EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021B1605
Decision (EU, Euratom) 2021/1605 of the European Parliament of 28 April 2021 on the closure of the accounts of ENISA (European Union Agency for Cybersecurity) (before 27 June 2019: European Union Agency for Network and Information Security (ENISA)) for the financial year 2019
Deċiżjoni (UE, Euratom) 2021/1605 tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) (qabel is-27 ta’ Ġunju 2019: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA)) għas-sena finanzjarja 2019
Deċiżjoni (UE, Euratom) 2021/1605 tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) (qabel is-27 ta’ Ġunju 2019: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA)) għas-sena finanzjarja 2019
ĠU L 340, 24.9.2021, p. 302–303
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 340/302 |
DEĊIŻJONI (UE, EURATOM) 2021/1605 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-28 ta’ April 2021
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) (qabel is-27 ta’ Ġunju 2019: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA)) għas-sena finanzjarja 2019
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2019, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji (1), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta’ Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0061/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (5), u b’mod partikolari, l-Artikolu 31 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0085/2021), |
1.
Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) għas-sena finanzjarja 2019;
2.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
Il-President
David Maria SASSOLI
Is-Segretarju-Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(2) ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.
(5) ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15.