/2014.
(7) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) (ĠU C 416, 11.11.2016, p. 1).
(8) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward it-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija ta’ magni tad-dar għall-ħasil u għat-tnixxif tal-ħwejjeġ f’daqqa (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) (ĠU C 416, 11.11.2016, p. 3).
ANNESS I
Standards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2014
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
||||
|
1. |
EN 60456:2016 Magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ għal użu fid-dar – Metodi għall-kejl tal-operat EN 60456:2016/A11:2020 Restrizzjoni: din il-pubblikazzjoni ma tkoprix il-partijiet li ġejjin tal-istandard:
|
||||
|
2. |
EN IEC 62512:2020 Magni elettriċi għall-ħasil u t-tnixxif tal-ħwejjeġ għal użu domestiku – Metodi għall-kejl tal-operat EN IEC 62512:2020/A11:2020 Restrizzjoni: din il-pubblikazzjoni ma tkoprix il-partijiet li ġejjin tal-istandard:
|
ANNESS II
Standards armonizzati abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/2023
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
||||
|
1. |
EN 60456:2016 Magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ għal użu fid-dar – Metodi għall-kejl tal-operat EN 60456:2016/A11:2020 Restrizzjoni: din il-pubblikazzjoni ma tkoprix il-partijiet li ġejjin tal-istandard:
|
||||
|
2. |
EN IEC 62512:2020 Magni elettriċi għall-ħasil u t-tnixxif tal-ħwejjeġ għal użu domestiku – Metodi għall-kejl tal-operat EN IEC 62512:2020/A11:2020 Restrizzjoni: din il-pubblikazzjoni ma tkoprix il-partijiet li ġejjin tal-istandard:
|