EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R2236

Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/2236 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jiffissa, għall-2020, l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed

ST/14709/2019/INIT

ĠU L 336, 30.12.2019, p. 14–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/2236/oj

30.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/14


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2019/2236

tas-16 ta’ Diċembru 2019

li jiffissa, għall-2020, l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jeżiġi li jiġu adottati miżuri ta’ konservazzjoni filwaqt li jitqies il-parir xjentifiku, tekniku u ekonomiku disponibbli, inkluż, fejn rilevanti, ir-rapporti mfasslin mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd.

(3)

Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, fosthom, fejn xieraq, ċerti kondizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali. F’konformità mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013,l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu ffissati f’konformità mal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament. L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri b’tali mod li jiżguraw l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta’ kull Stat Membru għal kull stokk ta’ ħut jew għal kull tip ta’ sajd.

(4)

L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li, għall-istokkijiet li għalihom hemm pjanijiet pluriennali speċifiċi, l-opportunitajiet tas-sajd jenħtieġ li jiġu stabbiliti skont ir-regoli stipulati f’dawk il-pjanijiet.

(5)

Il-Pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran ġie stabbilit bir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2019. F’konformità mal-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament, l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet imniżżlin fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu ffissati b’mod li jiksbu mortalità mis-sajd fil-livell tar-rendiment massimu sostenibbli fuq bażi progressiva u inkrementali sal-2020 fejn possibbli, u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jingħataw f’termini tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli u li dawn jiġu ffissati skont ir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, għall-2020, jenħtieġ li l-isforz tas-sajd massimu permissibbli jitnaqqas b’10 % meta mqabbel mal-valur ta’ referenza kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament.

(6)

Fit-42 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2018, il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM) adottat ir-rakkomandazzjoni GFCM/42/2018/1 dwar pjan ta’ Ġestjoni pluriennali għas-sallura Ewropea fil-Mediterran, li stabbilixxiet miżuri ta’ ġestjoni għas-sallura Ewropea (Anguilla anguilla) fil-Mediterran (is-subżoni ġeografiċi 1 sa 27 tal-GFCM). Dawk il-miżuri jinkludu perjodu annwali ta’ għeluq tas-sajd ta’ tliet xhur konsekuttivi li kull Stat Membru jrid jiddefinixxi skont l-objettivi ta’ konservazzjoni mogħtija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 (3), il-pjan jew il-pjanijiet nazzjonali ta’ ġestjoni tiegħu għas-sallur u skont ix-xejriet temporali tal-migrazzjoni tas-sallura fl-Istat Membru.L-għeluq tas-sajd għandu japplika għall-ilma baħar kollu tal-Mediterran u għall-ilmijiet salmastri bħall-estwarji, il-laguni kostali u l-ilmijiet tranżizzjonali f’konformità ma’ dik ir-Rakkomandazzjoni. Jenħtieġ li dik il-miżura tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni.

(7)

Fit-42 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2018, il-GFCM adottat ukoll ir-rakkomandazzjoni GFCM/42/2018/8 dwar miżuri ulterjuri ta’ emerġenza fl-2019-2021 għal stokkijiet żgħar pelaġiċi fil-baħar Adrijatiku (is-subżoni ġeografiċi 17 u 18), li stabbiliet limiti tal-qbid u limiti tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar għall-2019, l-2020 u l-2021 fis-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM (il-Baħar Adrijatiku). Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. Il-limiti massimi tal-qbid huma ffissati biss għal sena u huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura oħra li tista’ tiġi adottata fil-ġejjieni u għal kwalunkwe skema ta’ allokazzjoni li jista’ jkun hemm bejn l-Istati Membri.

(8)

Fit-43 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni […] GFCM/43/2019/5 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd sostenibbli tal-ħut tal-qiegħ fil-Baħar Adrijatiku (is-subżoni ġeografiċi 17 u 18), li daħħlet reġim tal-isforz tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.

(9)

Filwaqt li jitqiesu l-partikolaritajiet tal-flotta Slovena u l-impatt marġinali tagħha fuq l-istokkijiet tal-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar u fuq l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ, huwa xieraq li jiġu ppreżervati x-xejriet tas-sajd eżistenti u li jiġi żgurat l-aċċess tal-flotta Slovena għal kwantità minima ta’ speċijiet pelaġiċi żgħar u għal sforz tas-sajd minimu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ.

(10)

Fit-43 laqgħa annwali tagħha li saret fl-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/3 li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/4 dwar pjan ta’ ġestjoni pluriennali għas-sajd għall-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed (is-subżona ġeografika 29 tal-GFCM). Dik ir-rakkomandazzjoni tintroduċi qabda totali permissibbli (TAC) reġjonali aġġornata u skema ta’ allokazzjoni tal-kwoti għall-barbun imperjali, kif ukoll miżuri ta’ konservazzjoni oħrajn għal dak l-istokk, b’mod partikolari perjodu ta’ għeluq tas-sajd ta’ xahrejn u restrizzjoni fuq il-jiem tas-sajd ta’ 180 jum fis-sena. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.

(11)

Skont il-parir xjentifiku tal-GFCM, jeħtieġ jinżamm il-livell attwali ta’ mortalità mis-sajd biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tal-istokk tal-laċċ ikħal fil-Baħar l-Iswed. Għalhekk huwa xieraq li tkompli tiġi ffissata kwota awtonoma għal dak l-istokk.

(12)

Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi waqt il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

(13)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (4) daħħal kondizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni tat-TACs minn sena għall-oħra, inkluż, skont l-Artikolu 3 u 4 ta’ dak ir-Regolament, dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà għat-TACs prekawzjonarji u analitiċi. Skont l-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, meta jiġu stabbiliti t-TACs, il-Kunsill irid jiddeċiedi liema huma l-istokkijiet li għalihom ma għandhomx japplikaw l-Artikoli 3 u 4 ta’ dak ir-Regolament, b’mod partikolari abbażi tal-istat bijoloġiku tal-istokkijiet. Iktar reċentement, l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 daħħal il-mekkaniżmu tal-flessibbiltà minn sena għall-oħra għall-istokkijiet kollha li għalihom japplika l-obbligu tal-ħatt l-art. Għalhekk, sabiex tiġi evitata flessibbiltà eċċessiva li ddgħajjef il-prinċipju ta’ sfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, li xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-PKS u li twassal biex il-qagħda bijoloġika tal-istokkijiet tmur għall-agħar, jenħtieġ li jiġi stabbilit li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplikaw għat-TACs analitiċi biss meta ma tintużax il-flessibbiltà minn sena għall-oħra prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(14)

L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (5) u b’mod partikolari l-Artikoli 33 u 34 ta’ dak ir-Regolament, fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd u n-notifika tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk, jeħtieġ jiġu speċifikati l-kodiċijiet li l-Istati Membri jridu jużaw meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art tal-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament.

(15)

Sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u biex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2020. Minħabba l-urġenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara li jiġi ppubblikat.

(16)

Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jintużaw b’mod li jkun għalkollox konformi mal-liġi tal-Unjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jiffissa, għall-2020, l-opportunitajiet tas-sajd applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu għall-istokkijiet tal-ħut li ġejjin:

(a)

is-sallura Ewropea (Anguilla anguilla) fil-Mediterran, kif iddefinit fl-Artikolu 4(b);

(b)

il-gambli l-blu u l-ħomor (Aristeus antennatus), il-gambli l-bojod (Parapenaeus longirostris), il-gambli l-ħomor il-kbar (Aristaeomorpha foliacea), il-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Punent tal-Mediterran, kif iddefinit fl-Artikolu 4(c);

(c)

l-inċova (Engraulis encrasicolus) u s-sardin (Sardina pilchardus) fil-Baħar Adrijatiku, kif iddefinit fl-Artikolu 4(d);

(d)

il-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus), il-lingwata komuni (Solea solea), il-gambli l-bojod (Parapenaeus longirostris) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Baħar Adrijatiku, kif iddefinit fl-Artikolu 4(d);

(e)

il-laċċ ikħal (Sprattus sprattus) u l-barbun imperjali (Psetta maxima) fil-Baħar l-Iswed, kif iddefinit fl-Artikolu 4(e).

2.   Dan ir-Regolament japplika wkoll għas-sajd rikreattiv meta dan jissemma b’mod ċar fid-dispożizzjonijiet rilevanti.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

"ilmijiet internazzjonali" tfisser ilmijiet li ma jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-ebda Stat;

(b)

"sajd rikreattiv" tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi akkwatiċi ħajjin tal-baħar għar-rikreazzjoni, it-turiżmu jew l-isport;

(c)

"qabda totali permissibbli" (TAC) tfisser:

(i)

fil-każ tal-attivitajiet tas-sajd li għalihom tapplika l-eżenzjoni mill-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmija fl-Artikolu 15(4) sa (7) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-ammont ta’ ħut li jista’ jinħatt l-art minn kull stokk kull sena;

(ii)

fil-każ tal-attivitajiet l-oħrajn kollha tas-sajd, l-ammont ta’ ħut li jista’ jinqabad minn kull stokk fuq perjodu ta’ sena;

(d)

"kwota" tfisser proporzjon mit-TAC allokata lill-Unjoni jew lil Stat Membru;

(e)

"kwota awtonoma tal-Unjoni" tfisser limitu tal-qbid allokat b’mod awtonomu lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni meta ma jkunx hemm qbil dwar TAC;

(f)

"kwota analitika" tfisser kwota awtonoma tal-Unjoni li għaliha tkun disponibbli valutazzjoni analitika;

(g)

"valutazzjoni analitika" tfisser evalwazzjoni kwantitattiva tax-xejriet fi stokk partikolari, imsejsa fuq data dwar il-bijoloġija u l-isfruttament tal-istokk li l-analiżi xjentifika tkun indikat li hija ta’ kwalità tajba biżżejjed biex abbażi tagħha jingħataw pariri xjentifiċi dwar l-għażliet għall-qbid fil-ġejjieni.

Artikolu 4

Żoni tas-sajd

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet taż-żoni li ġejjin:

(a)

"is-subżoni ġeografiċi tal-GFCM" tfisser iż-żoni kif definiti fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(b)

"il-Mediterran" tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 1 sa 27 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(c)

"il-Punent tal-Mediterran" tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(d)

"il-Baħar Adrijatiku" tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM, kif iddefiniti fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

(e)

"il-Baħar l-Iswed" tfisser l-ilmijiet tas-subżona ġeografika 29 tal-GFCM, kif iddefinita fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1343/2011.

TITOLU II

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

KAPITOLU I

Il-Mediterran

Artikolu 5

Sallura Ewropea

1.   L-attivitajiet kollha tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għall-attivitajiet l-oħrajn tas-sajd tal-Unjoni għall-qbid tas-sallura Ewropea (Anguilla anguilla), jiġifieri s-sajd immirat, inċidentali u rikreattiv, għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

2.   Dan l-Artikolu japplika għall-Mediterran u għall-ilmijiet salmastri bħall-estwarji, il-laguni kostali u l-ilmijiet transizzjonali.

3.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti milli jistadu għas-sallura Ewropea fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali tal-Mediterran għal perjodu ta’ tliet xhur konsekuttivi li kull Stat Membru jrid jistabbilixxi. Il-perjodu tal-għeluq tas-sajd għandu jkun konsistenti mal-objettivi ta’ konservazzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1100/2007, mal-pjanijiet nazzjonali ta’ ġestjoni li jkunu fis-seħħ u max-xejriet temporali tal-migrazzjoni tas-sallura Eropea fl-Istati Membri kkonċernati. L-Istati Membri għandhom jikkominkaw il-perjodu stabbilit lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn xahar qabel ma jidħol fis-seħħ l-għeluq tas-sajd u, fi kwalunkwe każ, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2020.

KAPITOLU II

Il-Punent tal-Mediterran

Artikolu 6

Stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ

1.   L-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-2020 għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran huwa stabbilit fl-Anness I għar-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jimmaniġġaw l-isforz tas-sajd massimu permissibbli f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/1022.

Artikolu 7

Trasmissjoni tad-data

L-Istati Membri għandhom jirreġistraw id-data dwar l-isforz tas-sajd u jibagħtuha lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2019/1022.

Meta jibagħtu d-data dwar l-isforz tas-sajd lill-Kummissjoni skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-gruppi tal-isforz tas-sajd stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

KAPITOLU III

Il-Baħar Adrijatiku

Artikolu 8

Stokkijiet pelaġiċi żgħar

1.   L-ammont ta’ sardin (Sardina pilchardus) u ta’ inċova (Engraulis encrasicolus) li jaqbdu l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fil-Baħar Adrijatiku ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

2.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkunu qed jistadu għas-sardin u għall-inċova fil-Baħar Adrijatiku ma għandhomx jaqbżu l-180 jum ta’ sajd fis-sena. Minn dawk il-180 jum tas-sajd, għadd massimu ta’ 144 jum tas-sajd għandu jiġi allokat għas-sajd għas-sardin u għadd massimu ta’ 144 jum tas-sajd għandu jiġi allokat għas-sajd għall-inċova.

Artikolu 9

Stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ

1.   L-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-2020 għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Baħar Adrijatiku huwa stabbilit fl-Anness II.

2.   L-Istati Membri għandhom jimmaniġġaw l-isforz massimu permissibbli f’konformità mal-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 10

Trasmissjoni tad-data

Meta skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data marbuta mal-ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet li jkunu qabdu u d-data dwar l-isforz tas-sajd, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet u l-kodiċijiet tal-grupp tal-isforz stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

KAPITOLU IV

Il-Baħar l-Iswed

Artikolu 11

Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċ ikħal

LIl-kwota awtonoma tal-Unjoni għal-laċċ ikħal (Sprattus sprattus), l-allokazzjoni ta’ tali kwota fost l-Istati Membri u l-kondizzjonijiet marbutin magħhom mil-lat funzjonali, meta dan ikun xieraq, huwa stabbiliti fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għall-barbun imperjali

It-TAC għall-barbun imperjali (Psetta maxima) applikabbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed u l-allokazzjoni ta’ tali TAC fost l-Istati Membri u l-kondizzjonijiet marbutin magħhom mil-lat funzjonali, meta dan ikun xieraq, huma stabbiliti fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-barbun imperjali

Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu għall-barbun imperjali fl-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed, irrispettivament mit-tul totali tagħhom, ma għandhomx jaqbżu l-180 jum tas-sajd fis-sena,.

Artikolu 14

Perjodu ta’ għeluq tas-sajd għall-barbun imperjali

Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti milli jwettqu kull attività tas-sajd, inkluż it-trażbord, iż-żamma abbord, il-ħatt l-art u l-ewwel bejgħ tal-barbun imperjali, fl-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju.

Artikolu 15

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar l-Iswed

1.   L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 12 ta’ dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(a)

l-iskambji li jsiru skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)

it-tnaqqis u r-riallokazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; u

(c)

it-tnaqqis li jsir skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2.   L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 16

Trasmissjoni tad-data

Meta skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data marbuta mal-ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet tal-laċċ ikħal u tal-barbun imperjali li jkunu qabdu fl-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

J. LEPPÄ


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014, ĠU L 172, 26.6.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 17).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).


ANNESS I

L-ISFORZ TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-ĠESTJONI TAL-ISTOKKIJIET TAL-ĦUT TAL-QIEGĦ FIL-PUNENT TAL-MEDITERRAN

It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-isforz tas-sajd massimu permissibbli (f’jiem tas-sajd) skont il-gruppi tal-istokkijiet, kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2019/1022, u skont it-tul totali tal-bastimenti għat-tipi ta’ bastimenti tat-tkarkir (1) kollha li jistadu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran.

L-isforzi tas-sajd massimi permissibbli kollha stabbiliti f’dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1022 u fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Aristaeomorpha foliacea

ARS

Gamblu aħmar kbir

Aristeus antennatus

ARA

Gamblu blu u aħmar

Merluccius merluccius

HKE

Merluzz

Mullus barbatus

MUT

Trilja tal-ħama

Nephrops norvegicus

NEP

Skampu

Parapenaeus longirostris

DPS

Gamblu abjad

L-isforz tas-sajd massimu permissibbli, f’jiem tas-sajd

(a)

Fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta’ Spanja u fil-Golf tal-Iljuni (is-subżoni ġeografiċi 1-2-5-6-7)

Grupp ta’ stokkijiet

Tul totali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd

It-trilja tal-ħama fis-subżoni ġeografiċi 1, 5, 6 u 7; il-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 1-5-6-7; il-gamblu abjad fis-subżoni ġeografiċi 1, 5 u 6; u l-iskampu fis-subżoni ġeografiċi 5 u 6.

< 12-il metru

2 260

0

0

EFF1/MED1_TR1

≥ 12-il metru u < 18-il metru

24 284

0

0

EFF1/MED1_TR2

≥ 18-il metru u < 24-il metru

46 277

5 144

0

EFF1/MED1_TR3

≥ 24 metru

16 240

6 258

0

EFF1/MED1_TR4

Il-gamblu blu u aħmar fis-subżoni ġeografiċi 1, 5, 6 u 7.

< 12-il metru

0

0

0

EFF2/MED1_TR1

≥ 12-il metru u < 18-il metru

1 139

0

0

EFF2/MED1_TR2

≥ 18-il metru u < 24-il metru

10 822

0

0

EFF2/MED1_TR3

≥ 24 metru

9 066

0

0

EFF2/MED1_TR4

(b)

Fil-Gżira ta’ Korsika, fil-Baħar Ligurjan, fil-Baħar Tirren u fil-Gżira ta’ Sardinja (is-subżoni ġeografiċi 8-9-10-11)

Grupp ta’ stokkijiet

Tul totali tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd

It-trilja tal-ħama fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11; il-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 9-10-11; il-gamblu abjad fis-subżoni ġeografiċi 9-10-11; u l-iskampu fis-subżoni ġeografiċi 9 u 10.

< 12-il metru

0

208

3 081

EFF1/MED2_TR1

≥ 12-il metru u < 18-il metru

0

833

46 350

EFF1/MED2_TR2

≥ 18-il metru u < 24-il metru

0

208

31 170

EFF1/MED2_TR3

≥ 24 metru

0

208

4 160

EFF1/MED2_TR4

Il-gamblu aħmar il-kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11.

< 12-il metru

0

0

510

EFF2/MED2_TR1

≥ 12-il metru u < 18-il metru

0

0

3 760

EFF2/MED2_TR2

≥ 18-il metru u < 24-il metru

0

0

3 028

EFF2/MED2_TR3

≥ 24 metru

0

0

405

EFF2/MED2_TR4


(1)  TBB, OTB, PTB, TBN, TBS, TB, OTM, PTM, TMS, TM, OTT, OT, PT, TX, OTP, TSP


ANNESS II

L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR ADRIJATIKU

It-tabelli mogħtija f’dan l-Anness jistabbilixxu l-opportunitajiet tas-sajd skont il-gruppi tal-istokkijiet jew il-gruppi tal-isforz tal-bastimenti u l-kondizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, fejn ikun xieraq.

Għall-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Engraulis encrasicolus

ANE

Inċova

Merluccius merluccius

HKE

Merluzz

Mullus barbatus

MUT

Trilja tal-ħama

Nephrops norvegicus

NEP

Skampu

Parapenaeus longirostris

DPS

Gamblu abjad

Sardina pilchardus

PIL

Sardin

Solea solea

SOL

Lingwata komuni

1.   L-istokkijiet pelaġiċi żgħar — is-subżoni ġeografiċi 17 u 18

It-tabella mogħtija f’din it-taqsima tistabbilixxi l-livell massimu tal-qabdiet mogħti f’tunnellati ta’ piż ħaj.

Speċi: L-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar (Inċova u sardin)

Engraulis encrasicolus u Sardina pilchardus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tas-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM

(SP1/GF1718)

L-Unjoni 101 711  (1)  (2)

Il-livell massimu tal-qabdiet

 

 

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

TAC

Mhix rilevanti

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

2.   L-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ – is-subżoni ġeografiċi 17 u 18

It-tabella mogħtija f’din it-taqsima tistabbilixxi l-isforz tas-sajd massimu permissibbli (f’jiem tas-sajd) skont it-tipi ta’ bastimenti tat-tkarkir li jistadu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fis-subżoni ġeografiċi 17 u 18 (il-Baħar Adrijatiku).

Tip ta’ rkaptu

Stokkijiet

Stat Membru

L-isforz tas-sajd (jiem tas-sajd)

Sena 2020

Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd

Xbieki tat-tkarkir (OTB)

Merluzz, gamblu abjad, skampu, trilja tal-ħama

L-Italja,

Subżoni ġeografiċi 17-18

108 349

EFF/MED3_OTB

il-Kroazja,

Subżoni ġeografiċi 17-18

39 257

EFF/MED3_OTB

is-Slovenja,

Subżona ġeografika 17

 (3)

EFF/MED3_OTB

Xbieki tat-tkarkir bi travu (TBB)

Lingwata komuni

L-Italja,

Subżona ġeografika 17

8 663

EFF/MED3_TBB


(1)  Għas-Slovenja, il-kwantitajiet jissejsu fuq il-livell tal-qabdiet li kien hemm fl-2014 u ma għandhomx jaqbżu t-300 tunnellata.

(2)  Din il-kwota hija limitata għall-Kroazja, l-Italja u s-Slovenja.

(3)  Bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tas-Slovenja li joperaw b’irkaptu OTB fis-subżona ġeografika 17 ma għandhomx jaqbżu l-limitu tal-isforz ta’ 3 000 jum ta’ sajd fis-sena.


ANNESS III

L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR L-ISWED

It-tabelli mogħtija f’dan l-Anness jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti, mogħtija f’tunnellati ta’ piż ħaj, skont l-istokk u l-kondizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, fejn xieraq.

L-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f’dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għas-subżoni ġeografiċi tal-GFCM.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi alfa-3

Isem komuni

Sprattus sprattus

SPR

Laċċ ikħal

Psetta maxima

TUR

Barbun imperjali


Speċi:

Laċċ ikħal

Sprattus sprattus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed - is-subżona ġeografika 29

(SPR/F3742C)

Bulgarija

8 032,50

Kwota analitika

Rumanija

3 442,50

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

Unjoni

11 475

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

TAC

Mhix rilevanti jew ma hemmx qbil dwarha

 


Speċi

Barbun imperjali

Psetta maxima

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed - is-subżona ġeografika 29

(TUR/F3742C)

Bulgarija

75

TAC analitika

Rumanija

75

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

Unjoni

150 (1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

TAC

857

 


(1)  L-ebda attività tas-sajd, inkluż it-trażbord, iż-żamma abbord , […] il-ħatt l-art u l-ewwel bejgħ ma għandha tkun permessa mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju 2020.


Top