Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1242

Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

PE/60/2019/REV/1

ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202–240 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1242/oj

25.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/202


REGOLAMENT (UE) 2019/1242 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Ġunju 2019

li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Pariġi, jistabbilixxi, fost l-oħrajn, mira fit-tul li tikkonforma mal-għan li ż-żieda fit-temperatura medja globali tinżamm ħafna aktar baxxa minn 2 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u li jitkomplew l-isforzi biex tinżamm sa 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali. L-aħħar konstatazzjonijiet xjentifiċi rrappurtati mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) fir-rapport speċjali tiegħu dwar l-impatti tat-tisħin globali ta’ 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u l-perkorsi tal-emissjoni ta’ gassijiet serra globali relatati jikkonfermaw bla ebda dubju l-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima. Dak ir-rapport speċjali jikkonkludi li t-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi kollha huwa kruċjali biex jiġi limitat it-tisħin globali.

(2)

Sabiex jingħata kontribut għall-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi, jeħtieġ li titħaffef it-trasformazzjoni tas-settur kollu tat-trasport biex l-emissjonijiet jinżlu għal żero, fid-dawl tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2018 intitolat “Pjaneta nadif għal kulħadd – Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima”, li tiddeskrivi viżjoni tat-trasformazzjonijiet ekonomiċi u soċjetali meħtieġa, bl-involviment tas-setturi kollha tal-ekonomija u tas-soċjetà, biex titwettaq it-tranżizzjoni għal emissjonijiet ta’ gassijiet serra żero netti sal-2050. L-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja prodotti mit-trasport li huma ta’ dannu sinifikanti għas-saħħa tagħna, u għall-ambjent, jeħtieġ ukoll li jitnaqqsu b’mod drastiku bla dewmien.

(3)

Il-Kummissjoni adottat pakketti tal-mobilità fil-31 ta’ Mejju 2017 (“L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd”) u fit-8 ta’ Novembru 2017 (“It-twettiq ta’ mobilità b’emissjonijiet baxxi – Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u l-ħaddiema tagħha”). Dawk il-pakketti jistabbilixxu aġenda pożittiva li għandha wkoll l-għan li tiżgura tranżizzjoni bla xkiel lejn mobilità nadifa, kompetittiva u konnessa għal kulħadd.

(4)

Dan ir-Regolament huwa parti mit-tielet pakkett tal-mobilità tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2018 intitolat ‘L-Ewropa Attiva - Mobilità Sostenibbli għall-Ewropa: sigura, konnessa u nadifa’, li jagħti segwitu għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Settembru 2017 intitolat ‘Ninvestu f’ industrija intelliġenti, innovattiva u sostenibbli: Strateġija mġedda għall-politika industrijali tal-UE’. Dan ir-Regolament huwa mfassal ukoll biex ilesti l-proċess ħalli l-Unjoni tkun tista’ taħsad il-benefiċċji kollha tal-modernizzazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni tal-mobilità. Dak it-tielet pakkett tal-mobilità għandu l-għan li jagħmel il-mobilità Ewropea aktar sikura u aktar aċċessibbli, l-industrija Ewropea aktar kompetittiva, l-impjiegi Ewropej aktar siguri, u s-sistema tal-mobilità aktar nadifa u adattata aħjar għan-neċessità tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima. Dak se jirrikjedi l-impenn sħiħ tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tal-partijiet ikkonċernati, l-aktar biex jissaħħu l-isforzi li jnaqqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) u t-tniġġis tal-arja.

(5)

Dan ir-Regolament, flimkien mar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jipprovdi perkors ċar għal tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur tat-trasport bit-triq u jikkontribwixxi għall-mira vinkolanti ta’ tnaqqis domestiku ta’ mill-inqas 40 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra mal-ekonomija kollha sal-2030 meta mqabbel mal-1990, kif kien approvat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Ottubru 2014, u kif kien approvat mill-Kunsill fis-6 ta’ Marzu 2015 bħala l-“Kontribut Maħsub tal-Unjoni Determinat fil-Livell Nazzjonali skont il-Ftehim ta’ Pariġi”.

(6)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 sal-24 ta’ Ottubru 2014 approvaw tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ 30 % sal-2030 meta mqabbel mal-2005 għas-setturi li mhumiex parti mill-Iskema tal-Unjoni għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet. Emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-settur tat-trasport bit-triq jikkostitwixxu kontribut ewlieni għall-emissjonijiet ta’ dawk is-setturi. Is-settur tat-trasport bit-triq kien responsabbli għal madwar kwart mill-emissjonijiet totali tal-Unjoni fl-2016. Jidher li l-emissjonijiet tiegħu qed jiżdiedu, u għadhom ferm ogħla mil-livelli tal-1990. Jekk l-emissjonijiet tat-trasport bit-triq jibqgħu jiżdiedu, dawn se jisbqu t-tnaqqis ta’ emissjonijiet li jagħmlu setturi oħra biex jiġġieldu kontra t-tibdil fil-klima.

(7)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Ottubru 2014 enfasizzaw l-importanza li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-riskji marbuta mad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili fis-settur tat-trasport permezz ta’ approċċ komprensiv u teknoloġikament newtrali għall-promozzjoni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-effiċjenza enerġetika fit-trasport, għat-trasport elettriku u għas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fis-settur tat-trasport anke wara l-2020.

(8)

Sabiex l-konsumaturi fl-Unjoni jingħataw enerġija sigura, sostenibbli, kompetittiva u għall-but ta’ kulħadd, il-kontribut tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-moderazzjoni tad-domanda huwa waħda mill-ħames dimensjonijiet relatati mill-qrib u li jsaħħu lil xulxin stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Frar 2015 intitolat “Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b’Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares ’il quddiem”’. Skont dik il-komunikazzjoni, filwaqt li s-setturi ekonomiċi kollha jridu jagħtu sehemhom biex tiżdied l-effiċjenza fil-konsum tal-enerġija tagħhom, is-settur tat-trasport għandu potenzjal enormi ta’ effiċjenza fl-enerġija.

(9)

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal, inklużi t-trakkijiet, ix-xarabanks u l-kowċis, jirrappreżentaw madwar 6 % tal-emissjonijiet tas-CO2 totali fl-Unjoni u madwar 25 % tal-emissjonijiet tas-CO2 totali tat-trasport bit-triq. Mingħajr azzjoni ulterjuri, is-sehem tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal hu mistenni li jiżdied b’madwar 9 % bejn l-2010 u l-2030. Bħalissa, id-dritt tal-Unjoni ma jistabbilixxi l-ebda rekwiżit ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal, u għalhekk huma meħtieġa mingħajr dewmien miżuri speċifiċi għal tali vetturi.

(10)

Il-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-flotot ta’ vetturi tqal ġodda fl-Unjoni kollha għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti għall-2025 u l-2030, filwaqt li jitqies il-perijodu ta’ żmien biex tiġġedded il-flotta tal-vetturi u l-ħtieġa li s-settur tat-trasport bit-triq jikkontribwixxi għall-miri tal-klima u tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 u lil hinn. Dan l-approċċ gradwali jipprovdi wkoll sinjal ċar u bikri għall-industrija biex taċċellera l-introduzzjoni fis-suq ta’ teknoloġiji għall-enerġija effiċjenti u vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi. L-introduzzjoni ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet jenħtieġ li tikkontribwixxi wkoll għall-indirizzar tal-problemi tal-mobilità urbana. Filwaqt li huwa essenzjali li jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport bit-triq, il-promozzjoni ta’ tali vetturi tqal mill-manifatturi hija importanti wkoll biex jitnaqqsu b’mod effettiv is-sustanzi li jniġġsu l-arja u l-livelli tal-ħoss eċċessivi fil-bliet u fiż-żoni urbani.

(11)

Sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika u jkun żgurat li s-settur tat-trasport bit-triq kollu kemm hu jikkontribwixxi għat-tnaqqis miftiehem fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, huwa xieraq li l-istandards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 diġà eżistenti għall-karozzi tal-passiġġieri ġodda u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda jiġu kkomplementati billi jiġu stabbiliti standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda. Dawk l-istandards tal-prestazzjoni se jkunu forza li tagħti spinta lill-innovazzjoni f’teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, u jikkontribwixxu biex tissaħħaħ il-pożizzjoni fuq quddiem fit-teknoloġija tal-manifatturi u tal-fornituri tal-Unjoni, u jiżguraw impjiegi ta’ livell għoli ta’ ħiliet fuq terminu ta’ żmien twil.

(12)

Filwaqt li jitqiesu li t-tibdil fil-klima hu problema transfruntiera u l-ħtieġa li jitħares suq uniku li jiffunzjona sew għas-servizzi tat-trasport bit-triq u anki għall-vetturi tqal filwaqt li tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq, huwa xieraq li jiġu stabbiliti standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawk l-istandards tal-prestazzjoni jkunu mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni.

(13)

Meta jkunu qed jiġu ddefiniti l-livelli tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 li jenħtieġ li tilħaq il-flotta tal-vetturi tqal tal-Unjoni, jenħtieġ li jitqiesu l-effikaċja ta’ dawk il-livelli tat-tnaqqis fejn jidħol il-kontribut kosteffettiv li jagħtu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mis-setturi koperti bir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) sal-2030, l-ispejjeż u l-iffrankar li jkollhom is-soċjetà, il-manifatturi, l-operaturi tat-trasport, u l-konsumaturi, kif ukoll l-implikazzjonijiet diretti u indiretti tagħhom fuq l-impjiegi, l-innovazzjoni u l-kobenefiċċji ġġenerati mil-lat ta’ tnaqqis fit-tniġġis tal-arja u sigurtà aħjar tal-enerġija.

(14)

Jenħtieġ li tiġi żgurata tranżizzjoni soċjalment aċċettabbli u ġusta lejn mobilità mingħajr emissjonijiet. Għalhekk huwa importanti li jitqiesu l-effetti soċjali tat-tranżizzjoni tul il-katina kollha tal-valur tas-settur awtomobilistiku u jiġu indirizzati b’mod proattiv l-implikazzjonijiet fuq l-impjiegi. Għaldaqstant, iridu jiġu kkunsidrati programmi mmirati fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali għat-taħriġ mill-ġdid, it-titjib tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema, kif ukoll inizjattivi dwar l-edukazzjoni u t-tiftix ta’ impjieg f’komunitajiet u reġjuni milquta ħażin, fi djalogu mill-qrib mas-sħab soċjali u l-awtoritajiet kompetenti. Bħala parti minn dik it-tranżizzjoni, jenħtieġ li jissaħħu l-opportunitajiet ta’ xogħol għan-nisa kif ukoll l-opportunitajiet indaqs f’dak is-settur.

(15)

Biex t-tranżizzjoni għal mobilità mingħajr emissjonijiet tirnexxi, hemm bżonn ta’ approċċ integrat u tal-ambjent it-tajjeb li jippermetti li tiġi stimulata l-innovazzjoni u tinżamm is-supremazija teknoloġika tal-Unjoni fis-settur tat-trasport bit-triq. Dan jinkludi investimenti pubbliċi u privati fir-riċerka u l-innovazzjoni, żieda fil-provvista ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi, l-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-iċċarġjar u tal-forniment tal-fjuwil, integrazzjoni fis-sistemi tal-enerġija, kif ukoll il-provvista sostenibbli tal-materjali għall-batteriji, u l-produzzjoni sostenibbli, ir-riutilizzazzjoni u r-riċiklaġġ tal-batteriji fl-Ewropa. Dan jirrikjedi azzjoni koerenti fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f’dak nazzjonali, reġjonali u lokali, anke permezz ta’ inċentivi li jappoġġjaw l-użu ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet jew b’emissjonijiet baxxi.

(16)

Iddaħħlet proċedura ġdida għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi tqal individwali, bħala parti mill-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 (6) jipprovdi metodoloġija, abbażi tal-għodda VECTO, li permezz tagħha jistgħu jiġu simulati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi tqal sħaħ. Dik il-metodoloġija tippermetti li jitqiesu d-diversità tas-settur tal-vetturi tqal u l-grad għoli ta’ personalizzazzjoni tal-vetturi tqal individwali. Bħala l-ewwel pass, mill-1 ta’ Lulju 2019, l-emissjonijiet tas-CO2 jiġu ddeterminati għal erba’ gruppi ta’ vetturi tqal li jammontaw għal madwar 65 % sa 70 % tal-emissjonijiet kollha tas-CO2 għall-flotta tal-vetturi tqal tal-Unjoni.

(17)

Fid-dawl tal-innovazzjoni u biex titqies l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda li jtejbu l-effiċjenza tal-fjuwil tal-vetturi tqal, l-għodda tas-simulazzjoni VECTO kif ukoll ir-Regolament (UE) 2017/2400 se jiġu aġġornati kontinwament u fil-ħin.

(18)

Id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 iddeterminata skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 trid tiġi mmonitorjata skont ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Jenħtieġ li dik id-data tifforma l-bażi biex jiġu ddeterminati l-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 li jridu jilħqu l-erba’ gruppi ta’ vetturi tqal li jiġġeneraw l-iżjed emissjonijiet fl-Unjoni, u biex jiġu ddeterminati wkoll l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ tas-CO2 ta’ manifattur f’perijodu ta’ rapportar partikolari.

(19)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-2025 bħala tnaqqis relattiv ibbażat fuq l-emissjonijiet tas-CO2 medji ta’ dawk il-vetturi tqal li ġew irreġistrati għall-ewwel darba fil-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020, li tkun tirrifletti l-użu ta’ teknoloġiji kosteffettivi disponibbli faċilment għall-vetturi konvenzjonali. Mill-2030 ’il quddiem, jenħtieġ li tiġi stabbilita wkoll mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2. Dik il-mira jenħtieġ li tapplika sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor skont ir-rieżami li għandu jsir fl-2022. Il-mira tal-2030 jenħtieġ li tiġi vvalutata b’konformità mal-impenji tal-Unjoni Ewropea skont il-Ftehim ta’ Pariġi.

(20)

Sabiex tiġi żgurata r-robustezza tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal li jkunu qed jiżdiedu minħabba mezzi proċedurali indebiti, li ma jirrappreżentax sitwazzjoni fejn l-emissjonijiet tas-CO2 diġà huma regolati, ikun adatt li tiġi pprovduta metodoloġija għall-korrezzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza fejn ikun meħtieġ.

(21)

Il-gass naturali likwifikat (LNG) hu fjuwil alternattiv disponibbli għad-diżil għall-vetturi tqal. L-użu ta’ teknoloġiji attwali u futuri aktar innovattivi u bbażati fuq l-LNG se jgħin biex jintlaħqu l-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 fit-terminu qasir u medju għax l-użu tat-teknoloġiji tal-gass naturali likwifikat (LNG) iwassal għal inqas emissjonijiet tas-CO2 meta mqabbel mal-vetturi li jaħdmu bid-diżil. Il-potenzjal ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi bl-LNG diġà hu rifless għalkollox fil-VECTO. Minbarra dan, it-teknoloġiji attwali tal-LNG jiżguraw livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa tal-arja, bħall-NOx u l-materja partikulata. Infrastruttura minima biżżejjed għar-riforniment hija wkoll fis-seħħ u qed tintuża iżjed bħala parti minn oqfsa ta’ politika nazzjonali għal infrastruttura tal-fjuwils alternattivi.

(22)

Fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza li jservi bħala l-bażi biex jiġu determinati l-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-2025 u għall-2030, jenħtieġ li jitqies il-potenzjal tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mistenni fil-flotta tal-vetturi tqal. Għaldaqstant jixraq li l-vetturi vokazzjonali jiġu esklużi, fosthom il-vetturi użati għall-ġbir tal-iskart jew għall-kostruzzjoni, minn dak il-kalkolu. Dawk il-vetturi għandhom kilometraġġ relattivament baxx u, minħabba x-xejriet tas-sewqan speċifiċi tagħhom, ma jidhirx li miżuri tekniċi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-konsum tal-fjuwil huma kosteffettivi bħalma huma għall-vetturi tqal użati għall-ġarr tal-merkanzija.

(23)

Jenħtieġ li r-rekwiżiti tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jiġu espressi fi grammi ta’ CO2 għal kull tunnellata/kilometru biex jirriflettu l-utilità tal-vetturi tqal.

(24)

Jeħtieġ li tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tar-rekwiżiti tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 ġenerali fost il-manifatturi, filwaqt li titqies id-diversità tal-vetturi tqal fejn jidħlu d-disinn tagħhom u x-xejriet tas-sewqan, il-kilometraġġ annwali, it-tagħbija u l-konfigurazzjoni tat-trejler. Għalhekk jixraq li ssir distinzjoni bejn il-vetturi tqal skont subgruppi tal-vetturi differenti u separati li jirriflettu x-xejra tipika tal-użu tal-vetturi u karatteristiċi tekniċi speċifiċi. Bl-istabbiliment ta’ miri speċifiċi annwali tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-manifatturi bħala medja ponderata tal-miri ddefiniti għal kull tali subgrupp tal-vetturi, il-manifatturi jkunu qed jingħataw il-mezzi biex jibbilanċjaw b’mod effettiv xi sottoprestazzjoni possibbli ta’ vetturi f’ċerti subgruppi tal-vetturi bi prestazzjoni superjuri għall-miri f’subgruppi oħra tal-vetturi, filwaqt li jkunu qed jitqiesu l-emissjonijiet tas-CO2 medji tul il-ħajja tal-vetturi f’subgruppi tal-vetturi differenti.

(25)

Il-konformità tal-manifattur mal-miri speċifiċi annwali tiegħu tal-emissjonijiet tas-CO2 jenħtieġ li tiġi vvalutata abbażi tal-emissjonijiet tas-CO2 medji tiegħu. Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji, jenħtieġ li jitqiesu wkoll l-ispeċifiċitajiet li huma riflessi fil-miri tas-subgruppi differenti tal-vetturi. Minħabba f’hekk, jenħtieġ li l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta’ manifattur jiġu bbażati fuq l-emissjonijiet medji tas-CO2 ddeterminati għal kull subgrupp tal-vetturi, inklużi ponderazzjoni bbażata fuq il-kilometraġġ annwali medja preżunta u t-tagħbija medja tiegħu, li tirrifletti l-emissjonijiet tas-CO2 totali tul il-ħajja. Minħabba l-potenzjal tat-tnaqqis limitat tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi professjonali, jenħtieġ li dawn il-vetturi ma jitqisux għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2.

(26)

Sabiex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bla xkiel lejn mobilità mingħajr emissjonijiet, u biex jingħataw inċentivi għall-iżvilupp u l-użu ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi fis-suq tal-Unjoni li jikkomplementaw l-istrumenti tan-naħa tad-domanda, bħad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), jenħtieġ li jiġi introdott mekkaniżmu ddedikat fil-forma ta’ krediti speċjali għall-perijodi ta’ rapportar qabel l-2025 u jenħtieġ li jiġi stabbilit punt ta’ riferiment għas-sehem ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi fil-flotta tal-manifattur għall-perijodi ta’ rapportar mill-2025 ’il quddiem.

(27)

Is-sistema ta’ inċentivi jenħtieġ li tiġi ddisinjata b’mod li jiżgura ċ-ċertezza tal-investiment għall-fornituri u l-manifatturi tal-infrastruttura tal-iċċarġjar bil-għan li tiġi promossa l-introduzzjoni rapida fis-suq tal-Unjoni ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi, filwaqt li titħalla ċerta flessibbiltà għall-manifatturi biex jiddeċiedu dwar il-kalendarju għall-investiment tagħhom.

(28)

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta’ manifattur, fil-perijodi ta’ rapportar qabel l-2025, kull vettura tqila mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi jenħtieġ li tingħadd għal ħafna drabi. Għall-perijodi ta’ rapportar mill-2025 ’il quddiem, jenħtieġ li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta’ manifattur jiġu kkalkulati billi titqies il-prestazzjoni tiegħu fil-konfront tal-punt ta’ riferiment ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi. Jenħtieġ li l-livell tal-inċentivi jvarja skont l-emissjonijiet tas-CO2 attwali tal-vettura. Biex jiġi evitat li jiddgħajfu l-għanijiet ambjentali, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 li jirriżulta jenħtieġ li jkun soġġett għal limitu massimu.

(29)

Jenħtieġ li l-vetturi tqal b’emissjonijiet baxxi jiġu inċentivati biss jekk l-emissjonijiet tas-CO2 tagħhom ikunu inqas min-nofs tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza tal-vetturi kollha fis-subgrupp tal-vetturi li għalih tappartjeni l-vettura tqila. Dak jinċentiva l-innovazzjoni f’dan il-qasam.

(30)

Meta jkun qed jitfassal il-mekkaniżmu tal-inċentivi għall-użu tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, dan jenħtieġ li jinkludi wkoll it-trakkijiet iżgħar li mhumiex soġġetti għall-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 skont dan ir-Regolament. Dawk il-vetturi għandhom benefiċċji sinifikanti wkoll meta jgħinu biex jingħelbu l-problemi tat-tniġġis tal-arja fil-bliet. Biex ikun żgurat li l-inċentivi huma bbilanċjati sew bejn it-tipi t-tnaqqis fil-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ manifattur li jirriżulta minn trakkijiet iżgħar mingħajr emissjonijiet ikun soġġett ukoll għal limitu massimu.

(31)

Biex tiġi promossa implimentazzjoni kosteffettiva tar-rekwiżiti tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, filwaqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-kompożizzjoni tal-flotta ta’ vetturi tqal u l-emissjonijiet tas-CO2 tul is-snin, il-manifatturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbilanċjaw il-prestazzjoni superjuri għall-miri tagħhom fil-konformità mal-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tagħhom f’sena ma’ sottoprestazzjoni f’sena oħra.

(32)

Biex jiġi inċentivat it-tnaqqis bikri tal-emissjonijijet tas-CO2, jenħtieġ li l-manifatturi b’emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 medji inqas mit-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 definiti mill-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza u l-mira tal-emissjoni tas-CO2 tal-2025, ikunu jistgħu jakkumulaw dawk il-krediti tal-emissjonijiet għall-finijiet tal-konformità mal-mira tal-2025. Bl-istess mod, jenħtieġ li manifattur b’emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 medji inqas mit-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 bejn il-mira għall-2025 u l-mira applikabbli mill-2030 ’il quddiem, ikun jista’ jakkumula dawk il-krediti tal-emissjonijiet għall-finijiet tal-konformità mal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-1 ta’ Lulju 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2030.

(33)

F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifika tiegħu f’xi wieħed mill-perijodi ta’ rapportar ta’ 12-il xahar li jibda mill-1 ta’ Lulju 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2030, jenħtieġ li manifattur ikun jista’ jikseb ukoll dejn limitat tal-emissjonijiet. Madankollu, il-manifatturi jenħtieġ li jxejnu kull dejn tal-emissjonijiet li jkun fadal fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2029 li jintemm fit-30 ta’ Ġunju 2030.

(34)

Il-krediti tal-emissjonijiet u d-djun tal-emissjonijiet jenħtieġ li jitqiesu biss għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-konformità ta’ manifattur mal-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tiegħu u mhux bħala assi li huma trasferibbli jew soġġetti għal miżuri fiskali.

(35)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li timponi penali finanzjarja, fil-forma ta’ primjum għall-emissjonijiet tas-CO2 żejda, meta manifattur jinstab li għandu emissjonijiet tas-CO2 żejda, filwaqt li jitqiesu l-krediti tal-emissjonijiet u d-djun tal-emissjonijiet. L-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tas-CO2 żejda tal-manifatturi jenħtieġ li tkun disponibbli għall-pubbliku. Biex il-manifatturi jingħataw inċentiv biżżejjed ħalli jieħdu miżuri biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi mill-vetturi tqal, huwa importanti li l-primjum ikun ogħla mill-ispejjeż marġinali medja tat-teknoloġiji meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tas-CO2. Il-metodoloġija għall-ġbir tal-primjums jenħtieġ li tiġi ddeterminata permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, filwaqt li titqies il-metodoloġija adottata skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Jenħtieġ li l-primjum jitqies bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Bħala parti mill-evalwazzjoni li għandha titwettaq skont ir-Regolament (UE) 2019/631, jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-possibbiltà li dawn l-ammonti jiġu allokati għal fond speċifiku jew programm rilevanti li jkollu l-għan li jiżgura tranżizzjoni ġusta lejn mobilità mingħajr emissjonijiet u li jappoġġja t-taħriġ mill-ġdid, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ tal-ħiliet l-oħra tal-ħaddiema fis-settur awtomobilistiku.

(36)

Hemm bżonn mekkaniżmu robust tal-konformità ħalli jkun żgurat li jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 skont dan ir-Regolament. L-obbligi fuq il-manifatturi biex jipprovdu data preċiża skont ir-Regolament (UE) 2018/956 u l-multi amministrattivi li jistgħu jiġu imposti fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dak l-obbligu jikkontribwixxu biex jiżguraw ir-robustezza tad-data użata għall-finijiet tal-konformità mal-miri skont dan ir-Regolament.

(37)

Biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 skont dan ir-Regolament, hu essenzjali li l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal użati jkunu konformi maċ-ċifri ddeterminati skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun possibbli li fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta’ manifattur, il-Kummissjoni tqis kwalunkwe nuqqas ta’ konformità sistematika misjub mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal użati.

(38)

Biex tkun f’pożizzjoni li tieħu miżuri bħal dawn, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħat li tistabbilixxi u timplimenta proċedura biex tiġi vverifikata l-korrispondenza bejn l-emissjonijiet ta’ CO2 tal-vetturi tqal waqt is-servizz, kif stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu u ċ-ċifri tal-emissjonijiet ta’ CO2 rreġistrati fiċ-ċertifikati ta’ konformità, iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni individwali jew il-fajls ta’ informazzjoni tal-konsumatur. Meta tiġi żviluppata dik il-proċedura, jenħtieġ li titqies b’mod partikolari l-identifikazzjoni ta’ metodi, inkluż l-użu ta’ data mill-apparat abbord tal-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija, biex tinkixef kwalunkwe strateġija li permezz tagħha tittejjeb artifiċjalment il-prestazzjoni ta’ vettura f’termini ta’ CO2 fil-proċedura ta’ ttestjar tal-approvazzjoni tat-tip. Jekk waqt dawn il-verifiki jinstabu devjazzjonijiet jew strateġiji li jtejbu artifiċjalment il-prestazzjoni ta’ vettura f’termini ta’ CO2, dawk is-sejbiet għandhom jitqiesu bħala raġuni biżżejjed biex jiġi suspettat riskju serju ta’ nonkonformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u fir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), u jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu, fuq dik il-bażi, il-miżuri meħtieġa skont il-Kapitolu XI tar-Regolament (UE) 2018/858.

(39)

L-effikaċja tal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 stipulati f’dan ir-Regolament hi ferm dipendenti fuq ir-rappreżentanza f’kundizzjonijiet reali tal-metodoloġija użata biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2. Konformi mal-Opinjoni tal-2016 tal-Mekkaniżmu għall-Parir Xjentifiku (SAM) b’rabta mal-vetturi ħfief, u r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew wara l-inkjesta tiegħu dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku, jixraq ukoll fil-każ tal-vetturi tqal li jiddaħħal fis-seħħ mekkaniżmu li jivvaluta r-rappreżentanza f’kundizzjonijiet reali taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-enerġija ddeterminati skont ir-Regolament (UE) 2017/2400. L-aktar mod affidabbli biex tiġi żgurata r-rappreżentanza f’kundizzjonijiet reali ta’ dawk iċ-ċifri huwa billi tintuża data mil-apparat abbord tal-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-konsum tal-enerġija. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħat biex tiżviluppa l-proċeduri meħtieġa għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data dwar il-konsum tal-fjuwil u l-enerġija meħtieġa għat-twettiq ta’ valutazzjonijiet bħal dawn u biex tiżgura t-tqegħid ta’ din id-data għad-dispożizzjoni tal-pubbliku filwaqt li tagħmel dispożizzjonijiet għall-protezzjoni ta’ kwalunkwe data personali.

(40)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta kif id-data dwar il-konsum tal-fjuwil u l-enerġija tista’ tgħin biex jiġi żgurat li l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-vetturi stabbiliti permezz tal-għodda VECTO skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu jibqgħu rappreżentattivi tal-emissjonijiet tas-CO2 f’kundizzjonijiet reali fuq tul ta’ żmien għall-manifatturi kollha u, b’mod aktar preċiż, kif din id-data tista’ tintuża biex tiġi sorveljata d-diskrepanza bejn iċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 stabbiliti mill-għodda VECTO u l-emissjonijiet tas-CO2 f’kundizzjonijiet reali u, jekk ikun hemm bżonn, jiġi evitat milli tiżdied din id-diskrepanza.

(41)

Fl-2022, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-effikaċja tal-istandards tar-rendiment tal-emissjonijiet tas-CO2 stabbiliti f’dan ir-Regolament u b’mod partikolari l-livell tal-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 li jrid jintlaħaq sal-2030, il-modalitajiet li jenħtieġ li jkunu disponibbli biex tintlaħaq dik il-mira u lil hinn, kif ukoll l-iffissar ta’ miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għal tipi oħra ta’ vetturi tqal, bħat-trakkijiet iżgħar, il-vetturi vokazzjonali, ix-xarabanks, il-kowċis u t-trejlers. Dik il-valutazzjoni jenħtieġ li tinkludi wkoll, strettament għall-fini ta’ dan ir-Regolament, konsiderazzjonijiet ta’ vetturi tqal u ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi, b’kont meħud tal-piżijiet u d-dimensjonijiet applikabbli għat-trasport nazzjonali, pereżempju kunċetti modulari u intermodali, waqt li jiġu vvalutati wkoll aspetti tas-sikurezza u l-effiċjenza tat-trasport possibbli, effetti intermodali, ambjentali, infrastrutturali u ta’ rikorrenza kif ukoll il-pożizzjoni ġeografika tal-Istati Membri.

(42)

Huwa importanti li jiġu vvalutati l-emissjonijiet tas-CO2 kollha taċ-ċiklu tal-ħajja minn vetturi tqal fil-livell tal-Unjoni. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa, mhux iktar tard mill-2023, il-possibbiltà li tiżviluppa metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u r-rapportar konsistenti tad-data dwar l-emissjonijiet ta’ CO2 ta’ vetturi tqal introdotti fis-suq tal-Unjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta miżuri ta’ segwitu, inklużi, fejn xieraq, proposti leġislattivi.

(43)

Biex ikun żgurat li l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vetturi tqal jibqgħu rappreżentattivi u aġġornati għalkollox, l-emendi tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu li jaffettwaw dawk l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2, jeħtieġ li jiġu riflessi f’dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħat biex tiddetermina metodoloġija għad-definizzjoni ta’ vettura tqila rappreżentattiva għal kull subgrupp tal-vetturi, li skontha jenħtieġ li jiġu vvalutati l-bidliet fl-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi.

(44)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, is-setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-pubblikazzjoni ta’ lista ta’ ċerta data u r-rendiment tal-manifattur jenħtieġ li jingħataw lill-Kummissjoni.

(45)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, is-setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni ta’ vetturi li huma ċċertifikati bħala vetturi vokazzjonali u tal-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet għall-emissjonijiet tas-CO2 medji annwali ta’ manifattur, tal-ġbir ta’ primjums tal-emissjonijiet tas-CO2 eċċessivi, tar-rapportar ta’ devjazzjonijiet taċ-ċifri ta’ emissjonijiet tas-CO2 u t-teħid inkunsiderazzjoni tagħhom fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji, tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza ġew stabbiliti u l-kriterji sabiex jiġi stabbilit jekk dawk l-emissjonijiet żdidux indebitament u, jekk iva, kif għandhom jiġu kkoreġuti, tal-iżgurar li ċerti parametri li jirrigwardaw emissjonijiet tas-CO2 fir-realta’ u konsum tal-enerġija ta’ vetturi tqal ikunu disponibbli għall-Kummissjoni, tat-twettiq ta’ verifiki li ċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil fil-fajls ta’ informazzjoni tal-klijent jikkorrispondu għall-emissjoni tas-CO2 minn vetturi tqal waqt is-servizz u għall-konsum tal-fjwuil tal-vetturi tqal waqt is-servizz u dwar il-preżenza ta’ strateġiji sabiex jitjieb b’mod artifiċjali r-rendiment tal-vettura fit-testijiet imwettqa jew fil-kalkoli li jsiru, u tad-definizzjoni ta’ vettura rappreżentattiva waħda jew aktar ta’ subgrupp tal-vetturi abbażi ta’ liema aġġustament tat-tagħbija għandu jiġi stabbilit, jenħtieġ li jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, is-setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ ċerti aspetti tar-rendiment ambjentali ta’ vetturi fil-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4 jenħtieġ li jingħataw lill-Kummissjoni. Is-setgħat ta’ implimentazzjoni msemmija f’din il-premessa jenħtieġ li jkunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(46)

Biex jiġu emendati jew issupplementati l-elementi mhux essenzjali tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-aġġustament tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza, dwar l-istabbiliment tal-prinċipji gwida u l-kriterji għad-definizzjoni tal-proċeduri sabiex jivverifikaw l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi tqal waqt is-servizz u fir-rigward tal-emenda tal-Annessi għal dan ir-Regolament fir-rigward ta’ ċerti parametri tekniċi, inklużi l-ponderazzjonijiet tal-profili tal-missjoni, iċ-ċifri tat-tagħbijiet, ċ-ċifri tal-kilometraġġi annwali u l-fatturi tal-aġġustament tat-tagħbija. Hu importanti b’mod partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (12). B’mod partikolari, biex jiżguraw parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li, sistematikament, l-esperti tagħhom ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jieħdu ħsieb it-tħejjija tal-atti delegati.

(47)

Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, notevolment l-istabbiliment ta’ standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal ġodda, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(48)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (13) jiġu emendati wkoll skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u għanijiet

Sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-mira tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha bi 30 % inqas mil-livelli tal-2005 sal-2030 fis-setturi koperti bl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/842, u biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi, u biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda, fejn l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-flotta tal-Unjoni ta’ vetturi tqal ġodda għandhom jitnaqqsu, meta mqabbel mal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza, kif ġej:

(a)

għall-perijodi ta’ rapportar tas-sena 2025 ’il quddiem bi 15 %;

(b)

għall-perijodi ta’ rapportar tas-sena 2030 ’il quddiem bi 30 %, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor skont ir-rieżami msemmi fl-Artikolu 15.

L-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza għandhom ikunu bbażati fuq id-data tal-monitoraġġ irrapportata skont ir-Regolament (UE) 2018/956 għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020, minn issa ’l quddiem (“il-perijodu ta’ referenza”), għajr il-vetturi vokazzjonali, u għandhom jiġu kkalkulati skont il-punt 3 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vetturi tqal ġodda tal-kategoriji N2 u N3 li jissodisfaw il-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

trakkijiet riġidi b’konfigurazzjoni tal-fus 4×2 u massa tat-tagħbija massima teknikament possibbli iżjed minn 16-il tunnellata;

(b)

trakkijiet riġidi b’konfigurazzjoni tal-fus 6×2;

(c)

tratturi b’konfigurazzjoni tal-fus 4×2 u massa tat-tagħbija massima teknikament possibbli iżjed minn 16-il tunnellata; u

(d)

tratturi b’konfigurazzjoni tal-fus 6×2.

Dan għandu japplika wkoll, għall-finijiet tal-Artikolu 5 ta’, u tal-punt 2.3 tal-Anness I ta’, dan ir-Regolament, għall-vetturi tqal ġodda tal-kategorija N li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u li ma jissodisfawx il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu.

Il-kategoriji ta’ vetturi msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu jirreferu għall-kategoriji ta’ vetturi kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-vetturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala vetturi tqal ġodda f’perijodu ta’ 12-il xahar partikolari li jibda mill-1 ta’ Lulju, jekk dawn ikunu rreġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba f’dak il-perijodu u ma kienu ġew qatt irreġistrati qabel barra mill-Unjoni.

Reġistrazzjoni preċedenti barra mill-Unjoni li tkun saret f’inqas minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fl-Unjoni ma għandhiex tiġi kkunsidrata.

3.   Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta proċedura speċifika għall-identifikazzjoni ta’ vetturi tqal li huma ċċertifikati bħala vetturi vokazzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu iżda mhumiex irreġistrati bħala tali, u għandha tapplika korrezzjonijiet għall-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji annwali ta’ manifattur biex jitqiesu dawk il-vetturi, mill-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2021 u għal kull perijodu ta’ rapportar sussegwenti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza” tfisser il-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fil-perijodu ta’ referenza msemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tal-vetturi tqal ġodda kollha f’kull wieħed mis-subgruppi tal-vetturi, għajr il-vetturi vokazzjonali, iddeterminata skont il-punt 3 tal-Anness I;

(2)

“emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi” tfisser l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vettura tqila individwali ddeterminati skont il-punt 2.1 tal-Anness I;

(3)

“perijodu ta’ rapportar tas-sena Y” tfisser il-perijodu mill-1 ta’ Lulju tas-sena Y sat-30 ta’ Ġunju tas-sena Y+1;

(4)

“emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji” tfisser il-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vetturi tqal ġodda ta’ manifattur f’perijodu ta’ rapportar partikolari ddeterminat skont il-punt 2.7 tal-Anness I;

(5)

“mira ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi” tfisser il-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ manifattur individwali, espressa fi g/tkm u ddeterminata kull sena għall-perijodu ta’ rapportar preċedenti skont il-punt 4 tal-Anness I;

(6)

“trakk riġidu” tfisser trakk li mhux imfassal jew mibni biex jirmonka semi-trailer;

(7)

“trattur” tfisser unità ta’ trattur mfassla u mibnija esklussivament jew primarjament biex tirmonka semi-trailer;

(8)

“subgrupp tal-vetturi” tfisser grupp ta’ vetturi kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness I, li huma kkaratterizzati minn sett komuni u distint ta’ kriterji tekniċi rilevanti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ dawn il-vetturi;

(9)

“vettura vokazzjonali” tfisser vettura tqila li għaliha ġew iddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil, skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, biss għal profili tal-missjoni għajr dawk definiti fil-punt 2.1 tal-Anness I għal dan ir-Regolament;

(10)

“manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli għas-sottomissjoni tad-data relatata mal-vetturi tqal ġodda skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2018/956 jew, fil-każ ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, il-persuna jew il-korp responsabbli lejn l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-vetturi sħaħ jew tal-proċedura tal-approvazzjoni individwali skont id-Direttiva 2007/46/KE u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni;

(11)

“vettura tqila mingħajr emissjonijiet” tfisser vettura tqila mingħajr magna tal-kombustjoni interna, jew b’magna tal-kombustjoni interna li tirrilaxxa anqas minn 1 g CO2/kWh kif iddeterminat skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, jew li tirrilaxxa anqas minn 1 g CO2/km kif iddeterminat skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu;

(12)

“vettura tqila b’emissjonijiet baxxi” tfisser vettura tqila, li mhix vettura tqila mingħajr emissjonijiet, li għandha emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ inqas min-nofs tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza tal-vetturi kollha fis-subgrupp tal-vetturi li għalih tappartjeni l-vettura tqila, kif iddeterminat skont il-punt 2.3.3 tal-Anness I;

(13)

“profil tal-missjoni” tfisser kombinazzjoni ta’ ċiklu tal-veloċità mmirata, ċifra tat-tagħbija utli, konfigurazzjoni tal-karozzerija jew tat-trejler, u parametri oħra, jekk applikabbli, li jirrifletti l-użu speċifiku ta’ vettura, li abbażi tagħhom ġew iddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil uffiċjali ta’ vettura tqila;

(14)

“ċiklu tal-veloċità mmirata” tfisser id-deskrizzjoni tal-veloċità tal-vettura li s-sewwieq irid jilħaq jew li hu limitat biha minħabba l-kundizzjonijiet tat-traffiku, bħala funzjoni tad-distanza koperta bi vjaġġ;

(15)

“tagħbija” tfisser il-piż tal-merkanzija li vettura qed iġorr skont kundizzjonijiet differenti.

Artikolu 4

Medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ manifattur

Mill-1 ta’ Lulju 2020, u f’kull perijodu ta’ rapportar sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tiddetermina għal kull manifattur, l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji fi g/tkm għall-perijodu ta’ rapportar preċedenti, billi jitqies dan li ġej:

(a)

id-data rrapportata skont ir-Regolament (UE) 2018/956 għall-vetturi tqal ġodda tal-manifattur irreġistrati fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, għajr il-vetturi vokazzjonali; u

(b)

il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi ddeterminat skont l-Artikolu 5.

L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 għandhom jiġu ddeterminati b’konformità mal-punt 2.7 tal-Anness I.

Artikolu 5

Vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi

1.   Mill-1 ta’ Lulju 2020 u għal kull perijodu ta’ rapportar sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tiddetermina għal kull manifattur, il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi għall-perijodu ta’ rapportar preċedenti.

Il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi għandu jqis l-għadd u l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi fil-flotta tal-manifattur f’perijodu ta’ rapportar, inklużi l-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1), kif ukoll il-vetturi vokazzjonali mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi u għandu jiġi ddeterminat skont il-punt 2.3 tal-Anness I.

2.   Għall-perijodi ta’ rapportar mill-2019 sal-2024, il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi għandhom jitqiesu kif ġej għall-finijiet tal-paragrafu 1:

(a)

vettura tqila mingħajr emissjonijiet għandha tingħadd bħala żewġ vetturi; u

(b)

l-vetturi tqal b’emissjonijiet baxxi għandhom jingħaddu sa massimu ta’ żewġ vetturi skont funzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tagħhom u l-livell limitu tal-emissjonijiet baxxi tas-subgrupp tal-vettura li fih tappartjeni l-vettura kif definit fil-punt 2.3.3 tal-Anness I.

Il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi għandu jiġi ddeterminat skont il-punt 2.3.1 tal-Anness I.

3.   Għall-perijodi ta’ rapportar mill-2025, ’il quddiem, il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ punt ta’ riferiment ta’ 2 % skont il-punt 2.3.2 tal-Anness I.

4.   Il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi għandu jnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta’ manifattur b’massimu ta’ 3 %. Il-kontribut tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) għal dak il-fattur għandu jnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta’ manifattur b’massimu ta’ 1,5 %.

Artikolu 6

Il-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ manifattur

Mill-1 ta’ Lulju 2026 u f’kull perijodu ta’ rapportar sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tiddetermina għal kull manifattur, mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti. Dik il-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi għandha tkun is-somma, tas-subgruppi tal-vetturi kollha, tal-prodotti ta’ dawn il-valur li ġejjin:

(a)

il-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 imsemmija fil-punt (a) jew (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1, kif applikabbli;

(b)

l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza;

(c)

is-sehem tal-vetturi li għandu l-manifattur f’kull subgrupp;

(d)

il-fatturi tal-kilometraġġ annwali u tal-ponderazzjoni tat-tagħbija applikati għal kull subgrupp tal-vetturi.

Il-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi għandha tiġi ddeterminata skont il-punt 4 tal-Anness I.

Artikolu 7

Il-krediti tal-emissjonijiet u d-djun tal-emissjonijiet

1.   Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-konformità ta’ manifattur mal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tiegħu fil-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2025 sa 2029, għandhom jitqiesu l-krediti tal-emissjonijiet jew id-djun tal-emissjonijiet tiegħu ddeterminati skont il-punt 5 tal-Anness I, li jikkorrispondu għall-għadd ta’ vetturi tqal ġodda, għajr il-vetturi vokazzjonali, tal-manifattur f’perijodu ta’ rapportar, immultiplikati:

(a)

bid-differenzi bejn it-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 kif imsemmija fil-paragrafu 2 u l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta’ dak il-manifattur, jekk dik id-differenza tkun pożittiva (“il-krediti tal-emissjonijiet”); jew

(b)

bid-differenza bejn l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji u l-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ dak il-manifattur, jekk dik id-differenza tkun pożittiva (“id-djun tal-emissjonijiet”).

Il-krediti tal-emissjonijiet għandhom jinkisbu fil-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2019 sa 2029. Madankollu, il-krediti tal-emissjonijiet miksuba fil-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2019 sa 2024 għandhom jitqiesu għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-konformità tal-manifattur mal-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2025 biss.

Id-djun tal-emissjonijiet għandhom jinkisbu fil-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2025 sa 2029. Madanakollu, id-dejn tal-emissjoni totali tal-manifattur ma għandhomx jaqbeż il-5 % tal-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-manifattur fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2025, immultiplikat bl-għadd ta’ vetturi tqal tal-manifattur f’dak il-perijodu (“il-limitu tad-djun tal-emissjonijiet”).

Il-krediti u d-djun tal-emissjonijiet miksuba fil-perijodi ta’ rapportar mill-2025 sal-2028, meta applikabbli, għandhom jiġu riportati minn perijodu ta’ rapportar għal perijodu ta’ rapportar li jmiss. Kwalunkwe djun tal-emissjonijiet li jkun fadal għandhom jixxejnu fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2029.

2.   It-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għandha tiġi stabbilita għal kull manifattur skont il-punt 5.1 tal-Anness I, abbażi ta’ trajettorja lineari bejn l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 u l-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2025 kif speċifikat fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu ta’ dak l-Artikolu, u bejn il-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2025 u l-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-perijodi ta’ rapportar tas-sena 2030 ’il quddiem kif speċifikat fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu ta’ dak l-Artikolu.

Artikolu 8

Konformità mal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi

1.   Meta manifattur jinstab, skont il-paragrafu 2, li għandu emissjonijiet tas-CO2 żejda f’perijodu ta’ rapportar partikolari mill-2025 ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha timponi primjum għall-emissjonijiet tas-CO2 żejda kkalkulat skont il-formula li ġejja:

(a)

mill-2025 sal-2029,

(il-primjum għall-emissjonijiet tas-CO2 żejda) = (l-emissjonijiet tas-CO2 żejda × 4 250 €/gCO2/tkm)

(b)

mill-2030 ’il quddiem,

(il-primjum għall-emissjonijiet tas-CO2 żejda) = (l-emissjonijiet tas-CO2 żejda × 6 800 €/gCO2/tkm).

2.   Manifattur għandu jitqies li għandu emissjonijiet tas-CO2 żejda f’xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

jekk, fi kwalunkwe perijodu ta’ rapportar tas-snin bejn l-2025 u l-2028, is-somma tad-djun tal-emissjonijiet mingħajr is-somma tal-krediti tal-emissjonijiet tkun taqbeż il-limitu tad-dejn tal-emissjonijiet imsemmi fit-tielet subparagrafu fl-Artikolu 7(1);

(b)

jekk, fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2029, is-somma tad-djun tal-emissjonijiet mingħajr is-somma tal-krediti tal-emissjonijiet tkun pożittiva;

(c)

jekk, mill-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2030 ’il quddiem, l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tal-manifattur ikunu jaqbżu l-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tiegħu.

L-emissjonijiet tas-CO2 żejda f’perijodu ta’ rapportar partikolari għandhom jiġu kkalkulati skont il-punt 6 tal-Anness I.

3.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-modi għall-ġbir ta’ primjums għall-emissjonijiet tas-CO2 eċċessivi taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

4.   Il-primjums għall-emissjonijiet tas-CO2 żejda għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Verifika tad-data tal-monitoraġġ

1.   L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe devjazzjoni misjuba fiċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal waqt is-servizz meta mqabbla maċ-ċifri indikati fiċ-ċertifikati tal-konformità jew fil-fajl tal-informazzjoni tal-klijenti msemmija fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2017/2400 b’riżultat tal-verifiki mwettqa skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni għandha tqis id-devjazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 biex tikkalkula l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta’ manifattur.

3.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rapportar ta’ dawn id-devjazzjonijiet u biex jitqiesu fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 10

Valutazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza

Sabiex tiżgura r-robustezza u r-rappreżentanza tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza bħala bażi għad-determinazzjoni tal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-flotta kollha tal-UE, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi metodoloġija għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet li skonthom ġew iddeterminati u tistabbilixxi l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza u l-kriterji biex jiġu ddeterminati jekk dawk l-emissjonijiet ġewx miżjuda b’mod mhux xieraq u jekk iva, kif se jiġu korretti.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 11

Pubblikazzjoni tad-data u tal-prestazzjoni ta’ manifattur

1.   Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, biex tindika:

(a)

mill-1 ta’ Lulju 2020, għal kull manifattur, l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tiegħu fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 4;

(b)

mill-1 ta’ Lulju 2020, għal kull manifattur, il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1);

(c)

mill-1 ta’ Lulju 2026, għal kull manifattur, l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tiegħu fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 6;

(d)

mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2031, għal kull manifattur, it-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjoniji tas-CO2 tiegħu, il-krediti tal-emissjonijiet tiegħu u, mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2031, id-djun tal-emissjonijiet tiegħu fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 7;

(e)

mill-1 ta’ Lulju 2026, għal kull manifattur, l-emissjonijiet tas-CO2 żejda tiegħu fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1);

(f)

mill-1 ta’ Lulju 2020, il-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi għall-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti.

Il-lista li għandha tiġi ppubblikata sat-30 ta’ April 2021 għandha tinkludi l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 li jaġġustaw l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza b’konformità ma’ dan li ġej:

(a)

meta l-ponderazzjonijiet tal-profil tal-missjoni jew iċ-ċifri tat-tagħbija jkunu ġew aġġustati skont il-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14(1), billi tapplika l-proċedura stabbilita fil-punt 1 tal-Anness II;

(b)

meta fatturi tal-aġġustament ikunu ġew iddeterminati skont l-Artikolu 14(2), billi jiġu applikati dawk il-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza;

(c)

meta tkun ġiet iddeterminata żieda indebita fl-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza skont il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 10, billi tikkoreġi l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza sat-30 ta’ April 2022.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika ċ-ċifri aġġustati tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza u għandha tapplikahom għall-kalkolu tal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-manifattur applikabbli fil-perijodi ta’ rapportar li jibdew mid-data ta’ applikazzjoni tal-atti delegati li jaġġustaw iċ-ċifri.

Artikolu 12

L-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija f’kundizzjonijiet reali

1.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tivvaluta r-rappreżentanza f’kundizzjonijiet reali taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-enerġija ddeterminati fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 595/2009.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiġbor regolarment data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija f’kundizzjonijiet reali ta’ vetturi tqal bl-użu ta’ apparat abbord ta’ monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija u għandha tibda tagħmel dan bil-vetturi tqal ġodda rreġistrati mid-data ta’ applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5c tar-Regolament (KE) Nru 595/2009.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat kif dik ir-rappreżentanza qed tevolvi maż-żmien.

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-parametri li ġejjin relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija f’kundizzjonijiet reali ta’ vetturi tqal ikunu disponibbli għaliha f’perijodi ta’ żmien regolari, mid-data ta’ applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5c tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, mill-manifatturi, l-awtoritajiet nazzjonali jew permezz tat-trasferiment dirett ta’ data mill-vetturi, skont il-każ:

(a)

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura;

(b)

il-fjuwil u l-enerġija elettrika kkunsmati;

(c)

id-distanza totali koperta;

(d)

it-tagħbija;

(e)

għal vetturi elettriċi tqal ibridi li jiġu ċċarġjati esternament, il-fjuwil u l-enerġija elettrika kkunsmati, u d-distanza koperta, distribwiti fuq modalitajiet ta’ sewqan differenti;

(f)

parametri oħra meħtieġa biex jiġi żgurat li l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu ssodisfatti.

Il-Kummissjoni għandha tipproċessa d-data li tirċievi taħt l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu biex toħloq sett ta’ data anonimizzata u aggregata, inkluż skont il-manifattur, għall-finijiet tal-paragrafu 1. In-numri ta’ identifikazzjoni tal-vetturi għandhom jintużaw biss għall-fini tal-ipproċessar ta’ dik id-data u ma għandhomx jinżammu aktar milli jkun hemm bżonn għal dak il-fini.

3.   Sabiex jiġi evitat li d-diskrepanza fl-emissjonijiet f’kundizzjonijiet reali tkompli tiżdied, mhux aktar tard minn sentejn u ħames xhur wara d-data ta’ applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5c tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kif id-data dwar il-konsum tal-fjuwil u l-enerġija tista’ tintuża biex jiġi żgurat li ċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-enerġija tal-vetturi stabbiliti skont dak ir-Regolament jibqgħu rappreżentattivi tal-emissjonijiet f’kundizzjonijiet reali fuq tul ta’ żmien għal kull manifattur.

Kull sena, il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirrapporta fuq kif id-diskrepanza msemmija fl-ewwel subparagrafu tevolvi, u, bil-għan li tiġi evitata żieda f’dik id-diskrepanza, fl-2027 għandha tivvaluta l-fattibbiltà ta’ mekkaniżmu li jaġġusta l-emissjonijiet ta’ CO2 speċifiċi medji tal-manifattur mill-2030 ’il quddiem u, jekk ikun il-każ, tressaq proposta leġislattiva biex timplimenta tali mekkaniżmu.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-proċedura dettaljata għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 13

Verifika tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi tqal waqt is-servizz

1.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li ċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil irreġistrati fil-fajl ta’ informazzjoni għall-klijent imsemmi fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2017/2400 li jikkorrispondu għall-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal waqt is-servizz kif stabbiliti skont dak ir-Regolament.

2.   Wara d-dħul fis-seħħ tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 4, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jivverifikaw, għal dawk il-manifatturi li ngħataw liċenzja biex joperaw l-għodda ta’ simulazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, abbażi ta’ kampjuni ta’ vetturi xierqa u rappreżentattivi, li ċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil irreġistrati fil-fajls ta’ informazzjoni għall-klijent jikkorrispondu għall-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal waqt is-servizz kif stabbiliti skont dak ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, billi jikkunsidraw, fost l-oħrajn, l-użu ta’ data disponibbli minn tagħmir ta’ monitoraġġ abbord tal-konsum tal-fjuwil u/jew l-enerġija.

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jivverifikaw ukoll il-preżenza ta’ kwalunkwe strateġija abbord jew b’rabta mal-vetturi fil-kampjun li ttejjeb artifiċjalment il-prestazzjoni tal-vettura fit-testijiet imwettqa jew fil-kalkoli magħmula għall-fini ta’ ċertifikazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil billi, fost l-oħrajn, jużaw data mill-apparat ta’ monitoraġġ abbord tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija.

3.   Meta nuqqas ta’ korrispondenza taċ-ċifri tal-emissjoni tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil li ma tistax tiġi attribwita għal funzjonament ħażin tal-għodda ta’ simulazzjoni, jew il-preżenza ta’ kwalunkwe strateġija li ttejjeb artifiċjalment il-prestazzjonit ta’ vettura, tinstab b’riżultat tal-verifiki mwettqa skont il-paragrafu 2, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip responsabbli għandha, minbarra li tieħu l-miżuri meħtieġa stabbiliti fil-Kapitolu XI tar-Regolament (UE) 2018/858, tiżgura li l-fajls ta’ informazzjoni għall-klijent, iċ-ċertifikati ta’ konformità u ċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni individwali huma kkoreġuti, skont il-każ.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-proċeduri għat-twettiq tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa, qabel ma tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, tadotta att delegat skont l-Artikolu 17, sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi l-prinċipji gwida u l-kriterji għad-definizzjoni tal-proċeduri msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 14

Emendi fl-Annessi I u II

1.   Biex ikun żgurat li l-parametri tekniċi użati għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta’ manifattur skont l-Artikolu 4 u l-kalkolu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 skont l-Artikolu 6 jqisu l-progress tekniku u l-iżvilupp tal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 17 biex temenda d-dispożizzjonijiet li ġejjin stabbiliti fl-Annessi I u II:

(a)

l-entrati għat-tip ta’ kabina u għall-potenza tal-magna stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness I u d-definizzjonijiet ta’ “kabina tal-irqad” u “kabina tal-jum” imsemmija f’dik it-Tabella;

(b)

il-ponderazzjonijiet tal-profil tal-missjoni stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness I;

(c)

iċ-ċifri tat-tagħbija stabbiliti fit-Tabella 3 tal-Anness I, u l-fatturi tal-aġġustament tat-tagħbija stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness II;

(d)

iċ-ċifri tal-kilometraġġ annwali stabbiliti fit-Tabella 4 tal-Anness I.

2.   Meta l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu jiġu modifikati b’emendi għajr dawk imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu b’tali mod biex il-livell tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi rappreżentattivi definiti skont dan il-paragrafu jiżdied jew jonqos b’aktar minn 5 g CO2/km, il-Kummissjoni, b’konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2), għandha tapplika fattur ta’ aġġustament għall-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza li għandu jiġi kkalkulat b’konformità mal-formula stabbilita fil-punt 2 tal-Anness II.

3.   Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tistabbilixxi metodoloġija għad-definizzjoni ta’ vettura rappreżentattiva waħda jew aktar ta’ subgrupp tal-vetturi, inklużi l-ponderazzjonijiet statistiċi tagħhom, li abbażi tagħha għandu jiġi ddeterminat l-aġġustament imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li titqies id-data tal-monitoraġġ irrappurtata skont ir-Regolament (UE) 2018/956 u l-karatteristiċi tekniċi tal-vetturi elenkati fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2017/2400. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Rieżami u rapport

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effikaċja ta’ dan ir-Regolament, dwar il-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-livell tal-mekkaniżmu ta’ inċentivi għall-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi applikabbli mill-2030, dwar l-iffissar ta’ miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għal tipi oħra ta’ vetturi tqal, inkluż it-trejlers, ix-xarabanks u kowċis, u l-vetturi vokazzjonali, u dwar l-introduzzjoni ta’ miri vinkolanti ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal għall-2035 u mill-2040 ’il quddiem. Il-mira tal-2030 għandha tiġi vvalutata b’konformità mal-impenji tal-Unjoni Ewropea skont il-Ftehim ta’ Pariġi.

2.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jinkludi wkoll, b’mod partikolari, dan li ġej:

(a)

valutazzjoni tal-effikaċja tas-sistema tal-krediti tal-emissjonijiet u tad-djun tal-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7 u l-adegwatezza tal-estensjoni tal-applikazzjoni tagħha fl-2030 u lil hinn;

(b)

valutazzjoni tal-użu ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi, filwaqt li jitqiesu l-miri stabbiliti fid-Direttiva 2009/33/KE kif ukoll il-parametri u l-kundizzjonijiet rilevanti li jaffettwaw it-tqegħid fis-suq ta’ tali vetturi tqal;

(c)

valutazzjoni tal-effikaċja tal-mekkaniżmu ta’ inċentivi għal vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi stabbilit fl-Artikolu 5 u l-adegwatezza tal-elementi differenti tiegħu, bil-għan li jiġi aġġustat għall-perijodu wara l-2025 lejn divrenzjar possibbli skont il-medda tas-sewqan mingħajr emissjonijiet u s-subgrupp tal-vettura, flimkien mal-fatturi ta’ ponderazzjoni tat-tagħbija u tal-kilometraġġ, b’data ta’ applikazzjoni li tagħti mill-inqas tliet snin ta’ tħejjija;

(d)

valutazzjoni tal-introduzzjoni tal-infrastruttura meħtieġa ta’ ċċarġjar u ta’ riforniment ta’ fjuwil, tal-possibbiltà li jkunu introdotti standards tar-rendiment tal-emissjoni tas-CO2 għall-magni, b’mod partikolari għal vetturi vokazzjonali, u tar-rappreżentanza f’kundizzjonijiet reali taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil determinati f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/2400;

(e)

strettament għall-fini ta’ dan ir-Regolament, kunsiderazzjonijiet ta’ vetturi tqal u ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi b’kont meħud tal-piżijiet u d-dimensjonijiet applikabbli għat-trasport nazzjonali, pereżempju kunċetti modulari u intermodali, filwaqt li jiġu vvalutati wkoll l-aspetti possibbli tas-sikurezza u l-effiċjenza tat-trasport, l-effetti intermodali, ambjentali, infrastrutturali u ta’ rikorrenza kif ukoll il-pożizzjoni ġeografika tal-Istati Membri;

(f)

valutazzjoni tal-għodda ta’ simulazzjoni VECTO biex ikun żgurat li din l-għodda tiġi aġġornata kontinwament u fi żmien xieraq;

(g)

valutazzjoni tal-possibbiltà li tiġi żviluppata metodoloġija biex jiġi inkluż il-kontribut potenzjali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 fl-użu ta’ fjuwils rinnovabbli alternattivi sintetiċi u avvanzati, likwidi u gassużi, inklużi l-e-fuels, prodotti b’enerġija rinnovabbli u li jissodisfaw il-kriterji ta’ sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra msemmija fid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17);

(h)

valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ akkomunament miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju bejn il-manifatturi;

(i)

valutazzjoni tal-livell tal-primjum għall-emissjonijiet tas-CO2 żejda biex ikun żgurat li huwa jeċċedi l-ispejjeż marġinali medji tat-teknoloġiji meħtieġa biex il-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 jintlaħqu.

3.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, meta jkun xieraq, għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva biex dan ir-Regolament jiġi emendat.

4.   Bħala parti mill-evalwazzjoni skont l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) 2019/631, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-possibbiltà li tassenja d-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet tas-CO2 żejda għal fond speċifiku jew programm rilevanti, bil-għan li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija newtrali fir-rigward tal-klima kif imsemmi fl-Artikolu 4.1 tal-Ftehim ta’ Pariġi, b’mod partikolari biex jiġu appoġġati t-taħriġ mill-ġdid, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ tal-ħiliet oħrajn u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema fis-settur awtomobilistiku fl-Istati Membri kollha affettwati, b’mod partikolari fl-aktar reġjuni u komunitajiet affettwati mit-tranżizzjoni. Il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, għandha tressaq proposta leġislattiva f’dak is-sens sa mhux aktar tard mill-2027.

5.   Sa mhux aktar tard mill-2023, il-Kummissjoni għandha, tevalwa l-possibbiltà li tiżviluppa metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni, u r-rapportar konsistenti ta’ data, dwar l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi tqal ġodda li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-evalwazzjoni, inklużi, meta jkun xieraq, proposti adatti għal miżuri ta’ segwitu, bħal proposti leġislattivi, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 16

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Meta l-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 17

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(4) u l-Artikolu 14(1) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mill-14 ta’ Awwissu 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(4) u l-Artikolu 14(1) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(4) u l-Artikolu 14(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 18

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 595/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Għandu japplika wkoll, għall-fini tal-Artikoli 5a, 5b u 5c, għal vetturi tal-kategoriji O3 u O4.”;

(2)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 5a

Rekwiżiti speċifiċi għall-manifatturi fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4

1.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi ġodda tal-kategoriji O3 u O4 li jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-influwenza ta’ dawk il-vetturi fuq l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-elettriku u l-medda ta’ sewqan mingħajr emissjonijiet tal-vetturi bil-mutur tkun iddeterminata b’konformità mal-metodoloġija msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5c;

(b)

jiġu attrezzati b’apparat abbord għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-tagħbija b’konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5c.

2.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 li jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz jiġu attrezzati b’apparat abbord għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija, tat-tagħbija u tal-kilometraġġ b’konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5c.

Għandhom jiżguraw ukoll li l-medda ta’ sewqan mingħajr emissjonijiet u l-konsum tal-elettriku ta’ dawk il-vetturi jiġu determinati b’konformità mal-metodoloġija msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5c.

Artikolu 5b

Rekwiżiti speċifiċi għall-Istati Membri fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4

1.   L-awtoritajiet nazzjonali, b’konformità mal-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5c, għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4 li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f’dawk il-miżuri ta’ implimentazzjoni.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali, b’konformità mal-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5c, għandhom jipprojbixxu l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4 li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f’dawk il-miżuri ta’ implimentazzjoni.

Artikolu 5c

Miżuri għad-determinazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-prestazzjoni ambjentali ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4

Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tadotta l-miżuri li ġejjin:

(a)

metodoloġija għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ vetturi tal-kategoriji O3 u O4 fir-rigward tal-influwenza tagħhom fuq l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-elettriku u l-medda ta’ sewqan mingħajr emissjonijiet ta’ vetturi bil-mutur;

(b)

rekwiżiti tekniċi għat-tqegħid ta’ apparat abbord għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija u tal-kilometraġġ ta’ vetturi bil-mutur tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3, u għad-determinazzjoni u r-reġistrazzjoni tat-tagħbijiet jew il-piż totali ta’ vetturi li jissodisfaw il-karatteristiċi stabbiliti fil-punt (a), (b), (c) jew (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u tal-kombinazzjonijiet tagħhom ma’ vetturi tal-kategoriji O3 u O4, inkluża t-trażmissjoni ta’ data bejn il-vetturi fi ħdan kombinazzjoni, kif ikun meħtieġ;

(c)

metodoloġija għad-determinazzjoni tal-medda ta’ sewqan mingħajr emissjonijiet u tal-konsum tal-elettriku ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 13a.

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).”;"

(3)

jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 13a

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur stabbilit bir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Meta l-Kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(*2)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).”."

Artikolu 19

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/956

Ir-Regolament (UE) 2018/956 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), fir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u fir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4).

(*3)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1)."

(*4)  Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).”;"

(2)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Mill-1 ta’ Jannar 2019, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw id-data speċifikata fil-Parti A tal-Anness I relatata ma’ vetturi tqal ġodda rreġistrati għall-ewwel darba fl-Unjoni.

Sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, mill-2020 ’il quddiem, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jirrappurtaw din id-data tal-perijodu ta’ rapportar preċedenti mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju lill-Kummissjoni b’konformità mal-proċedura ta’ rapportar stabbilita fl-Anness II.

Fir-rigward tal-2019, id-data rrappurtata sat-30 ta’ Settembru 2020 għandha tinkludi d-data mmonitorjata mill-1 ta’ Jannar 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020.

Id-data relatata ma’ vetturi tqal ġodda li ġew irreġistrati preċedentement barra l-Unjoni ma għandhiex tiġi mmonitorjata u rrappurtata, sakemm dik ir-reġistrazzjoni ma tkunx saret inqas minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fl-Unjoni.”;

(3)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Mis-snin tal-bidu stabbiliti fil-punt 1 tal-Parti B tal-Anness I, il-manifatturi tal-vetturi tqal għandhom jimmonitorjaw id-data speċifikata fil-punt 2 tal-Parti B tal-Anness I, għal kull vettura tqila ġdida.

Sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, mis-snin tal-bidu stabbiliti fil-punt 1 tal-Parti B tal-Anness I, il-manifatturi ta’ vetturi tqal għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dik id-data għal kull vettura tqila ġdida b’data ta’ simulazzjoni li taqa’ fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju, b’konformità mal-proċedura ta’ rapportar stabbilita fl-Anness II.

Fir-rigward tal-2019, il-manifatturi għandhom jirrappurtaw id-data għal kull vettura tqila ġdida b’data ta’ simulazzjoni li taqa’ fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020.

Id-data ta’ simulazzjoni għandha tkun id-data rrappurtata b’konformità mal-entrata tad-data 71 fil-punt 2 tal-Parti B tal-Anness I.”;

(4)

fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali bl-analiżi tagħha tad-data trażmessa mill-Istati Membri u l-manifatturi għall-perijodu ta’ rapportar preċedenti.”;

(5)

fl-Anness II, il-punt 3.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.2.

Id-data relatata ma’ vetturi tqal irreġistrati fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti u rreġistrata fir-Reġistru għandha ssir pubblika sat-30 ta’ April ta’ kull sena, mill-2021, bl-eċċezzjoni tal-entrati tad-data speċifikati fl-Artikolu 6(1).”.

Artikolu 20

Emendi tad-Direttiva 96/53/KE

Id-Direttiva 96/53/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, id-definizzjoni li ġejja tiddaħħal wara d-definizzjoni ta’ “vettura li taħdem bi fjuwil alternattiv”:

“—

‘vettura mingħajr emissjonijiet’ tfisser vettura tqila mingħajr emissjonijiet kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5),

(*5)  Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).”;"

(2)

l-Artikolu 10b huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 10b

Il-piżijiet massimi awtorizzati ta’ vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew mingħajr emissjonijiet għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-punti 2.2.1, 2.2.2, 2.2.3, 2.2.4, 2.3.1, 2.3.2 u 2.4 tal-Anness I.

Il-vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattivi jew mingħajr emissjonijiet għandhom jikkonformaw ukoll mal-limiti massimi awtorizzati tal-piż tal-fusijiet stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness I.

Il-piż addizzjonali meħtieġ mill-vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew mingħajr emissjonijiet għandu jiġi definit abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta mill-produttur meta l-vettura inkwistjoni tiġi approvata. Dak il-piż addizzjonali għandu jiġi indikat fil-prova uffiċjali meħtieġa b’konformità mal-Artikolu 6.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 10h biex taġġorna, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-lista ta’ fjuwils alternattivi msemmija fl-Artikolu 2 li jeħtieġu piż addizzjonali. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni ssegwi l-prassi abitwali tagħha u twettaq konsultazzjonijiet ma’ esperti, inklużi esperti tal-Istati Membri, qabel ma tadotta dawk l-atti delegati.”;

(3)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

is-subparagrafu li ġej jiżdied mat-tieni kolonna tal-punti 2.2.1, 2.2.2, 2.2.3 u 2.2.4:

“Fil-każ ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi, inklużi l-vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew mingħajr emissjonijiet, il-piżijiet massimi awtorizzati previsti f’din it-taqsima għandhom jiżdiedu bil-piż addizzjonali tat-teknoloġija tal-fjuwils alternattivi jew ta’ mingħajr emissjonijiet b’massimu ta’ 1 tunnellata u 2 tunnellati rispettivament.”;

(b)

is-subparagrafu li ġej jiżdied fit-tieni kolonna tal-punt 2.3.1:

“Vetturi mingħajr emissjonijiet: il-piż massimu awtorizzat ta’ 18-il tunnellata jiżdied bil-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija ta’ mingħajr emissjonijiet b’massimu ta’ 2 tunnellati.”;

(c)

is-subparagrafu li ġej jiżdied fit-tielet kolonna tal-punt 2.3.2:

“Vetturi mingħajr emissjonijiet bi tliet fusijiet: il-piż massimu awtorizzat ta’ 25 tunnellata, jew 26 tunnellata meta l-fus tas-sewqan ikun attrezzat b’tajers doppji u sospensjoni tal-arja jew sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti fl-Unjoni kif definit fl-Anness II jew meta kull fus tas-sewqan ikun attrezzat b’tajers doppji u l-piż massimu ta’ kull fus ma jaqbiżx 9,5 tunnellati, jiżdied bil-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija ta’ mingħajr emissjonijiet b’massimu ta’ 2 tunnellati.”;

(d)

is-subparagrafu li ġej jiżdied fit-tielet kolonna tal-punt 2.4:

“Xarabanks artikolati bi tliet fusijiet li jkunu vetturi mingħajr emissjonijiet: il-piż massimu awtorizzat ta’ 28 tunnellata jiżdied bil-piż addizzjonali tat-teknoloġija mingħajr emissjonijietv b’massimu ta’ 2 tunnellati.”.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Ġunju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 286.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2019.

(3)  Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L 349, 29.12.2017, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(12)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(13)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1).

(15)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(16)  Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).

(17)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(18)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).


ANNESS I

L-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċimedji, il-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi,u l-emissjonijiet tas-CO2 żejda

1.   SUBGRUPPI TAL-VETTURA

Kull vettura tqila ġdida għandha tiġi attribwita lil xi wieħedmis-subgruppi tal-vettura definiti fit-Tabella 1 skont il-kundizzjonijietstabbiliti fiha.

Tabella 1

Subgruppi tal-vettura (sg)

Vetturi tqal

Tip ta’ kabina

Potenza tal-magna

Subgrupp tal-vettura (sg)

Trakkijiet riġidi b’konfigurazzjoni tal-fus4×2 u massa tat-tagħbija massima teknikament possibbli > 16-il tunnellata

Kollha

< 170 kW

4-UD

B’kabina tal-jum

≥ 170 kW

4-RD

B’kabina tal-irqad

≥ 170 kW u < 265 kW

B’kabina tal-irqad

≥ 265 kW

4-LH

Trakkijiet riġidi b’konfigurazzjoni tal-fus6×2

B’kabina tal-jum

Kollha

9-RD

B’kabina tal-irqad

9-LH

Tratturi b’konfigurazzjoni tal-fus 4×2 umassa tat-tagħbija massima teknikament possibbli > 16-il tunnellata

B’kabina tal-jum

Kollha

5-RD

B’kabina tal-irqad

< 265 kW

B’kabina tal-irqad

≥ 265 kW

5-LH

Tratturi b’konfigurazzjoni tal-fus 6×2

B’kabina tal-jum

Kollha

10-RD

B’kabina tal-irqad

10-LH

“Kabina tal-irqad” tfisser tip ta’ kabinali għandha kompartiment wara s-sit tas-sewwieq maħsub għall-irqadkif irrapportat skont ir-Regolament (UE) 2018/956.

“Kabina tal-jum” tfisser tip ta’ kabinali mhix kabina tal-irqad.

Jekk vettura tqila ġdida ma tkunx tista’ tiġi attribwita għal subgrupptal-vettura għax l-informazzjoni dwar it-tip ta’ kabina jew il-potenzatal-magna ma tkunx disponibbli, din għandha tiġi attribwita għas-subgrupptal-vetturi għal distanzi twal (long-haul, LH) li jkun jikkorrispondigħat-tip ta’ xażi tagħha (trakk riġidu jew trattur) u l-konfigurazzjonital-fus (4×2 jew 6×2).

Meta xi vettura tqila ġdida tiġi attribwita għas-subgrupp tal-vettura4-UD, iżda d-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 fi g/km ma tkunx disponibbli għall-profili tal-missjoni UDL jewUDR kif definit fit-Tabella 2 tal-punt 2.1, il-vettura tqila ġdidagħandha tiġi attribwita għas-subgrupp tal-vettura 4-RD.

2.   L-EMISSJONIJIET TAS-CO2 SPEĊIFIĊI MEDJI TA’MANIFATTUR

2.1.   L-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ vetturatqila ġdida

L-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fi g/km ta’vettura tqila ġdida v (CO2v ), attribwita għal subgrupp tal-vettura sg għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

Formula

fejn,

Formula

mp

hi s-somma tal-profili tal-missjoni kollha mp elenkati fit-Tabella 2;

sg

hu s-subgrupp tal-vettura li għalih tkun ġiet attribwital-vettura tqila ġdida v skont il-punt 1 ta’dan l-Anness;

W sg,mp

hu l-piż tal-profil tal-missjoni speċifikat fit-Tabella2;

CO2 v,mp

huma l-emissjonijiet tas-CO2 fi g/kmta’ vettura tqila ġdida v iddeterminati għalprofil tal-missjoni mp u rrappurtati skontir-Regolament (UE) 2018/956.

L-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ vetturatqila mingħajr emissjonijiet għandhom jiġu stabbiliti bħala 0 g CO2/km.

L-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ vetturavokazzjonali għandhom ikunu l-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 fi g/km irrappurtati skont ir-Regolament (UE) 2018/956.

Tabella 2

Piżijiet tal-profil tal-missjoni(Wsg,mp)

Subgrupp tal-vettura (sg)

Profil tal-missjoni (1) (mp)

RDL

RDR

LHL

LHR

UDL

UDR

REL, RER, LEL, LER

4-UD

0

0

0

0

0,5

0,5

0

4-RD

0,45

0,45

0,05

0,05

0

0

0

4-LH

0,05

0,05

0,45

0,45

0

0

0

9-RD

0,27

0,63

0,03

0,07

0

0

0

9-LH

0,03

0,07

0,27

0,63

0

0

0

5-RD

0,27

0,63

0,03

0,07

0

0

0

5-LH

0,03

0,07

0,27

0,63

0

0

0

10-RD

0,27

0,63

0,03

0,07

0

0

0

10-LH

0,03

0,07

0,27

0,63

0

0

0


Definizzjonijiet tal-profiltal-missjoni

RDL

It-tagħbija tal-ġarr reġjonali hi baxxa

RDR

It-tagħbija tal-ġarr reġjonali hi rappreżentattiva

LHL

It-tagħbija tal-ġarr fit-tul hi baxxa

LHR

It-tagħbija tal-ġarr fit-tul hi rappreżentattiva

UDL

It-tagħbija tal-ġarr urban hi baxxa

UDR

It-tagħbija tal-ġarr urban hi rappreżentattiva

REL

It-tagħbija (EMS) tal-ġarr reġjonali hi baxxa

RER

It-tagħbija (EMS) tal-ġarr reġjonali hi rappreżentattiva

LEL

It-tagħbija (EMS) tal-ġarr fit-tul hi baxxa

LER

It-tagħbija (EMS) tal-ġarr fit-tul hi rappreżentattiva

2.2.   L-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tal-vetturitqal ġodda f’subgrupp tal-vettura għal manifattur

Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar, l-emissjonijiettas-CO2 speċifiċi medji fi g/tkm tal-vetturi tqalġodda kollha f’subgrupp tal-vettura sg (avgCO2sg )għandhom jiġu kkalkulatikif ġej:

Formula

fejn,

Formula

v

hi s-somma tal-vetturi tqal ġodda tal-manifattur fis-subgrupptal-vettura sg, għajr il-vetturi vokazzjonali,skont il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4;

CO2 v

huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċita’ vettura tqila ġdida v iddeterminati skontil-punt 2.1;

Vsg

hi l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur fis-subgrupptal-vettura sg, għajr il-vetturi vokazzjonali,skont il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4;

PL sg

hi t-tagħbija medja tal-vetturi fis-subgrupp tal-vettura sg kif iddeterminat fil-punt 2.5.

2.3.   Il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u tal-emissjonijiet baxximsemmi fl-Artikolu 5

2.3.1.   Perijodi ta’ rapportar 2019 sa 2024

Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar mill-2019sal-2024, il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u tal-emissjonijietbaxxi (ZLEV) imsemmi fl-Artikolu 5 għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula b’minimu ta’ 0,97

fejn,

V

hu l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur li jissodisfawil-karatteristiċi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1),għajr il-vetturi vokazzjonali, skont il-punt (a) tal-ewwel paragrafutal-Artikolu 4;

Vconv

hu l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur li jissodisfawil-karatteristiċi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1),għajr il-vetturi vokazzjonali, skont il-punt (a) tal-ewwel paragrafutal-Artikolu 4 u għajr il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijietbaxxi;

Vzlev

hi s-somma ta’ Vin u Vout,

fejn,

VinFormula

hi Formula hi s-somma tal-vetturi tqal kollha mingħajr emissjonijietu b’emissjonijiet baxxi li jissodisfaw il-karatteristiċi stabbilitifl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1);

CO2v

huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċifi g/km ta’ vettura tqila mingħajr emissjonijiet jew b’emissjonijietbaxxi v iddeterminati skont il-punt 2.1;

LETsg

hu l-livell limitu ta’ emissjonijiet baxxi tas-subgrupptal-vettura sg li għalih tappartjeni l-vettura v kif definit fil-punt 2.3.3;

Vout

hu l-għadd totali ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijietli għadhom kif ġew irreġistrati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu2(1), immultiplikat bi 2, u b’massimu ta’ 1,5 % ta’ Vconv.

2.3.2.   Perijodi ta’ rapportar mill-2025 ’il quddiem

Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar, il-fatturta’ mingħajr emissjonijiet u tal-emissjonijiet baxxi (ZLEV) imsemmifl-Artikolu 5 għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula sakemm din is-somma ma tkunx akbar minn 1 jew iżgħar minn0,97, f’liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1 jew0,97, skont il-każ

fejn,

x

hu 0,02

y

hi s-somma ta’ Vin u Vout, diviża b’Vtotal, fejn:

Vin

hu l-għadd totali ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijietu b’emissjonijiet baxxi li għadhom kif ġew irreġistrati li jissodisfawil-karatteristiċi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1),fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEVspecific skont il-formulata’ hawn taħt:

Formula

fejn:

CO2v

huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċifi g/km ta’ vettura tqila mingħajr emissjonijiet jew b’emissjonijietbaxxi v iddeterminati skont il-punt 2.1;

LETsg

hu l-livell limitu ta’ emissjonijiet baxxi tas-subgrupptal-vettura sg li għalih tappartjeni l-vettura v kif definit fil-punt 2.3.3;

Vout

hu l-għadd totali ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijietli għadhom kif ġew irreġistrati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu2(1), u b’massimu ta’ 0,035 % ta’ Vtotal;

Vtotal

hu l-għadd totali ta’ vetturi tqal ġodda li għadhom kifġew irreġistrati tal-manifattur f’dak il-perijodu ta’ rapportar.

Meta s-somma Vin/Vtotal tkun aktar baxxa minn 0,0075, il-fattur ZLEVgħandu jkun stabbilit għal 1.

2.3.3.   Livell limitu ta’ emissjonijiet baxxi

Il-livell limitu ta’ emissjonijiet baxxi LETsg tas-subgrupp tal-vettura sg huwa definitkif ġej:

Formula

fejn,

rCO2 sg

huma l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenzatas-subgrupp tal-vettura sg, kif iddeterminati fil-punt 3;

PLsg

hi t-tagħbija medja tal-vetturi fis-subgrupp tal-vettura sg kif iddeterminat fil-punt 2.5.

2.4.   Is-sehem tal-manifattur ta’ vetturi tqal ġodda f’subgrupp tal-vettura

Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar, is-sehemta’ vetturi tqal ġodda f’subgrupp tal-vettura sg (sharesg ) għandu jiġikkalkulat kif ġej:

Formula

fejn,

Vsg

hu l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur f’subgrupptal-vettura sg, għajr il-vetturi vokazzjonali,skont il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4;

V

hu l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur, għajril-vetturi vokazzjonali, skont il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu4.

2.5.   Iċ-ċifri tat-tagħbija medja tal-vetturi kollha f’subgrupp tal-vettura

Iċ-ċifra tat-tagħbija medja ta’ vettura f’subgrupp tal-vettura sg (PLsg ) għandha tiġi kkalkulatakif ġej:

Formula

fejn,

Formula

mp

hi s-somma tal-profili tal-missjoni kollha mp;

W,sg,mp

hu l-piż tal-profil tal-missjoni speċifikat fit-Tabella2 taħt il-punt 2.1;

PL sg,mp

hi ċ-ċifra tat-tagħbija attribwita lill-vetturi fis-subgrupptal-vettura sg għall-profil tal-missjoni mp, kif speċifikata fit-Tabella 3.

Tabella 3

Ċifri tat-tagħbija PLsg, mp (f’tunnellati)

Subgrupp tal-vettura sg

Profil tal-missjoni (2) mp

RDL

RDR

LHL

LHR

UDL

UDR

REL

RER

LEL

LER

4-UD

0,9

4,4

1,9

14

0,9

4,4

3,5

17,5

3,5

26,5

4-RD

4-LH

5-RD

2,6

12,9

2,6

19,3

2,6

12,9

3,5

17,5

3,5

26,5

5-LH

9-RD

1,4

7,1

2,6

19,3

1,4

7,1

3,5

17,5

3,5

26,5

9-LH

10-RD

2,6

12,9

2,6

19,3

2,6

12,9

3,5

17,5

3,5

26,5

10-LH

2.6.   Il-kilometraġġ u l-ponderazzjoni tat-tagħbija

Il-fattur tal-kilometraġġ u tal-ponderazzjoni tat-tagħbija (MPWsg) ta’ subgrupp tal-vettura sg hu ddefinit bħala l-multiplikazzjoni tal-kilometraġġannwali speċifikat fit-Tabella 4 u ċ-ċifra tat-tagħbija għal kullsubgrupp speċifikata fit-Tabella 3 tal-punt 2.5, normalizzat għaċ-ċifrarispettiva għas-subgrupp tal-vettura 5-LH, u għandu jiġi kkalkulatkif ġej:

Formula

fejn,

AMsg

hu l-kilometraġġ annwali speċifikat fit-Tabella 4 għall-vetturifis-subgrupp tal-vettura rispettiv;

AM 5-LH

hu l-kilometraġġ annwali speċifikat għas-subgrupp tal-vettura5-LH fit-Tabella 4;

PLsg

hi ċ-ċifra tat-tagħbija medja kif iddeterminat fil-punt2.5;

PL 5-LH

hi ċ-ċifra tat-tagħbija medja għas-subgrupp tal-vettura5-LH kif iddeterminat fil-punt 2.5.

Tabella 4

Kilometraġġi annwali

Subgrupp tal-vettura sg

Kilometraġġ annwali AMsg (f’km)

4-UD

60 000

4-RD

78 000

4-LH

98 000

5-RD

78 000

5-LH

116 000

9-RD

73 000

9-LH

108 000

10-RD

68 000

10-LH

107 000

2.7.   L-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji fig/tkm ta’ manifattur imsemmi fl-Artikolu 4

Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’rapportar, l-emissjonijiet medji tas-CO2 fig/tkm (CO2) għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

Formula

fejn,

Formula

hi s-somma tas-subgruppi tal-vettura kollha;

ZLEV

hu l-fattur mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxikif iddeterminat fil-punt 2.3;

share,sg

hu s-sehem tal-vetturi tqal ġodda fis-subgrupp tal-vetturi sg kif iddeterminat fil-punt 2.4;

MPWsg

hu l-fattur tal-kilometraġġ u tal-ponderazzjoni tat-tagħbijakif iddeterminat fil-punt 2.6;

avgCO2sg

hu l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċimedji f’g/tkm kif iddeterminat fil-punt 2.2.

3.   L-EMISSJONIJIET TAS-CO2 TA’ REFERENZAMSEMMIJA FIT-TIENI PARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 1

L-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza (rCO2sg) għandhom jiġu kkalkulatigħal kull subgrupp tal-vettura sg abbażi tal-vetturitqal ġodda kollha tal-manifatturi kollha tal-perijodu ta’ referenzakif ġej:

Formula

fejn,

Formula

hi s-somma tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fil-perijoduta’ referenza fis-subgrupp tal-vettura sg, għajr il-vetturi vokazzjonali,skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1;

CO2v

huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċital-vettura tqila ġdida v iddeterminati skontil-punt 2.1 u, jekk applikabbli, aġġustati skont l-Anness II;

rVsg

hu l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fil-perijoduta’ referenza fis-subgrupp tal-vettura sg,għajr il-vetturi vokazzjonali, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu1;

PLsg

hi t-tagħbija medja tal-vetturi fis-subgrupp tal-vettura sg kif iddeterminat fil-punt 2.5.

4.   L-EMISSJONIJIET TAS-CO2 SPEĊIFIĊITA’ MANIFATTUR IMSEMMI FL-ARTIKOLU 6

Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar, mill-1 ta’ Lulju 2025 ’il quddiem, il-mira tal-emissjonijiettas-CO2 speċifiċi T għandha tiġi kkalkulata kifġej:

Formula

fejn,

Formula

hi s-somma tas-subgruppi tal-vettura kollha;

sharesg

hu s-sehem ta’ vetturi tqal ġodda fis-subgrupp tal-vettura sg kif iddeterminat fil-punt 2.4;

MPWsg

hu l-fattur tal-kilometraġġ u tal-ponderazzjoni tat-tagħbijakif iddeterminat fil-punt 2.6;

rf

hi l-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 (bħala %) applikabbli f’dak il-perijodu ta’ rapportar speċifiku;

rCO2sg

hi r-referenza tal-emissjonijiet tas-CO2 kif iddeterminata fil-punt 3;

5.   IL-KREDITI TAL-EMISSJONIJIET U D-DJUN TAL-EMISSJONIJIETIMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7

5.1.   It-trajettorja ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-krediti tal-emissjonijiet

Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar tas-sninY mill-2019 sal-2030, trajettorja ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 (ETY) hi ddefinita kif ġej:

Formula

fejn,

Formula

hi s-somma tas-subgruppi tal-vettura kollha;

share,sg

hu s-sehem ta’ vetturi tqal ġodda fis-subgrupp tal-vettura sg kif iddeterminat fil-punt 2.4;

MPWsg

hu l-fattur tal-kilometraġġ u tal-ponderazzjoni tat-tagħbijakif iddeterminat fil-punt 2.6;

rCO2sg

hi l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenzakif iddeterminat fil-punt 3;

R-ETY

hija definita kif ġej:

għall-perijodi ta’ rapportartas-snin Y mill-2019 sal-2025:

Formula

u, għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin Y mill-2026sal-2030:

Formula

rf2025 u rf2030

huma l-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 (bħala %) applikabbli għall-perijodi ta’ rapportartas-snin 2025 u 2030, rispettivament.

5.2.   Il-krediti tal-emissjonijiet u d-djun tal-emissjonijiet f’kullperijodu ta’ rapportar

Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar tas-sninY mill-2019 sal-2029, il-krediti tal-emissjonijiet (cCO2Y ) u d-djun tal-emissjonijiet (dCO2Y ) għandhom jiġu kkalkulatikif ġej:

Jekk CO2Y < ETY:

Formula

dCO2Y = 0

Jekk CO2Y > TY għas-snin 2025 sa 2029:

Formula

dCO2Y = 0

Fil-bqija tal-każijiet kollha, dCO2Y u cCO2Y huma stabbiliti bħala 0.

fejn,

ETY

hi t-trajettorja tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-manifattur fil-perijodu ta’ rapportar tas-senaY iddeterminata skont il-punt 5.1;

CO2Y

huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċimedji tal-manifattur fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena Y iddeterminatiskont il-punt 2.7;

TY

hi l-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-manifattur fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena Y iddeterminataskont il-punt 4;

VY

hu l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur fil-perijoduta’ rapportar tas-sena Y, għajr il-vetturi vokazzjonali, skont il-punt(a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4.

5.3.   Limitu tad-djun tal-emissjonijiet

Għal kull manifattur, il-limitu tad-djun tal-emissjonijiet (limCO2) hu ddefinit kif ġej:

Formula

fejn,

T2025

hi l-mira ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-manifattur fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2025iddeterminata skont il-punt 4;

V2025

hu l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur fil-perijoduta’ rapportar tas-sena 2025, għajr il-vetturi vokazzjonali, skontil-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4.

5.4.   Il-krediti tal-emissjonijiet miksuba qabel is-sena 2025

Id-djun tal-emissjonijiet miksuba għall-perijodu ta’ rapportartas-sena 2025 għandhom jitnaqqsu b’ammont (redCO2) li jikkorrispondi għall-krediti tal-emissjonijiet miksuba qabeldak il-perijodu ta’ rapportar, li huma ddeterminati għal kull manifatturkif ġej:

Formula

fejn,

min

hu l-minimu taż-żewġ ċifri msemmija bejn il-parenteżi;

Formula

hi s-somma tul il-perijodi ta’ rapportar tas-snin Y mill-2019sal-2024;

dCO22025

huma d-djun tal-emissjonijiet għall-perijodu ta’ rapportartas-sena 2025 kif iddeterminati skont il-punt 5.2;

cCO2Y

huma l-krediti tal-emissjonijiet għall-perijodu ta’ rapportartas-sena Y kif iddeterminati skont il-punt 5.2.

6.   L-EMISSJONIJIET TAS-CO2 ŻEJDA TAL-MANIFATTURIMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(2)

Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar mis-sena2025 ’il quddiem, iċ-ċifra tal-emissjonijiet tas-CO2 żejda (exeCO2Y ) għandha tiġi kkalkulata kif ġej, jekk iċ-ċifra hi pożittiva:

 

Għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2025

Formula

 

Għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin Y mill-2026 sal-2028

Formula

 

Għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2029

Formula

 

Għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin Y mill-2030 ’il quddiem

Formula

fejn,

Formula

hi s-somma tul il-perijodi ta’ rapportar tas-snin Y mill-2019sal-2025;

Formula

hi s-somma tul il-perijodi ta’ rapportar tas-snin I mill-2025sas-sena Y;

Formula

hi s-somma tul il-perijodi ta’ rapportar tas-snin J mill-2025sas-sena (Y-1);

Formula

hi s-somma tul il-perijodi ta’ rapportar tas-snin J mill-2025sal-2028;

Formula

hi s-somma tul il-perijodi ta’ rapportar tas-snin I mill-2025sal-2029;

dCO2Y

huma d-djun tal-emissjonijiet għall-perijodu ta’ rapportartas-sena Y kif iddeterminati skont il-punt 5.2;

cCO2Y

huma l-krediti tal-emissjonijiet għall-perijodu ta’ rapportartas-sena Y kif iddeterminati skont il-punt 5.2;

limCO2

hu l-limitu tad-djun tal-emissjonijiet kif iddeterminatskont il-punt 5.3;

redCO2

hu t-tnaqqis fid-djun tal-emissjonijiet tal-perijodu ta’rapportar tas-sena 2025 kif iddeterminat skont il-punt 5.4.

Fil-bqija tal-każijiet kollha, iċ-ċifra tal-emissjonijiet tas-CO2 żejda exeCO2Y għandha tiġi stabbilita bħala 0.


(1)  Ara d-definizzjonijiet tal-profil tal-missjoni taħt din it-Tabella

(2)  Ara d-definizzjonijiet tal-profil tal-missjoni taħt it-Tabella2 tal-punt 2.1


ANNESS II

Proċeduri ta’ aġġustament

1.   IL-FATTURI TAL-AĠĠUSTAMENT TAT-TAGĦBIJA MSEMMIJA FIL-PUNT C TAL-ARTIKOLU 14(1)

Soġġett għall-punt (a) tal-Artikolu 11(2), għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza msemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1, il-ponderazzjonijiet tal-profil tal-missjoni u ċ-ċifri tat-tagħbija applikabbli fil-perijodu ta’ rapportar meta l-bidliet imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 14(1) jibdew japplikaw għall-vetturi tqal ġodda kollha għandhom jintużaw u l-emissjonijiet tas-CO2 fi g/km ta’ vettura tqila v iddeterminati għal profil ta’ missjoni mp imsemmi fit-Tabella 2 fil-punt 2.1 tal-Anness I għandhom jiġu aġġustati kif ġej:

Formula

fejn,

sg

hu s-subgrupp tal-vettura li għalih tappartjeni l-vettura v;

CO2(RP)v,mp

huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ vettura v fi g/km, kif iddeterminati fuq il-profil tal-missjoni mp u abbażi tad-data tal-monitoraġġ għall-perijodu ta’ referenza kif irrappurtat skont ir-Regolament (UE) 2018/956;

PL(RP)sg, mp

hi ċ-ċifra tat-tagħbija, li kienet attribwita għall-vettura v fis-subgrupp tal-vettura sg fuq il-missjoni tal-profil mp fil-perijodu ta’ referenza, skont it-Tabella 3 tal-punt 2.5 tal-Anness I, għall-finijiet tal-istabbiliment tad-data tal-monitoraġġ għall-perijodu ta’ referenza kif irrappurtat skont ir-Regolament (UE) 2018/956;

PLsg, mp

hi ċ-ċifra tat-tagħbija attribwita għall-vetturi fis-subgrupp tal-vettura sg fuq il-profil tal-missjoni mp fil-perijodu ta’ rapportar meta l-bidliet imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 14(1) jibdew japplikaw għall-vetturi tqal ġodda kollha, skont it-Tabella 3 tal-punt 2.5 tal-Anness I;

PLasg, mp

hu l-fattur tal-aġġustament tat-tagħbija ddefinit fit-Tabella 5.

Tabella 5

Fatturi tal-aġġustament tat-tagħbija PLasg, mp

PLasg,mp

(f’1/tunnellati)

Profili tal-missjoni mp (1)

RDL, RDR

REL, RER

LHL, LHR

LEL, LER

UDL, UDR

Subgruppi tal- vettura sg

4-UD

0,026

N.A.

0,015

N.A.

0,026

4-RD

4-LH

5-RD

0,022

0,022

0,017

0,017

0,022

5-LH

9-RD

0,026

0,025

0,015

0,015

0,026

9-LH

10-RD

0,022

0,021

0,016

0,016

0,022

10-LH

2.   IL-FATTURI TAL-AĠĠUSTAMENT IMSEMMIJA FIL-PUNT (B) TAL-ARTIKOLU 11(2)

Soġġett għal-punt (b) tal-Artikolu 11(2), għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1, il-ponderazzjonijiet tal-profil tal-missjoni u ċ-ċifri tat-tagħbija applikabbli fil-perijodu ta’ rapportar meta l-bidliet imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 14(1) jibdew japplikaw għall-vetturi tqal ġodda kollha għandhom jintużaw u l-emissjonijiet tas-CO2 fi g/km ta’ vettura tqila v iddeterminati għal profil ta’ missjoni mp imsemmi fil-punt 2.1 tal-Anness I għandhom jiġu aġġustati kif ġej:

Formula

fejn,

Formula

hi s-somma tal-vetturi rappreżentattivi kollha r għas-subgrupp tal-vettura sg;

sg

hu s-subgrupp tal-vettura li għalih tappartjeni l-vettura v;

s r,sg

hu l-piż statistiku tal-vettura rappreżentattiva r fis-subgrupp tal-vettura sg;

CO2(RP)v,mp

huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ vettura v fi g/km, kif iddeterminati fuq il-profil tal-missjoni mp u abbażi tad-data tal-monitoraġġ tal-perijodu ta’ referenza kif irrappurtat skont ir-Regolament (UE) 2018/956;

CO2(RP)r,mp

huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura rappreżentattiva r fi g/km, kif iddeterminati fuq il-profil tal-missjoni mp skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu fil-perijodu ta’ referenza meta CO2(RP)v,mp ġie ddeterminat;

CO2r,mp

huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura rappreżentattiva r, kif iddeterminati fuq il-profil tal-missjoni mp skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu fil-perijodu ta’ rapportar meta l-bidliet imsemmija fl-Artikolu 14(2) ta’ dan ir-Regolament jibdew japplikaw għall-vetturi tqal ġodda kollha.

Il-vettura rappreżentattiva r għandha tiġi ddefinita skont il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 14(3) ta’ dan ir-Regolament.


(1)  ara d-definizzjonijiet tal-profil tal-missjoni fil-punt 2.1 tal-Anness I.


Top