This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0877
Commission Delegated Regulation (EU) 2020/877 of 3 April 2020 amending and correcting Delegated Regulation (EU) 2015/2446 supplementing Regulation (EU) No 952/2013, and amending Delegated Regulation (EU) 2016/341 supplementing Regulation (EU) No 952/2013, laying down the Union Customs Code
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/877 tat-3 ta’ April 2020 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013, u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/341 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013, li jistabbilixxi tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/877 tat-3 ta’ April 2020 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013, u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/341 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013, li jistabbilixxi tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni
C/2020/2008
ĠU L 203, 26.6.2020, p. 1–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
26.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 203/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/877
tat-3 ta’ April 2020
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013, u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/341 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013, li jistabbilixxi tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 7, 10, 24, 88, 131, 156, 160, 168, 175, 183, 212, 216, 253 u 265 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-implimentazzjoni prattika tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (il-Kodiċi) flimkien mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/2446 (2) uriet li jeħtieġ li jsiru xi emendi għal dak ir-Regolament Delegat sabiex jiġi aġġustat aħjar għall-ħtiġijiet tal-operaturi ekonomiċi u tal-amministrazzjonijiet doganali kif ukoll biex jitqiesu l-iżviluppi leġiżlattivi u l-iżviluppi fir-rigward tal-użu tas-sistemi tal-IT stabbiliti għall-finijiet tal-Kodiċi. |
(2) |
Sabiex jiġi ċċarat liema uffiċċju doganali jrid jiżgura li l-analiżi tar-riskju ta’ qabel il-wasla titwettaq abbażi tal-informazzjoni fil-qosor tad-dħul, id-definizzjoni ta’ “uffiċċju doganali tal-ewwel dħul” fl-Artikolu 1(15) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jenħtieġ li tiġi emendata biex tispeċifika li, meta jintuża dak it-terminu, dan jirreferi għall-uffiċċju responsabbli mill-post fejn il-mezz tat-trasport ikun maħsub li jasal, anki jekk, għal kwalunkwe raġuni, il-mezz tat-trasport fil-fatt jasal f’post differenti li għalih ikun responsabbli uffiċċju differenti. |
(3) |
Sabiex jiġi delimitat b’mod ċar il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul li tkopri merkanzija f’kunsinni express u tal-formalitajiet applikabbli għall-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ tali merkanzija, jenħtieġ li jiġu definiti t-termini “kunsinna express” u “trasportatur express”. |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet doganali abbażi tal-valur intrinsiku tal-merkanzija, hija meħtieġa d-definizzjoni tat-terminu “valur intrinsiku”. |
(5) |
F’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Mobbiltà Militari (3), hemm il-ħtieġa li jiġu razzjonalizzati u ssimplifikati l-formalitajiet doganali għall-merkanzija trasportata jew użata fil-kuntest ta’ attivitajiet militari. Dak l-objettiv jenħtieġ li jintlaħaq billi tiġi stabbilita definizzjoni ta’ tali merkanzija, u billi tiġi stabbilita formola 302 tal-UE bħala dokument doganali li għandu jintuża mill-Istati Membri tal-UE, inkluż fil-kuntest ta’ attivitajiet militari li jappartjenu għall-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni tal-Unjoni. |
(6) |
Sabiex ikun possibbli li, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni minbarra l-leġiżlazzjoni doganali, in-numru tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi (EORI) jintuża għall-identifikazzjoni, il-persuni oħra għajr l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jkunu obbligati jirreġistraw fis-sistema tal-EORI fejn tali reġistrazzjoni tkun meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u mhux biss meta din tkun meħtieġa mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 jiġi emendat skont dan. |
(7) |
L-Artikolu 13(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jipprovdi għall-possibbiltà li jiġi estiż il-limitu ta’ żmien għat-teħid tad-deċiżjoni relatata mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali meta l-awtoritajiet doganali kompetenti jkunu qed jinvestigaw ksur tal-leġiżlazzjoni doganali. Dik il-possibbiltà jenħtieġ li tapplika wkoll għal każijiet fejn l-awtoritajiet doganali u fiskali kompetenti jkunu qed jinvestigaw ksur tal-leġiżlazzjoni fiskali, peress li ċerti awtorizzazzjonijiet jistgħu jingħataw biss fin-nuqqas ta’ ksur serju jew ripetut tar-regoli tat-tassazzjoni. L-Artikolu 17(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jistabbilixxi l-obbligu għall-awtoritajiet doganali li jissospendu deċiżjoni sakemm jiġi stabbilit jekk l-operatur ekonomiku jkunx wettaq ksur serju jew ksur ripetut. Dak l-obbligu jenħtieġ li jkopri wkoll każijiet ta’ reati kriminali serji relatati mal-attività ekonomika tal-applikant iżda jenħtieġ li ma jiġix estiż għal ksur jew reati kriminali mwettqa minn persuni inkarigati minn kwistjonijiet doganali tal-kumpanija li ma jkunux impjegati ta’ dik il-kumpanija, f’konformità mal-Artikolu 24(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (4). Għalhekk, l-Artikoli 13(4) u 17(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
(8) |
L-Artikolu 86(3) tal-Kodiċi jistabbilixxi regoli speċjali għall-kalkolu tal-ammont ta’ dejn doganali meta d-dejn jiġġarrab fuq prodotti pproċessati bħala riżultat tal-proċedura ta’ proċessar attiv. Fuq talba tad-dikjarant, dak id-dejn doganali jiġi ddeterminat abbażi tal-klassifikazzjoni tariffarja, tal-valur doganali, tal-kwantità, tan-natura u tal-oriġini tal-merkanzija li titqiegħed taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali relatata ma’ dik il-merkanzija. L-Artikolu 76 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom l-Artikolu 86(3) tal-Kodiċi għandu japplika mingħajr talba mid-dikjarant. Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni ta’ dazji antidumping u kompensatorji, tal-miżuri ta’ salvagwardja u tad-dazji addizzjonali li jirriżultaw minn sospensjoni ta’ konċessjonijiet li jkunu applikabbli għal merkanzija meta titqiegħed għall-ewwel darba taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv, l-obbligu li jiġi applikat l-Artikolu 86(3) tal-Kodiċi mingħajr talba mid-dikjarant jenħtieġ li jkopri wkoll il-prodotti pproċessati miksuba minn tali merkanzija soġġetta għal proċessar attiv. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 76 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 jiġi emendat skont dan. Jenħtieġ li jingħata perjodu tranżitorju ta’ sena sabiex l-operaturi ekonomiċi jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw għar-regoli l-ġodda. |
(9) |
L-Artikolu 104(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jistabbilixxi eċċezzjonijiet mir-rekwiżit li tiġi preżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għal merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni. Sabiex jiġi evitat id-dewmien fl-importazzjoni ta’ organi u ta’ tessuti oħra tal-bniedem jew tal-annimali jew ta’ demm tal-bniedem li jkun xieraq għal trapjanti, impjantazzjonijiet jew trasfużjonijiet permanenti f’każ ta’ emerġenza, l-eċċezzjonijiet jenħtieġ li jkopru wkoll dik il-merkanzija. Barra minn hekk, sabiex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà militari, dawk l-eċċezzjonijiet jenħtieġ li jiġu estiżi għal merkanzija trasportata koperta minn formola 302 tan-NATO jew minn formola 302 tal-UE. Barra minn hekk, wara l-inklużjoni ta’ Campione d’Italia u tal-ilmijiet Taljani tal-Lag ta’ Lugano fit-territorju doganali tal-Unjoni (5), jenħtieġ li l-eċċezzjoni ma tibqax applikabbli għall-merkanzija li tiġi minn dawk it-territorji. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 104(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandha l-għan li tipproteġi l-ambjent marittimu mill-effett negattiv tal-iskariku ta’ skart minn bastimenti li jużaw portijiet li jinsabu fl-Unjoni, billi ttejjeb id-disponibbiltà u l-użu ta’ faċilitajiet adegwati ta’ akkoljenza fil-portijiet għall-iskart u l-konsenja tal-iskart f’dawk il-faċilitajiet. Sabiex ma jiġix kompromess l-objettiv ta’ dik id-Direttiva, il-formalitajiet doganali għal tali skart jenħtieġ li jiġu razzjonalizzati u ssimplifikati billi jitneħħa l-obbligu li tiġi preżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul u billi l-preżentazzjoni lid-dwana tiġi kkunsidrata bħala dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Dawk is-simplifikazzjonijiet jenħtieġ li japplikaw biss jekk in-notifika bil-quddiem dwar l-iskart imsemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2019/883 tkun saret lill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li l-Artikoli 104, 138, 141 u 142 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jiġu emendati skont dan. |
(11) |
L-Artikolu 104 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jistabbilixxi rinunzja tal-obbligu li tiġi preżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għal merkanzija f’kunsinni postali u għal merkanzija b’valur ta’ mhux aktar minn EUR 22, sad-data tal-aġġornament tas-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni. Madankollu, permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2151 (il-Programm ta’ Ħidma), (7) il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi sistema elettronika ġdida (ICS2) li tkun ta’ appoġġ għall-analiżi tar-riskji doganali fir-rigward tas-sigurtà u s-sikurezza ta’ qabel il-wasla u għal kontrolli relatati. L-implimentazzjoni tas-sistema l-ġdida għandha ssir permezz ta’ tliet ħarġiet (ħarġa 1, ħarġa 2 u ħarġa 3). Għalhekk jenħtieġ li r-referenza ġenerali għall-aġġornament tas-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni fl-Artikolu 104 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 tiġi sostitwita b’referenzi aktar speċifiċi għall-ħarġiet differenti tas-sistema l-ġdida, li t-trasportaturi se jikkollegaw magħha gradwalment. F’konformità mal-Programm ta’ Ħidma, fir-rigward tat-trasport bl-ajru, l-operaturi postali u t-trasportaturi express se jikkollegaw mas-sistema l-ġdida mill-introduzzjoni tal-ħarġa 1 iżda se jkunu obbligati biss li jippreżentaw sett tad-data minimu tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għal merkanzija f’kunsinni postali li jkollhom l-Unjoni bħala destinazzjoni finali u għal merkanzija f’kunsinni express. Operaturi ekonomiċi jew operazzjonijiet oħra fil-qasam tat-trasport bl-ajru se jkunu koperti mis-sistema l-ġdida mill-introduzzjoni tal-ħarġa 2. Għat-trasport ferrovjarju, bit-triq, bil-baħar u bil-passaġġi fuq l-ilma interni, l-operaturi ekonomiċi rilevanti jridu jikkollegaw mill-introduzzjoni tal-ħarġa 3. Għaldaqstant, ir-rinunzja għall-merkanzija f’kunsinni postali jenħtieġ li ma tkunx applikabbli għal kunsinni bl-ajru li jkollhom Stat Membru bħala d-destinazzjoni finali wara l-introduzzjoni tal-ħarġa 1. Barra minn hekk, jenħtieġ li ma tkunx applikabbli għal kunsinni bl-ajru li jkollhom pajjiż terz bħala d-destinazzjoni finali wara l-introduzzjoni tal-ħarġa 2, u għal kunsinni postali li jiġu trasportati bil-baħar, bil-passaġġi fuq l-ilma interni, bit-triq jew bil-ferrovija wara l-introduzzjoni tal-ħarġa 3. Bl-istess mod, ir-rinunzja għal merkanzija b’valur ta’ mhux aktar minn EUR 22 f’kunsinni express trasportati bl-ajru jenħtieġ li ma tkunx applikabbli wara l-introduzzjoni tal-ħarġa 1. Barra minn hekk, jenħtieġ li ma tkunx applikabbli wara l-introduzzjoni tal-ħarġa 2 għal tali merkanzija f’kunsinni bl-ajru li la jkunu kunsinni bil-posta u lanqas kunsinni express. Għall-merkanzija f’kunsinni trasportati bil-baħar, bil-passaġġi fuq l-ilma interni, bit-triq jew bil-ferrovija, jenħtieġ li ma tkunx applikabbli wara l-introduzzjoni tal-ħarġa 3. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, id-dati speċifiċi li fihom l-operaturi ekonomiċi huma obbligati li jużaw id-diversi ħarġiet tas-sistema l-ġdida f’konformità mal-Anness tal-Programm ta’ Ħidma. Jenħtieġ li l-Artikolu 104 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jiġi emendat skont dan. |
(12) |
L-Artikolu 106 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jistabbilixxi l-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul f’każ ta’ trasport bl-ajru. Dawk il-limiti ta’ żmien jenħtieġ li jirriflettu wkoll id-deċiżjoni li tiġi stabbilita s-sistema elettronika (ICS2) fi tliet ħarġiet. Id-dispożizzjoni jenħtieġ li tiddistingwi b’mod ċar ir-regola ġenerali dwar il-limitu ta’ żmien biex tiġi preżentata d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul mil-limiti ta’ żmien biex jiġi preżentat is-sett tad-data minimu tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul u l-limiti ta’ żmien għall-provvediment ta’ dettalji oħrajn. Dan huwa hekk għaliex, kif iddikjarat fl-Artikolu 183 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, mill-introduzzjoni tal-ħarġa 2 tas-sistema l-ġdida, il-provvediment tad-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul minn persuni differenti (preżentazzjoni multipla) se jkun gradwalment possibbli. Mill-introduzzjoni tal-ħarġa 1 tas-sistema l-ġdida, l-operaturi postali u t-trasportaturi express jenħtieġ li jkunu obbligati jissottomettu s-sett tad-data minimu tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn qabel ma l-merkanzija titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru li jkun se jdaħħalha fit-territorju doganali tal-Unjoni. L-obbligu li jiġi preżentat is-sett tad-data minimu jenħtieġ li jkun applikabbli għat-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi kollha involuti fl-attivitajiet tat-trasport bl-ajru mill-introduzzjoni tal-ħarġa 2. Mill-introduzzjoni tal-ħarġa 2 tas-sistema l-ġdida, it-trasportaturi bl-ajru jenħtieġ li jkunu obbligati jissupplimentaw is-sett tad-data minimu bil-bqija tad-dettalji biex id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul sħiħa tiġi preżentata fil-limiti ta’ żmien ġenerali. Madankollu, bejn id-dati tal-ħarġa 1 u tal-ħarġa 2, is-sett tad-data minimu preżentat mill-operaturi postali u t-trasportaturi express jenħtieġ li jitqies bħala d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul sħiħa għall-merkanzija f’kunsinni postali u għall-merkanzija f’kunsinni express b’valur intrinsiku ta’ mhux aktar minn EUR 22. Ir-raġuni hija li f’dak l-intervall, it-trasportaturi bl-ajru mhux se jkunu konnessi mas-sistema l-ġdida u għalhekk mhux se jkunu jistgħu jissupplimentaw is-sett tad-data minimu. Ir-regola li tistabbilixxi l-obbligu fuq it-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi ekonomiċi li jissottomettu s-sett tad-data minimu tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul kmieni kemm jista’ jkun, u mhux aktar tard minn qabel ma l-merkanzija titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru li fuqu se tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni, tiżgura li l-awtoritajiet doganali jkunu f’pożizzjoni li jwettqu analiżi tar-riskji u li jieħdu l-miżuri neċessarji fil-kuntest tas-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru. Dan jirrappreżenta azzjoni komplementari importanti għall-qafas regolatorju eżistenti tal-UE għas-sigurtà tal-avjazzjoni, jiġifieri, ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
(13) |
L-Artikoli 112 u 113 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jistabbilixxu obbligi għal persuni oħra għajr it-trasportatur biex jipprovdu dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul fir-rigward, rispettivament, tat-trasport bil-baħar jew tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni u tat-trasport bl-ajru. Iż-żewġ Artikoli fihom regoli tranżitorji li jissospendu l-obbligi sakemm tiġi aġġornata s-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni. Dawk ir-regoli tranżizzjonali jenħtieġ li jirriflettu l-fatt li l-provvediment tad-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul minn persuni differenti se jseħħ biss mill-introduzzjoni tal-ħarġa 2 tas-sistema l-ġdida fil-każ tat-trasport bl-ajru, u mill-introduzzjoni tal-ħarġa 3 fil-każ tat-trasport bil-baħar jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni. Għaldaqstant, l-obbligu ta’ persuni għajr it-trasportatur li jipprovdu d-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jenħtieġ li jiddistingwi bejn iż-żewġ ħarġiet. Barra minn hekk, ir-regola li tistabbilixxi li kull persuna hija responsabbli għad-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul li hu jew hi tkun issottomettiet jenħtieġ li titħassar mill-Artikoli 112 u 113 u ssir dispożizzjoni ġenerali ġdida applikabbli għal kwalunkwe mezz ta’ trasport, u mhux għat-trasport bl-ajru u bil-baħar jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni biss. Sakemm ir-rinunzja tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għall-kunsinni postali u għall-merkanzija ta’ valur ta’ mhux aktar minn EUR 22 titneħħa progressivament, dik id-dispożizzjoni jenħtieġ li tinkludi wkoll obbligu ġdid fuq l-operaturi postali u t-trasportaturi express biex jipprovdu d-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul lill-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul, jekk ma jkunux ipprovdew dawk id-dettalji lit-trasportaturi bl-ajru li għandhom l-obbligu li jissupplimentaw is-sett tad-data minimu pprovdut mill-operaturi postali jew mit-trasportaturi express. L-Artikoli 112 u 113 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan, u jenħtieġ li jiddaħħal Artikolu 113a ġdid. |
(14) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà militari, il-formola 302 tal-UE jenħtieġ li sservi wkoll bħala prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 127 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 jiġi emendat skont dan. |
(15) |
L-Artikolu 128d tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għat-tħejjija tal-manifest tal-kumpanija tat-tbaħħir wara t-tluq. Dawk il-kundizzjonijiet jenħtieġ li jibqgħu applikabbli sakemm dik l-awtorizzazzjoni tkun tista’ tingħata, irrispettivament minn jekk is-Sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU tkunx qed tintuża jew le. Għalhekk, jenħtieġ li r-referenza għas-Sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU titħassar. Jenħtieġ li l-Artikolu 128d tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jiġi emendat skont dan. |
(16) |
L-Artikolu 141 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jelenka ċerti atti li għandhom jitqiesu bħala dikjarazzjonijiet doganali għall-merkanzija msemmija fl-Artikoli 138 (a) sa (d), 139 u 140 (1) ta’ dak ir-Regolament. Il-formalitajiet ta’ dikjarazzjoni, kemm għall-importazzjoni kif ukoll għall-esportazzjoni, ta’ organi u ta’ tessuti oħra tal-bniedem jew tal-annimali jew ta’ demm tal-bniedem li jkun xieraq għal trapjanti, impjantazzjonijiet jew trasfużjonijiet permanenti f’każ ta’ emerġenza, jenħtieġ li jkunu limitati kemm jista’ jkun sabiex jiġi evitat id-dewmien fir-rilaxx tagħhom minħabba formalitajiet doganali kkumplikati fuq il-fruntiera u biex jiġi żgurat l-użu f’waqtu tagħhom. Għalhekk jenħtieġ li tali organi, tessuti jew demm ikunu jistgħu jiġu ddikjarati abbażi ta’ kwalunkwe wieħed mill-atti elenkati fl-Artikolu 141 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 2015/2446. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikoli 138, 140 u 141 ta’ dak ir-Regolament Delegat jiġu emendati skont dan. |
(17) |
Sabiex jiġi ssimplifikat aktar il-moviment ta’ merkanzija trasportata jew użata fil-kuntest ta’ attivitajiet militari, il-preżentazzjoni lid-dwana ta’ formola 302 tan-NATO jew ta’ formola 302 tal-UE jenħtieġ li titqies bħala dikjarazzjoni doganali għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera b’eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni bħala merkanzija rritornata, għal dħul temporanju, għall-esportazzjoni jew għar-riesportazzjoni, jew għat-tranżitu. Fin-nuqqas ta’ sistema elettronika għall-preżentazzjoni ta’ formola 302 tan-NATO jew ta’ formola 302 tal-UE lid-dwana, huwa wkoll xieraq li tkun permessa l-preżentazzjoni ta’ dawk il-formoli b’mezzi differenti minn tekniki ta’ proċessar elettroniku tad-data. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikoli 138 sa 142 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jiġu emendati skont dan. |
(18) |
Ladarba jidħlu fis-seħħ ir-regoli l-ġodda dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għall-bejgħ mill-bogħod stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 (9), il-VAT se tkun dovuta fuq il-merkanzija kollha importata fl-Unjoni, irrispettivament mill-valur tagħha. Sabiex jiġi żgurat li tinġabar il-VAT għal din il-merkanzija, se tkun meħtieġa dikjarazzjoni doganali elettronika. Għalhekk jenħtieġ li l-possibbiltà attwali li l-kunsinni postali jiġu ddikjarati abbażi ta’ kwalunkwe att elenkat fl-Artikolu 141 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 tiġi mmodifikata. Dik il-possibbiltà jenħtieġ li tibqa’ applikabbli biss sa tmiem il-perjodu ta’ żmien permess għall-użu tal-ħarġa 1 tal-ICS2, peress li l-operaturi postali kollha għandhom sa dak iż-żmien ikollhom id-data elettronika meħtieġa biex jippreżentaw id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul. Sabiex jiġi żgurat il-ġbir kif suppost tal-VAT, dik il-possibbiltà jenħtieġ li, barra minn hekk, tkun soġġetta għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet doganali u tkun limitata għal każijiet fejn il-VAT fuq l-importazzjoni tinġabar mad-dħul tal-merkanzija skont il-proċedura standard. Jenħtieġ li l-Artikoli 138 u 141 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jiġu emendati skont dan. |
(19) |
Minħabba t-tkabbir fil-kummerċ elettroniku, l-għadd ta’ kunsinni ta’ valur baxx esportati mill-Unjoni qed jiżdied. L-operaturi postali u t-trasportaturi express għandhom rwol importanti f’dawk l-esportazzjonijiet. Filwaqt li kunsinni postali jistgħu jiġu ddikjarati għall-esportazzjoni abbażi tal-ħruġ tagħhom mit-territorju doganali tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 141(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, merkanzija kummerċjali oħra b’valur ta’ mhux aktar minn EUR 1 000 u b’piż ta’ mhux aktar minn 1 000 kg għandha tiġi ddikjarata għall-esportazzjoni verbalment skont l-Artikolu 137(1)(b) ta’ dak ir-Regolament. Peress li d-dikjarazzjoni orali għandha ssir fl-uffiċċju doganali kompetenti għall-post tal-ħruġ, din il-faċilitazzjoni ma taqbilx mal-mudell ta’ negozju ta’ trasportaturi express li huwa bbażat fuq faċilitazzjoni tat-tip ta’ kuntratt ta’ trasport uniku. F’każ li jintuża kuntratt ta’ trasport uniku, il-formalitajiet ta’ ħruġ kollha, inkluż l-għeluq formali tal-moviment tal-esportazzjoni, jistgħu jitlestew f’uffiċċju doganali intern sabiex l-uffiċċju doganali kompetenti għall-post tal-ħruġ ikun jista’ jitlob biss li l-merkanzija tiġi eżaminata fuq bażi ad hoc. L-informazzjoni dwar il-ħruġ tal-merkanzija hija disponibbli fir-rekords tat-trasportatur express u tista’ tiġi vverifikata mill-awtoritajiet doganali fil-qafas tal-kontrolli ta’ wara l-verifika. Sabiex ikun jista’ jsir l-iżdoganar għall-esportazzjoni bla xkiel ta’ kunsinni ta’ valur baxx minn trasportaturi express u b’hekk tiġi evitata l-konġestjoni fl-uffiċċji doganali tal-fruntiera, jenħtieġ li dawk il-kunsinni jitħallew jiġu ddikjarati abbażi ta’ kwalunkwe att elenkat fl-Artikolu 141 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446. L-Artikoli 140 u 141 ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
(20) |
L-Artikolu 141 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jenħtieġ li jiġi emendat ukoll biex jiġi ċċarat li l-mezzi tat-trasport li jibbenefikaw minn eżenzjoni totali mid-dazju fuq l-importazzjoni jistgħu jiġu ddikjarati għal dħul temporanju bis-saħħa tal-fatt uniku li l-merkanzija tkun qed taqsam il-fruntiera tat-territorju doganali tal-Unjoni fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati fil-punt d) tal-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu. L-istess japplika għall-mezzi tat-trasport li għandhom jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera bħala merkanzija rritornata skont l-Artikolu 203 tal-Kodiċi. Din il-kjarifika hija meħtieġa għal raġunijiet ta’ ċertezza legali. |
(21) |
L-Artikolu 142 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jelenka ċerta merkanzija li ma tistax tiġi ddikjarata verbalment jew f’konformità mal-Artikolu 141 ta’ dak ir-Regolament, bħala merkanzija soġġetta għal applikazzjoni għal ħlas lura tad-dazju jew ta’ imposti oħra. Minn meta jidħlu fis-seħħ ir-regoli l-ġodda dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għall-bejgħ mill-bogħod stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455, il-VAT se tkun dovuta għall-merkanzija kollha importata fl-Unjoni, irrispettivament mill-valur tagħha. Konsegwentement, jekk tiġi rritornata tali merkanzija, id-dikjarant għandu jitlob il-ħlas lura tal-VAT imposta mar-rilaxx tal-merkanzija għal ċirkolazzjoni libera. F’dawn il-każijiet, id-dikjarant irid jipprovdi evidenza li l-merkanzija ħarġet mit-territorju doganali tal-Unjoni. Sabiex il-piż amministrattiv jinżamm f’livell raġonevoli għal kunsinni ta’ valur baxx, jenħtieġ li r-riesportazzjoni ta’ tali kunsinni tkun permessa minn kwalunkwe att ieħor f’konformità mal-Artikolu 141 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, anke jekk tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-ħlas lura tal-VAT. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 142 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 jiġi emendat skont dan. |
(22) |
Sabiex jiġi ċċarat li l-preżentazzjoni tad-data meħtieġa għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta’ kunsinni ta’ valur baxx tista’ ssir f’formati elettroniċi differenti, jenħtieġ li t-test tal-Artikolu 143a jiġi modifikat. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi prevista miżura tranżizzjonali għad-dikjarazzjoni ta’ kunsinni ta’ valur baxx fis-Sistemi Nazzjonali tal-Importazzjoni li għadhom ma ġewx aġġornati f’konformità mal-Kodiċi. Skont l-Artikolu 278(2) tal-Kodiċi u l-Programm ta’ Ħidma, l-Istati Membri jistgħu jaġġornaw is-Sistemi Nazzjonali tal-Importazzjoni sa tmiem l-2022. B’kuntrast ma’ dan, il-miżuri l-ġodda tal-VAT fid-Direttiva (UE) 2017/2455 se jidħlu fis-seħħ qabel dik id-data. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi previst sett tad-data alternattiv għad-dikjarazzjoni doganali elettronika ta’ kunsinni ta’ valur baxx fis-sistemi elettroniċi mhux aġġornati li jiffunzjonaw bir-rekwiżiti tad-data tranżizzjonali. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jipprovdu għall-użu tas-sett tad-data tad-dikjarazzjoni simplifikata jew tas-sett tad-data tad-dikjarazzjoni doganali standard stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 (10), minflok id-dikjarazzjoni doganali għal ċerti kunsinni ta’ valur baxx stabbilita fl-Artikolu 143a(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, sakemm is-Sistemi Nazzjonali tal-Importazzjoni jkunu ġew aġġornati. |
(23) |
L-Artikolu 144 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jistabbilixxi r-regoli għad-dikjarazzjoni doganali għal merkanzija f’kunsinni postali. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jirriflettu l-bidliet fid-dikjarazzjoni ta’ tali merkanzija mid-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva (UE) 2017/2455. Ir-regola li tistabbilixxi min għandu jiġi kkunsidrat bħala debitur u min bħala dikjarant fid-dikjarazzjoni ta’ kunsinni postali fil-ħin tal-preżentazzjoni jenħtieġ li titħassar minħabba li mill-1 ta’ Jannar 2021 il-merkanzija f’kunsinni postali b’valur ta’ mhux aktar minn EUR 150 trid tiġi ddikjarata permezz ta’ dikjarazzjoni tad-dwana elettronika. F’dik id-dikjarazzjoni, id-debitur u d-dikjarant iridu jiġu indikati b’mod ċar. Jenħtieġ li tiġi pprovduta miżura tranżizzjonali għad-dikjarazzjoni ta’ merkanzija f’kunsinni postali b’valur ta’ bejn EUR 150 u EUR 1000 fl-Istati Membri li għadhom ma aġġornawx is-Sistemi Nazzjonali tal-Importazzjoni tagħhom f’konformità mal-Kodiċi. Il-possibbiltà ta’ dikjarazzjoni għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta’ dik il-merkanzija li ssir bil-preżentazzjoni tagħha akkumpanjata minn dikjarazzjoni CN22 jew CN23 sa tmiem il-perjodu għall-aġġornament tas-Sistemi Nazzjonali tal-Importazzjoni, jiġifieri sa tmiem l-2022, jenħtieġ li tinżamm peress li l-Istati Membri mhumiex obbligati jimplimentaw is-settijiet tad-data differenti għad-dikjarazzjonijiet elettroniċi sal-aħħar ta’ dak il-perjodu. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 144 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 jiġi emendat skont dan. |
(24) |
L-Artikolu 146 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jistabbilixxi l-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni supplimentari msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 167(1) tal-Kodiċi. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jistabbilixxu b’mod aktar ċar l-iskadenzi għall-awtoritajiet doganali biex idaħħlu l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni fil-kontijiet f’konformità mal-Artikolu 105(1) tal-Kodiċi u l-limiti ta’ żmien għad-dikjaranti biex jippreżentaw it-tipi differenti ta’ dikjarazzjoni supplimentari. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi ċċarat li d-dikjarazzjonijiet supplimentari li jkopru dikjarazzjoni simplifikata unika u li jwasslu għal entrata unika fil-kontijiet f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 105(1) tal-Kodiċi huma dikjarazzjonijiet supplimentari ta’ natura ġenerali. Id-dikjarazzjonijiet supplimentari ta’ natura ġenerali jenħtieġ li jiġu preżentati fi żmien għaxart ijiem mir-rilaxx tal-merkanzija. Jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li d-dikjarazzjonijiet supplimentari ta’ natura perjodika jew rikapitulattiva jkopru dikjarazzjoni simplifikata waħda jew diversi dikjarazzjonijiet simplifikati mill-istess dikjarant matul perjodu fiss u jagħtu lok għal entrata waħda ta’ ammont globali ta’ dazju fuq l-importazzjoni f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 105(1) tal-Kodiċi. Dawk id-dikjarazzjonijiet jenħtieġ li jiġu preżentati fi żmien għaxart ijiem minn wara t-tmiem tal-perjodu li jkopru. |
(25) |
Sabiex ir-regoli attwali jiġu adattati aħjar għall-ħtiġijiet tal-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet doganali jenħtieġ li jitħallew jipprovdu lid-dikjaranti b’limitu ta’ żmien itwal biex jippreżentaw id-dikjarazzjoni supplimentari u biex jiksbu d-dokumenti ta’ sostenn rilevanti fejn il-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali ma tistax twassal għall-ħolqien ta’ dejn doganali. Il-limitu ta’ żmien itwal jenħtieġ li jkun sa 120 jum mir-rilaxx tal-merkanzija, fil-każ ta’ dikjarazzjonijiet supplimentari ta’ natura ġenerali. Barra minn hekk, il-limitu ta’ żmien jista’ jkun sa sentejn, f’ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament ġustifikati, fejn ir-raġunijiet li jippermettu limitu ta’ żmien itwal ikunu relatati mal-valur doganali tal-merkanzija. L-Artikolu 146 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u l-Artikolu 147 ta’ dak ir-Regolament, li jistabbilixxi l-limitu ta’ żmien biex id-dikjarant ikollu fil-pussess tiegħu d-dokumenti ta’ sostenn fil-każ ta’ dikjarazzjonijiet supplimentari, għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
(26) |
L-Artikolu 163 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jistabbilixxi l-każijiet li fihom dikjarazzjoni doganali għandha titqies bħala applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal proċedura speċjali differenti minn dik tat-tranżitu. Dik id-dispożizzjoni jenħtieġ li tinkludi wkoll il-qerda ta’ kunsinni b’valur ta’ EUR 150 000 jew inqas sabiex jiġu ffaċilitati l-formalitajiet doganali għall-operaturi ekonomiċi f’każijiet bħal dawn. Il-qerda ta’ kunsinni jenħtieġ li tkun possibbli mingħajr l-użu tas-Sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali sabiex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fiż-żmien meta l-merkanzija li tkun se tinqered tiġi ddikjarata għall-proċedura doganali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-merkanzija sensittiva elenkata fl-Anness 71-02 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 tiġi eskluża mill-faċilitazzjoni msemmija hawn fuq, sakemm ma tinqeridx u l-valur tal-kunsinna ma jkunx ta’ aktar minn EUR 150 000. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 163 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 jiġi emendat skont dan. |
(27) |
L-Artikolu 163(2)(g) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jistabbilixxi li dikjarazzjoni doganali ma tistax titqies bħala applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal proċedura speċjali differenti minn dik tat-tranżitu meta jkun applikabbli l-Artikolu 167(1)(f) ta’ dak ir-Regolament Delegat. Din id-dispożizzjoni tirreferi għall-ipproċessar ta’ merkanzija sensittiva, li diġà hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 163(1)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446. Sabiex tiġi evitata din ir-ripetizzjoni, jenħtieġ li jitħassar l-Artikolu 163(2)(g) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446. |
(28) |
L-Artikolu 166(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jistabbilixxi li l-kundizzjoni għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għal proċedura ta’ proċessar fl-Artikolu 211(4)(b) tal-Kodiċi, jiġifieri li l-proċedura ma taffettwax b’mod negattiv l-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni (il-kundizzjonijiet ekonomiċi), ma tapplikax għal awtorizzazzjonijiet għal proċessar attiv għajr f’ċerti każijiet, inkluż applikazzjonijiet li jkopru merkanzija soġġetta għal miżuri bħal dazji antidumping jew kompensatorji. Madankollu, tali applikazzjonijiet jenħtieġ li jiġu esklużi mill-eżami tal-kundizzjonijiet ekonomiċi, billi dawk id-dazji huma maħsuba biex jipproteġu l-interessi essenzjali tal-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-eżami tal-kundizzjonijiet ekonomiċi mhux ser ikun meħtieġ aktar f’tali każijiet, peress li l-Artikolu 76 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 kif emendat minn dan ir-Regolament jipprevedi applikazzjoni awtomatika tad-dazji antidumping u kompensatorji għall-merkanzija li titqiegħed taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv meta l-proċedura tiġi rilaxxata. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 166(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jiġi emendat skont dan. |
(29) |
L-Artikolu 168 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jikkonċerna l-kalkolu tal-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni f’ċerti każijiet ta’ proċessar attiv. Dik id-dispożizzjoni hija madankollu żejda, minħabba l-emendi tal-Artikoli 76 u 166 ta’ dak ir-Regolament Delegat. Skont dawk l-emendi, il-kalkolu tad-dazju fuq l-importazzjoni jsir f’konformità mal-Artikolu 86(3) tal-Kodiċi, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 168 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446. Barra minn hekk, jekk il-merkanzija tkun soġġetta għall-miżuri ta’ politika agrikola jew kummerċjali, il-kundizzjonijiet ekonomiċi jridu jiġu eżaminati skont l-Artikolu 166 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 kif emendat minn dan ir-Regolament. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 168 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 2015/2446 jitħassar. |
(30) |
L-Artikolu 177 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jistabbilixxi regoli dwar is-segregazzjoni kontabilistika meta l-merkanzija tal-Unjoni tinħażen flimkien ma’ merkanzija mhux tal-Unjoni f’faċilità ta’ ħżin għall-ħażna doganali. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe użu ħażin possibbli ta’ dawk ir-regoli, jenħtieġ li l-ħażna ta’ merkanzija tal-Unjoni u ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni flimkien f’faċilità ta’ ħżin għall-ħażna doganali (ħżin komuni) tkun permessa biss meta l-oġġetti jkollhom l-istess kodiċi NM, kwalità kummerċjali u karatteristiċi tekniċi. Il-merkanzija soġġetta għal miżuri bħal dazji antidumping jew kompensatorji ma għandhiex titħalla fi ħżin komuni, sakemm ma tkunx saret merkanzija tal-Unjoni wara li tkun ġiet soġġetta għad-dazji antidumping jew kompensatorji rilevanti. Jenħtieġ li l-Artikolu 177 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jiġi emendat skont dan. |
(31) |
Sabiex jiġi ssimplifikat l-użu tal-proċedura ta’ dħul temporanju fit-traffiku marittimu internazzjonali, f’żoni tal-fruntiera u fir-rigward ta’ ċertu tagħmir pedagoġiku, xjentifiku u tekniku, l-applikant u d-detentur tal-proċedura ta’ dħul temporanju jenħtieġ li eċċezzjonalment jitħallew jiġu stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni, u ma għandhomx għalfejn jiġu stabbiliti barra dak it-territorju kif meħtieġ skont l-Artikolu 250(2)(c) tal-Kodiċi. Jenħtieġ li l-Artikoli 220, 224, 227, 229 u 230 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jiġu emendati skont dan. |
(32) |
Meta merkanzija militari tiġi ddikjarata għal dħul temporanju, din jenħtieġ li tibbenefika minn eżenzjoni totali mid-dazju fuq l-importazzjoni u l-perjodu għar-rilaxx jenħtieġ li jiġi stabbilit għal 24-il xahar, bil-possibbiltà ta’ estensjoni. Għalhekk jenħtieġ li jiddaħħal Artikolu 235a ġdid fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u jenħtieġ li l-Artikolu 237 ta’ dak ir-Regolament jiġi emendat skont dan. |
(33) |
L-Artikolu 245(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jistabbilixxi eċċezzjonijiet mir-rekwiżit li tiġi preżentata dikjarazzjoni ta’ qabel it-tluq għal merkanzija li tkun se toħroġ minn ċerti territorji tal-Unjoni barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà militari, din l-eċċezzjoni jenħtieġ li tiġi estiża għal merkanzija trasportata koperta minn formola 302 tan-NATO jew minn formola 302 tal-UE. Barra minn hekk, wara l-inklużjoni ta’ Campione d’Italia u tal-ilmijiet Taljani tal-Lag ta’ Lugano fit-territorju doganali tal-Unjoni, jenħtieġ li dik l-eċċezzjoni ma tibqax tirreferi aktar għal Campione d’Italia u għall-ilmijiet Taljani tal-Lag ta’ Lugano. Għalhekk jenħtieġ li l-punti (i) u (p) tal-Artikolu 245(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jiġu emendati skont dan. |
(34) |
L-Artikolu 248 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jenħtieġ li jiġi emendat biex jiġi ċċarat li l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni jrid jinvalida d-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni u jrid jinvalida ċ-ċertifikazzjoni rilevanti tal-ħruġ tal-merkanzija, meta l-uffiċċju doganali tal-ħruġ ikun informa li operazzjoni tat-trasport li kellha tintemm barra mit-territorju doganali tal-Unjoni tkun se tintemm fih. |
(35) |
L-Anness 71-03 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jipprevedi lista ta’ forom abitwali ta’ ġestjoni għall-finijiet ta’ merkanzija li titqiegħed taħt il-proċedura ta’ proċessar skont l-Artikolu 220 tal-Kodiċi. Sabiex jiġi evitat l-użu ħażin ta’ forom abitwali ta’ ġestjoni biex jinkisbu vantaġġi mhux ġustifikati fir-rigward tad-dazju, dak l-Anness jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(36) |
Il-punt 7 tal-Anness 71-04 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom l-użu tal-ekwivalenza huwa permess abbażi tal-arranġamenti ta’ proċessar attiv fir-rigward tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib. Il-kundizzjonijiet jikkonċernaw il-piż tal-komponenti differenti ta’ dawn il-prodotti, jiġifieri l-materja niexfa, ix-xaħam u l-proteina. Sabiex jiġu ssimplifikati dawk id-dispożizzjonijiet, sabiex il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ikunu soġġetti għar-regoli ġenerali dwar l-ekwivalenza stabbiliti fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 223(1) tal-Kodiċi, l-Anness 71-04 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(37) |
L-Anness 71-05 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jelenka l-elementi tad-data li jridu jsiru disponibbli għall-iskambju standardizzat ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali fil-kuntest tal-proċeduri ta’ proċessar. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li xi elementi tad-data jistgħu jiġu espressi f’unitajiet ta’ kejl differenti minn kilogrammi u f’muniti oħra differenti mill-euro minħabba li, għall-kuntrarju ta’ dispożizzjonijiet oħra dwar elementi tad-data li għandhom jiġu pprovduti mill-operaturi ekonomiċi, l-Artikoli 176, 181 u l-Anness 71-05 ma jsemmux din il-possibbiltà b’mod espliċitu. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li d-dikjarazzjoni doganali titqies bħala applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal proċessar attiv jew passiv skont l-Artikolu 163 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li jiżdied element tad-data ġdid fit-Taqsima B fir-rigward tad-data li fiha ġġarrab id-dejn doganali jew li fiha ġew applikati miżuri ta’ politika kummerċjali possibbli, peress li dan huwa element tad-data rilevanti li għandu jiġi skambjat mill-awtoritajiet doganali meta jużaw is-sistema INF. Jenħtieġ li l-Anness 71-05 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jiġi emendat skont dan. |
(38) |
Jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2016/341 jiġi emendat ukoll biex jirrifletti ċerti bidliet f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. L-ewwel nett, l-introduzzjoni tal-obbligu ta’ rapportar tal-Istati Membri dwar il-progress tas-sistemi elettroniċi fl-Artikolu 278a tal-Kodiċi huwa aktar strett mill-obbligu ta’ rapportar stabbilit fl-Artikolu 56(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341, u għalhekk dan tal-aħħar jenħtieġ li jitħassar. It-tieni nett, l-Anness 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341, li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni tad-data għad-dikjarazzjonijiet, għan-notifiki u għall-prova tal-istatus tal-Unjoni li japplikaw sakemm jiġu implimentati s-sistemi elettroniċi tal-Kodiċi, jenħtieġ li jirrifletti d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Programm ta’ Ħidma aġġornat għall-użu tas-sistema ICS2 fi tliet ħarġiet. Dak l-Anness jenħtieġ li jirreferi esklużivament għall-Annessi ta’ dak ir-Regolament Delegat li jipprovdu r-rekwiżiti tad-data għall-perjodu ta’ tranżizzjoni iżda ma għandux jirreferi għall-Anness B tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, peress li dan mhux applikabbli matul it-tranżizzjoni. Fl-aħħar nett, wara l-inklużjoni tad-definizzjoni ta’ kunsinna express u ta’ trasportatur express fl-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, id-definizzjoni ta’ kunsinna express fl-Anness 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341 jenħtieġ li titħassar biex tiġi evitata l-konfużjoni. |
(39) |
L-Artikolu 128a tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jenħtieġ li jiġi kkoreġut biex jiġu ċċarati l-istruzzjonijiet dwar it-timbru u l-firma ta’ ċerti provi tal-istatus tal-unjoni. L-ewwel nett, xi struzzjonijiet huma duplikati u għalhekk jenħtieġ li jitħassar sett wieħed minn dawn l-istruzzjonijiet. It-tieni nett, jenħtieġ li tiżdied ir-referenza għal timbru speċjali deskritt fil-Parti II, il-Kapitolu II tal-Anness 72-04 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447. It-tielet nett, l-emittenti awtorizzati u l-kunsinnaturi awtorizzati huma żewġ awtorizzazzjonijiet distinti u d-dispożizzjoni tirreferi b’mod żbaljat għall-kunsinnaturi awtorizzati fil-kuntest ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ħruġ tal-prova. Id-dispożizzjoni jenħtieġ li tirreferi għal “emittent awtorizzat” minflok “kunsinnatur awtorizzat”, fil-lingwi kollha. |
(40) |
Ir-referenza fl-Artikolu 150 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 għall-Artikolu 138 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (11) mhijiex korretta u jenħtieġ li tiġi sostitwita b’referenza għall-Artikolu 143(1) ta’ dik id-Direttiva, billi dak l-Artikolu huwa dak li jipprevedi l-eżenzjoni applikabbli mill-VAT. |
(41) |
Il-possibbiltà li ssir dikjarazzjoni ta’ organi u ta’ tessuti oħra tal-bniedem jew tal-annimali jew ta’ demm tal-bniedem li jkun xieraq għal trapjanti, impjantazzjonijiet jew trasfużjonijiet permanenti f’każ ta’ emerġenza, permezz ta’ kwalunkwe att ieħor, jenħtieġ li tapplika b’mod retroattiv mill-15 ta’ Marzu 2020 biex tiġi ffaċilitata l-importazzjoni ta’ din il-merkanzija waqt il-kriżi li ġiet iġġenerata mill-coronavirus, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 6(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Meta jkun hemm raġunijiet serji għaliex wieħed jissuspetta li hemm ksur tal-leġiżlazzjoni doganali jew fiskali u l-awtoritajiet doganali u fiskali jagħmlu investigazzjonijiet abbażi ta’ dawk ir-raġunijiet, il-limitu ta’ żmien għat-teħid tad-deċiżjoni għandu jiġi estiż biż-żmien meħtieġ sabiex jitlestew dawk l-investigazzjonijiet. Dik l-estensjoni ma għandhiex tkun ta’ iktar minn disa’ xhur. Sakemm dan ma jkunx ta’ xkiel għall-investigazzjonijiet, l-applikant għandu jiġi mgħarraf dwar l-estensjoni.”. |
(4) |
Fl-Artikolu 17(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Madankollu, meta l-awtorità doganali tqis li d-detentur tad-deċiżjoni ma jistax jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 39(a) tal-Kodiċi, id-deċiżjoni għandha tiġi sospiża sakemm jiġi stabbilit jekk twettaqx ksur serju jew ksur ripetut, inkluż reat kriminali serju, minn xi waħda mill-persuni li ġejjin:
|
(5) |
L-Artikolu 76 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 76 Deroga għall-kalkolu tal-ammont tad-dazju tal-importazzjoni fuq prodotti pproċessati li jirriżultaw minn proċessar attiv (l-Artikolu 86(3) u 86(4) tal-Kodiċi) 1. L-Artikolu 86(3) tal-Kodiċi għandu japplika mingħajr ma ssir talba mingħand id-dikjarant meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
2. L-Artikolu 86(3) tal-Kodiċi għandu japplika wkoll mingħajr talba mid-dikjarant meta l-prodotti proċessati jkunu nkisbu minn merkanzija li titqiegħed taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv li, fil-ħin tal-aċċettazzjoni tal-ewwel dikjarazzjoni doganali għat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv, tkun ġiet soġġetta għal dazju anti-dumping provviżorju jew definittiv, għal dazju kompensatorju, għal miżura ta’ salvagwardja jew għal dazju addizzjonali li jirriżulta minn sospensjoni ta’ konċessjonijiet li kieku din ġiet iddikjarata għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera u l-każ ma jkunx kopert mill-Artikolu 167(1)(h), (i), (m) jew (p) ta’ dan ir-Regolament. 3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw meta l-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv ma tibqax soġġetta għal dazju anti-dumping provviżorju jew definittiv, għal dazju kompensatorju, għal miżura ta’ salvagwardja jew għal dazju addizzjonali li jirriżulta minn sospensjoni ta’ konċessjonijiet fil-ħin meta jiġġarrab dejn doganali għall-prodotti proċessati. 4. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għal merkanzija ddikjarata għal proċessar attiv sa mhux aktar tard mis-16 ta’ Lulju 2021 jekk dik il-merkanzija tkun koperta minn awtorizzazzjoni li tkun ingħatat qabel is-16 ta’ Lulju 2020.” |
(6) |
L-Artikolu 104 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
L-Artikolu 106 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 106 Limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul fil-każ ta’ trasport bl-ajru (l-Artikoli 127(2)(b), (3), (6) u (7) tal-Kodiċi) 1. Meta l-merkanzija tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni bl-ajru, id-dettalji sħaħ tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul għandhom jiġu preżentati malajr kemm jista’ jkun u, fi kwalunkwe każ, fil-limiti ta’ żmien li ġejjin:
2. Mid-data stabbilita f’konformità mal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2151 għall-użu tal-ħarġa 1 tas-sistema msemmija fl-Artikolu 182(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, l-operaturi postali u t-trasportaturi express għandhom jippreżentaw, f’konformità mal-Artikolu 183 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, mill-inqas is-sett tad-data tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn meta l-merkanzija titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru li fuqu tkun se tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni. 2a. Mid-data stabbilita f’konformità mal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2151 għall-użu tal-ħarġa 2 tas-sistema msemmija fl-Artikolu 182(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, l-operaturi ekonomiċi minbarra l-operaturi postali u t-trasportaturi express għandhom jippreżentaw mill-inqas is-sett tad-data tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn meta l-merkanzija titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru li fuqu tkun se tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni. 3. Mid-data stabbilita f’konformità mal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2151 għall-użu tal-ħarġa 2 tas-sistema msemmija fl-Artikolu 182(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, meta jkun ġie pprovdut biss is-sett tad-data minimu tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul fil-limiti ta’ żmien imsemmija fil-paragrafi 2 u 2a, id-dettalji l-oħra għandhom jiġu pprovduti fil-limiti ta’ żmien speċifikati fil-paragrafu 1. 4. Sad-data stabbilita f’konformità mal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2151 għall-użu tal-ħarġa 2 tas-sistema msemmija fl-Artikolu 182(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, is-sett tad-data minimu tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ippreżentata f’konformità mal-paragrafu 2 għandu jitqies bħala d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul sħiħa għal merkanzija f’kunsinni postali li jkollha Stat Membru bħala d-destinazzjoni finali u għal merkanzija f’kunsinni express b’valur intrinsiku ta’ mhux aktar minn EUR 22.”. |
(8) |
L-Artikolu 112 huwa emendat kif ġej:
|
(9) |
L-Artikolu 113 huwa emendat kif ġej:
|
(10) |
Fit-Titolu IV, il-Kapitolu 1, jiżdied l-Artikolu 113a li ġej: “Artikolu 113a Forniment tad-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul minn persuni oħra (l-Artikolu 127(6) tal-Kodiċi) 1. Kull persuna li tissottometti d-dettalji msemmija fl-Artikolu 127(5) tal-Kodiċi għandha tkun responsabbli għad-dettalji li hu/hi jkun/tkun issottometta/issottomettiet f’konformità mal-Artikolu 15(2)(a) u (b) tal-Kodiċi. 2. Mid-data stabbilita f’konformità mal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2151 għall-użu tal-ħarġa 2 tas-sistema msemmija fl-Artikolu 182(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, meta l-operatur postali ma jagħmilx id-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ta’ kunsinni postali disponibbli għal trasportatur li huwa obbligat li jippreżenta l-bqija tad-dettalji tad-dikjarazzjoni permezz ta’ dik is-sistema, l-operatur postali tad-destinazzjoni, jekk il-merkanzija tiġi kkunsinnata fl-Unjoni, jew l-operatur postali tal-Istat Membru tal-ewwel dħul, jekk il-merkanzija tkun fi tranżitu fl-Unjoni, għandu jipprovdi dawk id-dettalji lill-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul f’konformità mal-Artikolu 127(6) tal-Kodiċi. 3. Mid-data stabbilita f’konformità mal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2151 għall-użu tal-ħarġa 2 tas-sistema msemmija fl-Artikolu 182(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, meta t-trasportatur express ma jagħmilx id-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ta’ kunsinni express trasportati bl-ajru disponibbli għat-trasportatur, it-trasportatur express għandu jipprovdi dawk id-dettalji lill-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul f’konformità mal-Artikolu 127(6) tal-Kodiċi.”. |
(11) |
L-Artikolu 127 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 127 Prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni f’carnets TIR jew ATA jew f’formoli 302 tan-NATO jew formoli 302 tal-UE (l-Artikolu 6(3)(a) tal-Kodiċi) Meta l-merkanzija tal-Unjoni tiġi trasportata f’konformità mal-Konvenzjoni TIR, il-Konvenzjoni ATA jew il-Konvenzjoni ta’ Istanbul, jew koperta minn formola 302 tan-NATO jew minn formola 302 tal-UE, il-prova tal-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni tista’ tiġi preżentata b’mezzi differenti minn tekniki ta’ proċessar elettroniku tad-data.”. |
(12) |
Fl-Artikolu 128d(1), is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “1. L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 128c għandha tingħata biss lil kumpanniji ta’ trasport internazzjonali bil-baħar li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:”. |
(13) |
L-Artikolu 138 huwa emendat kif ġej:
|
(14) |
L-Artikolu 139 huwa emendat kif ġej:
|
(15) |
Fl-Artikolu 140(1) jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
(16) |
L-Artikolu 141 huwa emendat kif ġej:
|
(17) |
Fl-Artikolu 142, il-punti (b), (c) u (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(18) |
L-Artikolu 143a huwa emendat kif ġej:
|
(19) |
L-Artikolu 144 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 144 Dikjarazzjoni doganali għal merkanzija f’kunsinni postali (l-Artikolu 6(2) tal-Kodiċi) 1. Operatur postali jista’ jippreżenta dikjarazzjoni doganali għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera li jkun fiha s-sett imnaqqas tad-data msemmi fil-kolonna H6 tal-Anness B fir-rigward ta’ merkanzija f’kunsinna postali meta l-merkanzija tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
2. Sad-dati tal-aġġornament tas-Sistemi Nazzjonali tal-Importazzjoni msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2151, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li d-dikjarazzjoni doganali għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ta’ merkanzija f’kunsinni postali għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 143a ta’ dan ir-Regolament għandha titqies li ġiet ippreżentata u aċċettata permezz tal-preżentazzjoni tagħha lid-dwana, diment li l-merkanzija tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni CN22 jew dikjarazzjoni CN23.”. |
(20) |
L-Artikoli 146 u 147 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 146 Dikjarazzjoni supplimentari (l-Artikolu 167(1) tal-Kodiċi) 1. Meta l-awtoritajiet doganali jkollhom idaħħlu l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew tad-dazju fuq l-esportazzjoni li jitħallas fil-kontijiet f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 105(1) tal-Kodiċi, il-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni supplimentari msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 167(1) tal-Kodiċi, meta dik id-dikjarazzjoni tkun ta’ natura ġenerali, għandu jkun ta’ 10 ijiem mir-rilaxx tal-merkanzija. 2. Meta ssir entrata fil-kontijiet f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 105(1) tal-Kodiċi jew fejn ma jiġġarrab l-ebda dejn doganali u d-dikjarazzjoni supplimentari tkun ta’ natura perjodika jew rikapitulattiva, il-perjodu ta’ żmien kopert mid-dikjarazzjoni supplimentari ma għandux ikun ta’ aktar minn xahar kalendarju. 3. Il-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni supplimentari ta’ natura perjodika jew rikapitulattiva għandu jkun ta’ 10 ijiem mid-data li fiha jintemm il-perjodu ta’ żmien kopert mid-dikjarazzjoni supplimentari.
4. Sad-dati rispettivi tal-użu tal-AES u tal-aġġornament tas-Sistemi Nazzjonali tal-Importazzjoni rilevanti msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2151 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 105(1) tal-Kodiċi, l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu limiti ta’ żmien differenti minn dawk speċifikati fil-paragrafi 1 sa 3b ta’ dan l-Artikolu. Artikolu 147 Limitu ta’ żmien biex id-dikjarant ikollu pussess tad-dokumenti ta’ sostenn fil-każ ta’ dikjarazzjonijiet supplimentari (l-Artikolu 167(1) tal-Kodiċi) Id-dokumenti ta’ sostenn li kienu neqsin meta d-dikjarazzjoni simplifikata kienet ippreżentata għandhom ikunu fil-pussess tad-dikjarant fit-terminu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni supplimentari f’konformità mal-Artikolu 146(1), (3), (3a), (3b) jew (4).”. |
(21) |
L-Artikolu 163 huwa emendat kif ġej:
|
(22) |
Fl-Artikolu 166(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(23) |
Fl-Artikolu 167(1), il-punt (k) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(*4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/581 tas-16 ta’ April 2018 li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċertu tip ta’ prodotti maħsuba li jiġu inkorporati jew użati f’inġenji tal-ajru, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1147/2002 (ĠU L 98, 18.4.2018, p. 1).”." |
(24) |
L-Artikolu 168 jitħassar. |
(25) |
L-Artikolu 177 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 177 Ħżin ta’ merkanzija tal-Unjoni flimkien ma’ merkanzija mhux tal-Unjoni f’faċilità ta’ ħżin (l-Artikolu 211(1) tal-Kodiċi) 1. Meta l-merkanzija tal-Unjoni tkun maħżuna flimkien ma’ merkanzija mhux tal-Unjoni f’faċilità ta’ ħżin għall-ħażna doganali u jkun impossibbli jew ikun possibbli biss bi spejjeż sproporzjonati li dejjem jiġi identifikat kull tip ta’ merkanzija (ħżin komuni), l-awtorizzazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 211(1)(b) tal-Kodiċi għandha tistabbilixxi li s-segregazzjoni kontabilistika għandha ssir fir-rigward ta’ kull tip ta’ merkanzija, status doganali u, fejn xieraq, oriġini tal-merkanzija. 2. Il-merkanzija tal-Unjoni maħżuna flimkien ma’ merkanzija mhux tal-Unjoni f’faċilità ta’ ħżin kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tikkondividi l-istess kodiċi NM bi tmien ċifri, l-istess kwalità kummerċjali u l-istess karatteristiċi tekniċi. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, merkanzija mhux tal-Unjoni li , fiż-żmien meta tkun se tiġi maħżuna flimkien ma’ merkanzija tal-Unjoni, tkun soġġetta għal dazju anti-dumping provviżorju jew definittiv, għal dazju kompensatorju, għal miżura ta’ salvagwardja jew għal dazju addizzjonali li jirriżulta minn sospensjoni ta’ konċessjonijiet jekk tkun iddikjarata għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, ma għandhiex titqies li għandha l-istess kwalità kummerċjali bħall-merkanzija tal-Unjoni. 4. Il-paragrafu 3 ma għandux japplika meta l-merkanzija mhux tal-Unjoni tinħażen flimkien ma’ merkanzija tal-Unjoni li tkun ġiet iddikjarata preċedentement bħala merkanzija mhux tal-Unjoni għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera u li għaliha jkunu tħallsu d-dazji msemmija fil-paragrafu 3.”. |
(26) |
Fl-Artikolu 220, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(27) |
Fl-Artikolu 224, jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-applikant u d-detentur tal-proċedura jistgħu jiġu stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni għall-merkanzija msemmija fil-punt (b).”. |
(28) |
Fl-Artikolu 227, jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-applikant u d-detentur tal-proċedura jistgħu jiġu stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni.”. |
(29) |
Fl-Artikolu 229, jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-applikant u d-detentur tal-proċedura jistgħu jiġu stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni.”. |
(30) |
Fl-Artikolu 230, jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-applikant u d-detentur tal-proċedura jistgħu jiġu stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni.”. |
(31) |
Jiddaħħal l-Artikolu 235a ġdid li ġej: “Artikolu 235 a Merkanzija li tkun se tiġi trasportata jew użata fil-kuntest ta’ attivitajiet militari (l-Artikolu 250(2)(d) tal-Kodiċi) Għandha tingħata eżenzjoni totali mid-dazju fuq l-importazzjoni għall-merkanzija li tkun se tiġi trasportata jew użata fil-kuntest ta’ attivitajiet militari koperta minn formola 302 tan-NATO jew minn formola 302 tal-UE. L-applikant u d-detentur tal-proċedura jistgħu jiġu stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni.”. |
(32) |
Fl-Artikolu 237, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. Għall-merkanzija msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 235a, il-limitu ta’ żmien għar-rilaxx għandu jkun ta’ 24 xahar minn meta l-merkanzija titqiegħed taħt il-proċedura ta’ dħul temporanju, sakemm ma jiġix stabbilit limitu ta’ żmien itwal permezz ta’ ftehimiet internazzjonali .”. |
(33) |
Fl-Artikolu 245(1), il-punti (i) u (p) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(34) |
Fl-Artikolu 248, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. Meta l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni jiġi infurmat, f’konformità mal-Artikolu 340 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, li l-merkanzija ma tkunx ittieħdet barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, dan għandu jinvalida immedjatament id-dikjarazzjoni kkonċernata u, fejn xieraq, għandu jinvalida immedjatament iċ-ċertifikazzjoni rilevanti tal-ħruġ ta’ merkanzija li tkun saret skont l-Artikolu 334(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.”. |
(35) |
Jiddaħħal l-Anness 52-01, kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
(36) |
Fl-Anness 71-03, wara l-ewwel paragrafu u qabel il-lista ta’ forom ta’ ġestjoni, jiddaħħlu ż-żewġ paragrafi li ġejjin: “Barra minn hekk, l-ebda waħda mill-forom ta’ ġestjoni li ġejjin ma tista’ tirriżulta f’vantaġġ mhux ġustifikat fir-rigward tad-dazju fuq l-importazzjoni. Għall-finijiet tal-paragrafu preċedenti, kwalunkwe waħda mill-forom abitwali ta’ ġestjoni elenkati hawn taħt li jinvolvu bidla fil-kodiċi NM jew fl-oriġini ta’ merkanzija mhux tal-Unjoni għandha titqies li tirriżulta f’vantaġġ mhux ġustifikat fir-rigward tad-dazju fuq l-importazzjoni jekk il-merkanzija tkun, malli jibdew il-forom abitwali ta’ ġestjoni, soġġetta għal dazju anti-dumping provviżorju jew definittiv, għal dazju kompensatorju, għal miżura ta’ salvagwardja jew għal dazju addizzjonali li jirriżulta minn sospensjoni ta’ konċessjonijiet jekk tkun iddikjarata għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera.”. |
(37) |
Fl-Anness 71-04, fil-Parti II “PROĊESSAR ATTIV”, il-punt (7) “Ħalib u prodotti tal-ħalib” jitħassar. |
(38) |
L-Anness 71-05 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2016/341
Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/341 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 56, il-paragrafu 2 jitħassar. |
(2) |
L-Anness 1 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
(3) |
Fl-Anness 9, fl-Appendiċi A, fin-noti introduttorji għat-tabelli, il-punt 4.2. jitħassar. |
Artikolu 3
Korrezzjonijiet għar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 huwa kkoreġut kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 37, il-punt 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 128a(2), il-punti (e) u (f) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 150(3), il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(13)(b) u l-Artikolu 1(16)(b)(i) għandhom japplikaw mill-15 ta’ Marzu 2020.”
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).
(3) Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Mobbiltà Militari JOIN (2018) 5 final tat-28 ta’Marzu 2018.
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
(5) L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) 2019/474 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 83, 25.3.2019, p. 38).
(6) Id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti, li temenda d-Direttiva 2010/65/UE u li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 116).
(7) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2151 tat-13 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma relatat mal-iżvilupp u t-tnedija tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 325, 16.12.2019, p. 168).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72).
(9) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-5 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta’ ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta’ servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti (ĠU L 348, 29.12.2017, p. 7).
(10) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 tas-17 ta’ Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 (ĠU L 69, 15.3.2016, p. 1).
(11) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
ANNESS I
L-Anness 52-01 jiddaħħal fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 kif ġej:
“Anness 52-01
Formola 302 tal-UE
(1) |
Il-formola 302 tal-UE trid tkun konformi mal-kampjun stabbilit f’dan l-Anness. |
(2) |
Il-formola 302 tal-UE għandha ssir bl-Ingliż jew bil-Franċiż. |
(3) |
Jekk jimtlew bl-idejn, l-entrati għandhom ikunu jistgħu jinqraw b’mod ċar. |
(4) |
Kull formola 302 tal-UE għandu jkollha numru tas-serje, stampat jew indikat b’mod ieħor, li bih tista’ tiġi identifikata. |
EU FORM 302/FORMULAIRE UE 302
Document for customs purposes for goods used for military activity only and not for commercial gain.
Document à usage douanier relatif à des marchandises utilisées exclusivement pour des activités militaires et sans intention commerciale
Copy n°: Exemplaire n°: |
Serial N° Numéro |
Mission/Exercise/Transport: Mission/Exercice/Transport: |
Mode of transport: Mode de transport: |
Temporary Admission (yes/no): Admission temporaire (oui/non): |
|
Name and address of transporter: Nom et adresse du transporteur: |
|
|
Name and address of consignor Nom et adresse de l’expéditeur |
Name and address of consignee Nom et adresse du destinataire |
|
Final destination/Destination finale: |
Sealed/not sealed (*): when sealed: seal numbers, quantity and sealing authority will be show below.
Scellé/sans scellé (*): si l’envoi a été scellé, indiquer ci-dessous l’espèce, le numéro et le nombre des scellés et l’autorité qui les a apposés.
Remarks: See attached shipping documents Observations: Voir documents d’expédition en annexe |
Seal numbers Numéros des scellés |
(Stamp/Cachet)
I (name in full) certify that the shipment described herein is transported under the authority of the military and contains only goods for their use without any commercial intent.
Je (nom et prénom) certifie que l’envoi décrit ci-dessus est transporté avec l’autorisation des forces militaires et contient uniquement des marchandises destinées à leur usage et sans intention commerciale.
Signature… |
Rank and unit-address/Grade et adresse de l’unité: |
Date: |
|
Certificate of receipt/Certificat de réception |
|
I (name in full) certify that the goods listed above have been received as described. Je (nom et prénom) certifie que les marchandises indiquées ci-dessus ont été reçues et sont conformes. |
|
Signature… |
Rank and unit-address/Grade et adresse de l’unité: |
Date: |
|
This is an accountable document which constitutes both an official certificate of import/export autorisation and a customs declaration/Ce document est un document officiel engageant votre responsabilité, servant à la fois de licence d’importation et d’exportation ainsi que de déclaration en douane. For instructions for use of this document see overleaf/Voir au verso les instructions pour l’utilisation de ce document. Delete where inapplicable/Biffer la mention inutile. |
EU FORM 302/FORMULAIRE UE 302
I undertake
1. |
to present this import/export notification to the appropriate customs authorities together with such goods as have not been accepted by the EU forces entity led to receive goods. |
2. |
not to hand such goods to any third party or parties without due observance of the current customs and other requisition of the land which delivery of the goods has been refused. |
3. |
to present my credentials to the customs authorities on demand. |
4. |
This form is not to be used for commercial intent (i.e. the buying or selling of products). |
Je m’engage
1. |
à présenter aux autorités douanières compétentes, cette déclaration d’importation/d’exportation, avec les marchandises qui ne seraient pas acceptées par l’unité des Forces UE. |
2. |
à ne céder ces marchandises à de tierces personnes, sans accomplir les formalités douanières et autres prévues par la réglementation en vigueur dans le pays où les marchandises ont été refusées. |
3. |
à présenter mes papiers d’identité sur demande aux autorités douanières. |
4. |
Ce formulaire ne peut pas être utilisé à des fins commerciales (par exemple, pour acheter ou vendre des marchandises). |
Signature, name and address of person presenting the goods to customs
Signature, nom et adresse de la personne qui présente les marchandises à la douane
__________________________________________________________________________________ |
Goods presented to customs authorities (on/at place)
Marchandises présentées aux autorités douanières (date et lieu)
FOR CUSTOMS ONLY/PARTIE RESERVEE A LA DOUANE
|
Country Pays |
Customs Office Bureau de douanes |
Date of crossing Date du passage |
Signature of customs officer and remarks Signature du douanier et obs |
Official customs stamp Cachet de la douane |
Exit Sortie |
|
|
|
|
|
Entry Entrée |
|
|
|
|
|
Exit Sortie |
|
|
|
|
|
Entry Entrée |
|
|
|
|
|
INSTRUCTIONS FOR THE CONSIGNOR/INSTRUCTION POUR L’EXPEDITEUR
THE CONSIGNOR will present all copies of the shipment to the transporter. Tampering with the forms by means of erasures of addition there to by the consignor and/or the transporter of their employees will void this declaration.
L’EXPEDITEUR doit remettre tous les exemplaires au transporteur en même temps que l’envoi. L’altération des documents (suppressions ou additions) par l’expéditeur, le transporteur ou leurs employés entraîne automatiquement la nullité de cette déclaration.
DISTRIBUTION OF COPIES
Copy n° 1 |
Will be handed over to the consignee together with the shipment by the transporter after customs officials have processed and stamped this copy. |
Copy n° 2 |
Should be returned by recipient to the despatching agency together with an acknowledgment of receipt. |
Copy n° 3 |
Is intended for processing and retention by customs officials of origin. |
Copy n° 4 |
Is intended for retention by customs officials of destination. For transit purposes further copies as necessary, to be marked 4a, 4b, eċċ. are intended for retention by customs officials of transit countries concerned. |
Copy n° 5 |
Is intended for retention by the issuing organisation. |
DESTINATION DES EXEMPLAIRES
Exemplaire n°1 |
Doit être remis au destinataire avec les marchandises, par le transporteur après avoir été complété et visé par les autorités douanières |
Exemplaire n°2 |
Doit être renvoyé par le destinataire au service d’expédition avec un accusé de réception. |
Exemplaire n° 3 |
Destiné au service des douanes du pays d’expédition qui le complète et le conserve dans ses archives. |
Exemplaire n° 4 |
Destiné au service des douanes du pays destinataire pour le conserver dans ses archives. En cas de transit, seront établis des exemplaires supplémentaires numérotés 4a, 4b, eċċ. destinés aux services des douanes des pays de transit concernés pour y être conservés. |
Exemplaire n°5 |
Destiné à l’unité militaire qui a établi ce document pour le conserver dans ses archives. |
ANNESS II
L-Anness 71-05 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fit-Taqsima A, fl-ewwel tabella, l-ewwel kolonna “Elementi tad-data komuni” hija emendata kif ġej:
|
(2) |
Fit-Taqsima A, fl-ewwel tabella, it-tieni kolonna “Kummenti” hija emendata kif ġej:
|
(3) |
Fit-Taqsima A, fit-tieni tabella, l-ewwel kolonna “elementi tad-data speċifiċi IP” hija emendata kif ġej:
|
(4) |
Fit-Taqsima A, fit-tielet tabella, l-ewwel kolonna “elementi tad-data speċifiċi OP” hija emendata kif ġej:
|
(5) |
Fit-Taqsima B, fl-ewwel tabella, l-ewwel kolonna “Elementi tad-data komuni”, tiżdied ringiela ġdida wara t-tmien ringiela “MRN (O)”: “Data meta jiġġarrab id-dejn doganali jew li fiha s-CPM huwa applikabbli (M)”. |
ANNESS III
Fl-Anness 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341, fl-Ispjega tat-Tabella, ir-ringieli F1a sa G1 huma sostitwiti b’dan li ġej:
Kolonni tal-matriċi tal-Anness B |
Dikjarazzjonijiet/notifiki/provi dwar l-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni |
Is-sistemi tal-IT kif imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/255/UE |
Rekwiżiti tad-data tranżizzjonali li jinsabu fit-TDA |
F1a |
Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul – Baħar u l-passaġġi tal-ilma interni – Sett ta’ data sħiħ |
ICS2 – Rilaxx 3 |
Anness 9 – Appendiċi A |
F2a |
Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul – Merkanzija tal-ajru (ġenerali) – Sett ta’ data sħiħ |
ICS2 – Rilaxx 2 |
Anness 9 – Appendiċi A |
F3a |
Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul – Kunsinni express– Sett ta’ data sħiħ |
ICS2 – Rilaxx 2 |
Anness 9 – Appendiċi A |
F5 |
Dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul – Bit-triq u bil-ferrovija |
ICS2 – Rilaxx 3 |
Anness 9 – Appendiċi A |
G1 |
Notifika ta’ Devjazzjoni |
ICS2 – Rilaxx 3 |
Anness 9 – Appendiċi A |