EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D1479
Commission Implementing Decision (EU) 2020/1479 of 14 October 2020 establishing priority lists for the development of network codes and guidelines for electricity for the period from 2020 to 2023 and for gas in 2020 (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1479 tal-14 ta’ Ottubru 2020 li tistabbilixxi listi ta’ prijorità għall-iżvilupp ta’ kodiċijiet tan-network u ta’ linji gwida għall-elettriku għall-perjodu mill-2020 sal-2023 u għall-gass fl-2020 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1479 tal-14 ta’ Ottubru 2020 li tistabbilixxi listi ta’ prijorità għall-iżvilupp ta’ kodiċijiet tan-network u ta’ linji gwida għall-elettriku għall-perjodu mill-2020 sal-2023 u għall-gass fl-2020 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/6958
ĠU L 338, 15.10.2020, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/10 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1479
tal-14 ta’ Ottubru 2020
li tistabbilixxi listi ta’ prijorità għall-iżvilupp ta’ kodiċijiet tan-network u ta’ linji gwida għall-elettriku għall-perjodu mill-2020 sal-2023 u għall-gass fl-2020
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq internat għall-elettriku (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 59(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network u tal-linji gwida huma essenzjali sabiex ikun hemm suq intern tal-enerġija integrat għalkollox. Ir-regoli tas-suq intern tal-elettriku u l-gass joħolqu struttura istituzzjonali għall-iżvilupp ta’ kodiċijiet tan-network. Din l-istruttura istituzzjonali reċentement tjiebet permezz tad-Disinn il-ġdid tas-Suq tal-Elettriku, b’mod partikolari bl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/943 bħala parti mill-Pakkett dwar l-Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha (3). Għal dan l-iskop, l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“ACER”), in-Networks Ewropej tal-Operaturi tas-Sistemi tat-trażmissjoni (“ENTSOs”), l-entità Ewropea għall-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni (“Enitità EU DSO”) u l-Kummissjoni jaħdmu b’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha. |
(2) |
L-oqsma li fihom jistgħu jiġu żviluppati l-kodiċijiet tan-netwerk huma stabbiliti fl-Artikolu 59(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2019/943 u fl-Artikolu 8(6) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009. Minbarra l-possibbiltà li jiġu żviluppati kodiċijiet tan-network, il-Kummissjoni tista’ tiżviluppa linji gwida fuq inizjattiva tagħha stess. L-oqsma li fihom jistgħu jiġu żviluppati l-linji gwida huma stabbiliti fl-Artikolu 61(2) tar-Regolament (UE) 2019/943 u fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009. F’konformità mal-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE) 2019/943 u mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, il-Kummissjoni l-ewwel trid tistabbilixxi listi ta’ prijorità sabiex jiġu identifikati l-oqsma li jridu jiġu inklużi fl-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-netwerk. Il-listi ta’ prijorità għandhom jiġu stabbiliti kull tliet snin għas-settur tal-elettriku u kull sena għas-settur tal-gass. |
(3) |
Il-Kummissjoni diġà adottat regoli armonizzati tal-elettriku dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni, il-konnessjoni tal-ġeneraturi, il-konnessjoni tad-domanda, il-kurrent dirett b’vultaġġ għoli, l-allokazzjoni bil-quddiem tal-kapaċità, it-tħaddim tas-sistema, ir-rekwiżiti u l-proċeduri ta’ emerġenza u ta’ restawr, u l-ibbilanċjar. |
(4) |
Barra minn hekk, rigward il-gass ġew adottati regoli armonizzati dwar il-proċeduri ta’ ġestjoni tal-konġestjoni, dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità, l-ibbilanċjar, l-interoperabbiltà u l-iskambju ta’ data, u ma’ dawn ġew adottati wkoll strutturi tariffarji armonizzati b’rabta mat-trażmissjoni. |
(5) |
Fil-konsultazzjoni mmirata tal-partijiet ikkonċernati (4), il-maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati appoġġaw l-iżvilupp ta’ regoli armonizzati tal-elettriku fir-rigward taċ-ċibersigurtà u fir-rigward tal-flessibbiltà min-naħa tad-domanda. Rigward il-gass, il-partijiet ikkonċernati appoġġaw il-prijoritizzazzjoni tal-ħidma li diġà nbdiet u enfasizzaw l-importanza ta’ implimentazzjoni xierqa u koordinata tajjeb tal-kodiċijiet tan-network u tal-linji gwida. |
(6) |
Filwaqt li jiġu rikonoxxuti r-reazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati u jiġu kkunsidrati l-isfidi l-ġodda fir-rigward taċ-ċibersigurtà kif ukoll il-ħtieġa ta’ suq flessibbli trasparenti u mhux diskriminatorju, il-lista ta’ prijorità għall-elettriku għall-2020–2023 tinkludi regoli armonizzati dwar iċ-ċibersigurtà u dwar il-flessibbiltà min-naħa tad-domanda. |
(7) |
Barra minn hekk, waqt li jiġu rikonoxxuti r-reazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati u filwaqt li titqies l-implimentazzjoni kontinwa tar-regoli eżistenti dwar il-gass, ma ġie identifikat l-ebda qasam ġdid għall-iżvilupp ta’ kodiċijiet tan-network u ta’ linji gwida għall-gass għall-2020, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-lista ta’ prijorità għall-iżvilupp ta’ regoli armonizzati dwar l-elettriku għall-perjodu mill-2020 sal-2023 għandha tkun din li ġejja:
(a) |
regoli speċifiċi għas-settur dwar l-aspetti taċ-ċibersigurtà għall-flussi transkonfinali tal-elettriku, inklużi regoli dwar rekwiżiti minimi komuni, l-ippjanar, il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-ġestjoni tal-kriżijiet; |
(b) |
regoli li jirrigwardaw il-flessibbiltà min-naħa tad-domanda, inklużi regoli dwar ir-regoli dwar l-aggregazzjoni, il-ħżin tal-enerġija u t-tnaqqis tad-domanda. |
Artikolu 2
Ma ġew identifikati l-ebda oqsma ġodda għall-iżvilupp ta’ kodiċijiet tan-network u linji gwida għall-gass fl-2020.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36.
(2) ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54.
(3) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank tal-Investiment Ewropew — Clean Energy For All Europeans (COM(2016) 860 final).
(4) It-tweġibiet huma ppublikati fis-sit web: https://ec.europa.eu/energy/consultations/consultation-establish-priority-list-network-codes_en