EUR-Lex Hozzáférés az európai uniós joghoz

Vissza az EUR-Lex kezdőlapjára

Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.

Dokumentum 32021D0431

Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2021/431 tal-10 ta’ Marzu 2021 li tagħti derogi lil ċerti Stati Membri mir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (notifikata bid-dokument C(2021) 1490) (It-testi biċ-Ċek, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

C/2021/1490

ĠU L 86, 12.3.2021., 5—13. o. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

A dokumentum hatályossági állapota Hatályos

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/431/oj

12.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/5

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/431

tal-10 ta’ Marzu 2021

li tagħti derogi lil ċerti Stati Membri mir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali

(notifikata bid-dokument C(2021) 1490)

(It-testi biċ-Ċek, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar ħaddiema barranin (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11a tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 jirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu l-istatistika dwar l-immigrazzjoni lejn it-territorji tagħhom u l-emigrazzjoni mit-territorji tagħhom, dwar iċ-ċittadinanza u l-pajjiż tat-twelid tal-persuni li normalment huma residenti fit-territorji tagħhom u dwar il-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji u l-proċessi relatati magħhom.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 11a(1) tar-Regolament (KE) Nru 862/2007, il-Kummissjoni tista’ tagħti derogi temporanji lill-Istati Membri abbażi ta’ talbiet iġġustifikati bil-ħtieġa għal adattamenti maġġuri li jridu jsiru fis-sistemi nazzjonali tal-istatistika tagħhom sabiex jikkonformaw bis-sħiħ ma’ dak ir-Regolament.

(3)

Il-Belġju, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Litwanja, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u l-Iżvezja ppreżentaw talbiet biex jingħataw derogi temporanji.

(4)

L-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni dwar dawk it-talbiet tindika li huma ġġustifikati bil-ħtieġa għal adattamenti maġġuri tas-sistemi nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri kkonċernati sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda għall-istatistika tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 introdott bir-Regolament (UE) 2020/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li d-derogi mitluba jingħataw lill-Belġju, liċ-Ċekja, lill-Ġermanja, lil Spanja, lil Franza, lill-Kroazja, lill-Italja, lil Ċipru, lil-Litwanja, lil Malta, lin-Netherlands, lill-Polonja, lill-Portugall, lir-Rumanija, lis-Slovakkja u lill-Iżvezja.

(6)

Il-progress dwar dawn l-adattamenti maġġuri fl-Istati Membri kkonċernati se jkunu mmonitorjati mill-Kummissjoni.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, stabbilit bl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-derogi mir-Regolament (KE) Nru 862/2007 stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huma mogħtija lill-Istati Membri elenkati fih.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika tal-Kroazja, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Litwanja, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Renju tan-Netherlands, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika Slovakka u lir-Renju tal-Iżvezja.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kummissjoni

Paolo GENTILONI

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2020/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

ANNESS

LISTA TA’ DEROGI MIR-REGOLAMENT (KE) Nru 862/2007

1.   Stat Membru: Il-Belġju

Dispożizzjoni kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga

Artikolu 4(1)(c)

Sena (2021)

Trażmissjoni tat-tqassim skont l-irtirar espliċitu u impliċitu.

Artikolu 4(1)(e)

Sena (2021)

Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali proċessati skont il-proċedura aċċellerata.

Artikolu 4(3)(c) u (d)

Sena (2021)

Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-revoka, it-tmiem, iċ-ċaħda tat-tiġdid tal-istatus ta’ protezzjoni.

Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu

Sena (2021)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(3).

Artikolu 4(4)(f), (g), (h) u (i)

Sentejn (2021-2022)

Trażmissjoni tal-elementi kollha koperti mid-dispożizzjonijiet ikkonċernati.

Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu

Sena (2021)

Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-raġunijiet għall-arrest u skont il-post tal-arrest.

Artikolu 7(2)

Sena (2021)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati.

2.   Stat Membru: Iċ-Ċekja

Dispożizzjoni kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga

Artikolu 4(4)(f), (g), (h) u (i)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tal-elementi kollha koperti mid-dispożizzjonijiet ikkonċernati.

Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-raġunijiet għall-arrest u skont il-post tal-arrest.

Artikolu 7(1)(b)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont l-assistenza riċevuta.

Artikolu 7(2)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati.

3.   Stat Membru: Il-Ġermanja

Dispożizzjoni kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga

Artikolu 4(1)(g)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar persuni li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali li jipprovdu standard tal-għajxien adegwat għall-applikanti.

4.   Stat Membru: Spanja

Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu

Sentejn (2021-2022)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(1).

Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu

Sentejn (2021-2022)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(2).

Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu

Sentejn (2021-2022)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(3).

Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu

Sentejn (2021-2022)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni akkumpanjati u mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(4).

Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-raġunijiet għall-arrest u skont il-post tal-arrest.

Artikolu 7(1)(b)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont it-tip ta’ ritorn u assistenza riċevuta u skont il-pajjiż tad-destinazzjoni.

Artikolu 7(2)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati.

5.   Stat Membru: Franza

Trażmissjoni tat-tqassim skont is-sess u skont il-minorenni akkumpanjati u mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(4).

Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-raġunijiet għall-arrest u skont il-post tal-arrest.

6.   Stat Membru: Il-Kroazja

Dispożizzjoni kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga

Artikolu 4(1)(g)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar persuni li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali li jipprovdu standard tal-għajxien adegwat għall-applikanti.

7.   Stat Membru: L-Italja

Dispożizzjoni kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga

Artikolu 4(1)(c)

Sena (2021)

Trażmissjoni tat-tqassim skont l-irtirar espliċitu u impliċitu.

Artikolu 4(1)(e)

Sena (2021)

Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali proċessati skont il-proċedura aċċellerata.

8.   Stat Membru: Ċipru

Artikolu 4(1)(f)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar l-applikazzjonijiet sussegwenti għall-protezzjoni internazzjonali.

Artikolu 4(1)(g)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar persuni li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali li jipprovdu standard tal-għajxien adegwat għall-applikanti.

Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(1).

Artikolu 4(2)(b) u (c)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-revoka, it-tmiem, ir-rifjut tat-tiġdid tal-istatus ta’ protezzjoni.

Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(2).

Artikolu 4(3)(c) u (d)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-revoka, it-tmiem, ir-rifjut tat-tiġdid tal-istatus ta’ protezzjoni.

Artikolu 4(3), Wit-tieni subparagrafu

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(3).

Artikolu 4(4)(f), (g), (h) u (i)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tal-elementi kollha koperti mid-dispożizzjonijiet ikkonċernati.

Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni akkumpanjati u mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(4).

Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-raġunijiet għall-arrest u skont il-post tal-arrest.

Artikolu 7(1)(b)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont it-tip ta’ ritorn u assistenza riċevuta u skont il-pajjiż tad-destinazzjoni.

Artikolu 7(2)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati.

9.   Stat Membru: Il-Litwanja

Dispożizzjoni kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga

Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu

Sena (2021)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(1).

Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu

Sena (2021)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(2).

Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu

Sena (2021)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(3).

Artikolu 4(4)(f), (g), (h) u (i)

Sena (2021)

Trażmissjoni tal-elementi kollha koperti mid-dispożizzjonijiet ikkonċernati.

Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu

Sena (2021)

Trażmissjoni tat-tqassim skont is-sess u skont il-minorenni akkumpanjati u mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(4).

Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu

Sena (2021)

Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-raġunijiet għall-arrest u skont il-post tal-arrest.

Artikolu 7(1)(b)

Sena (2021)

Trażmissjoni tat-tqassim skont it-tip ta’ ritorn u assistenza riċevuta u skont il-pajjiż tad-destinazzjoni.

Artikolu 7(2)

Sena (2021)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati.

10.   Stat Membru: Malta

Dispożizzjoni kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga

Artikolu 4(1)(e)

Sentejn (2021-2022)

Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali proċessati skont il-proċedura aċċellerata.

Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu

Sentejn (2021-2022)

Trażmissjoni tat-tqassim skont is-sess għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(4).

Artikolu 6(1)(a)(i), (ii) u (iii), (b) u (c)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont l-età u s-sess.

11.   Stat Membru: In-Netherlands

Dispożizzjoni kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga

Artikolu 7(1)(b)

Sentejn (2021-2022)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-pajjiż tad-destinazzjoni.

Artikolu 7(2)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati.

12.   Stat Membru: Il-Polonja

Dispożizzjoni kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga

Artikolu 4(1)(e)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali proċessati skont il-proċedura aċċellerata.

Artikolu 4(1)(f)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar l-applikazzjonijiet sussegwenti għall-protezzjoni internazzjonali.

Artikolu 4(1)(g)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar persuni li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali li jipprovdu standard tal-għajxien adegwat għall-applikanti.

Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(1).

Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(2).

Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(3).

Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni akkumpanjati u mhux akkumpanjati għall-istatistika kollha koperta mill-Artikolu 4(4).

Artikolu 6(1)(a)(ii)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont l-età u s-sess.

13.   Stat Membru: Il-Portugall

Dispożizzjoni kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga

Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu

Sena (2021)

Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-raġunijiet għall-arrest u skont il-post tal-arrest.

Artikolu 7(2)

Sena (2021)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati.

14.   Stat Membru: Ir-Rumanija

Dispożizzjoni kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga

Artikolu 4(1)(c)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont l-irtirar espliċitu u impliċitu.

Artikolu 4(1)(e)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali proċessati skont il-proċedura aċċellerata.

Artikolu 4(1)(g)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar persuni li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali li jipprovdu standard tal-għajxien adegwat għall-applikanti.

Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-raġunijiet għall-arrest.

Artikolu 7(2)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati.

15.   Stat Membru: Is-Slovakkja

Dispożizzjoni kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga

Artikolu 6(1)(a)(i), (ii) u (iii), (b) u (c)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont l-età u s-sess.

16.   Stat Membru: L-Iżvezja

Dispożizzjoni kkonċernata

Perjodu ta’ deroga mogħti

Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga

Artikolu 4(1)(e)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali proċessati skont il-proċedura aċċellerata.

Artikolu 4(1)(f)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tal-elementi kollha tas-sett tad-data dwar l-applikazzjonijiet sussegwenti għall-protezzjoni internazzjonali.

Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni mhux akkumpanjati għall-istatistika koperta mill-Artikolu 4(1)(d).

Artikolu 4(2)(b) u (c)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-revoka, it-tmiem, iċ-ċaħda tat-tiġdid tal-istatus ta’ protezzjoni.

Artikolu 4(3)(c) u (d)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-revoka, it-tmiem, iċ-ċaħda tat-tiġdid tal-istatus ta’ protezzjoni.

Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont il-minorenni akkumpanjati u mhux akkumpanjati għall-istatistika koperta mill-Artikolu 4(4)(f), (g) u (h).

Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont ir-raġunijiet għall-arrest u skont il-post tal-arrest.

Artikolu 6(1)(a)(i), (ii) u (iii), (b) u (c)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont l-età u s-sess.

Artikolu 7(1)(b)

Tliet snin (2021-2023)

Trażmissjoni tat-tqassim skont it-tip ta’ ritorn u assistenza riċevuta u skont il-pajjiż tad-destinazzjoni.

Artikolu 9

Tliet snin (2021-2023)

Konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9 relatati mal-kwalità tad-data.

Az oldal tetejére