EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0873

Regolament (UE) 2020/873 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2019/876 fir-rigward ta’ ċerti aġġustamenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

PE/18/2020/REV/1

ĠU L 204, 26.6.2020, p. 4–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/873/oj

26.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/4


REGOLAMENT (UE) 2020/873 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Ġunju 2020

li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2019/876 fir-rigward ta’ ċerti aġġustamenti b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi, flimkien mad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), il-qafas regolatorju prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għad-ditti tal-investiment (‘istituzzjonijiet’) li joperaw fl-Unjoni. Adottat wara l-kriżi finanzjarja li żviluppat fl-2007-2008, u fil-biċċa l-kbira tiegħu bbażat fuq standards internazzjonali miftiehma fl-2010 mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS, Basel Committee on Banking Supervision), magħrufa bħala l-qafas tal-Basel III, dak il-qafas regolatorju prudenzjali kkontribwixxa għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-istituzzjonijiet li joperaw fl-Unjoni u biex jitħejjew aħjar biex jindirizzaw diffikultajiet potenzjali, inklużi diffikultajiet li jirriżultaw minn kriżijiet futuri possibbli.

(2)

Minn mindu daħal fis-seħħ, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 ġie emendat diversi drabi biex jindirizza d-dgħufijiet li baqa’ fil-qafas regolatorju prudenzjali u biex jimplimenta xi elementi pendenti tar-riforma globali tas-servizzi finanzjarji li huma essenzjali biex tiġi żgurata r-reżiljenza tal-istituzzjonijiet. Fost dawk il-bidliet, ir-Regolament (UE) 2017/2395 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) introduċa arranġamenti tranżizzjonali fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 biex jittaffa l-impatt fuq il-fondi proprji mill-introduzzjoni tal-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju - Strumenti Finanzjarji (IFRS 9, International Financial Reporting Standard - Financial Instruments). Ir-Regolament (UE) 2019/630 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) introduċa fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 rekwiżit għall-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi, l-hekk imsejħa garanzija ta’ kontinġenza prudenzjali.

(3)

Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) introduċa fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 uħud mill-elementi finali tal-qafas ta’ Basel III. Dawk l-elementi jinkludu, fost affarijiet oħrajn, definizzjoni ġdida tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja u riżerva tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, li t-tnejn li huma jipprevjenu lill-istituzzjonijiet milli jżidu l-lieva finanzjarja b’mod eċċessiv, kif ukoll dispożizzjonijiet għal trattament prudenzjali aktar favorevoli ta’ ċerti assi tas-softwer u għal trattament aktar favorevoli ta’ ċertu self sostnut minn pensjonijiet jew salarji, fattur ta’ appoġġ rivedut għal self lil intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) (il-‘fattur ta’ appoġġ għall-SMEs’), u aġġustament ġdid għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal riskju tal-kreditu għall-iskoperturi għal entitajiet li joperaw jew jiffinanzjaw strutturi jew faċilitajiet fiżiċi, sistemi u netwerks li jipprovdu jew jappoġġaw servizzi pubbliċi essenzjali (il-‘fattur ta’ appoġġ għall-infrastruttura’).

(4)

Ix-xokk ekonomiku qawwi kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri eċċezzjonali ta’ konteniment kellhom impatt ta’ medda kbira fuq l-ekonomija. In-negozji qed jiffaċċaw interruzzjonijiet fil-ktajjen tal-provvista, għeluq temporanju u tnaqqis fid-domanda, filwaqt li l-unitajiet domestiċi jħabbtu wiċċhom ma’ qgħad u tnaqqis fid-dħul. L-awtoritajiet pubbliċi fil-livell tal-Unjoni u fil-livell tal-Istati Membri ħadu azzjoni deċiżiva biex jappoġġaw lill-familji u lill-impriżi solventi biex jifilħu għat-tnaqqis sever iżda temporanju fl-attività ekonomika u n-nuqqasijiet ta’ likwidità li rriżultaw.

(5)

L-istituzzjonijiet se jkollhom rwol ewlieni biex jikkontribwixxu għall-irkupru. Fl-istess ħin dawn x’aktarx se jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ekonomika li sejra għall-agħar. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (‘ABE’) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq)) (‘AETS’) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u l-awtoritajiet kompetenti pprovdew kapital, likwidità u għajnuna operazzjonali temporanji lill-istituzzjonijiet biex jiżguraw li l-istituzzjonijiet jkunu jistgħu jkomplu jwettqu r-rwol tagħhom fil-finanzjament tal-ekonomija reali minkejja l-ambjent aktar diffiċli. B’mod partikolari, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-ABE pprovdew ċarezza dwar fir-rigward tal-applikazzjoni tal-flessibbiltà diġà inkorporata fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi ħarġu interpretazzjonijiet u gwida dwar l-applikazzjoni tal-qafas prudenzjali fil-kuntest tal-COVID-19. Tali gwida tinkludi l-komunikazzjoni interpretattiva tal-Kummissjoni tat-28 ta’ April 2020 dwar l-applikazzjoni tal-oqfsa kontabilistiċi u prudenzjali biex jiġi ffaċilitat is-self tal-banek tal-UE - appoġġ lin-negozji u lill-unitajiet domestiċi fil-kuntest tal-COVID-19. B’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, il-BCBS (Basel Committee on Banking Supervision) ipprovda wkoll xi flessibbiltà fl-applikazzjoni tal-istandards internazzjonali.

(6)

Huwa importanti li l-istituzzjonijiet jużaw il-kapital tagħhom fejn huwa l-aktar meħtieġ u li l-qafas regolatorju tal-Unjoni jiffaċilita l-azzjoni tagħhom f’dan ir-rigward filwaqt li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet jaġixxu b’mod prudenti. Barra mill-flessibbiltà pprovduta diġà fir-regoli eżistenti, il-bidliet immirati li jsiru fir-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2019/876 jiżguraw li dan il-qafas regolatorju prudenzjali jinteraġixxi mingħajr xkiel mad-diversi miżuri li jindirizzaw il-pandemija tal-COVID-19.

(7)

Iċ-ċirkustanzi straordinarji tal-pandemija tal-COVID-19 u l-kobor bla preċedent tal-isfidi li ġew kreati jitolbu azzjoni immedjata biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jikkanalizzaw fondi lejn negozji u unitajiet domestiċi effettivament u jimmitigaw ix-xokk ekonomiku kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19.

(8)

Il-garanziji pprovduti fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 mill-gvernijiet nazzjonali jew minn entitajiet pubbliċi oħra, li huma kkunsidrati bħala ugwalment ta’ affidabbiltà kreditizja taħt l-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta’ kreditu stabbilit fil-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huma komparabbli fir-rigward tal-effetti tagħhom ta’ mitigazzjoni tar-riskju għal garanziji pprovduti minn aġenziji uffiċjali ta’ kreditu għall-esportazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 47c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Huwa għalhekk ġustifikat li jiġu allinjati r-rekwiżiti ta’ kopertura minima għal skoperturi improduttivi li jibbenefikaw minn garanziji mogħtija minn gvernijiet nazzjonali jew entitajiet pubbliċi oħrajn ma’ dawk għal skoperturi improduttivi li jibbenefikaw minn garanziji mogħtija minn aġenziji uffiċjali ta’ kreditu għall-esportazzjoni.

(9)

L-evidenza li ħarġet fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 għamlitha ċara li l-possibbiltà li ċerti skoperturi għal banek ċentrali jiġu esklużi temporanjament mill-kalkolu tal-miżura ta’ skopertura totali ta’ istituzzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/876, tista’ tkun essenzjali waqt sitwazzjoni ta’ kriżi. Madankollu, id-diskrezzjoni li jiġu esklużi tali skoperturi issir applikabbli biss fit-28 ta’ Ġunju 2021. Għalhekk, qabel dik id-data, l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux jistgħu jużaw dak l-istrument biex jindirizzaw iż-żieda fl-iskoperturi għal banek ċentrali li mistennija sseħħ bħala riżultat tal-miżuri ta’ politika monetarja użati biex jimmitigaw l-impatt ekonomiku tal-pandemija tal-COVID-19. Barra minn hekk, l-effettività ta’ dak l-istrument tidher li hija mxekkla min-nuqqas ta’ flessibbiltà li jirriżulta mill-mekkaniżmu ta’ kumpens marbut ma’ tali esklużjonijiet temporanji, li jirrestrinġi l-kapaċità tal-istituzzjonijiet li jżidu l-iskoperturi għal banek ċentrali f’sitwazzjoni ta’ kriżi. Dan jista’, fl-aħħar mill-aħħar, iwassal biex istituzzjoni tkun imġiegħla tnaqqas il-livell tagħha ta’ self lill-unitajiet domestiċi u lin-negozji. Għalhekk, sabiex tiġi evitata kwalunkwe konsegwenza mhux mixtieqa relatata mal-mekkaniżmu ta’ kumpens u sabiex tiġi żgurata l-effettività ta’ dik l-esklużjoni fil-konfront ta’ xokkijiet u kriżijiet futuri possibbli, il-mekkaniżmu ta’ kumpens jenħtieġ li jiġi modifikat. Addizzjonalment, sabiex ikun żgurat li dik id-diskrezzjoni tkun disponibbli matul il-pandemija kurrenti tal-COVID-19, jenħtieġ li l-possibbiltà li ċerti skoperturi għal banek ċentrali jiġu esklużi temporanjament tkun diġà disponibbli qabel ma jsir applikabbli, fit-28 ta’ Ġunju 2021, ir-rekwiżit tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Sa meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet emendati dwar il-kalkolu tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja kif introdotti mir-Regolament (UE) 2019/876, jenħtieġ li l-Artikolu 429a ikompli japplika fil-formulazzjoni kif introdotta mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/62 (11).

(10)

Fl-2017, il-BCBS irreveda l-kalkolu tal-valur tal-iskopertura għall-proporzjon ta’ lieva finanzjarja fir-rigward ta’ xiri mħallas fi żmien regolari u bejgħ li jkollhom is-saldu pendenti sabiex ikun żgurat li t-trattament jirrifletti korrettament il-lieva finanzjarja inerenti assoċjata ma dak il-kummerċ u sabiex id-differenzi kontabilistiċi possibbli ma jaffettwawx il-kalkolu fost l-istitutzzjonijiet f’pożizzjonijiet komparabbli. Fl-Unjoni, ir-reviżjoni ġiet introdotta mir-Regulation (UE) 2019/876. Madankollu, dak it-trattament aktar favorevoli jsir applikabbli biss fit-28 ta’ Ġunju 2021. Għalhekk, ladarba l-kalkolu rivedut ikun jirrifletti l-lieva finanzjarja reali ta’ tranżazzjoni b’mod aktar adatt u, fl-istess ħin, iżid il-kapaċità ta’ istituzzjoni biex issellef u biex tassorbi t-telf fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikollhom diġà l-possibbiltà li japplikaw temporanjament il-kalkolu rivedut qabel ma ssir applikabbli, għall-istituzzjonijiet kollha fl-Unjoni, id-dispożizzjoni introdotta mir-Regulation (UE) 2019/876.

(11)

Ħafna istituzzjonijiet li joperaw fl-Unjoni kienu soġġetti għall-IFRS 9 mill-1 ta’ Jannar 2018 ’l hawn. F’konformità mal-istandards internazzjonali adottati mill-BCBS, ir-Regolament (UE) 2017/2395 introduċa fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 arranġamenti tranżizzjonali biex jiġi mmitigat l-impatt negattiv potenzjalment sinifikanti fuq il-kapital ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 tal-istituzzjonijiet li jirriżulta mill-kontabilità tat-telf ta’ kreditu mistenni skont l-IFRS 9.

(12)

L-applikazzjoni tal-IFRS 9 matul it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 tista’ twassal għal żieda sinifikanti f’daqqa fil-provvedimenti għat-telf ta’ kreditu mistenni billi, għal ħafna skoperturi, it-telf mistenni tul il-ħajja tagħhom jista’ jkun meħtieġ li jiġi kkalkulat. Il-BCBS, l-ABE u l-AETS iċċaraw li l-istituzzjonijiet huma mistennija li ma japplikawx mekkanikament l-approċċi eżistenti tagħhom għat-telf ta’ kreditu mistenni f’sitwazzjonijiet straordinarji bħal dik tal-pandemija tal-COVID-19 iżda li minflok jużaw il-flessibbiltà inerenti fl-IFRS 9, pereżempju sabiex jagħtu l-kunsiderazzjoni dovuta lil xejriet ekonomiċi fuq terminu twil ta’ żmien. Fit-3 ta’ April 2020, il-BCBS qabel li jippermetti aktar flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-arranġamenti tranżizzjonali li b’mod gradwali jintroduċu l-impatt tal-IFRS 9. Biex tiġi limitata l-volatilità possibbli tal-kapital regolatorju li tista’ sseħħ jekk il-pandemija tal-COVID-19 tirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ dispożizzjonijiet tat-telf ta’ kreditu mistenni, huwa meħtieġ li jiġu estiżi l-arranġamenti tranżizzjonali wkoll fil-liġi tal-Unjoni.

(13)

Biex jiġi mmitigat l-impatt potenzjali li żieda f’daqqa fil-provvedimenti tat-telf ta’ kreditu mistenni jista’ jkollha fuq il-kapaċità tal-istituzzjonijiet li jsellfu lill-klijenti fi żminijiet meta tkun l-aktar meħtieġa, l-arranġamenti tranżizzjonali jenħtieġ li jiġu estiżi b’sentejn, u jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jitħallew iwettqu reintegrazzjoni totali tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħhom ta’ kwalunkwe żieda fi provvedimenti ġodda ta’ telf ta’ kreditu mistenni li huma jirrikonoxxu fl-2020 u l-2021 għall-assi finanzjarji tagħhom li ma jkunux indeboliti fil-kreditu. Dawk il-bidliet iwasslu għal solliev addizzjonali mill-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq iż-żieda possibbli fir-rigward tal-istituzzjonijiet fil-ħtiġijiet ta’ proviżjonament taħt l-IFRS 9 filwaqt li jinżammu l-arranġamenti tranżizzjonali għall-ammonti ta’ telf ta’ kreditu mistenni stabbiliti qabel il-pandemija tal-COVID-19.

(14)

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet li preċedentement iddeċidew li jużaw jew li ma jużawx l-arranġamenti tranżizzjonali jkunu jistgħu jreġġgħu lura dik id-deċiżjoni fi kwalunkwe ħin matul il-perijodu tranżizzjonali ġdid, dment li jirċievu l-permess għal dan minn qabel mill-awtorità kompetenti tagħhom. L-awtorità kompetenti jenħtieġ li tiżgura li tali treġġigħ lura ma jkunx motivat minn kunsiderazzjonijiet ta’ arbitraġġ regulatorju. Sussegwentement, u soġġett għall-permess minn qabel mill-awtorità kompetenti, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikollhom il-possibbiltà li jiddeċiedu li jieqfu milli jużaw l-arranġamenti tranżizzjonali.

(15)

L-impatt straordinarju tal-pandemija tal-COVID-19 huwa osservat ukoll relattivament għal-livelli estremi ta’ volatilità fis-swieq finanzjarji, li flimkien mal-inċertezza qegħdin jagħtu lok għall-għoti ta’ aktar rendiment mid-dejn pubbliku li, min-naħa tiegħu, iwassal għal telf mhux irkuprat fid-depożiti tal-istituzzjonijiet tad-dejn pubbliku. Sabiex jiġi mmitigat l-impatt negattiv kunsiderabbli tal-volatilità fis-swieq tad-dejn tal-gvern ċentrali matul il-pandemija tal-COVID-19 fuq il-kapital regolatorju tal-istituzzjonijiet u b’hekk fuq il-kapaċità tal-istituzzjonijiet biex isellfu lill-klijenti, jenħtieġ li jiġi stabbilit mill-ġdid filtru prudenzjali temporanju li jinnewtralizza dak l-impatt.

(16)

L-istituzzjonijiet huma meħtieġa jagħmlu kontroll retrospettiv kuljum tal-mudelli interni tagħhom sabiex iqisu jekk dawk il-mudelli jiġġenerawx rekwiżiti kapitali suffiċjenti biex jiġi assorbit telf ta’ portafoll tan-negozjar. L-okkorrenzi fejn ikun falla r-rekwiżit ta’ kontroll retrospettiv, okkorrenzi magħrufa wkoll bħala qabżiet fil-valur, għal aktar minn ċertu numru ta’ drabi fis-sena, jirriżultaw fl-applikazzjoni ta’ multiplikatur kwantitattiv addizzjonali lir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq ikkalkulat bl-użu ta’ mudelli interni. Ir-rekwiżit ta’ kontroll retrospettiv huwa proċikliku ferm f’perijodu ta’ volatilità estrema, bħal dik ikkawżata mill-pandemija tal-COVID-19. Bħala riżultat tal-kriżi, żdiet sinifikattivament il-multiplikatur kwantitattiv għar-riskju tas-suq applikat lill-mudelli interni. Filwaqt li l-qafas tal-Basel III għar-riskju tas-suq jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti biex jillivellaw tali istanzi fil-mudelli interni għar-riskju tas-suq, tali diskrezzjoni superviżorja mhijiex kompletament disponibbli taħt ir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għalhekk, jenħtieġ li aktar flessibbiltà għall-awtoritajiet kompetenti biex jimmitigaw l-effetti negattivi tal-volatilità estrema fis-swieq osservata matul il-pandemija tal-COVID-19 tiġi introdotta sabiex jiġu esklużi l-qabżiet fil-valur li okkorrew bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u l-31 ta’ Diċembru 2021 li mhumiex riżultat ta’ defiċjenzi fil-mudelli interni. Abbażi tal-esperjenza mill-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta jekk tali flessibbiltà għandhiex issir disponibbli wkoll matul episodji futuri ta’ volatilità estrema fis-swieq.

(17)

F’Marzu 2020, il-Grupp tal-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali u l-Kapijiet tas-Superviżjoni irrevedew l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-elementi finali tal-qafas ta’ Basel III. Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-elementi finali għad iridu jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, ir-rekwiżit ta’ riżerva għall-proporzjon ta’ lieva finanzjarja għal istituzzjonijiet globali sistemikament importanti diġà ġie implimentat permezz tal-emendi introdotti permezz tar-Regolament (UE) 2019/876. Għalhekk, u sabiex ikunu żgurati, fil-livell internazzjonali, kondizzjonijiet ugwali ta’ kompetizzjoni għall-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni u li joperaw ukoll barra mill-Unjoni, jenħtieġ li d-data tal-applikazzjoni għar-rekwiżit ta’ riżerva għall-proporzjon ta’ lieva finanzjarja stabbilit f’dak ir-Regolament tiġi differita b’sena sal-1 ta’ Jannar 2023. Bl-applikazzjoni posposta tar-rekwiżit ta’ riżerva għall-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, matul il-perijodu ta’ posponiment ma jkun hemm l-ebda konsegwenza li tirriżulta min-nuqqas ta’ adempiment ta’ dak ir-rekwiżit kif stabbilit fl-Artikolu 141c tad-Direttiva 2013/36/UE u l-ebda restrizzjoni relatata fuq id-distribuzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 141b ta’ dik id-Direttiva.

(18)

Fir-rigward ta’ self mogħti minn istituzzjonijiet ta’ kreditu lil pensjonanti jew impjegati b’kuntratt permanenti kontra t-trasferiment inkondizzjonat, lil dik l-istituzzjoni ta’ kreditu, ta’ parti mill-pensjoni jew salarju ta’ dak li qed jissellef, l-Artikolu 123 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2019/876 biex jippermetti t-trattament aktar favorevoli ta’ tali self. L-applikazzjoni ta’ tali trattament fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 tinċentiva lill-istituzzjonijiet biex iżidu fis-self lill-impjegati u lill-pensjonanti. Għalhekk jeħtieġ li tiġi avvanzata d-data tal-applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni biex din tkun tista’ tintuża diġàminn istituzzjonijiet matul il-pandemija tal-COVID-19.

(19)

Ladarba l-fattur ta’ appoġġ għall-SMEs u l-fattur ta’ appoġġ għall-infrastruttura jippermettu trattament aktar favorevoli ta’ ċerti skoperturi għall-SMEs u l-infrastruttura, l-applikazzjoni tagħhom fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 tinċentiva lill-istituzzjonijiet biex iżidu s-self tant meħtieġ. Għalhekk jeħtieġ li tiġi avvanzata d-data ta’ applikazzjoni taż-żewġ fatturi ta’ appoġġ biex dawn ikunu jistgħu jintużaw diġà minn istituzzjonijiet matul il-pandemija tal-COVID-19.

(20)

It-trattament prudenzjali ta’ ċerti assi tas-softwer kien ġie emendat bir-Regolament (UE) 2019/876 biex tkompli tiġi appoġġata t-tranżizzjoni lejn settur bankarju aktar diġitalizzat. Fil-kuntest tal-użu aċċellerat tas-servizzi diġitali bħala konsegwenza ta’ miżuri pubbliċi adottati biex tiġi indirizzata l-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li tiġi avvanzata d-data tal-applikazzjoni ta’ dawk il-bidliet.

(21)

Il-finanzjament pubbliku permezz tal-ħruġ ta’ bonds tal-gvern denominati fil-munita domestika ta’ Stat Membru ieħor tista’ tkun meħtieġa biex jiġu appoġġati miżuri li jindirizzaw il-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19. Sabiex jiġu evitati restrizzjonijiet mhux meħtieġa fuq istituzzjonijiet li jinvestu f’tali bonds, huwa kunsiljabbli li jiġu introdotti mill-ġdid l-arranġamenti tranżizzjonali għall-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali u banek ċentrali fejn dawk l-iskoperturi jkunu denominati fil-munita domestika ta’ Stat Membru ieħor fir-rigward tat-trattament ta’ tali skoperturi taħt il-qafas tar-riskju għall-kreditu u li l-arranġamenti tranżizzjonali jiġu estiżi fir-rigward tat-trattament ta’ tali skoperturi taħt limiti kbar ta’ skopertura.

(22)

Fiċ-cirkustanzi eċċezzjonali kreati mill-pandemija tal-COVID-19, il-partijiet interessati huma mistennija jikkontribwixxu fl-isforzi lejn ir-ristawrazzjoni tas-sitwazzjoni. L-ABE, il-Bank Ċentrali Ewropew u awtoritajiet kompetenti oħrajn ħarġu rakkomandazzjonijiet għall-istituzzjonijiet biex jissospendu l-ħlasijiet ta’ dividendi u r-riakkwisti ta’ ishma matul il-pandemija tal-COVID-19. Sabiex jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti ta’ tali rakkomandazzjonijiet, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu użu sħiħ mis-setgħat superviżorji tagħhom, inklużi setgħat biex jimponu restrizzjonijiet vinkolanti fuq id-distribuzzjonijiet għall-istituzzjonijiet jew limitazzjonijiet fuq ir-remunerazzjoni varjabbli, fejn ikun adatt, f’konformità mad-Direttiva 2013/36/UE. Abbażi tal-esperjenza mill-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta jekk għandhomx jingħataw setgħat vinkolanti addizzjonali lill-awtoritajiet kompetenti biex jimponu restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet f’cirkustanzi eċċezzjonali.

(23)

Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li tiġi massimizzata l-kapaċità tal-istituzzjonijiet biex isellfu u jassorbu t-telf relatat mal-pandemija tal-COVID-19, filwaqt li tibqa’ tiġi żgurata r-reżiljenza kontinwa ta’ tali l-istituzzjonijiet, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità l-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan.

(24)

Biex il-miżuri straordinarji ta’ appoġġ adottati biex jimmitigaw l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 ikunu kompletament effettivi fir-rigward taż-żamma tas-settur bankarju f’qagħda ta’ aktar reżiljenza u fir-rigward tal-għoti ta’ inċentiv lill-istituzzjonijiet biex ikomplu jsellfu, huwa meħtieġ li l-effett ta’ mitigazzjoni ta’ dawk il-miżuri jiġi rifless immedjatament fil-mod kif jiġu ddeterminati r-rekwiżiti kapitali regolatorji. Filwaqt li titqies l-urġenza ta’ dawk l-aġġustamenti għall-qafas regolatorju prudenzjali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(25)

Minħabba l-urġenza li tirriżulta miċ-cirkustanzi eċċezzjonali kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19, tqies li huwa xieraq li ssir eċċezzjoni għall-perijodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(26)

Ir-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2019/876 għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 47c(4), il-frażi introduttorja hija sostitwita b’din li ġejja:

“4.   B’deroga mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-fatturi li ġejjin għandhom japplikaw għall-parti tal-iskopertura improduttiva garantita jew assigurata minn aġenzija uffiċjali ta’ kreditu għall-esportazzjoni jew garantita jew kontrogarantita minn fornitur eliġibbli tal-protezzjoni msemmi fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 201(1), skoperturi mhux garantiti li lilhom ikun assenjat piż tar-riskju ta’ 0 % taħt il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta:”;

(2)

fl-Artikolu 114, il-paragrafu 6 jitħassar;

(3)

fl-Artikolu 150(1), il-punt (ii) tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

l-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali u għall-banek ċentrali jkunu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 114(2) jew (4);”;

(4)

l-Artikolu 429a, kif emendat mir-Regolament (UE) 2019/876, huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-frażi introduttorja tal-punt (n) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(n)

l-iskoperturi li ġejjin għall-bank ċentrali tal-istituzzjoni, soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 5 u 6:”;

(b)

il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

(i)

is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu l-iskoperturi elenkati fil-punt (n) tal-paragrafu 1 fejn ikunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:”;

(ii)

jiżdied il-punt li ġej:

“(c)

l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni tkun iddeterminat, wara konsultazzjoni mal-bank ċentrali rilevanti, id-data meta ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali jitqiesu li bdew u ddikjarat pubblikament dik id-data; dik id-data għandha tiġi ffissata fit-tmiem ta’ trimestru.”;

(c)

fil-paragrafu 7, id-definizzjonijiet ta’ “EMLR“ u “CB” huma sostitwiti b’dan li ġej:

“EMLR = il-miżura tal-iskopertura totali tal-istituzzjoni kif kalkulata f’konformità mal-Artikolu 429(4), inklużi l-iskoperturi esklużi f’konformità mal-punt (n) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fid-data msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu; u

CB = il-valur totali medju ta’ kuljum tal-iskoperturi tal-istituzzjoni għall-bank ċentrali tiegħu, ikkalkulat tul il-perijodu sħiħ ta’ żamma ta’ riservi tal-bank ċentrali immedjatament qabel id-data msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 5, li huma eliġibbli li jiġu esklużi skont il-punt (n) tal-paragrafu 1.”;

(5)

l-Artikolu 467 jitħassar;

(6)

l-Artikolu 468 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 468

Trattament temporanju ta’ qligħ u telf mhux realizzati mkejla b’valur ġust permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19

1.   B’deroga mill-Artikolu 35, matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2022 (il-‘perijodu tat-trattament temporanju’), l-istituzzjonijiet jistgħu jneħħu mill-kalkolu tal-entrati tagħhom ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni l-ammont A, determinat skont il-formula li ġejja:

Image 1

fejn:

a

=

l-ammont ta’ qligħ u telf mhux realizzati akkumulati mill-31 ta’ Diċembru 2019 li tqiesu bħala “bidliet fil-valur ġust ta’ strumenti ta’ dejn imkejla b’valur ġust permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor” fil-karta tal-bilanċ, li jikkorrispondu għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali jew għal awtoritajiet lokali msemmija fl-Artikolu 115(2) ta’ dan ir-Regolament u għal entitajiet tas-settur pubbliku msemmija fl-Artikolu 116(4) ta’ dan ir-Regolament, esklużi dawk l-assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A tal-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (“Anness dwar l-IFRS 9”); u

f

=

il-fattur applikabbli għal kull sena ta’ rappurtar tal-perijodu tat-trattament temporanju f’konformità mal-paragrafu 2.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi ‘f’ li ġejjin biex jikkalkulaw l-ammont A msemmi fil-paragrafu 1:

(a)

1 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020;

(b)

0,7 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021;

(c)

0,4 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022.

3.   Fejn istituzzjoni tiddeċiedi li tapplika t-trattament temporanju stabbilit fil-paragrafu 1, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha mill-inqas 45 jum qabel id-data ta’ spedizzjoni għar-rappurtar tal-informazzjoni abbażi ta’ dak it-trattament. Soġġett għal permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, l-awtorità tista’ tbiddel id-deċiżjoni inizjali tagħha għal darba matul il-perijodu tat-trattament temporanju. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw pubblikament jekk japplikawx dak it-trattament.

4.   Fejn istituzzjoni tneħħi ammont ta’ telf mhux realizzat mill-entrati tagħha tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tikkalkula mill-ġdid ir-rekwiżiti kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE li huma kalkulati bl-użu ta’ kwalunkwe waħda mill-entrati li ġejjin:

(a)

l-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita li jitnaqqas mill-elementi tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 36(1) jew ponderat skont ir-riskju f’konformità mal-Artikolu 48(4);

(b)

l-ammont tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu.

Meta jiġi kkalkulat mill-ġdid ir-rekwiżit rilevanti, l-istituzzjoni ma għandhiex tqis l-effetti li l-provvedimenti għat-telf ta’ kreditu mistenni relatati ma’ skoperturi għal gvernijiet ċentrali, għal gvernijiet reġjonali jew għal awtoritajiet lokali msemmija fl-Artikolu 115(2) ta’ dan ir-Regolament u għal entitajiet tas-settur pubbliku msemmija fl-Artikolu 116(4) ta’ dan ir-Regolament, għajr dawk l-assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness fir-rigward tal-IFRS 9, ikollhom fuq dawk l-entrati.

5.   Matul il-perijodi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, minbarra li jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa fil-Parti Tmienja, l-istituzzjonijiet li ddeċidew li japplikaw it-trattament temporanju stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiżvelaw l-ammonti ta’ fondi proprji, il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u l-kapital tal-Grad 1, il-proporzjon totali tal-kapital, il-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, il-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1, u l-proporzjon ta’ lieva finanzjarja li jkollhom f’każ li ma japplikawx dak it-trattament.”;

(7)

l-Artikolu 473a huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“1.   B’deroga mill-Artikolu 50 u sa tmiem il-perijodi tranżitorji stabbiliti fil-paragrafu 6 u 6a ta’ dan l-Artikolu, is-segwenti jistgħu jinkludu fil-kapital tagħhom tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni l-ammont ikkalkolat f’konformità ma’ dan il-paragrafu:”;

(ii)

it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta’ dan li ġej:

(a)

għal skoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-ammont (ABSA) ikkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:

Image 2

fejn:

A2,SA

=

l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 2;

A4,SA

=

l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 4 abbażi tal-ammonti kkalkulati f’konformità mal-paragrafu 3;

Image 3

Image 4

=

is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2020;

Image 5

=

is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2018 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard;

f1

=

il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6;

f2

=

il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6a;

t1

=

iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A2,SA;

t2

=

iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A4,SA;

t3

=

iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont

Image 6

;

(b)

għal skoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-ammont (ABIRB) ikkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:

Image 7

fejn:

A2,IRB

=

l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 2 li huwa aġġustat f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 5;

A4,IRB

=

l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 4 fuq il-bażi tal-ammonti kkalkulati f’konformità mal-paragrafu 3 li huma aġġustati f’konformità mal-punti (b) u (c) tal-paragrafu 5;

Image 8

Image 9

=

is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta’ telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) ta’ dan ir-Regolament, fl-1 ta’ Jannar 2020. Fejn il-kalkolu jirriżulta f’ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur ta’

Image 10

għal żero;

Image 11

=

is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2018 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta’ telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) ta’ dan ir-Regolament. Fejn il-kalkolu jirriżulta f’ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur ta’

Image 12

għal żero;

f1

=

il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6;

f2

=

il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6a;

t1

=

iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A2,IRB;

t2

=

żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A4,IRB;

t3

=

iż-żieda fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont

Image 13

.”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, fid-data ta’ rapportar u, fejn ikun japplika l-Artikolu 468 ta’ dan ir-Regolament, għajr it-telf ta’ kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b’valur ġust permezz ta’ dħul komprensiv ieħor f’konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-Anness dwar l-IFRS 9;

(b)

is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9 u, fejn ikun japplika l-Artikolu 468 ta’ dan ir-Regolament, għajr it-telf ta’ kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b’valur ġust permezz ta’ dħul komprensiv ieħor f’konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2020 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard.”;

(c)

fil-paragrafu 5, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(b)

l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu bis-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, u, fejn ikun japplika l-Artikolu 468 ta’ dan ir-Regolament, għajr it-telf ta’ kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b’valur ġust permezz ta’ dħul komprensiv ieħor f’konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-Anness dwar l-IFRS 9, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta’ telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) ta’ dan ir-Regolament fid-data ta’ rapportar. Fejn il-kalkolu jirriżulta f’ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għal żero;

(c)

l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu bis-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, u, fejn ikun japplika l-Artikolu 468 ta’ dan ir-Regolament, għajr it-telf ta’ kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b’valur ġust permezz ta’ dħul komprensiv ieħor f’konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2020 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta’ telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) ta’ dan ir-Regolament fl-1 ta’ Jannar 2020 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard. Fejn il-kalkolu jirriżulta f’ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur tal-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għal żero.”;

(d)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi li ġejjin f1 biex jikkalkulaw l-ammonti ABSA u ABIRB imsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 rispettivament:

(a)

0,7 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020;

(b)

0,5 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021;

(c)

0,25 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022;

(d)

0 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2024.

L-istituzzjonijiet li s-sena finanzjarja tagħhom tibda wara l-1 ta’ Jannar 2020 iżda qabel l-1 ta’ Jannar 2021 għandhom jaġġustaw id-dati fil-punti minn (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu sabiex dawn jikkorrispondu għas-sena finanzjarja tagħhom, għandhom jirrapportaw id-dati aġġustati lill-awtorità kompetenti tagħhom u għandhom jiżvelawhom pubblikament.

L-istituzzjonijiet li jibdew japplikaw standards tal-kontabbiltà kif imsemmi fil-paragrafu 1 fl-1 ta’ Jannar 2021 jew wara din id-data, għandhom japplikaw il-fatturi rilevanti f’konformità mal-punti minn (b) sa (d) tal-ewwel subparagrafu b’bidu mill-fattur li jikkorrispondi għas-sena tal-ewwel applikazzjoni ta’ dawk l-istandards tal-kontabbiltà.”;

(e)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“6a.   L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi li ġejjin f2 biex jikkalkulaw l-ammonti ABSA u ABIRB imsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 rispettivament:

(a)

1 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020;

(b)

1 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021;

(c)

0,75 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022;

(d)

0,5 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023;

(e)

0,25 matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024.

L-istituzzjonijiet li s-sena finanzjarja tagħhom tibda wara l-1 ta’ Jannar 2020 iżda qabel l-1 ta’ Jannar 2021 għandhom jaġġustaw id-dati fil-punti minn (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu sabiex dawn jikkorrispondu għas-sena finanzjarja tagħhom, għandhom jirrapportaw id-dati aġġustati lill-awtorità kompetenti tagħhom u għandhom jiddivulgawhom pubblikament.

L-istituzzjonijiet li jibdew japplikaw standards tal-kontabbiltà kif imsemmi fil-paragrafu 1 fl-1 ta’ Jannar 2021 jew wara din id-data, għandhom japplikaw il-fatturi rilevanti f’konformità mal-punti minn (b) sa (e) tal-ewwel subparagrafu b’bidu mill-fattur li jikkorrispondi għas-sena tal-ewwel applikazzjoni ta’ dawk l-istandards tal-kontabbiltà.”;

(f)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“7a.   B’deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, meta jiġu kkalkulati mill-ġdid ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE, l-istituzzjonijiet jistgħu jassenjaw piż tar-riskju ta’ 100 % għall-ammont ABSA imsemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-kejl tal-iskopertura totali msemmi fl-Artikolu 429(4) ta’ dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet għandhom iżidu l-ammonti ABSA u ABIRB imsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mal-miżura tal-iskopertura totali.

L-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu darba biss jekk jużawx il-kalkolu stipulat fil-punt (b) tal-paragrafu 7 jew il-kalkolu stipulat fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw id-deċiżjoni tagħhom.”;

(g)

il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.   Matul il-perijodi stipulati fil-paragrafu 6 u 6a ta’ dan l-Artikolu, minbarra li jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa fil-Parti Tmienja, l-istituzzjonijiet li ddeċidew li japplikaw l-arranġamenti tranżizzjonali stipulati f’dan l-Artikolu għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jiżvelaw l-ammonti ta’ fondi proprji, il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u l-kapital ta’ Grad 1, il-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, il-proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1, il-proporzjon totali tal-kapital u l-proporzjon ta’ lieva finanzjarja li jkollhom f’każ li ma japplikawx dan l-Artikolu.”;

(h)

il-paragrafu 9 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel u t-tieni subparagrafi huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“9.   Istituzzjoni għandha tiddeċiedi jekk tapplikax l-arranġamenti stipulati f’dan l-Artikolu matul il-perijodu tranżizzjonali u għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha sal-1 ta’ Frar 2018. Fejn istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, hija tista’ tbiddel id-deċiżjoni tagħha matul il-perijodu tranżizzjonali. L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw pubblikament kwalunkwe deċiżjoni meħuda f’konformità ma’ dan is-subparagrafu.

Istituzzjoni li tkun iddeċidiet li tapplika l-arranġamenti tranżizzjonali stipulati f’dan l-Artikolu tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax il-paragrafu 4, f’liema każ għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha sal-1 ta’ Frar 2018. F’tali każ, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi A4,SA, A4,IRB, Image 14, Image 15, t2 u t3 imsemmija fil-paragrafu 1 għal żero. Fejn istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, hija tista’ tbiddel id-deċiżjoni tagħha matul il-perijodu tranżizzjonali. L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw pubblikament kwalunkwe deċiżjoni meħuda f’konformità ma’ dan is-subparagrafu”;

(ii)

jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Istituzzjoni li tkun iddeċidiet li tapplika l-arranġamenti tranżizzjonali stipulati f’dan l-Artikolu tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax il-paragrafu 2, f’liema każ għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien. F’tali każ, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi A2,SA, A2,IRB u t1 imsemmija fil-paragrafu 1 għal żero. Istituzzjoni tista’ tirrevoka d-deċiżjoni tagħha matul il-perijodu tranżizzjonali sakemm tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-EBA tal-inqas kull sena dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu mill-istituzzjonijiet taħt is-superviżjoni tagħhom.”;

(8)

fl-Artikolu 495, il-paragrafu 2 jitħassar;

(9)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

‘Artikolu 500a

Trattament temporanju ta’ dejn pubbliku maħruġ fil-munita ta’ Stat Membru ieħor

1.   B’deroga mill-Artikolu 114(2), sal-31 ta’ Diċembru 2024, għal skoperturi għall-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali tal-Istati Membri, fejn dawk l-iskoperturi jkunu denominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta’ Stat Membru ieħor, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

sal-31 ta’ Diċembru 2022, il-piż tar-riskju applikat għall-valuri tal-iskoperturi għandu jkun 0 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawk l-iskoperturi skont l-Artikolu 114(2);

(b)

fl-2023, il-piż tar-riskju applikat għall-valuri tal-iskoperturi għandu jkun 20 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawk l-iskoperturi skont l-Artikolu 114(2);

(c)

fl-2024, il-piż tar-riskju applikat għall-valuri tal-iskoperturi għandu jkun 50 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawk l-iskoperturi skont l-Artikolu 114(2).

2.   B’deroga mill-Artikoli 395(1) u 493(4), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet iġarrbu skoperturi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sal-limiti li ġejjin:

(a)

100 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2023;

(b)

75 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru tal-2024;

(c)

50 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru tal-2025.

Il-limiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw għall-valuri tal-iskoperturi wara li jittieħed kont tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu f’konformità mal-Artikoli 399 sa 403.

3.   B’deroga mill-punt (ii) tal-punt (d) tal-Artikolu 150(1), wara li jirċievu l-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 150, l-istituzzjonijiet jistgħu wkoll japplikaw l-Approċċ Standardizzat għall-iskoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, fejn dawk l-iskoperturi jkunu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 500b

Esklużjoni temporanja ta’ ċerti skoperturi għal banek ċentrali mill-miżura ta’ skopertura totali fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19

1.   B’deroga mill-Artikolu 429(4), sas-27 ta’ Ġunju 2021, istituzzjoni tista’ teskludi mill-miżura ta’ skopertura totali tagħha l-iskoperturi li ġejjin għall-bank ċentrali tal-istituzzjoni, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu:

(a)

muniti u karti tal-flus li jikkostitwixxu munita legali fil-ġurisdizzjoni tal-bank ċentrali;

(b)

assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq il-bank ċentrali, inkluż riżervi miżmuma fil-bank ċentrali.

L-ammont eskluż mill-istituzzjoni ma għandux jaqbeż l-ammont medju ta’ kuljum tal-iskoperturi elenkati fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu matul l-aktar perijodu reċenti ta’ żamma tar-riżerva sħiħa tal-bank ċentrali tal-istituzzjoni.

2.   Istituzzjoni tista’ teskludi l-iskoperturi elenkati fil-paragrafu 1 fejn l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni tkun iddeterminat, wara konsultazzjoni mal-bank ċentrali rilevanti, u ddikjarat pubblikament li jeżistu ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-esklużjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ politiki monetarji.

L-iskoperturi li għandhom jiġu esklużi skont il-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu denominati fl-istess munita bħad-depożiti meħuda mill-istituzzjoni;

(b)

il-maturità medja tagħhom ma taqbiżx b’mod sinifikanti l-maturità medja tad-depożiti meħuda mill-istituzzjoni.

Istituzzjoni li teskludi l-iskoperturi għall-bank ċentrali tagħha mill-miżura totali tal-iskopertura tagħha f’konformità mal-paragrafu 1 għandha tiżvela wkoll il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja li kien ikollha li kieku ma teskludix dawk l-iskoperturi.

Artikolu 500c

L-esklużjoni ta’ qabżiet fil-valur mill-kalkolu tal-addend li jirriżulta mill-ittestjar retrospettiv fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19

B’deroga mill-Artikolu 366(3), f’ċirkostanzi eċċezzjonali u f’każijiet individwali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet jeskludu l-qabżiet fil-valur evidenzjati mill-ittestjar retrospettiv tal-istituzzjoni fuq bidliet ipotetiċi jew reali mill-kalkolu tal-addend stabbilit fl-Artikolu 366(3), dment li dawk il-qabżiet fil-valur ma jirriżultawx minn nuqqasijiet fil-mudell intern u dment li jkunu seħħew bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u l-31 ta’ Diċembru 2021.

Artikolu 500d

Kalkolu temporanju tal-valur tal-iskopertura ta’ xiri u bejgħ imħallas fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19

1.   B’deroga mill-Artikolu 429(4), sas-27 ta’ Ġunju 2021, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura ta’ xiri u bejgħ imħallas fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu skont il-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw flus kontanti relatati ma’ bejgħ imħallas fi żmien regolari u titoli relatati ma’ xiri mħallas fi żmien regolari li jibqgħu fil-karta tal-bilanċ sad-data ta’ saldu bħala assi f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 429(4).

3.   L-istituzzjonijiet li, f’konformità mal-qafas ta’ kontabbiltà applikabbli, japplikaw kontabbiltà skont id-data tan-negozju għal xiri u bejgħ imħallas fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu għandhom ireġġgħu lura kwalunkwe tpaċija bejn flus kontanti riċevibbli għal bejgħ imħallas fi żmien regolari li jkun qed jistenna saldu u flus kontanti pagabbli għal xiri mħallas fi żmien regolari li jkun qed jistenna saldu permess taħt dak il-qafas ta’ kontabbiltà. Wara li l-istituzzjonijiet ikunu reġġgħu lura t-tpaċija ta’ kontabbiltà, jistgħu jpaċu bejn dak il-flus kontanti riċevibbli u l-flus kontanti pagabbli fejn kemm il-bejgħ kif ukoll ix-xiri mħallas fi żmien regolari relatati jkunu ġew saldati fuq bażi ta’ kunsenja kontra ħlas.

4.   L-istituzzjonijiet li, f’konformità mal-qafas ta’ kontabbiltà applikabbli, japplikaw kontabbiltà skont id-data tas-saldu għal xiri u bejgħ imħallas fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu għandhom jinkludu fil-miżura tal-iskopertura totali l-valur nominali sħiħ tal-impenji li għandhom jitħallsu relatati ma’ xiri mħallas fi żmien regolari.

L-istituzzjonijiet jistgħu jpaċu l-valur nominali sħiħ tal-impenji li għandhom jitħallsu relatati max-xiri mħallas fi żmien regolari mal-valur nominali sħiħ tal-flus kontanti riċevibbli relatati mal-bejgħ imħallas fi żmien regolari li jkun qed jistenna saldu biss meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kemm ix-xiri kif ukoll il-bejgħ imħallas fi żmien regolari jkunu ġew saldati fuq il-bażi ta’ kunsenja kontra ħlas;

(b)

l-assi finanzjarji mixtrija u mibjugħa li huma assoċjati ma’ flus kontanti pagabbli u riċevibbli jitkejlu b’valur ġust permezz tal-profitt jew it-telf u jiġu inklużi fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni.

5.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “xiri jew bejgħ imħallas fi żmien regolari” tfisser ix-xiri jew il-bejgħ ta’ titolu taħt kuntratt li għalihom it-termini jeħtieġu l-kunsenja tat-titolu fil-perijodu stabbilit ġeneralment mil-liġi jew konvenzjoni fis-suq ikkonċernat.”;

(10)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 518b

Rapport dwar qabżiet fil-valur u s-setgħat superviżorji biex jiġu limitati d-distribuzzjonijiet

Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jekk ċirkostanzi eċċezzjonali li jikkawżaw disturb ekonomiku serju fil-funzjonament regolat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jiġġustifikawx li:

(a)

matul tali perijodi, l-awtoritajiet kompetenti jitħallew jeskludu mill-mudelli interni tar-riskju tas-suq tal-istituzzjonijiet il-qabżiet fil-valur li ma jirriżultawx minn nuqqasijiet f’dawk il-mudelli;

(b)

matul tali perijodi, jingħataw setgħat vinkolanti addizzjonali lill-awtoritajiet kompetenti biex jimponu restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet mill-istituzzjonijiet.

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra miżuri ulterjuri, jekk xieraq.”.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) 2019/876

L-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/876 huwa emendat kif ġej:

(1)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.

Il-punti li ġejjin tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mis-27 ta’ Ġunju 2020:

(a)

il-punt (59), fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar it-trattament ta’ ċertu self mogħti minn istituzzjonijiet ta’ kreditu lil pensjonanti jew impjegati stabbiliti fl-Artikolu 123 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

il-punt (133), fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-aġġustament ta’ skoperturi ponderati għar-riskju ta’ SMEs mhux inadempjenti stipulati fl-Artikolu 501 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

il-punt (134), fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-aġġustament tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kreditu għall-iskoperturi għal entitajiet li joperaw jew li jiffinanzjaw strutturi jew faċilitajiet fiżiċi, sistemi u networks li jipprovdu jew jappoġġaw servizzi pubbliċi essenzjali stipulati fl-Artikolu 501a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”;

(2)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.

Il-punt (46)(b) tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tar-rekwiżit il-ġdid għal fondi proprji għall-G-SIIs stipulat fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.”;

(3)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.

Il-punt (18) tal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-punt (b) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li fih id-dispożizzjoni dwar l-eżenzjoni minn tnaqqis ta’ assi ta’ software valutati b’mod prudenti, għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mis-27 ta’ Ġunju 2020.

Minkejja t-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu, il-punt (4) tal-Artikolu 1 għandu japplika mit-28 ta’ Ġunju 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

N. BRNJAC


(1)  ĠU C 180, 29.5.2020, p. 4.

(2)  Opinjoni tal-10 ta’ Ġunju 2020 (għadha mhijiex ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Ġunju 2020…(għadha mhijiex ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2020.

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2017/2395 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta’ arranġamenti tranżizzjonali biex jittaffa l-impatt tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 fuq il-fondi proprji u għat-trattament tal-iskoperturi l-kbar ta’ ċerti skoperturi fis-settur pubbliku denominati fil-munita domestika ta’ kwalunkwe Stat Membru (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 27).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2019/630 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 4).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d- Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(11)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/62 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-proporzjon ta’ ingranaġġ (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 37).


Top