Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0256

Regolament Delegat Tal-Kummissjoni (UE) 2020/256 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi ppjanar kontinwu pluriennali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2019/8807

ĠU L 54, 26.2.2020, p. 1–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/12/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/256/oj

26.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/256

tas-16 ta’ Diċembru 2019

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi ppjanar kontinwu pluriennali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Sistema tal-ippjanar kontinwu pluriennali trid tiġi adottata għal perjodu ta’ tmien snin biex tirregola l-ġbir tad-data koperta mill-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1700, b’mod partikolari biex tikkonforma mal-perjodiċità speċifikata f’dak l-Anness, u tispeċifika l-perjodu li matulu trid tinġabar id-data.

(2)

Il-Kummissjoni jenħtieġ tiżgura li dan l-att jikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità u ma jimponix piż jew kost sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq dawk li jwieġbu.

(3)

Il-Kummissjoni wettqet konsultazzjonijiet xierqa ma’ esperti nazzjonali waqt it-tħejjija ta’ dan ir-Regolament Delegat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ippjanar kontinwu pluriennali għall-ġbir tad-data skont ir-Regolament (UE) 2019/1700 mill-2021 sal-2028.

Artikolu 2

Il-perjodi tal-ġbir tad-data għad-dominji u għas-suġġetti dettaljati assoċjati

1.   Għall-oqsma b’perjodiċità waħda biss, kif elenkat fil-punti 3 sa 7 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1700, il-perjodu tal-ġbir tad-data għandu jkun kif stabbilit fil-parti A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   Għad-dominji b’diversi perjodiċitajiet, kif elenkat fil-punti 1 u 2 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1700, il-perjodu tal-ġbir tad-data għandu jkun kif stabbilit fil-parti B tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, is-suġġetti dettaljati marbutin ma’ dawn id-dominji għandhom jiġu raggruppati, kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Perjodi tal-ġbir tad-data għas-suġġetti ad hoc mitluba mill-utenti

Il-perjodu tal-ġbir tad-data għas-suġġetti ad hoc mitluba mill-utenti għandu jkun kif stabbilit fil-parti B tal-Anness I.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 261I, 14.10.2019, p. 1.


ANNESS I

Perjodi għall-ġbir tad-data

Parti A: Il-perjodi għall-ġbir tad-data għad-dominji b’perjodiċità waħda

Dominji

Snin tal-ġbir tad-data

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

2028

Saħħa

 

 

 

 

X

 

 

 

Edukazzjoni u taħriġ

 

X  (1)

 

 

 

 

 

X  (2)

Użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni

X

X

X

X

X

X

X

X

Użu tal-ħin

 

 

 

 

 

 

 

 

Konsum

 

 

 

X  (3),  (4)

 

 

Parti B: Il-perjodi għall-ġbir tad-data għad-dominji b’diversi perjodiċitajiet

Dominji

Gruppi (akronimi)

Snin tal-ġbir tad-data

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

2028

Forza tax-Xogħol

Trimestrali (LFQ)

Kull kwart

Kull kwart

Kull kwart

Kull kwart

Kull kwart

Kull kwart

Kull kwart

Kull kwart

Annwali (LFY)

X

X

X

X

X

X

X

X

“Raġunijiet għall-migrazzjoni” u “arranġamenti tal-ħin tax-xogħol” (LF2YA)

X

 

X

 

X

 

X

 

“Parteċipazzjoni f’edukazzjoni u taħriġ formali u mhux formali (12-il xahar)”, “Diżabbiltà u elementi oħra tal-Modulu Minimu tas-Saħħa fl-Ewropa” u “Elementi tal-Modulu Minimu tas-Saħħa fl-Ewropa” (LF2YB)

 

X

 

X

 

X

 

X

Is-sitwazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-migranti u d-dixxendenti immedjati tagħhom (LF8YA)

X

 

 

 

 

 

 

 

Pensjonijiet u parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol (LF8YB)

 

 

X

 

 

 

 

 

“Żgħażagħ fis-suq tax-xogħol” u “Livell edukattiv milħuq – dettalji, inkluż l-edukazzjoni interrotta jew abbandunata” (LF8YC)

 

 

 

X

 

 

 

 

Rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja tal-familja (LF8YD)

 

 

 

 

X

 

 

 

Organizzazzjoni tax-xogħol u arranġamenti tal-ħin tax-xogħol (LF8YE)

 

 

 

 

 

 

X

 

Inċidenti fuq lant tax-xogħol u problemi ta’ saħħa relatati max-xogħol (LF8YF)

 

 

 

 

 

 

 

X

Suġġett ad hoc dwar il-ħiliet tal-impjiegi

 

X

 

 

 

 

 

 

Suġġett ad hoc (jiġi definit aktar tard)

 

 

 

 

 

X

 

 

Introjtu u Kundizzjonijiet tal-Għajxien

Annwali (ILCY)

X

X

X

X

X

X

X

X

Tfal (ILC3YA)

X

 

 

X

 

 

X

 

Saħħa (ILC3YB)

 

X

 

 

X

 

 

X

Suq tax-Xogħol u Abitazzjoni (ILC3YC)

 

 

X

 

 

X

 

 

Kwalità tal-ħajja (ILC6YA)

 

X

 

 

 

 

 

X

Trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġi & Diffikultajiet tal-abitazzjoni (ILC6YB)

 

 

X

 

 

 

 

 

Aċċess għas-servizzi (ILC6YC)

 

 

 

X

 

 

 

 

Dejn eċċessiv, konsum u ġid (ILC6YD)

 

 

 

 

 

X

 

 

Suġġett ad hoc dwar Arranġamenti u kundizzjonijiet tal-għajxien tat-tfal b’familji separati jew imħalltin

X

 

 

 

 

 

 

 

Suġġett ad hoc (jiġi definit aktar tard)

 

 

X

 

 

 

 

 

Suġġett ad hoc (jiġi definit aktar tard)

 

 

 

 

X

 

 

 

Suġġett ad hoc (jiġi definit aktar tard)

 

 

 

 

 

 

X

 


(1)  Lulju 2022-Marzu 2023

(2)  Lulju 2028-Marzu 2029.

(3)  Kienet mistennija ssir fl-2025, iżda ġiet posposta għall-2026 skont il-punt 8 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1700. Għall-ewwel implimentazzjoni tal-ġbir tad-data dwar id-domnju tal-konsum, l-Istati Membri jistgħu jiddevjaw għal mhux aktar minn sena mis-sena tal-ġbir tad-data definita f’dan l-Att delegat.

(4)  Skont il-punt 8 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1700, ir-rekwiżit tal-preċiżjoni għad-dominju tal-konsum jista’ jintlaħaq billi tiġi kkombinata l-mikrodata li tikkonċerna lil mhux aktar minn tliet snin suċċessivi ta’ osservazzjoni. F’dan il-każ, l-aħħar sena ta’ osservazzjoni għandha tkun l-2026.


Anness II

Raggruppament tas-suġġetti dettaljati għall-ġbir tad-data b’diversi perjodiċitajiet

Dominji

Suġġetti dettaljati

Gruppi (akronimi)

Forza tax-Xogħol

Informazzjoni tal-ġbir tad-data

Trimestrali (LFQ)

Identifikazzjoni

Trimestrali (LFQ)

Ponderazzjonijiet

Annwali (LFY) u Trimestrali (LFQ)

Karatteristiċi tal-intervista

Trimestrali (LFQ)

Lokalizzazzjoni

Trimestrali (LFQ)

Demografija

Trimestrali (LFQ)

Ċittadinanza u sfond migratorju

Trimestrali (LFQ)

Kompożizzjoni tal-unitajiet domestiċi

Annwali (LFY)

Kompożizzjoni tal-unitajiet domestiċi – dettalji speċifiċi addizzjonali

Annwali (LFY)

Soġġorn fil-pajjiż

Trimestrali (LFQ)

Raġuni għall-migrazzjoni

Kull sentejn (LF2YA)

Elementi tal-Modulu Minimu tas-Saħħa fl-Ewropa

Kull sentejn (LF2YB)

Diżabbiltà u elementi oħra tal-Modulu Minimu tas-Saħħa fl-Ewropa

Kull sentejn (LF2YB)

Inċidenti fuq lan tax-xogħol u problemi ta’ saħħa relatati max-xogħol

Kull 8 snin (LF8YF)

Status tal-attività prinċipali (awtodefinizzjoni)

Trimestrali (LFQ)

Karatteristiċi elementari tal-impjieg

Trimestrali (LFQ)

Status tal-impjieg

Trimestrali (LFQ)

Tul tal-kuntratt

Trimestrali (LFQ)

Dettalji tal-kuntratt

Annwali (LFY)

Status full-time jew part-time – raġuni

Trimestrali (LFQ)

Ħaddiem għal rasu dipendenti

Annwali (LFY)

Responsabbiltajiet superviżorji

Annwali (LFY)

Daqs tal-istabbiliment

Annwali (LFY)

Post tax-xogħol

Trimestrali (LFQ)

Xogħol mid-dar

Annwali (LFY)

Tiftix għal impjieg

Trimestrali (LFQ)

Ħerqa għax-xogħol

Trimestrali (LFQ)

Disponibbiltà

Trimestrali (LFQ)

It-tieni impjieg jew diversi impjiegi

Trimestrali (LFQ)

Tiftix għal impjieg ieħor

Annwali (LFY)

Sottoimpjieg

Trimestrali (LFQ)

Rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja tal-familja

Kull 8 snin (LF8YD)

Żgħażagħ fis-suq tax-xogħol

Kull 8 snin (LF8YC)

Sitwazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-migranti u d-dixxendenti immedjati tagħhom

Kull 8 snin (LF8YA)

Pensjonijiet u parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

Kull 8 snin (LF8YB)

Ħtiġijiet tal-kura

Annwali (LFY)

Bidu ta’ impjieg

Trimestrali (LFQ)

Kif instab ix-xogħol

Annwali (LFY)

Kontinwità u pawżi tal-karriera

Trimestrali (LFQ)

Karatteristiċi elementari tal-aħħar impjieg

Annwali (LFY)

Ħinijiet tax-xogħol

Trimestrali (LFQ)

Arranġamenti tal-ħin tax-xogħol

Kull sentejn (LF2YA)

Organizzazzjoni tax-xogħol u arranġamenti tal-ħin tax-xogħol

Kull 8 snin (LF8YE)

Introjtu mix-xogħol

Annwali (LFY)

Introjtu mill-benefiċċji tal-qgħad

Trimestrali (LFQ)

Livell edukattiv milħuq

Trimestrali (LFQ)

Livell edukattiv milħuq – dettalji, inkluż edukazzjoni interrotta jew abbandunata

Annwali (LFY) u kull 8 snin (LF8YC)

Parteċipazzjoni f’edukazzjoni u taħriġ formali u mhux formali (4 ġimgħat)

Trimestrali (LFQ)

Parteċipazzjoni f’edukazzjoni u taħriġ formali u mhux formali (12-il xahar)

Kull sentejn (LF2YB)

Introjtu u kundizzjonijiet tal-għajxien

Informazzjoni tal-ġbir tad-data

Annwali (ILCY)

Identifikazzjoni

Annwali (ILCY)

Ponderazzjonijiet

Annwali (ILCY)

Karatteristiċi tal-intervista

Annwali (ILCY)

Lokalizzazzjoni

Annwali (ILCY)

Demografija

Annwali (ILCY)

Ċittadinanza u sfond migratorju

Annwali (ILCY)

Kompożizzjoni tal-unitajiet domestiċi

Annwali (ILCY)

Kompożizzjoni tal-unitajiet domestiċi – dettalji speċifiċi addizzjonali

Annwali (ILCY)

Tul taż-żmien fil-pajjiż

Annwali (ILCY)

Diżabbiltà u Modulu Minimu tas-Saħħa fl-Ewropa

Annwali (ILCY)

Dettalji dwar l-istatus tas-saħħa u d-diżabbiltà

Kull 3 snin (ILC3YB)

Saħħa tat-tfal

Kull 3 snin (ILC3YA)

Aċċess għall-kura tas-saħħa

Annwali (ILCY)

Kura tas-saħħa

Kull 3 snin (ILC3YB)

Aċċess għall-kura tas-saħħa (tfal)

Kull 3 snin (ILC3YA)

Determinanti tas-saħħa

Kull 3 snin (ILC3YB)

Status tal-attività prinċipali (awtodefinizzjoni)

Annwali (ILCY)

Karatteristiċi elementari tal-impjieg

Annwali (ILCY)

Karatteristiċi tal-post tax-xogħol

Kull 3 snin (ILC3YB)

Tul tal-kuntratt

Annwali (ILCY)

Status tal-impjieg

Kull 3 snin (ILC3YC)

Sitwazzjoni dettaljata tas-suq tax-xogħol

Annwali (ILCY)

Responsabbiltajiet superviżorji

Annwali (ILCY)

Esperjenza tax-xogħol preċedenti

Annwali (ILCY)

Kalendarju tal-attivitajiet

Annwali (ILCY)

Ħinijiet tax-xogħol

Annwali (ILCY)

Livell edukattiv milħuq

Annwali (ILCY)

Livell edukattiv milħuq – dettalji, inkluż edukazzjoni interrotta jew abbandunata

Kull 3 snin (ILC3YC)

Parteċipazzjoni f’attivitajiet tal-edukazzjoni formali (bħalissa)

Annwali (ILCY)

Kwalità tal-ħajja

Annwali (ILCY)

Parteċipazzjoni soċjali u kulturali

Kull 6 snin (ILC6YA)

Benesseri

Kull 6 snin (ILC6YA)

Privazzjoni materjali

Annwali (ILCY)

Privazzjoni speċifika għat-tfal

Kull 3 snin (ILC3YA)

Karatteristiċi ewlenin tal-abitazzjoni

Annwali (ILCY)

Dettalji dwar il-kundizzjonijiet tal-abitazzjoni, inkluż privazzjoni u kera imputata

Kull 3 snin (ILC3YC)

Kostijiet tal-abitazzjoni, inkluż kostijiet tal-utilità mnaqqsa

Annwali (ILCY)

Ambjent tal-għajxien

Kull 3 snin (ILC3YC)

Diffikultajiet tal-abitazzjoni (inkluż diffikultajiet fil-kera) u raġunijiet

Kull 6 snin (ILC6YB)

Użu ta’ servizzi, inkluż servizzi tal-kura u servizzi għal għajxien indipendenti

Kull 6 snin (ILC6YC)

Affordabbiltà tas-servizzi

Kull 6 snin (ILC6YC)

Ħtiġijiet mhux issodisfati u raġunijiet

Kull 6 snin (ILC6YC)

Indukrar tat-tfal

Annwali (ILCY)

Introjtu mix-xogħol

Annwali (ILCY)

Introjtu mit-trasferimenti soċjali

Annwali (ILCY)

Introjtu mill-pensjonijiet

Annwali (ILCY)

Introjtu ieħor, inkluż introjtu minn trasferimenti ta’ proprjetà u ta’ kapital u bejn unitajiet domestiċi

Annwali (ILCY)

Taxxi u kontribuzzjonijiet reali mħallsa wara t-tnaqqis

Annwali (ILCY)

Introjtu annwali totali fil-livell tal-persuni u tal-unitajiet domestiċi

Annwali (ILCY)

Dejn eċċessiv, inkluż ir-raġunijiet

Kull 6 snin (ILC6YD)

Arretrati

Annwali (ILCY)

Elementi tal-ġid, inkluż sjieda tal-abitazzjoni

Kull 6 snin (ILC6YD)

Elementi tal-konsum

Kull 6 snin (ILC6YD)

Trażmissjoni interġenerazzjonali tal-vantaġġi u tal-iżvantaġġi

Kull 6 snin (ILC6YB)

Valutazzjoni tal-ħtiġijiet proprji

Kull 6 snin (ILC6YB)


Top