This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1764
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/1764 of 25 November 2020 concerning the authorisation of disodium 5'-inosinate produced by fermentation with Corynebacterium stationis KCCM 80161 as a feed additive for all animal species (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1764 tal-25 ta’ Novembru 2020 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-5’-inosinat disodiku magħmul bil-fermentazzjoni ma’ Corynebacterium stationis KCCM 80161 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1764 tal-25 ta’ Novembru 2020 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-5’-inosinat disodiku magħmul bil-fermentazzjoni ma’ Corynebacterium stationis KCCM 80161 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/8146
ĠU L 397, 26.11.2020, p. 21–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
26.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 397/21 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1764
tal-25 ta’ Novembru 2020
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-5’-inosinat disodiku magħmul bil-fermentazzjoni ma’ Corynebacterium stationis KCCM 80161 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u jipprevedi r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-5’-inosinat disodiku magħmul bil-fermentazzjoni ma’ Corynebacterium stationis KCCM 80161. Ma’ din l-applikazzjoni nhemżu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
Din l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-5’-inosinat disodiku magħmul bil-fermentazzjoni ma’ Corynebacterium stationis KCCM 80161 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali L-applikant talab biex dan l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali”. |
(4) |
L-applikant talab li l-addittiv tal-għalf jiġi awtorizzat għall-użu wkoll fl-ilma tax-xorb. Iżda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni ta’ “komposti aromatizzanti” għall-użu fl-ilma tax-xorb. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu tal-5’-inosinat disodiku magħmul bil-fermentazzjoni ma’ Corynebacterium stationis KCCM 80161 fl-ilma tax-xorb ma jkunx permess. Il-fatt li l-addittiv mhuwiex awtorizzat biex jintuża bħala aromatizzant fl-ilma tax-xorb ma jipprekludix l-użu tiegħu fl-għalf kompost amministrat mal-ilma. |
(5) |
Fl-opinjoni tagħha tas-7 ta’ Mejju 2020 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-5’-inosinat disodiku magħmul bil-fermentazzjoni ma’ Corynebacterium stationis KCCM 80161 ma jħallix effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li l-addittiv mhux tossiku meta jinġibed man-nifs, mhux irritanti għall-ġilda jew għall-għajnejn u mhux sensitizzatur dermali. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-effett tal-5’-inosinat disodiku magħmul bil-fermentazzjoni ma’ Corynebacterium stationis KCCM 80161 biex tiżdied it-togħma tal-ikel hu ppruvat sew, u għalhekk m’hemmx bżonn aktar turija tal-effikaċja tiegħu fl-għalf. L-Awtorità ma jidhrilhiex li hemm bżonn rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Il-valutazzjoni tal-5’-inosinat disodiku magħmul bil-fermentazzjoni ma’ Corynebacterium stationis KCCM 80161 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu tal-5’-inosinat disodiku magħmul bil-fermentazzjoni ma’ Corynebacterium stationis KCCM 80161 jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(7) |
Jenħtieġ li jiġu previsti restrizzjonijiet u kundizzjonijiet biex ikun hemm kontroll aħjar. B’mod partikolari, fuq it-tikketta tal-addittiv tal-għalf jenħtieġ jiġi indikat kontenut rakkomandat. Meta dan il-kontenut jinqabeż, fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel jenħtieġ tiġi indikata ċerta informazzjoni. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, hi awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) L-EFSA Journal 2020;18(5):6140.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||
mg tas-sustanza attiva għal kull kg ta’ għalf komplut b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||
Kategorija: Addittiv sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
|||||||||||||||||
2b631i |
— |
5’-inosinat disodiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv 5’-inosinat disodiku Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 5’-inosinat disodiku Magħmul bil-fermentazzjoni ma’ Corynebacterium stationis (KCCM 80161) Purità: ≥ 97 % (% assaġġ) Formula kimika: C10H11N4Na2O8P·7.5H2O Numru CAS: 4691-65-0 Metodu tal-analiżi (1) Għall-identifikazzjoni tal-5’-inosinat disodiku fl-addittiv tal-għalf: Il-monografiji tal-FAO JECFA “5’-inosinat disodiku” u “5’-ribonukleotidi disodiċi”. Għad-determinazzjoni tal-5’-inosinat disodiku (IMP) fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet aromatizzanti lesti minn qabel: kromatografija likwida ta’ rendiment għoli b’detezzjoni tal-UV (HPLC-UV) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
16.12.2030 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports