This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D0769
Council Decision (EU) 2020/769 of 10 June 2020 establishing the position to be adopted on behalf of the European Union in the Joint Committee established by the Agreement on the withdrawal of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland from the European Union and the European Atomic Energy Community as regards the amendment of the Agreement
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/769 tal-10 ta’ Ġunju 2020 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward tal-emendar tal-Ftehim
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/769 tal-10 ta’ Ġunju 2020 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward tal-emendar tal-Ftehim
ST/8053/2020/INIT
ĠU L 187, 12.6.2020, pp. 12–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
12.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/769
tal-10 ta’ Ġunju 2020
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward tal-emendar tal-Ftehim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 50(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1) (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020. |
|
(2) |
Il-punt (d) tal-Artikolu 164(5) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt li jadotta deċiżjonijiet li jemendaw lil dak il-Ftehim, dment li tali emendi jkunu meħtieġa biex jikkoreġu żbalji, biex jindirizzaw l-ommissjonijiet jew nuqqasijiet oħrajn, jew biex jindirizzaw sitwazzjonijiet li ma kinux previsti meta ġie ffirmat il-Ftehim, u dment li tali deċiżjonijiet ma jemendawx l-elementi essenzjali ta’ dak il-Ftehim. Skont l-Artikolu 166(2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt huma vinkolanti għall-Unjoni u għar-Renju Unit. L-Unjoni u r-Renju Unit iridu jimplimentaw it-tali deċiżjonijiet, li jkollhom l-istess effett legali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Skont l-Artikolu 182 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq jifforma parti integrali minn dak il-Ftehim. |
|
(3) |
Ċerti dati msemmija fil-Ftehim dwar il-Ħruġ kienu laħqu għaddew fil-mument li daħal fis-seħħ. Għaldaqstant jenħtieġ li dawk id-dati jiġu emendati u jenħtieġ li jsiru flimkien aġġustamenti korrispondenti, fl-interess taċ-ċertezza legali. |
|
(4) |
L-Artikolu 145 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ ma fihx dispożizzjonijiet li jirregolaw l-għotjiet taħt il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar li ngħataw lill-benefiċjarji tar-Renju Unit qabel tmiem il-perijodu ta’ tranżizzjoni. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Artikolu 145 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jiġi ssupplementat f’dan ir-rigward, biex jipprovdi ċertezza legali fir-rigward tal-għotjiet li għadhom għaddejjin. |
|
(5) |
Bi żvista, żewġ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali ma ġewx imniżżla fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u tmien atti li huma essenzjali għall-applikazzjoni tar-regoli tas-suq intern għall-merkanzija għall-Irlanda ta’ Fuq ma ġewx imniżżla fl-Anness 2 għall-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq. Dawk id-deċiżjonijiet u l-atti għaldaqstant jenħtieġ li jiżdiedu ma’ dawk l-annessi. Barra minn hekk, huma meħtieġa wkoll tliet noti biex jiddefinixxu ulterjorment il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ ċerti atti speċifiċi mniżżla fl-Anness 2 għall-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq. Għaldaqstant jenħtieġ li dawn in-noti jiżdiedu mal-Anness 2 għall-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-Kumitat Konġunt jadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 164(5)(d) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ biex jiġu indirizzati dawn l-ommissjonijiet u nuqqasijiet. |
|
(7) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-Ħruġ fir-rigward tal-emendar tal-Ftehim dwar il-Ħruġ f’konformità mal-Artikolu 164(5)(d) tiegħu għandha tkun li l-Ftehim dwar il-Ħruġ jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 135, fit-titolu, il-kliem “baġits tal-Unjoni għas-snin 2019 u 2020” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “baġit tal-Unjoni għas-sena 2020”, u fil-paragrafu 1, il-kliem “snin 2019 u” għandhom jiġu sostitwiti bil-kelma “sena” u l-kelma “baġit” għandha tiġi sostitwita bil-kelma “baġit”; |
|
(2) |
Fl-Artikolu 137, fit-titlu u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-kliem “fl-2019 u” għandhom jitħassru; |
|
(3) |
L-Artikolu 143(1) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(4) |
Fl-Artikolu 144(1), fit-tieni subparagrafu, “31 ta’ Lulju 2019” għandha tiġi sostitwita b’“31 ta’ Lulju 2020”; |
|
(5) |
Fl-Artikolu 145, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “Fir-rigward tal-proġetti taħt il-Fond ta’ Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar stabbilit mill-Protokoll 37 għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea taħt ftehimiet ta’ għotja ffirmati qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni, għandu jkompli japplika d-dritt tal-Unjoni applikabbli fir-Renju Unit u għalih wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni, sa ma jingħalqu l-proġetti. Id-dritt applikabbli tal-Unjoni għandu jinkludi b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li ġejjin, u kwalunkwe emenda lil dawk id-dispożizzjonijiet, irrispettivament mid-data tal-adozzjoni, tad-dħul fis-seħħ jew tal-applikazzjoni tal-emenda:
|
|
(6) |
l-Artikolu 150 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(7) |
Fl-Anness 2 għall-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, għandhom jiddaħħlu n-noti li ġejjin:
|
|
(8) |
Fl-Anness 2 għall-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, għandhom jinżdiedu l-atti li ġejjin:
|
|
(9) |
Fil-Parti I tal-Anness I għall-Ftehim dwar il-Ħruġ, għandhom jinżdiedu l-atti li ġejjin:
|
Artikolu 2
Kwalunkwe deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li temenda l-Ftehim dwar il-Ħruġ skont il-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/76/KE tal-1 ta’ Frar 2003 li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li tistabbilixxi l-Komunità, fuq il-konsegwenzi finanzjarji tad-data tal-għeluq tat-Trattat tal-KEFA u fuq il-Fond tar-Riċerka tal-Faħam u l-Azzar (ĠU L 29, 5.2.2003, p. 22).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/77/KE tal-1 ta’ Frar 2003 li tistabbilixxi linji gwida finanzjarji multiannwali għall-amministrazzjoni ta’ l-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (ĠU L 29, 5.2.2003, p. 25).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/376/KE tad-29 ta’ April 2008 dwar l-adozzjoni tal-Programm ta’ Riċerka tal-Fond Ewropew għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar u dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali għal dan il-programm (ĠU L 130, 20.5.2008, p. 7).
(8) ĠU L 155, 12.6.2019, p. 1.
(9) ĠU L 334, 16.12.2011, p. 1.
(10) ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298.
(11) ĠU L 226, 13.8.1998, p. 16.
(12) ĠU L 205, 1.8.2008, p. 28.