This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D1603
Council Decision (EU) 2020/1603 of 28 October 2020 appointing an alternate member, proposed by the Italian Republic, of the Committee of the Regions
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1603 tat-28 ta’ Ottubru 2020 li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1603 tat-28 ta’ Ottubru 2020 li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni
ĠU L 365, 3.11.2020, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2025
|
3.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 365/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1603
tat-28 ta’ Ottubru 2020
li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,
Billi:
|
(1) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2019, fl-20 ta’ Jannar 2020, fit-3 ta’ Frar 2020 u fis-26 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2019/2157 (1), (UE) 2020/102 (2), (UE) 2020/144 (3) u (UE) 2020/511 (4) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fit-8 ta’ Ġunju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/766 (5) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mill-1 ta’ Frar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fit-30 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill adotta wkoll id-Deċiżjoni (UE) 2020/1153 (6) li taħtar membri u membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(2) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Federico Carlo MARTEGANI, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:
|
— |
Is-Sur Elia DELMIGLIO, Sindaco del Comune di Casalpusterlengo. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/144 tat-3 ta’ Frar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 32, 4.2.2020, p. 16).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/511 tas-26 ta’ Marzu 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 113, 8.4.2020, p. 18).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/766 tat-8 ta’ Ġunju 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mill-1 ta’ Frar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 187, 12.6.2020, p. 3).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1153 tat-30 ta’ Lulju 2020 li taħtar membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 256, 5.8.2020, p. 12).