This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R2200
Commission Delegated Regulation (EU) 2019/2200 of 10 July 2019 amending Delegated Regulation (EU) 2015/98 on the implementation of the Union’s international obligations, as referred to in Article 15(2) of Regulation (EU) No 1380/2013 of the European Parliament and of the Council, under the International Convention for the Conservation of Atlantic Tunas and the Convention on Future Multilateral Cooperation in the Northwest Atlantic Fisheries
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2200 tal-10 ta’ Lulju 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/98 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2200 tal-10 ta’ Lulju 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/98 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral
C/2019/5092
ĠU L 332, 23.12.2019, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2200
tal-10 ta’ Lulju 2019
li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/98 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex ikun protett it-tonn li għadu qed jikber, il-paragrafu 34 tar-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) jipprevedi daqs minimu għat-tonn li jinqabad fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Il-qabdiet u l-qabdiet inċidentali ta’ tonn li jkun iżgħar minn dan id-daqs minimu, inkluż dak li jinqabad minn opri tal-baħar tas-sajd sportiv u rikreattiv, ma għandhomx jinżammu abbord il-bastiment tas-sajd ikkonċernat, jiġu ttrasbordati, trasportati, jinħażnu, jinħattu l-art, jinbiegħu, jintwerew jew jiġu offruti għall-bejgħ. |
(2) |
Barra minn hekk, skont il-paragrafu 37 tar-Rakkomandazzjoni 18-02, il-bastimenti li jkunu qed jistadu għat-tonn huma meħtieġa jiskartaw il-qabdiet inċidentali tat-tonn li jkun iżgħar mid-daqs minimu li jaqbżu l-5 % tal-qabda totali tat-tonn tagħhom. |
(3) |
Il-paragrafu 40 tar-Rakkomandazzjoni 18-02 jistipula li l-opri tal-baħar tas-sajd sportiv u rikreattiv ikunu pprojbiti milli jaqbdu, iżommu abbord, jittrasbordaw, jew iħottu l-art iktar minn tonna waħda kuljum għal kull bastiment. Għandhom jiġu stabbiliti l-miżuri meħtieġa li jiżguraw, kemm hu possibbli, ir-rilaxx tat-tonn li jinqabad waqt is-sajd sportiv jew rikreattiv, speċjalment it-tonn li għadu qed jikber. |
(4) |
Il-paragrafu 38 tar-Rakkomandazzjoni 18-02 jistipula li l-bastimenti li ma jkunux awtorizzati jistadu b’mod attiv għat-tonn jistgħu jżommu abbord qabdiet tat-tonn limitu li ma jaqbżux il-livell massimu ta’ qbid inċidentali għal kull bastiment u għal kull operazzjoni tas-sajd. Dan il-limitu tal-qbid inċidentali jeħtieġ li ma jaqbiżx l-20 % tal-qabdiet totali. Jeħtieġ li l-Istati Membri jispeċifikaw dan il-limitu fil-pjanijiet annwali tas-sajd tagħhom. |
(5) |
Biex tkun żgurata l-konsistenza bejn ir-Rakkomandazzjoni 18-02 u l-liġi tal-UE, jenħtieġ li ma japplikax l-obbligu ta’ ħatt l-art fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-bastimenti tal-Unjoni li jistadu għat-tonn. |
(6) |
Jenħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 (2) biex jinkludi dispożizzjonijiet ġodda li jirriflettu l-kundizzjonijiet għas-sajd stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-ICCAT. |
(7) |
Ir-Rakkomandazzjoni 18-02 tibda tapplika mill-21 ta’ Ġunju 2019. Għaldaqstant jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-istess jum, b’hekk il-bastimenti jkunu jistgħu jistadu bl-istess kondizzjonijiet bħal tal-partijiet kontraenti l-oħrajn tal-ICCAT, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(1) L-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/98 huwa emendat kif ġej:
(a) |
Il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej (1)“6 . B’deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-bastimenti tas-sajd li ma jkunux qegħdin attivament jistadu għat-tonn ma għandhomx iżommu abbord it-tonn li jkun hemm iktar mill-20 % tal-piż, jew minn 20 % tal-għadd ta’ ħutiet, tal-qabda totali. Il-livell ta’ qabdiet inċidentali tat-tonn awtorizzati għandhom jiġu speċifikati mill-Istati Membri fil-pjan annwali tas-sajd msemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u ma għandu qatt jaqbeż dak il-perċentwal. Il-kalkolu bbażat fuq l-għadd ta’ ħutiet għandu japplika biss għat-tonn u għall-ispeċijiet li jixbħu t-tonn li tiġġestixxi l-ICCAT. (*1) Ir-Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 1).”" |
(b) |
Il-paragrafi 8 u 9 huma sostitwiti b’dan li ġej: “8. B’deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, fis-sajd rikreattiv għandhom ikunu pprojbiti l-qbid, iż-żamma abbord, it-trasbord jew il-ħatt l-art ta’ aktar minn tonna waħda kull bastiment kuljum. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw u jiffaċilitaw ir-rilaxx tat-tonn li jinqabad ħaj waqt is-sajd rikreattiv. 9. B’deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, fil-każ tas-sajd sportiv għandhom ikunu pprojbiti l-qbid, iż-żamma abbord, it-trasbord jew il-ħatt l-art ta’ aktar minn tonna waħda għal kull bastiment kuljum. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw u jiffaċilitaw ir-rilaxx tat-tonn li jinqabad ħaj waqt is-sajd sportiv.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-21 ta’ Ġunju 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (ĠU L 16, 23.1.2015, p. 23).