Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1525

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1525 tas-16 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin ma’ deni klassiku tal-ħnieżer f’ċertu Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2020) 7008) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/7008

    ĠU L 346, 20.10.2020, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/04/2021

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/1525/oj

    20.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 346/31


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1525

    tas-16 ta’ Ottubru 2020

    li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin ma’ deni klassiku tal-ħnieżer f’ċertu Stati Membri

    (notifikata bid-dokument C(2020) 7008)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/764/UE (3) tistabbilixxi l-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni klassiku tal-ħnieżer applikati f’ċertu Stati Membri jew fiż-żoni tagħhom li huma stipulati fl-Anness tagħha. Dawk il-miżuri jinkludu projbizzjonijiet fuq id-dispaċċ ta’ ħnieżer ħajjin, majjal frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-majjal minn ċerti żoni elenkati f’dak l-Anness. Il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni japplikaw b’mod parallel għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE (4), u huma maħsuba biex jiġġieldu t-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer b’mod partikolari fil-livell tal-Unjoni.

    (2)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE tipprevedi wkoll derogi mill-projbizzjoni fuq id-dispaċċ ta’ ħnieżer ħajjin minn ċerti żoni, soġġett għall-konformità ma’ għadd ta’ kundizzjonijiet, inkluż sorveljanza.

    (3)

    Filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri ta’ sorveljanza u kontroll applikati fil-Latvja skont id-Direttiva 2001/89/KE u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE, kif ippreżentati lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, u fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika favorevoli tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’dak l-Istat Membru, jenħtieġ li ż-żoni kollha fil-Latvja li bħalissa huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE jenħtieġ jitħassru minn dak l-Anness.

    (4)

    Id-Deċiżjoni 2013/764/UE għandha tiġi emendata skont dan.

    (5)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punt 3 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE jitħassar.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Stella KYRIAKIDES

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

    (2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

    (3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/764/UE tat-13 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (ĠU L 338, 17.12.2013, p. 102).

    (4)  Id-Direttiva 2001/89/KE tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5).


    Top