Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex
Dokument 32021D0929(01)
Council Decision of 28 September 2021 appointing a chairperson of a Board of Appeal and extending the term of office of a chairperson of a Board of Appeal of the European Union Intellectual Property Office 2021/C 393 I/01
Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2021 li taħtar president ta’ Bord tal-Appell u li testendi l-mandat ta’ president ta’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea 2021/C 393 I/01
Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2021 li taħtar president ta’ Bord tal-Appell u li testendi l-mandat ta’ president ta’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea 2021/C 393 I/01
ST/11559/2021/INIT
ĠU C 393I, 29.9.2021, s. 1-2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
I kraft
|
29.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 393/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta’ Settembru 2021
li taħtar president ta’ Bord tal-Appell u li testendi l-mandat ta’ president ta’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
(2021/C 393 I/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 166(1) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-4 ta’ Ġunju 2021, il-Bord tat-Tmexxija tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) ppreżenta lill-Kunsill lista ta’ kandidati għall-kariga ta’ president ta’ Bord tal-Appell tal-EUIPO. |
|
(2) |
Fl-1 ta’ Ġunju 2021, il-Bord tat-Tmexxija tal-EUIPO ddeċieda li jipproponi lill-Kunsill l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Sven STÜRMANN bħala president ta’ Bord tal-Appell tal-EUIPO għal perijodu addizzjonali ta’ ħames snin mill-1 ta’ Awwissu 2022, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Is-Sa Nina Maria KORJUS, imwielda f’Joensuu (il-Finlandja) fit-30 ta’ Ġunju 1971, hija b’dan maħtura president ta’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għal mandat ta’ ħames snin.
2. Id-data li fiha jibda l-mandat ta’ ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi ddeterminata mill-Bord tat-Tmexxija tal-EUIPO.
Artikolu 2
Il-mandat tas-Sur Sven STÜRMANN bħala president ta’ Bord tal-Appell tal-EUIPO huwa b’dan estiż għall-perijodu ta’ ħames snin li jibda mill-1 ta’ Awwissu 2022 u li jispiċċa fil-31 ta’ Lulju 2027.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
S. KUSTEC