Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D0561

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/561 tat-30 ta’ Marzu 2021 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (EUNAVFOR MED IRINI/1/2021)

    ST/7057/2021/INIT

    ĠU L 119, 7.4.2021, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2021; Imħassar b' 32021D1748

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/561/oj

    7.4.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 119/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2021/561

    tat-30 ta’ Marzu 2021

    dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (EUNAVFOR MED IRINI/1/2021)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fil-31 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/472 (1), li stabbiliet u varat operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI), taħt il-kmand tal-Viċi Ammirall Fabio AGOSTINI bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.

    (2)

    Taħt l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI).

    (3)

    Fit-30 ta’ April 2020, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE irrakkomanda li l-Viċi Ammirall Ettore SOCCI jinħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-ewwel nofs tal-mandat li fadal tal-operazzjoni u l-Komodor Theodoros MIKROPOULOS għat-tieni nofs.

    (4)

    Fit-28 ta’ Mejju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/718 (2), biex ħatar lill-Viċi Ammirall Ettore SOCCI bħala Kmandant tal-Forza tal-UE mis-6 ta’ Mejju 2020 sat-18 ta’ Ottubru 2020 u lill-Komodor Theodoros MIKROPOULOS mid-19 ta’ Ottubru 2020 sal-31 ta’ Marzu 2021.

    (5)

    Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE irrakkomanda l-ħatra tal-Kaptan Stefano FRUMENTO bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE mill-1 ta' April 2021. L-awtoritajiet Taljani indikaw li l-Kaptan Stefano FRUMENTO ser jiġi promoss għal Viċi Ammirall mal-ħatra tiegħu bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.

    (6)

    Fit-12 ta’ Marzu 2021, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa din ir-rakkomandazzjoni.

    (7)

    F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Viċi Ammirall Stefano FRUMENTO huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) mill-1 ta' April 2021.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Għandha tapplika mill-1 ta' April 2021.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2021.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    S. FROM-EMMESBERGER


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (ĠU L 101, 1.4.2020, p. 4).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/718 tas-28 ta’ Mejju 2020 li taħtar il-Kmandant tal-Forza tal-UE tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (ĠU L 168, 29.5.2020, p. 64).


    Top