Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019L0878

    Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta' entitajiet eżentati, kumpanniji azzjonarji finanzjarji, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, remunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta' konservazzjoni ta' kapital (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    PE/16/2019/REV/1

    ĠU L 150, 7.6.2019, p. 253–295 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 28/12/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/878/oj

    7.6.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 150/253


    DIRETTIVA (UE) 2019/878 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-20 ta' Mejju 2019

    li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta' entitajiet eżentati, kumpanniji azzjonarji finanzjarji, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, remunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta' konservazzjoni ta' kapital

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara t-trasmissjoni tal-abbozz ta' att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

    Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) ġew adottati b'rispons għall-kriżijiet finanzjarji li seħħew fl-2007-2008. Dawk il-miżuri leġislattivi kkontribwixxew b'mod sostanzjali għat-tisħiħ tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni u għamlu l-istituzzjonijiet aktar reżiljenti għal xokkijiet futuri possibbli. Minkejja li huma estremament komprensivi, dawk il-miżuri ma indirizzawx id-dgħufijiet kollha identifikati li jaffettwaw lill-istituzzjonijiet. Barra minn hekk, xi wħud mill-miżuri proposti inizjalment kienusoġġetti għal klawżoli ta' reviżjoni jew ma kinux ddettaljati b'mod suffiċjenti biex ikunu jistgħu jiġu implimentati bla xkiel.

    (2)

    Din id-Direttiva għandha l-għan li tindirizza l-kwistjonijiet imqajma b'rabta mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/36/UE li wrew li mhumiex ċari biżżejjed u li għalhekk kienu soġġetti għal interpretazzjonijiet diverġenti jew li tqiesu li huma ta' piż eċċessiv fuq ċerti istituzzjonijiet. Fiha wkoll aġġustamenti għad-Direttiva 2013/36/UE li huma neċessarji wara l-adozzjoni ta' atti legali rilevanti oħra tal-Unjoni, bħad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jew il-bidliet proposti b'mod parallel għar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Finalment, l-emendi proposti jallinjaw aħjar il-qafas regolatorju attwali mal-iżviluppi internazzjonali sabiex jiġu promossi l-konsistenza u l-komparabbiltà bejn il-ġurisdizzjonijiet.

    (3)

    Il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta jistgħu jkunu impriżi omm ta' gruppi bankarji u l-applikazzjoni ta' rekwiżiti prudenzjali hija meħtieġa fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta' tali kumpanniji azzjonarji. Peress li l-istituzzjoni kkontrollata minn tali kumpanniji finanzjarji mhijiex dejjem kapaċi tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti fuq bażi konsolidata fil-grupp kollu, huwa neċessarju li ċerti kumpanniji azzjonarji finanzjarji u kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta jinġiebu fl-ambitu dirett tas-setgħat superviżorji skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 biex tiġi żgurata l-konformità fuq bażi konsolidata. Għalhekk, proċedura speċifika ta' approvazzjoni u setgħat superviżorji diretti fuq ċerti kumpanniji azzjonarji finanzjarji u kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta jenħtieġ li jiġu previsti sabiex jiġi żgurat li tali kumpanniji azzjonarji jkunu jistgħu jinżammu direttament responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali konsolidati, mingħajr ma jkunu soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali addizzjonali fuq bażi individwali.

    (4)

    Jenħtieġ li l-approvazzjoni u s-superviżjoni ta' ċerti kumpanniji azzjonarji finanzjarji u kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta ma jipprevjenux lill-gruppi milli jiddeċiedu dwar l-arranġamenti interni speċifiċi u d-distribuzzjoni tal-kompiti fil-grupp kif jidhrilhom adatt biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali, u jenħtieġ li ma jipprevjenux azzjoni superviżorja diretta fuq dawk l-istituzzjonijiet fil-grupp bl-impenn li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi konsolidata.

    (5)

    F'ċirkostanzi speċifiċi, kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li ġiet stabbilita għall-fini li jkollha parteċipazzjonijiet f'impriżi tista' tkun eżentata mill-approvazzjoni. Għalkemm huwa rikonoxxut li kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta eżentata tista' tieħu deċiżjonijiet skont l-andament ordinarju tan-negozju tagħha, jenħtieġ li ma tiħux deċiżjonijiet ta' ġestjoni, operazzjonali jew finanzjarji li jaffettwaw lill-grupp jew dawk is-sussidjarji fil-grupp li jkunu istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji. Fil-valutazzjoni tal-konformità ma' dak ir-rekwiżit, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jqisu r-rekwiżiti rilevanti skont id-dritt soċjetarju li għaliha tkun soġġetta l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.

    (6)

    Is-superviżur konsolidanti għandu r-responsabbiltajiet ewlenin fir-rigward tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata. Għalhekk, huwa neċessarju li s-superviżur konsolidanti jkun involut b'mod adatt fl-approvazzjoni u s-superviżjoni tal-kumpanniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta. Fejn is-superviżur konsolidanti jkun differenti mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, jenħtieġ li l-approvazzjoni tingħata permezz ta' deċiżjoni konġunta ta' dawk iż-żewġ awtoritajiet. Il-Bank Ċentrali Ewropew, fit-twettiq tal-kompitu tiegħu ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata fuq il-kumpanniji prinċipali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (7), jenħtieġ ukoll li jeżerċita d-dmirijiet tiegħu b'rabta mal-approvazzjoni u s-superviżjoni tal-kumpanniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta.

    (7)

    Ir-rapport tal-Kummissjoni tat-28 ta' Lulju 2016 dwar il-valutazzjoni tar-regoli ta' remunerazzjoni skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 (“ir-rapport tal-Kummissjoni tat-28 ta' Lulju 2016”) żvela li, meta applikati għal xi istituzzjonijiet żgħar, xi wħud mill-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 2013/36/UE, jiġifieri r-rekwiżiti dwar id-differiment u l-pagament fl-istrumenti, joħolqu wisq piż u mhumiex proporzjonati mal-benefiċċji prudenzjali tagħhom. B'mod simili, tqies li l-kost tal-applikazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti huwa ogħla mill-benefiċċji prudenzjali tagħhom fil-każ tal-persunal b'livelli baxxi ta' remunerazzjoni varjabbli, peress li tali livelli ta' remunerazzjoni varjabbli jipproduċu ftit jew ebda inċentiv għall-persunal sabiex jieħu riskju eċċessiv. Konsegwentement, filwaqt li, b'mod ġenerali, l-istituzzjonijiet kollha jenħtieġ li jkun meħtieġ japplikaw il-prinċipji kollha għall-persunal kollu tagħhom li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, huwa neċessarju li jiġu eżentati istituzzjonijiet żgħar u persunal b'livelli baxxi ta' rimunerazzjoni varjabbli mill-prinċipji dwar id-diferiment u l-pagament fl-istrumenti stabbiliti fid-Direttiva 2013/36/UE.

    (8)

    Kriterji ċari, konsistenti u armonizzati li jidentifikaw dawk l-istituzzjonijiet żgħar kif ukoll livelli baxxi ta' remunerazzjoni varjabbli huma neċessarji biex tiġi żgurata l-konverġenza superviżorja u jitrawmu kondizzjonijiet indaqs għall-istituzzjonijiet u l-protezzjoni adegwata tad-depożituri, l-investituri u l-konsumaturi fl-Unjoni kollha. Fl-istess ħin, huwa adatt li tiġi offruta xi flessibbiltà għall-Istati Membri biex jadottaw approċċ aktar strett fejn iqisuh neċessarju.

    (9)

    Il-prinċipju ta' ħlas ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali huwa stipulat fl-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Dak il-prinċipju jeħtieġ li jiġi applikat b'mod konsistenti mill-istituzzjonijiet. Għalhekk, jenħtieġ li joperaw politika ta' remunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi.

    (10)

    L-għan tar-rekwiżiti ta' remunerazzjoni huwa li jippromwovu ġestjoni tar-riskju soda u effettiva tal-istituzzjonijiet billi jiġu allinjati l-interessi fit-tul kemm tal-istituzzjonijiet kif ukoll tal-persunal tagħhom li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni (dawk li jieħdu riskju materjali). Fl-istess ħin, sussidjarji li mhumiex istituzzjonijiet u għalhekk mhux soġġetti għad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi individwali, jistgħu jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta' remunerazzjoni oħra skont l-atti legali speċifiċi għas-settur rilevanti li jenħtieġ li tkun prevalenti. Għalhekk, bħala regola, ir-rekwiżiti ta' remunerazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva jenħtieġ li ma japplikawx fuq bażi konsolidata għal tali sussidjarji. Madankollu, biex jiġi evitat arbitraġġ possibbli, ir-rekwiżiti ta' remunerazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva jenħtieġ li japplikaw fuq bażi konsolidata għall-persunal li jkun impjegat fis-sussidjarji li jipprovdu servizzi speċifiċi, bħall-immaniġġjar ta' assi, il-ġestjoni tal-portafoll jew l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet, fejn tali persunal ikollu mandat, irrispettivament mill-forma li jista' jieħu tali mandat, li jwettaq attivitajiet professjonali li jikkwalifikahom bħala “dawk li jieħdu riskju materjali” fil-livell tal-grupp bankarju. Tali mandati jenħtieġ li jinkludu arranġamenti ta' delega jew ta' esternalizzazzjoni konklużi bejn is-sussidjarja li timpjega l-persunal u istituzzjoni oħra fl-istess grupp. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux prevenuti milli japplikaw ir-rekwiżiti ta' remunerazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva fuq bażi konsolidata għal sett aktar wiesa' ta' impriżi sussidjarji u l-persunal tagħhom.

    (11)

    Id-Direttiva 2013/36/UE teħtieġ li sehem sostanzjali, u fi kwalunkwe każ tal-anqas 50 %, ta' kwalunkwe remunerazzjoni varjabbli, ikun jikkonsisti minn bilanċ ta' azzjonijiet jew interessi ta' sjieda ekwivalenti, soġġett għall-istruttura legali tal-istituzzjoni kkonċernata, jew strumenti marbuta ma' ishma jew strumenti ekwivalenti mhux fi flus, fil-każ ta' istituzzjoni mhux elenkata; u, fejn possibbli, ta' strumenti alternattivi tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 li jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet. Dak il-prinċipju jillimita l-użu ta' strumenti marbuta ma' ishma għall-istituzzjonijiet mhux elenkati u jeħtieġ li l-istituzzjonijiet elenkati jużaw l-ishma. Ir-rapport tal-Kummissjoni tat-28 ta' Lulju 2016 qies li l-użu tal-ishma jista' jwassal għal piżijiet u kostijiet amministrattivi konsiderevoli għall-istituzzjonijiet elenkati. Fl-istess ħin, jistgħu jinkisbu benefiċċji prudenzjali ekwivalenti billi l-istituzzjonijiet elenkati jitħallew jużaw strumenti marbuta mal-ishma li jittraċċaw il-valur tal-ishma. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-possibbiltà li jintużaw strumenti marbuta mal-ishma tiġi estiża għall-istituzzjonijiet elenkati.

    (12)

    Jenħtieġ li l-analiżi u l-evalwazzjoni superviżorji jqisu d-daqs, l-istruttura u l-organizzazzjoni interna tal-istituzzjonijiet u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom. Fejn istituzzjonijiet differenti jkollhom profili tar-riskju simili, pereżempju minħabba li jkollhom mudelli tan-negozju jew pożizzjoni ġeografika ta' skoperturi simili jew ikunu affiljati mal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jfasslu l-metodoloġija għall-proċess ta' analiżi u evalwazzjoni biex jinkludu l-karatteristiċi u r-riskji komuni tal-istituzzjonijiet b'tali profil tar-riskju li jkun l-istess. Madankollu, jenħtieġ li tali tfassil la jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jieħdu kont debitu tar-riskji speċifiċi li jaffettwaw kull istituzzjoni u lanqas jibdel in-natura speċifika għall-istituzzjoni tal-miżuri imposti.

    (13)

    Ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali impost mill-awtoritajiet kompetenti huwa mutur importanti tal-livell kumplessiv ta' fondi proprji ta' istituzzjoni u huwa rilevanti għall-parteċipanti fis-suq peress li l-livell ta' rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali imposti għandu impatt fuq il-punt ta' skattar għar-restrizzjonijiet fuq il-pagamenti ta' dividendi, il-pagamenti tal-bonus u l-pagamenti fuq Strumenti tal-Grad 1 addizzjonali. Jenħtieġ li tiġi pprovduta definizzjoni ċara tal-kondizzjonijiet li bihom għandu jiġi impost ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali biex jiġi żgurat li r-regoli jkunu applikati b'mod konsistenti bejn l-Istati Membri u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

    (14)

    Jenħtieġ li r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li għandu jiġi impost mill-awtoritajiet kompetenti jiġu stabbiliti b'rabta mas-sitwazzjoni speċifika ta' istituzzjoni u jenħtieġ li jiġu ġustifikati kif adatt. Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali jistgħu jiġu imposti biex jindirizzaw ir-riskji jew l-elementi ta' riskju espliċitament esklużi jew mhux espliċitament koperti mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 biss sa fejn dan jitqies neċessarju fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika ta' istituzzjoni. Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jiġu pożizzjonati fl-ordni rilevanti ta' akkumulazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji f'livell ogħla mir-rekwiżiti ta' fondi proprji minimi rilevanti u f'livell inqas mir-rekwiżit ta' riżerva kombinata jew ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja, kif rilevanti. Jenħtieġ li n-natura speċifika għall-istituzzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali tipprevjeni l-użu tagħhom bħala għodda biex jiġu indirizzati riskji makroprudenzjali jew sistemiċi. Madankollu, jenħtieġ li dak ma jipprekludix lill-awtoritajiet kompetenti milli jindirizzaw, inkluż permezz ta' rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali, ir-riskji mġarrba mill-istituzzjonijiet individwali minħabba l-attivitajiet tagħhom, inkluż dawk li jirriflettu l-impatt ta' ċerti żviluppi ekonomiċi u tas-suq fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjoni individwali.

    (15)

    Ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja huwa rekwiżit parallel għar-rekwiżiti ta' fondi proprji bbażati fuq ir-riskju. Għaldaqstant, jenħtieġ li kwalunkwe rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali impost mill-awtoritajiet kompetenti għall-indirizzar tar-riskju ta' lieva eċċessiva jiżdied mar-rekwiżit tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja minimu u mhux mar-rekwiżit ta' fondi proprji minimi bbażati fuq ir-riskju. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw ukoll kwalunkwe kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li huma jużaw biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħhom relatati mal-lieva biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji bbażat fuq ir-riskju, inkluż ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata.

    (16)

    Jenħtieġ li jkun possibbli għall-awtoritajiet kompetenti biex jikkomunikaw lil istituzzjoni f'forma ta' gwida kwalunkwe aġġustament għall-ammont ta' kapital ogħla mir-rekwiżiti ta' fondi proprji minimi rilevanti, ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali rilevanti u, kif rilevanti, ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata jew ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja li huma jistennew li jżommu tali istituzzjonijiet sabiex jindirizzaw xenarji ta' stress li jħarsu 'l quddiem. Minħabba li tali gwida tikkostitwixxi mira tal-kapital, jenħtieġ li titqies bħala ppożizzjonata ogħla mir-rekwiżiti ta' fondi proprji minimi rilevanti, ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali rilevanti u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata jew ir-rekwiżit ta' riżerva ta' lieva, kif rilevanti. Jenħtieġ li n-nuqqas li tiġi ssodisfata tali mira ma tagħtix bidu għar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet previsti fid-Direttiva 2013/36/UE. Minħabba li l-gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali tirrifletti aspettattivi superviżorji, jenħtieġ li d-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ li la jistabbilixxu obbligi ta' żvelar obbligatorji għall-gwida u lanqas ma jipprojbixxu lill-awtoritajiet kompetenti milli jitolbu l-iżvelar tal-gwida. Meta istituzzjoni ripetutament tonqos milli tilħaq il-mira tal-kapital, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tkun intitolata tieħu miżuri superviżorji u, fejn adatt, timponi rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali.

    (17)

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/36/UE dwar ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar huma marbuta mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jeħtieġu perijodu ta' implimentazzjoni itwal għall-istituzzjonijiet. Sabiex tiġi allinjata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet neċessarji għall-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva japplikaw mill-istess data tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    (18)

    Sabiex jiġi armonizzat il-kalkolu tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar meta s-sistemi interni tal-istituzzjonijiet għall-kejl ta' dak ir-riskju ma jkunux sodisfaċenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE), stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) fir-rigward tal-iżvilupp ta' metodoloġija standardizzata għall-fini ta' evalwazzjoni ta' tali riskju. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    (19)

    Sabiex tittejjeb l-identifikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-istituzzjonijiet li jistgħu jkunu soġġetti għal telf eċċessiv fl-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom bħala riżultat ta' bidliet potenzjali fir-rati tal-imgħax, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ABE. Dawk l-istandards tekniċi regolatorji jenħtieġ li jispeċifikaw: is-sitt xenarji ta' xokk superviżorji li l-istituzzjonijiet kollha jkollhom japplikaw sabiex jikkalkulaw il-bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità; is-suppożizzjonijiet komuni li l-istituzzjonijiet ikollhom jimplimentaw fis-sistemi interni tagħhom għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur ekonomiku tal-ekwità, u fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ħtieġa potenzjali għal kriterji speċifiċi biex jiġu identifikati l-istituzzjonijiet li għalihom jista' jkun ġustifikat li jittieħdu miżuri superviżorji wara tnaqqis fid-dħul mill-imgħax nett attribwit għal bidliet fir-rati tal-imgħax; u x'jikkostitwixxi tnaqqis kbir. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    (20)

    Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu hija essenzjali għaż-żamma tal-istabbiltà u l-integrità fis-sistema finanzjarja. Il-kxif ta' involviment ta' istituzzjoni fil-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jista' jkollu impatt fuq il-vijabbiltà tagħha u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Flimkien mal-awtoritajiet u l-korpi responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus skont id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), l-awtoritajiet kompetenti inkarigati mill-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni prudenzjali jaqdu rwol importanti fl-identifikazzjoni u l-iddixxiplinar tad-dgħufijiet. Għalhekk, jenħtieġ li tali awtoritajiet kompetenti jqisu b'mod konsistenti t-tħassib dwar il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fl-attivitajiet superviżorji rilevanti tagħhom, inkluż proċessi ta' reviżjoni u evalwazzjoni superviżorji, valutazzjonijiet tal-adegwatezza tal-arranġamenti ta' governanza, il-proċessi u l-mekkaniżmi tal-istituzzjonijiet u valutazzjonijiet tal-idoneità ta' membri tal-korp ta' ġestjoni, jinformaw kif meħtieġ dwar kwalunkwe sejba lill-awtoritajiet u l-korpi rilevanti responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u jieħdu, kif adatt, miżuri superviżorji f'konformità mas-setgħat tagħhom skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. Jenħtieġ li l-informazzjoni tingħata abbażi tas-sejbiet żvelati fil-proċessi ta' awtorizzazzjoni, approvazzjoni jew reviżjoni li tali awtoritajiet kompetenti jkunu inkarigati minnhom, kif ukoll abbażi tal-informazzjoni riċevuta mill-awtoritajiet u l-korpi responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849.

    (21)

    Waħda mit-tagħlimiet ewlenin mill-kriżi finanzjarja fl-Unjoni kienet il-ħtieġa li jkun hemm qafas adegwat istituzzjonali u ta' politika għall-prevenzjoni u l-indirizzar tal-iżbilanċi fi ħdan l-Unjoni. Fid-dawl tal-iżviluppi istituzzjonali l-aktar reċenti fl-Unjoni, tinħtieġ reviżjoni komprensiva tal-qafas ta' politika makroprudenzjali.

    (22)

    Id-Direttiva 2013/36/UE jenħtieġ li ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jimplimentaw miżuri fil-liġi nazzjonali mfassla biex itejbu r-reżiljenza tas-sistema finanzjarja bħal, iżda mhux limitati għal, limiti tal-proporzjon bejn is-self u l-valur, limiti tal-proporzjon bejn id-dejn u d-dħul, limiti tal-proporzjon bejn il-ħlas tad-dejn u d-dħul u strumenti oħra li jindirizzaw l-istandards tas-self.

    (23)

    Sabiex jiġi żgurat li r-riżervi ta' kapital kontroċikliċi jirriflettu tajjeb ir-riskju tat-tkabbir eċċessiv fil-kreditu għas-settur bankarju, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkalkulaw ir-riżervi speċifiċi għall-istituzzjoni tagħhom bħala medja ponderata tar-rati tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika li japplikaw fil-pajjiżi fejn jinsabu l-iskoperturi tal-kreditu tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li kull Stat Membru jaħtar awtorità responsabbli li tistabbilixxi r-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għall-iskoperturi li jkunu jinsabu f'dak l-Istat Membru. Jenħtieġ li dik ir-rata tar-riżerva tieħu kont tat-tkabbir fil-livelli tal-kreditu u l-bidliet fil-proporzjon tal-kreditu għall-Prodott Domestiku Gross (PDG) f'dak l-Istat Membru, u kwalunkwe varjabbli ieħor rilevanti għar-riskji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

    (24)

    Flimkien ma' riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital u riżerva ta' kapital kontroċiklika, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrikjedu li ċerti istituzzjonijiet iżommu riżerva għal riskju sistemiku sabiex jipprevjenu u jimmitigaw ir-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi li mhumiex koperti mir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u mid-Direttiva 2013/36/UE, bħal riskju ta' tfixkil għas-sistema finanzjarja bil-potenzjal ta' konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanzjarja u għall-ekonomija reali fi Stat Membru speċifiku. Jenħtieġ li r-rata tar-riżerva għar-riskju sistemiku tapplika għall-iskoperturi kollha jew għal subsett ta' skoperturi u għall-istituzzjonijiet kollha, jew għal subsett wieħed jew aktar ta' dawk l-istituzzjonijiet, fejn l-istituzzjonijiet juru profili tar-riskju simili fl-attivitajiet kummerċjali tagħhom.

    (25)

    Huwa importanti li jiġi simplifikat il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet, tiġi żgurata delineazzjoni ċara ta' responsabbiltajiet, tiġi simplifikata l-attivazzjoni tal-għodod ta' politika makroprudenzjali u li jitwessa' s-sett ta' għodod makroprudenzjali biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet ikunu jistgħu jindirizzaw riskji sistemiċi fil-ħin u b'mod effettiv. Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) mistenni jaqdi rwol ewlieni fil-koordinazzjoni ta' miżuri makroprudenzjali, kif ukoll fit-trasmissjoni ta' informazzjoni dwar miżuri makroprudenzjali ppjanati fl-Istati Membri, b'mod partikolarment permezz tal-pubblikazzjoni ta' miżuri makroprudenzjali adottati fuq is-sit web tiegħu u permezz tal-kondiviżjoni ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet wara n-notifiki ta' miżuri makroprudenzjali ppjanati. Sabiex jiġi żgurat rispons ta' politika adatt bejn l-Istati Membri, il-BERS mistenni jissorvelja s-suffiċjenza u l-konsistenza tal-politiki makroprudenzjali tal-Istati Membri, inkluż permezz tal-monitoraġġ ta' jekk l-għodod jintużawx b'mod konsistenti u distint minn xulxin.

    (26)

    L-awtoritajiet rilevanti kompetenti jew nominati jenħtieġ li jkollhom l-għan li jevitaw kwalunkwe użu duplikattiv jew inkonsistenti tal-miżuri makroprudenzjali stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-awtoritajiet rilevanti kompetenti jew nominati jqisu b'mod debitu jekk il-miżuri meħuda skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE jidduplikawx jew humiex inkonsistenti ma' miżuri eżistenti jew futuri oħra skont l-Artikolu 124, 164 jew 458 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    (27)

    L-awtoritajiet kompetenti jew nominati jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeterminaw il-livell jew il-livelli ta' applikazzjoni tar-riżerva tal-istituzzjonijiet sistematikament importanti (O-SIIs) l-oħra, abbażi tan-natura u d-distribuzzjoni tar-riskji inkorporati fl-istruttura tal-grupp. F'xi ċirkostanzi, jista' jkun adatt għall-awtorità kompetenti jew l-awtorità nominata li timponi riżerva ta' O-SII biss f'livell taħt l-ogħla livell ta' konsolidazzjoni.

    (28)

    F'konformità mal-metodoloġija tal-valutazzjoni għal banek globali sistemikament importanti ppubblikata mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS), il-pretensjonijiet transġudizzjarji u l-obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni huma indikaturi tal-importanza sistemika globali tagħha u tal-impatt li l-falliment tagħha jista' jkollu fuq is-sistema globali finanzjarja. Dawk l-indikaturi jirriflettu t-tħassib speċifiku, pereżempju, dwar id-diffikultà akbar fil-koordinazzjoni tar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ma' attivitajiet transkonfinali sinifikanti. Il-progress li sar f'termini tal-approċċ komuni għal riżoluzzjoni li tirriżulta mir-rinforz tal-ġabra unika tar-regoli u mill-istabbiliment tal-Mekkaniżmu ta' Riżoluzzjoni Unika (SRM), żviluppa b'mod sinifikanti l-abbiltà fir-riżoluzzjoni b'mod ordnat tal-gruppi transkonfinali fi ħdan l-unjoni bankarja. Għaldaqstant u mingħajr preġudizzju għall-kapaċità ta' awtoritajiet kompetenti jew nominati li jeżerċitaw il-ġudizzju superviżorju tagħhom, jenħtieġ li jiġi kalkulat punteġġ alternattiv li jirrifletti dak il-progress u awtoritajiet kompetenti jew nominati jenħtieġ li jieħdu dak il-punteġġinkonsiderazzjoni meta jivvalutaw l-importanza sistemika tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, mingħajr ma tkun affettwata d-data fornuta lill-BCBS għad-determinazzjoni ta' denominaturi internazzjonali. Jenħtieġ li l-ABE tiżviluppa abbozz aġġornat ta' standards tekniċi regolatorji biex tiġi speċifikata l-metodoloġija ta' identifikazzjoni addizzjonali għall-istituzzjonijiet globali sistematikament importanti (G-SIIs) biex ikunu jistgħu jiġu rikonoxxuti l-ispeċifiċitajiet tal-qafas ta' riżoluzzjoni Ewropew integrat fi ħdan il-kuntest tal-SRM. Dik il-metodoloġija jenħtieġ li tintuża biss għall-finijiet tal-kalibrazzjoni tar-riżerva ta' G-SII. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    (29)

    Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li ssaħħaħ u tirfina l-atti legali eżistenti tal-Unjoni sabiex tiżgura rekwiżiti prudenzjali uniformi li japplikaw għall-istituzzjonijiet madwar l-Unjoni, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

    (30)

    F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (11), l-Istati Membri ntrabtu li, f'każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom minn dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti ta' strumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Rigward din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trasmissjoni ta' tali dokumenti hija ġustifikata.

    (31)

    Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2013/36/UE tiġi emendata skont dan,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Emendi għad-Direttiva 2013/36/UE

    Id-Direttiva 2013/36/UE hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 2, il-paragrafi 5 u 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “5.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal dan li ġej:

    (1)

    aċċess għall-attività ta' ditti tal-investiment sa fejn din tkun irregolata mid-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1);

    (2)

    il-banek ċentrali;

    (3)

    l-istituzzjonijiet giro tal-uffiċċji postali;

    (4)

    fid-Danimarka, l-‘Eksport Kredit Fonden’, l-‘Eksport Kredit Fonden A/S’, id-‘Danmarks Skibskredit A/S’ u l-‘KommuneKredit’;

    (5)

    fil-Ġermanja, l-impriżi ‘Kreditanstalt für Wiederaufbau’, ‘Landwirtschaftliche Rentenbank’, ‘Bremer Aufbau-Bank GmbH’, ‘Hamburgische Investitions- und Förderbank’, ‘Investitionsbank Berlin’, ‘Investitionsbank des Landes Brandenburg’, ‘Investitionsbank Schleswig-Holstein’, ‘Investitions- und Förderbank Niedersachsen – NBank’, ‘Investitions- und Strukturbank Rheinland-Pfalz’, ‘Landeskreditbank Baden-Württemberg – Förderbank’, ‘LfA Förderbank Bayern’, ‘NRW.BANK’, ‘Saarländische Investitionskreditbank AG’, ‘Sächsische Aufbaubank – Förderbank’, ‘Thüringer Aufbaubank’ li huma rikonoxxuti taħt il-‘Wohnungsgemeinnützigkeitsgesetz’ bħala korpi tal-politika tas-settur tal-abitazzjoni tal-Istat u mhumiex prinċipalment parteċipanti fi transazzjonijiet bankarji, u impriżi rikonoxxuti taħt dik il-liġi bħala impriżi tas-settur tal-abitazzjoni mingħajr skop ta' qligħ;

    (6)

    fl-Estonja, l-‘hoiu-laenuühistud’, bħala impriżi kooperattivi li huma rikonoxxuti taħt il-‘hoiu-laenuühistu seadus’;

    (7)

    fl-Irlanda, l-iStrategic Banking Corporation of Ireland, l-unjonijiet tal-kreditu u soċjetajiet ta' għajnuna reċiproka;

    (8)

    fil-Greċja, il-‘Ταμείο Παρακαταθηκών και Δανείων’ (Tamio Parakatathikon kai Danion);

    (9)

    fi Spanja, l-‘Instituto de Crédito Oficial’;

    (10)

    fi Franza, il-‘Caisse des dépôts et consignations’;

    (11)

    fil-Kroazja, il-‘kreditne unije’ u l-‘Hrvatska banka za obnovu i razvitak3’;

    (12)

    fl-Italja, il-‘Cassa depositi e prestiti’;

    (13)

    fil-Latvja, il-‘krājaizdevu sabiedrības’, impriżi li huma rikonoxxuti taħt il-‘krājaizdevu sabiedrību likums’ bħala impriżi kooperattivi li joffru servizzi finanzjarji lill-membri tagħhom biss;

    (14)

    fil-Litwanja, il-‘kredito unijos’ minbarra ‘centrinės kredito unijos’;

    (15)

    fl-Ungerija, il-‘MFB Magyar Fejlesztési Bank Zártkörűen Működő Részvénytársaság’ u l-‘Magyar Export-Import Bank Zártkörűen Működő Részvénytársaság’;

    (16)

    f'Malta, ‘The Malta Development Bank’;

    (17)

    fin-Netherlands, in-‘Nederlandse Investeringsbank voor Ontwikkelingslanden NV’, l-‘NV Noordelijke Ontwikkelingsmaatschappij’, l-‘NV Limburgs Instituut voor Ontwikkeling en Financiering’, l-‘Ontwikkelingsmaatschappij Oost-Nederland NV’ u kredietunies;

    (18)

    l-Awstrija, l-impriżi rikonoxxuti bħala assoċjazzjonijiet tal-akkomodazzjoni fl-interess pubbliku u l-‘Österreichische Kontrollbank AG’;

    (19)

    fil-Polonja, il-‘Spółdzielcze Kasy Oszczędnościowo — Kredytowe’ u l-‘Bank Gospodarstwa Krajowego’;

    (20)

    fil-Portugall, il-‘Caixas Económicas’ li kienu jeżistu fl-1 ta' Jannar 1986 bl-eċċezzjoni ta' dawk inkorporati bħala kumpanniji b'responsabbiltà limitata u tal-‘Caixa Económica Montepio Geral’;

    (21)

    fis-Slovenja, is-‘SID-Slovenska izvozna in razvojna banka, d.d. Ljubljana’;

    (22)

    fil-Finlandja, it-‘Teollisen yhteistyön rahasto Oy/Fonden för industriellt samarbete AB’, u l-‘Finnvera Oyj/Finnvera Abp’;

    (23)

    fl-Iżvezja, il-‘Svenska Skeppshypotekskassan’;

    (24)

    fir-Renju Unit, in-National Savings and Investments (NS&I), is-CDC Group plc, l-Agricultural Mortgage Corporation Ltd, il-Crown Agents for overseas governments and administrations, il-credit unions u l-municipal banks.

    6.   L-entitajiet imsemmija fil-punt (1) u l-punti (3) sa (24) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu ttrattati bħala istituzzjonijiet finanzjarji għall-finijiet tal-Artikolu 34 u l-Kapitolu 3 tat-Titolu VII.

    (*1)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).”;"

    (2)

    l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

    “(60)

    ‘awtorità ta' riżoluzzjoni’ tfisser awtorità ta' riżoluzzjon kif definita fil-punt (18) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2);

    (61)

    ‘istituzzjoni globali sistemikament importanti’ jew ‘G-SII’ tfisser G-SII kif definita fil-punt (133) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (62)

    ‘istituzzjoni globali sistemikament importanti mhux tal-UE’ jew ‘G-SII mhux tal-UE’ tfisser G-SII mhux tal-UE kif definita fil-punt (134) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (63)

    ‘grupp’ tfisser grupp kif definit fil-punt (138) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (64)

    ‘grupp ta' pajjiż terz’ tfisser grupp li l-impriża prinċipali tiegħu tkun stabbilita f'pajjiż terz;

    (65)

    ‘politika ta' rimunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi’ tfisser politika ta' rimunerazzjoni bbażata fuq ħlas ugwali għal ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali.

    (*2)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).”;"

    (b)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   Sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti jew is-setgħat superviżorja stipulati f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 japplikaw fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata skont din id-Direttiva u dan ir-Regolament, it-termini “istituzzjoni”, “istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru”, “istituzzjoni prinċipali tal-UE” u “impriża omm” għandhom jinkludu ukoll:

    (a)

    kumpanniji azzjonarji finanzjarji u kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta li ngħataw approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a ta' din id-Direttiva;

    (b)

    istituzzjonijiet nominati kkontrollati minn kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru fejn il-kumpannija prinċipali rilevanti ma tkunx soġġetta għall-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a(4) ta' din id-Direttiva; u

    (c)

    kumpanniji azzjonarji finanzjarji, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta jew istituzzjonijiet nominati skont il-punt (d) tal-Artikolu 21a(6) ta' din id-Direttiva.”;

    (3)

    fl-Artikolu 4, il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn awtoritajiet għajr l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa ta' riżoluzzjoni, dawk l-awtoritajiet l-oħra jikkooperaw mill-qrib u jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tat-tħejjija ta' pjanijiet tar-riżoluzzjoni u f'kull waqt ieħor fejn tali kooperazzjoni u konsultazzjoni jkunu meħtieġa minn din id-Direttiva, mid-Direttiva 2014/59/UE jew mir-Regolament (UE) Nru 575/2013.”;

    (4)

    l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b) jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

    “(a)

    l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, inkluż il-programm tal-operazzjonijiet, l-organizzazzjoni strutturali u l-arranġamenti ta' governanza previsti fl-Artikolu 10;

    (b)

    ir-rekwiżiti applikabbli għall-azzjonisti u l-membri b'parteċipazzjonijiet kwalifikanti, jew, fejn ma jkun hemm ebda parteċipazzjoni kwalifikanti, għall-akbar 20 azzjonist jew membru, skont l-Artikolu 14; u”;

    (b)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “5.   L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti biex tiġi speċifikata metodoloġija ta' valutazzjoni komuni għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet f'konformità ma' din id-Direttiva.”;

    (5)

    fl-Artikolu 9, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    “3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE bil-liġijiet nazzjonali li espliċitament jippermettu lill-impriżi ħlief l-istituzzjonijiet ta' kreditu li jwettqu n-negozju tat-teħid ta' depożiti u fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku.

    4.   Skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri ma jistgħux jeżentaw lill-istituzzjonijiet ta' kreditu mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”;

    (6)

    l-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 10

    Programm tal-operazzjonijiet, organizzazzjoni strutturali u arranġamenti ta' governanza

    1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni jkunu akkumpanjati minn programm tal-operazzjonijiet li jistabbilixxi t-tipi ta' negozju previsti u l-organizzazzjoni strutturali tal-istituzzjoni ta' kreditu, inkluż indikazzjoni tal-impriżi prinċipali, il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta fil-grupp. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu wkoll l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni li għandha tiġi akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 74(1).

    2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni li tinbeda l-attività ta' istituzzjoni ta' kreditu sakemm ma jkunux issodisfati li l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 74(1) jippermettu ġestjoni tar-riskju soda u effettiva minn dik l-istituzzjoni.”;

    (7)

    fl-Artikolu 14, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni biex tinbeda l-attività ta' istituzzjoni ta' kreditu jekk, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-ġestjoni soda u prudenti ta' istituzzjoni ta' kreditu, ma jkunux issodisfati dwar l-idoneità tal-azzjonisti jew il-membri f'konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 23(1). Għandhom japplikaw l-Artikolu 23(2) u (3) u l-Artikolu 24.”;

    (8)

    fl-Artikolu 18, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(d)

    ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fil-Parti Tlieta, Erbgħa jew Sitta, ħlief għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 92a u 92b, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew imposti taħt il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) jew l-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva jew ma tibqax tkun affidabbli fit-twettiq tal-obbligi tagħha lejn il-kredituri tagħha, u, b'mod partikolari, ma tibqax tipprovdi garanzija għall-assi fdati lilha mid-depożitanti tagħha;”;

    (9)

    jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

    “Artikolu 21a

    Approvazzjoni ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta

    1.   Kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali fi Stat Membru, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali fi Stat Membru, kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-UE u kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE għandhom jitolbu l-approvazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu. Kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta oħrajn għandhom jitolbu l-approvazzjoni skont dan l-Artikolu meta jkunu meħtieġa jikkonformaw ma' din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi subkonsolidata.

    2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta msemmija fih għandhom jagħtu lis-superviżur konsolidanti u, fejn ikun differenti, lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti, l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-organizzazzjoni strutturali tal-grupp li tkun parti minnha l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, b'indikazzjoni ċara tas-sussidjarji tagħha u, fejn applikabbli, l-impriżi prinċipali, u l-post u t-tip ta' attività li titwettaq minn kull waħda mill-entitajiet fil-grupp;

    (b)

    informazzjoni dwar in-nominazzjoni ta' tal-anqas żewġ persuni li effettivament imexxu l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta u l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 121 dwar il-kwalifiki tad-diretturi;

    (c)

    informazzjoni dwar il-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14 dwar l-azzjonisti u l-membri, fejn il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jkollha istituzzjoni ta' kreditu bħala s-sussidjarja tagħha;

    (d)

    l-organizzazzjoni interna u d-distribuzzjoni tal-kompiti fil-grupp;

    (e)

    kwalunkwe informazzjoni oħra li tista' tkun neċessarja biex jitwettqu l-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

    Fejn l-approvazzjoni ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta sseħħ fl-istess ħin tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 22, l-awtorità kompetenti għall-finijiet ta' dak l-Artikolu għandha tikkoordina, kif adatt, mas-superviżur konsolidanti u, fejn ikun differenti, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membri fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta. F'dak il-każ, il-perijodu ta' valutazzjoni msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(3) għandu jkun sospiż għal perijodu li jaqbeż l-20 jum tax-xogħol sakemm titlesta l-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu.

    3.   Tista' tingħata approvazzjoni lil kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta skont dan l-Artikolu biss fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    l-arranġamenti interni u d-distribuzzjoni ta' kompiti fil-grupp ikunu adegwati għall-finijiet ta' konformità mar-rekwiżiti imposti minn din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata u, b'mod partikolari, ikunu effettivi:

    (i)

    fil-koordinazzjoni tas-sussidjarji kollha tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta inkluż, fejn meħtieġ, permezz ta' distribuzzjoni adegwata tal-kompiti fost l-istituzzjonijiet sussidjarji;

    (ii)

    fil-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-konflitti fil-grupp; u

    (iii)

    fl-infurzar tal-politiki tal-grupp kollu stabbiliti mill-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew mill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fil-grupp kollu;

    (b)

    l-organizzazzjoni strutturali tal-grupp li minnu tagħmel parti kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta ma tostakolax jew tipprevjeni b'mod ieħor is-superviżjoni effettiva ta' istituzzjonijiet sussidjarji jew ta' istituzzjonijiet prinċipali rigward l-obbligi individwali, konsolidati u, fejn adatt, subkonsolidati li għalihom ikunu soġġetti. Il-valutazzjoni ta' dak il-kriterju għandha tieħu kont, b'mod partikolari:

    (i)

    tal-pożizzjoni tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta fi grupp b'ħafna saff;

    (ii)

    l-istruttura azzjonarja; u

    (iii)

    ir-rwol tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta fi ħdan il-grupp;

    (c)

    ikun hemm konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14 u r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 121.

    4.   L-approvazzjoni tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta skont dan l-Artikolu m'għandhiex tkun meħtieġa fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    l-attività prinċipali tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja tkun li takkwista holdings fis-sussidjarji jew, fil-każ ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, l-attività prinċipali tagħha rigward l-istituzzjonijiet jew l-istituzzjonijiet finanzjarji tkun li takkwista holdings fis-sussidjarji;

    (b)

    il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta ma tkunx nominata bħala entità ta' riżoluzzjoni f'xi wieħed mill-gruppi ta' riżoluzzjoni tal-grupp f'konformità mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni determinata mill-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti skont id-Direttiva 2014/59/UE;

    (c)

    istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja tinħatar bħala responsabbli biex tiżgura l-konformità tal-grupp mar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi konsolidata u tingħata l-mezzi u l-awtorità legali neċessarji kollha biex twettaq dawk l-obbligi b'mod effikaċi;

    (d)

    il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta ma tkunx involuta fit-teħid ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, operazzjonali jew finanzjarji li jaffettwaw lill-grupp jew lis-sussidjarji tagħha li jkunu istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji;

    (e)

    ma jkunx hemm xi impediment għas-superviżjoni effikaċi tal-grupp fuq bażi konsolidata.

    Il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta eżentati mill-approvazzjoni skont dan il-paragrafu m'għandhomx ikunu esklużi mill-perimetru tal-konsolidazzjoni kif stabbilit f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    5.   Is-superviżur konsolidanti għandu jissorvelja l-konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jew, fejn applikabbli, il-paragrafu 4 fuq bażi kontinwa. Il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta għandhom jipprovdu lis-superviżur konsolidanti l-informazzjoni li jeħtieġu biex tiġi sorveljata fuq bażi kontinwa l-organizzazzjoni strutturali tal-grupp u l-konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jew, fejn applikabbli, il-paragrafu 4. Is-superviżur konsolidanti għandu jikkondividi dik l-informazzjoni mal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.

    6.   Fejn is-superviżur konsolidanti jkun stabbilixxa li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ma jkunux issodisfati jew ma baqgħux ikunu ssodisfati, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta għandha tkun soġġetta għal miżuri superviżorji adatti biex jiġu żgurati jew jerġa' jkun hemm, skont il-każ, il-kontinwità u l-integrità ta' superviżjoni konsolidata u tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata. Fil-każ ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, il-miżuri superviżorji għandhom, b'mod partikolari, iqisu l-effetti fuq il-konglomerat finanzjarju.

    Il-miżuri superviżorji msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jinkludu:

    (a)

    is-sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma tal-istituzzjonijiet sussidjarji miżmuma mill-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta;

    (b)

    il-ħruġ ta' inġunzjonijiet jew penali kontra l-kumpannija azzjonarja finanzjarja, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew il-membri tal-korp ta' ġestjoni u l-maniġers, soġġett għall-Artikoli 65 sa 72;

    (c)

    l-għoti ta' struzzjonijiet jew direzzjonijiet lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta biex tittrasferixxi lill-azzjonisti tagħha l-parteċipazzjonijiet fl-istituzzjonijiet sussidjarji tagħha;

    (d)

    fuq bażi temporanja ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew istituzzjoni oħra fil-grupp bħala responsabbli għall-konformità mar-rekwiżiti stipulati f' f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata;

    (e)

    ir-restrizzjoni jew il-projbizzjoni ta' distribuzzjonijiet jew pagamenti tal-imgħax lill-azzjonisti;

    (f)

    il-ħtieġa li l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta jċedu jew inaqqsu holdings f'istituzzjonijiet jew entitajiet oħra tas-settur finanzjarju;

    (g)

    il-ħtieġa li l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta jippreżentaw pjan dwar ir-ritorn, mingħajr dewmien, lejn il-konformità.

    7.   Fejn is-superviżur konsolidanti jkun stabbilixxa li ma jibqgħux issodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta għandha tfittex approvazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu.

    8.   Għall-finijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni u l-eżenzjoni mill-approvazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4, rispettivament, u l-miżuri superviżorji msemmija fil-paragrafi 6 u 7, fejn is-superviżur konsolidanti jkun differenti mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, iż-żewġ awtoritajiet għandhom jaħdmu flimkien f'konsultazzjoni sħiħa. Is-superviżur konsolidanti għandu jħejji valutazzjoni dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3, 4, 6 u 7, kif applikabbli, u għandu jibgħat dik il-valutazzjoni lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta. Iż-żewġ awtoritajiet għandhom jagħmlu dak kollu possibbli fil-limiti tas-setgħat tagħhom biex jilħqu deċiżjoni konġunta fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla ta' dik il-valutazzjoni.

    Id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi debitament dokumentata u motivata. Is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika d-deċiżjoni konġunta lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.

    Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, is-superviżur konsolidanti jew l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta għandu joqgħod lura milli jieħu deċiżjoni u għandu jirreferi l-kwistjoni lill-ABE f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment lill-ABE. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jadottaw deċiżjoni konġunta f'konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferita lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta' xahrejn jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

    9.   Fil-każ ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, fejn is-superviżur konsolidanti jew l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta tkun differenti mill-koordinatur determinat f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/87/KE, il-qbil tal-koordinatur għandu jkun meħtieġ għall-finijiet tad-deċiżjonijiet jew id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafi 3, 4, 6 u 7 ta' dan l-Artikolu, kif applikabbli. Fejn ikun meħtieġ il-qbil tal-koordinatur, in-nuqqas ta' qbil għandu jiġi riferut lill-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti, jiġifieri, l-ABE jew l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), li għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment. Kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont dan il-paragrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi skont id-Direttiva 2002/87/KE jew 2009/138/KE.

    10.   Fejn tiġi rifjutata approvazzjoni ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta skont dan l-Artikolu, is-superviżur konsolidanti għandu javża lill-applikant bid-deċiżjoni u r-raġunijiet għaliha fi żmien erba' xhur mill-wasla tal-applikazzjoni, jew fejn l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, fi żmien erba' xhur mill-wasla tal-informazzjoni sħiħa meħtieġa għad-deċiżjoni.

    F'kull każ, deċiżjoni għal għoti jew rifjut ta' approvazzjoni għandha, madankollu, tittieħed fi żmien sitt xhur mill-wasla ta' din l-applikazzjoni. Rifjut jista' jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fl-paragrafu 6.

    Artikolu 21b

    Impriża prinċipali intermedja tal-UE

    1.   Żewġ istituzzjonijiet jew aktar fl-Unjoni, li jkunu parti mill-istess grupp minn pajjiż terz, għandu jkollhom impriża prinċipali intermedja unika tal-UE stabbilita fl-Unjoni.

    2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li jkollhom żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE fejn huma jiddeterminaw li l-istabbiliment ta' impriża prinċipali intermedja unika tal-UE ikun:

    (a)

    inkompatibbli ma' rekwiżit obbligatorju għas-separazzjoni tal-attivitajiet imposti mir-regoli jew l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn l-impriża prinċipali aħħarija tal-grupp minn pajjiż terz ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha; jew

    (b)

    jagħmel ir-riżolvibbiltà anqas effiċjenti milli fil-każ ta' żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE skont valutazzjoni mwettqa mill-awtorità ta' riżoluzzjoni kompetenti tal-impriża prinċipali intermedja tal-UE.

    3.   Impriża prinċipali intermedja tal-UE għandha tkun istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 8, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li tkun ingħatat l-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a.

    Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, fejn l-ebda waħda mill-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma tkun istituzzjoni ta' kreditu jew fejn it-tieni impriża prinċipali intermedja tal-UE trid tiġi stabbilita b'rabta ma' attivitajiet ta' investiment biex tikkonforma ma' rekwiżit obbligatorju kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-impriża prinċipali intermedja tal-UE jew it-tieni impriża prinċipali intermedja tal-UE, tista' tkun ditta tal-investiment awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2014/65/UE li huwa soġġett għad-Direttiva 2014/59/UE.

    4.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw fejn il-valur totali tal-assi fl-Unjoni tal-grupp minn pajjiż terz ikun anqas minn EUR 40 biljun.

    5.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-valur totali tal-assi fl-Unjoni tal-grupp minn pajjiż terz għandu jkun it-total ta' dawn li ġejjin:

    (a)

    il-valur totali tal-assi ta' kull istituzzjoni fl-Unjoni tal-grupp minn pajjiż terz, kif jirriżulta mill-karta tal-bilanċ konsolidata tagħha jew kif jirriżulta mill-karta tal-bilanċ individwali tagħhom, fejn ma tkun konsolidata karta tal-bilanċ ta' istituzzjoni; u

    (b)

    il-valur totali tal-assi ta' kull fergħa tal-grupp minn pajjiż terz awtorizzata fl-Unjoni f'konformità ma' din id-Direttiva, mad-Direttiva 2014/65/UE jew mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4).

    6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' kull grupp minn pajjiż terz li jopera fil-ġurisdizzjoni tagħhom lill-ABE:

    (a)

    l-ismijiet u l-valur totali tal-assi tal-istituzzjonijiet sorveljati li jappartjenu għal grupp minn pajjiż terz;

    (b)

    l-ismijiet u l-valur totali tal-assi li jikkorrispondu għall-fergħat awtorizzati f'dak l-Istat Membru f'konformità ma' din id-Direttiva, mad-Direttiva 2014/65/UE jew mar-Regolament (UE) Nru 600/2014, u t-tipi ta' attivitajiet li jkunu awtorizzati jwettqu;

    (c)

    l-isem u t-tip kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' kwalunkwe impriża prinċipali intermedja tal-UE stabbilita f'dak l-Istat Membru u l-isem tal-grupp minn pajjiż terz li tagħmel parti minnu.

    7.   L-ABE għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tal-gruppi minn pajjiż terz kollha li joperaw fl-Unjoni u l-impriża jew l-impriżi prinċipali intermedji tal-UE tagħhom, fejn applikabbli.

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kull istituzzjoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom li tkun parti minn grupp minn pajjiż terz tissodisfa waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    għandha impriża prinċipali intermedja tal-UE;

    (b)

    hija impriża prinċipali intermedja tal-UE;

    (c)

    tkun l-unika istituzzjoni fl-Unjoni tal-grupp minn pajjiż terz; jew

    (d)

    tkun parti minn grupp minn pajjiż terz b' valur totali ta' assi fl-Unjoni ta' anqas minn EUR 40 biljun.

    8.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, il-gruppi minn pajjiż terzi li joperaw permezz ta' aktar minn istituzzjoni waħda fl-Unjoni u b'valur totali tal-assi ugwali għal jew aktar minn EUR 40 biljun fis-27 ta' Ġunju 2019 għandu jkollhom impriża prinċipali intermedja tal-UE jew, jekk japplika l-paragrafu 2, żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE sat-30 ta' Diċembru 2023.

    9.   Sat-30 ta' Diċembru 2026 il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-ABE, tirrieżamina r-rekwiżiti imposti fuq l-istituzzjonijiet minn dan l-Artikolu u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport, tal-anqas, għandu jqis:

    (a)

    jekk ir-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu humiex operabbli, meħtieġa u proporzjonati u jekk ikunux aktar adatti miżuri oħra;

    (b)

    jekk ir-rekwiżiti imposti fuq l-istituzzjonijiet minn dan l-Artikolu għandhomx jiġu riveduti biex jirriflettu l-aħjar prassi internazzjonali.

    10.   Sat-28 ta' Ġunju 2021, l-ABE għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar it-trattament tal-fergħat ta' pajjiżi terzi skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri. Dak ir-rapport, tal-anqas, għandu jqis:

    (a)

    jekk u sa liema punt il-prattiki superviżorji skont il-liġi nazzjonali għall-fergħat ta' pajjiżi terzi humiex differenti bejn l-Istati Membri;

    (b)

    jekk trattament differenti tal-fergħat ta' pajjiżi terzi skont il-liġi nazzjonali jistax jirriżulta f'arbitraġġ regolatorju;

    (c)

    jekk armonizzazzjoni ulterjuri tar-reġimi nazzjonali għall-fergħat ta' pajjiżi terzi tkunx neċessarja u adatta, speċjalment fir-rigward ta' fergħat sinifikanti ta' pajjiżi terzi.

    Il-Kummissjoni għandha, jekk adatt, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ibbażata fuq ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-ABE.

    (*3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48)."

    (*4)  Ir-Regolament (UE) Nru Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).”;"

    (10)

    fl-Artikolu 23(1), il-punt (b) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    ir-reputazzjoni, l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza, kif stabbiliti fl-Artikolu 91(1), ta' kwalunkwe membru tal-korp ta' ġestjoni li ser imexxi n-negozju tal-istituzzjoni ta' kreditu bħala riżultat tal-akkwiżizzjoni proposta;”;

    (11)

    l-Artikolu 47 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “1a.   Stat Membru għandu jeħtieġ li l-fergħat tal-istituzzjonijiet ta' kreditu jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz biex jirrappurtaw mill-inqas darba fis-sena lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-assi totali li jikkorrispondu għall-attivitajiet tal-fergħa awtorizzati f'dak l-Istat Membru;

    (b)

    informazzjoni dwar l-assi likwidi disponibbli għall-fergħa, b'mod partikolari d-disponibbiltà tal-assi likwidi f'muniti tal-Istati Membri;

    (c)

    il-fondi proprji għad-dispożizzjoni tal-fergħa;

    (d)

    l-arranġamenti għall-protezzjoni tad-depożiti disponibbli għad-depożituri fil-fergħa;

    (e)

    l-arranġamenti għall-ġestjoni tar-riskju;

    (f)

    l-arranġamenti għall-governanza, inkluż it-titolari ta' funzjonijiet ewlenin għall-attivitajiet tal-fergħa;

    (g)

    il-pjanijiet ta' rkupru li jkopru l-fergħa; u

    (h)

    kwalunkwe informazzjoni oħra li titqies neċessarja mill-awtorità kompetenti li tippermetti monitoraġġ komprensiv tal-attivitajiet tal-fergħa.”;

    (b)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE dwar dawn li ġejjin:

    (a)

    l-awtorizzazzjonijiet kollha għall-fergħat mogħtija lill-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz u kwalunkwe bidla sussegwenti għal tali awtorizzazzjonijiet;

    (b)

    l-assi u l-obbligazzjonijiet totali tal-fergħat awtorizzati tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz, kif irrapportati b'mod perjodiku;

    (c)

    l-isem tal-grupp minn pajjiż terz li tappartjeni għalih fergħa awtorizzata.

    L-ABE għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tal-fergħat kollha f'pajjiż terz awtorizzati biex joperaw fl-Unjoni, li tindika l-Istat Membru fejn huma awtorizzati joperaw.”;

    (c)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “2a.   L-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw il-fergħat tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz u l-awtoritajiet kompetenti tal-istituzzjonijiet li jagħmlu parti mill-istess grupp minn pajjiż terz għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-attivitajiet kollha ta' dak il-grupp minn pajjiż terz fl-Unjoni jkunu soġġetti għal superviżjoni komprensiva, biex tiġi prevenuta ċ-ċirkomvenzjoni tar-rekwiżiti applikabbli għall-gruppi minn pajjiż terz skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u biex jiġi prevenut kwalunkwe impatt detrimentali fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni.

    L-ABE għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, inkluż meta tivverifika jekk intlaħaqx il-limitu massimu msemmi fl-Artikolu 21b(4).”;

    (12)

    l-Artikolu 56 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (g) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(g)

    awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-entitajiet marbutin b'obbligu elenkati fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5) għall-konformità ma' dik id-Direttiva, u ma' unitajiet tal-intelligence finanzjarja;

    (*5)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).”"

    (b)

    jiżdied il-punt li ġej:

    “(h)

    l-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi responsabbli għall-applikazzjoni tar-regoli dwar is-separazzjoni strutturali fi ħdan grupp bankarju.”;

    (13)

    fl-Artikolu 57(1), il-frażi introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    “1.   Minkejja l-Artikoli 53, 54 u 55, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jista' jseħħ skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza:”;

    (14)

    jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 58a

    Trasmissjoni ta' informazzjoni lill-korpi internazzjonali

    1.   Minkejja l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 54, awtoritajiet kompetenti jistgħu, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, jittrażmettu jew jikkondividu ċerta informazzjoni ma' dawn li ġejjin:

    (a)

    il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji għall-finijiet ta' valutazzjonijiet tal-Programm ta' Valutazzjoni tas-Settur Finanzjarju;

    (b)

    il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, għall-finijiet tal-istudji tal-impatt kwantitattiv;

    (c)

    il-Bord għall-Istabilità Finanzjarja, għall-finijiet tal-funzjoni ta' sorveljanza tiegħu.

    2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkondividu informazzjoni kunfidenzjali biss wara rikjesta espliċita mill-korp rilevanti, fejn jiġu sodisfatti mill-inqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    ir-rikjesta tkun debitament ġustifikata fid-dawl tal-kompiti speċifiċi li jitwettqu mill-korp rikjedenti f'konformità mal-mandat statutorju tiegħu;

    (b)

    ir-rikjesta tkun preċiża biżżejjed fir-rigward tan-natura, l-ambitu u l-format tal-informazzjoni meħtieġa, u l-mezz tal-iżvelar jew it-trasmissjoni tagħha;

    (c)

    l-informazzjoni mitluba tkun strettament neċessarja għat-twettiq tal-kompiti speċifiċi tal-korp rikjedenti u ma tmurx lil hinn mill-kompiti statutorji mogħtija lill-korp rikjedenti;

    (d)

    l-informazzjoni tkun trasmessa jew żvelata esklużivament lill-persuni direttament involuti fit-twettiq tal-kompitu speċifiku;

    (e)

    il-persuni li jkollhom aċċess għall-informazzjoni jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali tal-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artiklu 53(1).

    3.   Fejn ir-rikjesta ssir minn xi waħda mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu biss jittrasmettu informazzjoni aggregata jew anonimizzata u jistgħu biss jikkondividu informazzjoni oħra fil-bini tal-awtorità kompetenti.

    4.   Sa fejn dak l-iżvelar ta' informazzjoni jinvolvi l-ipproċessar ta' data personali, kwalunkwe pproċessar ta' data personali mill-korp rikjedenti għandu jkun f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6).

    (*6)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).”;"

    (15)

    fl-Artikolu 63(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu s-sostituzzjoni ta' persuna msemmija fl-ewwel subparagrafu jekk dik il-persuna taġixxi bi ksur tal-obbligi tagħha skont l-ewwel subparagrafu.”;

    (16)

    l-Artikolu 64 jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat superviżorji kollha biex jintervjenu fl-attività tal-istituzzjonijiet, tal-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew tal-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta li huma neċessarji għall-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom, inkluż b'mod partikolari d-dritt li jirtiraw awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 18, is-setgħat imsemmija fl-Artikoli 18, 102, 104 u 105, u s-setgħat li jittieħdu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 21a(6).”;

    (b)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   Id-deċiżjonijiet meħuda minn awtoritajiet kompetenti fl-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u s-setgħat li jimponu penali tagħhom għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati.”;

    (17)

    fl-Artikolu 66(1), jiżdied il-punt li ġej:

    “(e)

    in-nuqqas ta' applikazzjoni għal approvazzjoni bi ksur tal-Artikolu 21a jew kwalunkwe ksur ieħor tar-rekwiżiti stabbiliti f'dak l-Artikolu.”;

    (18)

    fl-Artikolu 67(1), jiżdied il-punt li ġej:

    “(q)

    istituzzjoni prinċipali, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tonqos milli tieħu xi azzjoni li tista' tkun meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa, Sitta jew Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew imposti skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) jew l-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata.”;

    (19)

    l-Artikolu 74 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 74

    Governanza interna u pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni

    1.   L-istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti ta' governanza robusti, li jinkludu struttura organizzattiva ċara b'linji ta' responsabbiltà ddefiniti tajjeb, trasparenti u konsistenti, proċessi effettivi għall-identifikazzjoni, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u r-rappurtar tar-riskji li huma jew li jistgħu jkunu esposti għalihom, mekkaniżmi ta' kontroll intern adegwati, inkluż proċeduri amministrattivi u kontabbilistiċi tajba, u politiki u prattiki ta' rimunerazzjoni li jkunu konsistenti ma' ġestjoni tar-riskji soda u effettivi u jippromwovuha.

    Jenħtieġ li l-politiki u l-prattiki dwar ir-rimunerazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu jkunu newtrali fir-rigward tas-sessi.

    2.   L-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu komprensivi u proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fil-mudell tan-negozju u l-attivitajiet tal-istituzzjoni. Għandu jittieħed kont tal-kriterji tekniċi stabbiliti fl-Artikoli 76 sa 95.

    3.   Jenħtieġ li l-ABE toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'kont meħud tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

    L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar il-politiki ta' rimunerazzjoni għall-istituzzjonijiet.

    Fi żmien sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni tal-linji gwida msemmija fit-tieni subparagrafu u abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti, l-ABE għandha toħroġ rapport dwar l-applikazzjoni ta' politiki ta' rimunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi mill-istituzzjonijiet.”;

    (20)

    fl-Artikolu 75, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru l-informazzjoni żvelata f'konformità mal-kriterji għall-iżvelar stabbiliti fil-punti (g), (h), (i) u (k) tal-Artikolu 450(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll l-informazzjoni mogħtija mill-istituzzjonijiet dwar id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u għandhom jużaw dik l-informazzjoni biex jagħmlu valutazzjoni komparattiva tax-xejriet u l-prattiki ta' rimunerazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-ABE.”;

    (21)

    l-Artikolu 84 jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 84

    Riskji ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżultaw minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar

    1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jimplimentaw sistemi interni, jużaw il-metodoloġija standardizzata jew il-metodoloġija standardizzata simplifikata biex jidentifikaw, jevalwaw, jimmaniġġjaw u jimmitigaw ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fir-rati tal-imgħax li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll id-dħul mill-imgħax nett tal-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar ta' istituzzjoni.

    2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jimplimentaw sistemi sabiex jivvalutaw u jissorveljaw ir-riskji li jirriżultaw minn tibdiliet potenzjali fil-firxiet tal-kreditu li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll id-dħul mill-imgħax nett tal-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar ta' istituzzjoni.

    3.   Awtorità kompetenti tista' tirrikjedi li istituzzjoni tuża l-metodoloġija standardizzata msemmija fil-paragrafu 1 fejn ma jkunux sodisfaċenti s-sistemi interni implimentati minn dik l-istituzzjoni għall-fini tal-evalwazzjoni tar-riskji msemmija f'dak il-paragrafu.

    4.   Awtorità kompetenti tista' tirrikjedi li istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa kif definita fil-punt (145) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tuża l-metodoloġija standardizzata fejn tqis li l-metodoloġija standardizzata simplifikata ma tkunx adegwata biex tkopri riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet ta' portafoll bankarju ta' dik l-istituzzjoni.

    5.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika, għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, metodoloġija standardizzata li l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw għall-fini tal-evalwazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, inkluż metodoloġija standardizzata simplifikata għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi kif definiti fil-punt (145) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li tkun tal-anqas konservattiva daqs il-metodoloġija standardizzata.

    L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

    Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    6.   L-ABE għandha toħroġ linji gwida sabiex tispeċifika l-kriterji:

    (a)

    għall-evalwazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 mis-sistema interna ta' istituzzjoni;

    (b)

    għall-identifikazzjoni, il-ġestjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 mill-istituzzjonijiet;

    (c)

    għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tar-riskji msemmija fil-paragrafu 2 mill-istituzzjonijiet;

    (d)

    għad-determinazzjoni ta' liema waħda mis-sistemi interni implimentati mill-istituzzjonijiet għall-finijiet tal-paragrafu 1 mhijiex sodisfaċenti kif imsemmi fil-paragrafu 3.

    L-ABE għandha toħroġ dawk il-linji gwida sat-28 ta' Ġunju 2020.”

    (22)

    fl-Artikolu 85, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jimplimentaw politiki u proċessi għall-evalwazzjoni u l-ġestjoni tal-iskoperturi għar-riskju operattiv, inkluż ir-riskju involut fl-użu tal-mudelli u riskji li jirriżultaw mill-esternalizzazzjoni, u biex jiġu koperti avvenimenti severi ħafna mhux frekwenti. L-istituzzjonijiet għandhom jartikolaw dak li jikkostitwixxi riskju operattiv għall-finijiet ta' dawk il-politiki u l-proċeduri.”;

    (23)

    fl-Artikolu 88(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data fuq is-self lil membri tal-korp ta' ġestjoni u l-partijiet relatati tagħhom tkun iddokumentata kif meħtieġ u tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba.

    Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, it-terminu “parti relatata” ifisser:

    (a)

    konjugi, sieħeb reġistrat f'konformità mal-liġi nazzjonali, tifel jew tifla jew ġenitur ta' membru tal-korp ta' ġestjoni;

    (b)

    entità kummerċjali, li fiha membru tal-korp ta' ġestjoni jew membru qrib tal-familja tiegħu jew tagħha kif imsemmi fil-punt (a) ikollu parteċipazzjoni kwalifikanti ta' 10 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot f'dik l-entità, jew li fiha dawk il-persuni jistgħu jeżerċitaw influwenza sinifikanti, jew li fiha dawk il-persuni jokkupaw pożizzjonijiet ta' maniġment superjuri jew ikunu membri tal-korp ta' ġestjoni.”;

    (24)

    fl-Artikolu 89, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “6.   Sal-1 ta' Jannar 2021, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-ABE, l-EIOPA u l-ESMA, għandha tirrieżamina jekk l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 1 għadhiex adegwata, filwaqt li tqis il-valutazzjonijiet tal-impatt, ftehimiet internazzjonali u żviluppi leġislattivi preċedenti fl-Unjoni, u jekk rekwiżiti ta' aktar informazzjoni rilevanti jistgħux jiġu miżjuda mal-paragrafu 1.

    Sat-30 ta' Ġunju 2021, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-konsultazzjoni mal-ABE, mal-EIOPA u mal-ESMA, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-valutazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu u, fejn adatt, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”;

    (25)

    l-Artikolu 91 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-istituzzjonijiet, kumpanniji azzjonarji finanzjarji u kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, għandu jkollhom ir-responsabbiltà ewlenija li jiżguraw li l-membri tal-korp ta' ġestjoni huma dejjem ta' reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom għarfien, ħiliet u esperjenza biżżejjed biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom. Il-membri tal-korp ta' ġestjoni għandhom, b'mod partikolari, jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8.

    Fejn membri tal-korp ta' ġestjoni ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jneħħu tali membri mill-korp ta' ġestjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw b'mod partikolari jekk għadhomx jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-paragrafu fejn ikollhom raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li qed jitwettqu, jew twettqu, jew kien hemm tentattiv li jitwettqu, il-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, jew ikun hemm riskju miżjud ta' dan b'rabta ma' dik l-istituzzjoni.”;

    (b)

    il-paragrafi 7 u 8 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “7.   Il-korp ta' ġestjoni għandu jkollu għarfien, ħiliet u esperjenza kollettivi adegwati biex ikun jista' jifhem l-attivitajiet tal-istituzzjoni, inklużi r-riskji ewlenin. Il-kompożizzjoni ġenerali tal-korp ta' ġestjoni għandha tirrifletti firxa adegwatament wiesgħa ta' esperjenzi.

    8.   Kull membru tal-korp ta' ġestjoni għandu jaġixxi b'onestà, integrità u indipendenza fil-ħsieb biex jivvaluta u jikkontesta b'mod effettiv id-deċiżjonijiet tal-maniġment superjuri fejn meħtieġ u biex jissorvelja u jwettaq monitoraġġ effettiv fuq it-teħid ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni. Li wieħed ikun membru ta' kumpanniji affiljati jew ta' entitajiet affiljati ma jikkostitwixxix fih innisfu ostaklu biex tittieħed azzjoni bl-indipendenza fil-ħsieb.”;

    (c)

    fil-paragrafu 12, jiżdied il-punt li ġej:

    “(f)

    l-applikazzjoni konsistenti tas-setgħa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.”;

    (26)

    l-Artikolu 92 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    jitħassar il-paragrafu 1;

    (b)

    il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jistabbilixxu u japplikaw il-politiki ta' rimunerazzjoni totali, inkluż is-salarji u l-benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji, għal kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, l-istituzzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin b'mod li jkun adatt għad-daqs tagħhom, għall-organizzazzjoni interna tagħhom, u għan-natura, għall-ambitu u għall-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom:”;

    (ii)

    jiddaħħal il-punt li ġej:

    “(aa)

    il-politika ta' rimunerazzjoni hija politika ta' rimunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi;”;

    (c)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni għandhom, tal-inqas, jinkludu:

    (a)

    il-membri kollha tal-korp ta' ġestjoni u tal-maniġment superjuri;

    (b)

    il-membri tal-persunal b'responsabbiltajiet maniġerjali fuq il-funzjonijiet ta' kontroll jew l-unitajiet tan-negozju materjali tal-istituzzjoni;

    (c)

    membri tal-persunal intitolati għal rimunerazzjoni sinifikanti fis-sena finanzjarja preċedenti, dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    ir-rimunerazzjoni tal-membru tal-persunal tkun ugwali għal jew aktar minn EUR 500 000 u ugwali għal jew aktar mir-rimunerazzjoni medja mogħtija lill-membri tal-korp ta' ġestjoni tal-istituzzjoni u l-maniġment superjuri msemmija fil-punt (a);

    (ii)

    il-membru tal-persunal iwettaq l-attività professjonali fl-unità tan-negozju materjali u l-attività tkun tat-tip li għandha impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju rilevanti tal-unità tan-negozju.”;

    (27)

    l-Artikolu 94 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (l)(i) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “(i)

    ishma jew, soġġetti għall-istruttura legali tal-istituzzjoni kkonċernata, interessi ta' sjieda ekwivalenti; jew strumenti marbuta mal-ishma jew, soġġett għall-istruttura legali tal-istituzzjoni kkonċernata, strumenti ekwivalenti mhux fi flus;”;

    (ii)

    il-punt (m) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “(m)

    porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ tal-anqas 40 % tal-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni jkun iddifferit matul perijodu ta' mhux inqas minn erba' sa ħames snin u jkun allinjat b'mod korrett man-natura tan-negozju, ir-riskji tiegħu u l-attivitajiet tal-membru tal-persunal ikkonċernat. Għal membri tal-korp ta' ġestjoni u l-maniġment superjuri ta' istituzzjonijiet li jkunu sinifikanti f'termini tad-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura tagħhom, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, il-perijodu ta' deferenza jenħtieġ li ma jkunx inqas minn ħames snin.

    Ir-rimunerazzjoni li għandha titħallas skont l-arranġamenti ta' differiment m'għandhiex tvesti aktar malajr minn waħda fuq bażi pro-rata. Fil-każ ta' komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni ta' ammont partikolarment għoli, tal-inqas 60 % tal-ammont għandu jiġi differit. It-tul tal-perjodu tad-differiment għandu jkun stabbilit f'konformità maċ-ċiklu ekonomiku, in-natura tan-negozju, ir-riskji tiegħu u l-attivitajiet tal-membru tal-persunal ikkonċernat;”;

    (b)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji għall-ispeċifikazzjoni tal-klassijiet tal-istrumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (l)(ii) tal-paragrafu 1.

    L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2014.

    Għall-fini li jiġi identifikat il-persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 92(3), l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu l-kriterji biex jiġu definiti dawn li ġejjin:

    (a)

    responsabbiltà maniġerjali u funzjonijiet ta' kontroll;

    (b)

    unità tan-negozju materjali u impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju tal-unità tan-negozju rilevanti; u

    (c)

    kategoriji oħrajn ta' persunal li ma jissemmewx b'mod espliċitu fl-Artikolu 92(3) li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet li b'mod komparabbli huwa materjali daqs dak tal-kategoriji ta' persunal imsemmija hemm.

    L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019.

    Qiegħda tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u fit-tielet subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

    (c)

    jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    “3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (l) u (m) u fit-tieni paragrafu tal-punt (o) ta' dak il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għal:

    (a)

    istituzzjoni li ma tkunx istituzzjoni kbira kif definita fil-punt (146) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li l-valur tal-assi tagħha jkun fil-medja u fuq bażi individwali f'konformità ma' din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 ugwali għal jew inqas minn EUR 5 biljun fuq il-perijodu ta' erba' snin immedjatament qabel is-sena finanzjarja attwali;

    (b)

    membru tal-persunal li r-rimunerazzjoni varjabbli annwali tiegħu ma taqbiżx EUR 50 000 u ma tirrappreżentax aktar minn terz tar-rimunerazzjoni annwali totali tal- membru tal-persunal.

    4.   Permezz ta' deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 3, Stat Membru jista' jnaqqas jew iżid il-limitu massimu msemmi fih, dment li:

    (a)

    l-istituzzjoni li b'rabta magħha l-Istat Membru jagħmel użu minn din id-dispożizzjoni ma tkunx istituzzjoni kbira kif definita fil-punt (146) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, meta l-limitu massimu jiġi miżjud:

    (i)

    l-istituzzjoni tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punti (145)(c), (d) u (e) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

    (ii)

    il-limitu massimu ma jaqbiżx l-EUR 15-il biljun;

    (b)

    huwa adatt li jiġi modifikat il-livell massimu f'konformità ma' dan il-paragrafu filwaqt li jittieħed kont tan-natura tal-istituzzjoni, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, l-organizzazzjoni interna tagħha jew, jekk applikabbli, il-karatteristiċi tal-grupp li għalih tappartjeni.

    5.   Permezz ta' deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 3, Stat Membru jista' jiddeċiedi li l-membri tal-persunal intitolati għal rimunerazzjoni varjabbli annwali inqas mil-limitu massimu u s-sehem imsemmi f'dak il-punt ma għandhomx ikunu soġġetti għall-eżenzjoni li tinsab fih minħabba speċifiċitajiet tas-suq nazzjonali f'termini ta' prattiki tar-rimunerazzjoni jew minħabba n-natura tar-responsabbiltajiet u l-profil tax-xogħol ta' dawk il-membri tal-persunal.

    6.   Sat-28 ta' Ġunju 2023, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE, għandha tirrevedi u tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 3 sa 5 u għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposta leġislattiva, jekk adatt.

    7.   L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-paragrafi 3, 4 u 5 u li jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tagħhom.”;

    (28)

    l-Artikolu 97 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, jitħassar il-punt (b);

    (b)

    fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Meta jwettqu rieżami u evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-prinċipju tal-proporzjonalità f'konformità mal-kriterji żvelati skont il-punt (c) tal-Artikolu 143(1).”;

    (c)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “4a.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jfasslu l-metodoloġiji apposta għall-applikazzjoni tar-rieżami u tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex iqisu istituzzjonijiet bi profil tar-riskju simili, bħalma huma mudelli tan-negozju jew il-pożizzjonijiet ġeografiċi ta' skoperturi simili. Tali metodoloġiji mfassla apposta jistgħu jinkludu punti ta' riferiment orjentati lejn ir-riskju u indikaturi kwantitattivi, għandhom jippermettu konsiderazzjoni dovuta tar-riskji speċifiċi li tista' tkun esposta għalihom kull istituzzjoni u ma għandhomx jaffettwaw in-natura tal-miżuri speċifiċi għall-istituzzjoni imposti f'konformità mal-Artikolu 104.

    Fejn awtoritajiet kompetenti jużaw metodoloġiji mfassla apposta skont dan il-paragrafu, dawn għandhom jinnotifikaw lill-ABE. L-ABE għandha timmonitorja l-prattiki superviżorji u toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, waqt li tispeċifika kif profili tar-riskju simili għandhom jiġu evalwati għall-finijiet ta' dan il-paragrafu u biex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti u proporzjonata ta' metodoloġiji madwar l-Unjoni li jkunu mfassla għal istituzzjonijiet simili.”;

    (d)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “6.   Fejn rieżami, b'mod partikolari l-evalwazzjoni tal-arranġamenti ta' governanza, il-mudell tan-negozju, jew l-attivitajiet ta' istituzzjoni, jagħti lill-awtoritajiet kompetenti raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li, b'rabta ma' dik l-istituzzjoni, qed jitwettqu, jew twettqu, jew kien hemm tentattiv li jitwettqu, il-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, jew ikun hemm riskju miżjud ta' dan, l-awtorità kompetenti għandha immedjatament tinnotifika l-ABE u lill-awtorità jew il-korp li jissorvelja l-istituzzjoni f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 u li jkun kompetenti biex jiżgura l-konformità ma' dik id-Direttiva. Fil-każ ta' riskju miżjud potenzjali ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, l-awtorità kompetenti u l-awtorità jew il-korp li jissorvelja l-istituzzjoni f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 u li jkun kompetenti biex jiżgura l-konformità ma' dik id-Direttiva għandhom jikkomunikaw u jinnotifikaw il-valutazzjoni komuni tagħhom immedjatament lill-ABE. L-awtorità kompetenti għandha tieħu, kif adatt, miżuri f'konformità ma' din id-Direttiva.”;

    (29)

    l-Artikolu 98 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, jitħassar il-punt (j);

    (b)

    il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “5.   Ir-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l-iskopertura tal-istituzzjonijiet għar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar.

    Is-setgħat superviżorji għandhom ikunu eżerċitati tal-anqas fil-każijiet li ġejjin:

    (a)

    fejn il-valur ekonomiku tal-ekwità tal-istituzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 84(1) jonqos b'aktar minn 15 % tal-kapital tal-Grad 1 tagħha bħala riżultat ta' bidla f'daqqa u mhux mistennija fir-rati tal-imgħax kif stabbilit f'xi wieħed mis-sitt xenarji superviżorji ta' xokk applikati għar-rati tal-imgħax;

    (b)

    fejn id-dħul mill-imgħax nett tal-istituzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 84(1) jesperjenza tnaqqis kbir bħala riżultat ta' bidla f'daqqa u mhux mistennija fir-rati tal-imgħax kif stabbilit f'xi wieħed miż-żewġ xenarji superviżorji ta' xokk applikati għar-rati tal-imgħax.

    Minkejja t-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx ikunu obbligati jeżerċitaw setgħat superviżorji fejn iqisu, abbażi tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu, li l-ġestjoni mill-istituzzjoni tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tkun adegwata u li l-istituzzjoni ma tkunx eċċessivament esposta għar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar.

    Għall-fini ta' dan il-paragrafu, it-terminu “setgħat superviżorji” ifisser is-setgħat imsemmija fl-Artikolu 104(1) jew is-setgħa li jiġu speċifikati preżunzjonijiet ta' mudellar u parametriċi, minbarra dawk identifikati mill-ABE skont il-punt (b) tal-paragrafu 5a ta' dan l-Artikolu, li l-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu fil-kalkolu tagħhom tal-valur ekonomiku tal-ekwità skont l-Artikolu 84(1).”;

    (c)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “5a.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex għall-finijiet tal-paragrafu 5 tispeċifika:

    (a)

    is-sitt xenarji ta' xokk superviżorji kif imsemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 u ż-żewġ xenarji ta' xokk superviżorji kif imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 li għandhom jiġu applikati għar-rati tal-imgħax għal kull munita;

    (b)

    fid-dawl ta' standards prudenzjali maqbula internazzjonalment, is-suppożizzjonijiet komuni ta' mudellar u parametriċi, eskluż suppożizzjonijiet ta' mġiba, li l-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu fil-kalkoli tagħhom tal-valur ekonomiku tal-ekwità kif imsemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5, li għandhom ikunu limitati għal:

    (i)

    it-trattament tal-ekwità stess tal-istituzzjoni;

    (ii)

    l-inklużjoni, il-kompożizzjoni u l-iskontar tal-flussi ta' flus sensittivi għar-rati tal-imgħax li jirriżultaw mill-assi, l-obbligazzjonijiet u l-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni, inkluż it-trattament tal-marġini kummerċjali u komponenti tal-firxa oħra;

    (iii)

    l-użu ta' mudelli tal-karta tal-bilanċ dinamiċi jew statiċi u t-trattament li jirriżulta minn pożizzjonijiet ammortizzati u dawk li jimmaturaw.

    (c)

    fid-dawl ta' standards prudenzjali internazzjonalment maqbula, is-suppożizzjonijiet komuni ta' mudellar u parametriċi, eskluż suppożizzjonijiet ta' mġiba, li l-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu fil-kalkoli tagħhom tal-valur ekonomiku tal-ekwità kif imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 li għandhom ikunu limitati għal:

    (i)

    L-inklużjoni u l-kompożizzjoni tal-flussi ta' flus sensittivi għar-rati tal-imgħax li jirriżultaw mill-assi, l-obbligazzjonijiet u l-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni, inkluż it-trattament tal-marġini kummerċjali u komponenti tal-firxa oħra;

    (ii)

    l-użu ta' mudelli tal-karta tal-bilanċ dinamiċi u/jew statiċi u t-trattament li jirriżulta minn pożizzjonijiet ammortizzati u dawk li jimmaturaw;

    (iii)

    il-perijodu li matulu għandu jitkejjel l-introjtu nett futur mill-imgħax;

    (d)

    dak li jikkostitwixxi tnaqqis kbir kif imsemmi fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5.

    L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

    Qiegħda tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissuplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

    (d)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “8.   L-ABE għandha tivvaluta l-inklużjoni potenzjali fir-rieżami u evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tar-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza (riskji tal-ESG).

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-valutazzjoni tal-ABE għandu jkun fiha tal-inqas dan li ġej:

    (a)

    l-iżvilupp ta' definizzjoni uniformi ta' riskji tal-ESG, inkluż riskji fiżiċi u riskji ta' transizzjoni; dawn tal-aħħar għandhom jinkludu r-riskji relatati mad-deprezzament minħabba bidliet regolatorji;

    (b)

    l-iżvilupp ta' kriterji kwalitattivi u kwantitattivi adatti għall-valutazzjoni tal-impatt ta' riskji tal-ESG fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjonijiet fit-terminu qasir, medju u twil; tali kriterji għandhom tinkludu proċessi ta' ttestjar għal stress u analiżijiet ta' xenarji biex jiġi valutat l-impatt ta' riskji tal-ESG skont xenarji b'severitajiet differenti;

    (c)

    l-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji li għandhom jiġu implimentati mill-istituzzjonijiet biex jiġu identifikati, valutati u ġestiti r-riskji tal-ESG;

    (d)

    il-metodi u l-għodod ta' analiżi biex jivvalutaw l-impatt ta' riskji tal-ESG fuq is-self u l-attivitajiet ta' intermedjazzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet.

    L-ABE għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Ġunju 2021.

    Abbażi tal-eżiti tar-rapport tagħha, l-ABE tista', jekk adatt, toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, rigward l-inklużjoni uniformi tar-riskji tal-ESG fil-proċess ta' reviżjoni u ta' evalwazzjoni superviżorji mwettaq mill-awtoritajiet kompetenti.”;

    (30)

    fl-Artikolu 99(2), jitħassar il-punt (b);

    (31)

    l-Artikolu 103 jitħassar;

    (32)

    l-Artikolu 104 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 97, tal-Artikolu 98(4) u (5), tal-Artikolu 101(4) u tal-Artikolu 102 ta' din id-Direttiva u tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom tal-anqas ikollhom is-setgħa li:

    (a)

    jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ikollhom fondi proprji addizzjonali li jaqbżu r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 104a ta' din id-Direttiva;

    (b)

    jirrikjedu r-rinforz tal-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji implimentati f'konformità mal-Artikoli 73 u 74;

    (c)

    jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jippreżentaw pjan biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità mar-rekwiżiti superviżorji skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jistabbilixxu skadenza għall-implimentazzjoni tiegħu, inkluż għat-titjib għal dak il-pjan rigward l-ambitu u l-iskadenza;

    (d)

    jirrikjedu li l-istituzzjonijiet japplikaw politika speċifika ta' proviżjonament jew it-trattament tal-assi fir-rigward tar-rekwiżiti ta' fondi proprji;

    (e)

    jirrikjedu jew jillimitaw in-negozju, l-attivitajiet jew in-netwerk tal-istituzzjonijiet jew li jitolbu ċ-ċessjoni tal-attivitajiet li joħolqu riskji eċċessivi għas-sodezza ta' istituzzjoni;

    (f)

    jirrikjedu t-tnaqqis tar-riskju inerenti fl-attivitajiet, il-prodotti u s-sistemi tal-istituzzjonijiet, inkluż attivitajiet esternalizzati;

    (g)

    jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jillimitaw ir-rimunerazzjoni varjabbli bħala perċentwal tad-dħul nett fejn ma tkunx konsistenti maż-żamma ta' bażi kapitali soda;

    (h)

    jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jużaw il-profitti netti biex isaħħu l-fondi proprji;

    (i)

    jirrestrinġu jew jipprojbixxu d-distribuzzjonijiet jew il-pagamenti tal-imgħax minn istituzzjoni lill-azzjonisti, il-membri jew id-detenturi tal-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali fejn il-projbizzjoni ma tikkostitwixxix każ ta' inadempjenza mill-istituzzjoni;

    (j)

    jimponu rekwiżiti ta' rappurtar addizzjonali jew aktar frekwenti, inkluż rappurtar dwar il-fondi proprji, likwidità u lieva;

    (k)

    jimponu rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità, inkluż restrizzjonijiet fuq id-diskrepanzi fil-maturità bejn l-assi u l-obbligazzjoni;

    (l)

    jirrikjedu żvelar addizzjonali.

    2.   Għall-finijiet tal-punt (j) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu biss jimponu obbligi ta' rapportar addizzjonali jew aktar spissi fuq l-istituzzjonijiet fejn l-informazzjoni rilevanti hija adatta u proporzjonata fir-rigward tal-għan li għalih l-informazzjoni addizzjonali tkun meħtieġa u ma tkunx duplikata l-informazzjoni mitluba.

    Għall-finijiet tal-Artikoli 97 sa 102, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tista' tkun meħtieġa mill-istituzzjonijiet għandha titqies bħala duplikattiva fejn l-istess jew sostanzjalment l-istess informazzjoni tkun diġà ġiet irrappurtata mod ieħor lill-awtorità kompetenti jew tista' tiġi prodotta mill-awtorità kompetenti.

    L-awtorità kompetenti m'għandhiex teħtieġ li istituzzjoni tirrapporta informazzjoni addizzjonali fejn hija tkun preċedentement irċevietha f'format jew livell ta' granularità differenti u dak il-format jew il-granularità differenti ma jżommx lill-awtorità kompetenti milli tipproduċi informazzjoni tal-istess kwalità u affidabbiltà bħal dik prodotta fuq il-bażi tal-informazzjoni addizzjonali li nkella tiġi rappurtata mod ieħor.”;

    (b)

    jitħassar il-paragrafu 3;

    (33)

    jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

    “Artikolu 104a

    Rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali

    1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu r-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) fejn, abbażi tar-rieżamijiet imwettqa f'konformità mal-Artikoli 97 u 101, dawn jiddeterminaw xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin għal istituzzjoni individwali:

    (a)

    l-istituzzjoni tkun esposta għal riskji jew għal elementi ta' riskju li mhumiex koperti jew li mhumiex koperti biżżejjed, kif speċifikat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa, u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7);

    (b)

    l-istituzzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 73 u 74 ta' din id-Direttiva jew fl-Artikolu 393 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jkun improbabbli li miżuri superviżorji oħrajn ikunu biżżejjed biex jiżguraw li dawk ir-rekwiżiti jistgħu jiġu sodisfatti f'perijodu ta' żmien adatta;

    (c)

    l-aġġustamenti msemmija fl-Artikolu 98(4) jitqiesu bħala insuffiċjenti sabiex l-istituzzjoni tkun tista' tbigħ jew tiħħeġġja l-pożizzjonijiet tagħha f'perijodu qasir bla ma ġġarrab telf materjali f'kondizzjonijiet normali tas-suq;

    (d)

    l-evalwazzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 101(4) turi li n-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-approċċ permess aktarx li jwassal għal rekwiżiti ta' fondi proprji inadegwati;

    (e)

    l-istituzzjoni ripetutament tonqos milli tistabbilixxi jew iżżomm livell adegwat ta' fondi proprji addizzjonali biex tkopri l-gwida kkomunikata f'konformità mal-Artikolu 104b(3);

    (f)

    sitwazzjonijiet oħrajn speċifiċi għall-istituzzjoni li jitqiesu bħala li jqajmu tħassib superviżorju materjali mill-awtorità kompetenti.

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom biss jimponu r-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104(1)(a) biex ikopru r-riskju mġarrab mill-istituzzjonijiet individwali minħabba l-attivitajiet tagħhom, inkluż dawk li jirriflettu l-impatt ta' ċerti fatturi ekonomiċi jew żviluppi tas-suq fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjoni individwali.

    2.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-riskji jew l-elementi ta' riskju għandhom jiġu kkunsidrati mhux koperti jew mhux koperti biżżejjed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 biss fejn l-ammonti, it-tipi u d-distribuzzjoni tal-kapital meqjusa adegwati mill-awtorità kompetenti, wara li jikkunsidraw ir-rieżami superviżorju tal-valutazzjoni mwettqa mill-istituzzjonijiet f'konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 73 ta' din id-Direttiva jkunu ogħla mir-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw, b'kont meħud tal-profil tar-riskju ta' kull istituzzjoni individwali, ir-riskji li għalihom hija esposta l-istituzzjoni, inkluż:

    (a)

    riskji speċifiċi għall-istituzzjoni jew elementi ta' tali riskji li huma esklużi b'mod espliċitu, jew li mhumiex espliċitament indirizzati, mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

    (b)

    riskji speċifiċi għall-istituzzjoni jew elementi ta' tali riskji li x'aktarx ikunu sottovalutati minkejja l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Sa fejn ir-riskji jew l-elementi ta' riskju jkunu soġġetti għal arranġamenti tranżizzjonali jew dispożizzjonijiet ta' anterjorità stipulati f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, huma m'għandhomx jitqiesu li huma riskji jew elementi ta' tali riskji li x'aktarx ikunu sottovalutati minkejja l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-kapital meqjus adegwat għandu jkopri r-riskji jew l-elementi kollha ta' riskji identifikati bħala materjali skont il-valutazzjoni prevista fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu li mhumiex koperti jew mhumiex koperti biżżejjed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Ir-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar jista' jitqies bħala materjali tal-anqas fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 98(5), sakemm l-awtoritajiet kompetenti, fit-twettiq tar-rieżami u tal-evalwazzjoni, ma jaslux għall-konklużjoni li l-ġestjoni mill-istituzzjoni tar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tkun adegwata u li l-istituzzjoni ma tkunx eċċessivament esposta għar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar.

    3.   Fejn fondi proprji addizzjonali huma meħtieġa biex jindirizzaw riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva mhux koperti biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-livell tal-fondi proprji addizzjonali meħtieġa skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ta' din id-Direttiva bħala d-differenza bejn il-kapital meqjus adegwat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u r-rekwiżiti ta' fondi proprji rilevanti stabbiliti fil-Partijiet Tlieta u Erbgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

    Fejn fondi proprji addizzjonali huma meħtieġa biex jindirizzaw ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva mhux koperti biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-livell tal-fondi proprji addizzjonali meħtieġa skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bħala d-differenza bejn il-kapital meqjus adegwat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u r-rekwiżiti ta' fondi proprji rilevanti stabbiliti fil-Partijiet Tlieta u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    4.   L-istituzzjoni għandha tagħmel tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali imposti mill-awtorità kompetenti taħt il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) mal-fondi proprji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    tal-anqas tliet kwarti mir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali għandhom jissodisfaw il-kapital tal-Grad 1;

    (b)

    tal-anqas tliet kwarti mill-kapital tal-Grad 1 imsemmi fil-punt (a) għandhom ikunu komposti mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni.

    Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tista' teħtieġ li l-istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżit tagħha ta' fondi proprji addizzjonali b'sehem akbar ta' kapital tal-Grad 1 jew ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, fejn ikun meħtieġ, u b'kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-istituzzjoni.

    Fondi proprji li jintużaw biex jagħmlu tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva impost mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva ma għandhomx jintużaw biex jissodisfaw l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

    (a)

    ir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (b)

    ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata;

    (c)

    il-gwida dwar fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104b(3) ta' din id-Direttiva fejn dik il-gwida tindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzajrja eċċessiva.

    Fondi proprji li jintużaw biex jagħmlu tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva impost mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzaw ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva li mhux kopert suffiċjentement mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma għandhomx jintużaw biex jissodisfaw l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

    (a)

    ir-rekwiżit ta' fondi proprji stabbilit fil-punti (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (b)

    ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja msemmi fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (c)

    il-gwida dwar fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104b(3) ta' din id-Direttiva, fejn dik il-gwida tindirizza r-riskji ta' lieva finanzjarja eċċessiva.

    5.   L-awtorità kompetenti għandha debitament tiġġustifika bil-miktub lil kull istituzzjoni d-deċiżjoni li timponi rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-anqas billi tagħti rendikont ċar tal-valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu. Dik il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi, fil-każ stabbilit fil-punt (e) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dikjarazzjoni speċifika tar-raġunijiet li għalihom l-impożizzjoni ta' gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali m'għadhiex meqjusa bħala suffiċjenti.

    Artikolu 104b

    Gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali

    1.   Skont l-istrateġiji u l-proċessi msemmija fl-Artikolu 73, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-kapital intern tagħhom f'livell adegwat ta' fondi proprji li jkun biżżejjed biex ikopri r-riskji kollha li istituzzjoni tkun esposta għalihom u jiżguraw li l-fondi proprji tal-istituzzjoni jkunu jistgħu jassorbu telf potenzjali li jirriżulta minn xenarji ta' stress, inkluż dawk identifikati fit-test tal-istress superviżorju msemmi fl-Artikolu 100.

    2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw b'mod regolari l-livell tal-kapital intern stabbilit minn kull istituzzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bħala parti mir-rieżamijiet u tal-evalwazzjonijiet imwettqa f'konformità mal-Artikoli 97 u 101, inkluż ir-riżultati tat-testijiet ta' stress msemmija fl-Artikolu 100.

    Skont dak ir-rieżami, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw għal kull istituzzjoni l-livell globali tal-fondi proprji tagħhom li jqisu adatt.

    3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw il-gwida tagħhom dwar il-fondi proprji addizzjonali lill-istituzzjonijiet.

    Il-gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali għandha tikkonsisti mill-fondi proprji li jaqbżu l-ammont rilevanti ta' fondi proprji meħtieġ skont il-partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) u l-punt (6) tal-Artikolu 128 ta' din id-Direttiva jew skont l-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif rilevanti, li huma meħtieġa biex jintlaħaq il-livell globali ta' fondi proprji meqjus adatt mill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

    4.   Il-gwida tal-awtoritajiet kompetenti dwar il-fondi proprji addizzjonali skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandha tkun speċifika għall-istituzzjoni. Il-gwida tista' tkopri r-riskji indirizzati mir-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali impost skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) biss sal-punt li tkopri aspetti ta' dawk ir-riskji li mhumiex diġà koperti taħt dak ir-rekwiżit.

    5.   Il-fondi proprji li jintużaw biex jagħmlu tajjeb għall-gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali kkomunikati skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu biex jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva ma għandhomx jintużaw biex jissodisfaw l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

    (a)

    ir-rekwiżiti tal-fondi proprji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (b)

    ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 104a ta' din id-Direttiva impost mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata.

    Il-fondi proprji li jintużaw biex tintlaħaq il-gwida dwar fondi proprji addizzjonali kkomunikata skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu biex tindirizza r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva ma għandhomx jintużaw biex jiġi ssodisfat r-rekwiżit ta' fondi proprji stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 104a ta' din id-Direttiva impost mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizza r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva u r-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja msemmi fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    6.   In-nuqqas li tiġi ssodisfata l-gwida msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu fejn istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tal-fondi proprji stabbiliti fil-Parti Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402, ir-rekwiżit għal fondi proprji addizzjonali msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva u, kif rilevanti, ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata jew ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja msemmi fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 m'għandhomx jiskattaw ir-restrizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 141 jew l-Artikolu 141b ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 104c

    Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti dwar ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali impost fuq l-istituzzjonijiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) u dwar kwalunkwe gwida dwar fondi proprji addizzjonali kkomunikata lill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 104b(3).

    (*7)  Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).”;"

    (34)

    fl-Artikolu 105, jitħassar il-punt (d);

    (35)

    fl-Artikolu 108, jitħassar il-paragrafu 3;

    (36)

    l-Artikolu 109 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

    “2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-impriża prinċipali u s-sussidjarji soġġetti għal din id-Direttiva jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fit-Taqsima II ta' dan il-Kapitolu fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata, sabiex jiżguraw li l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi meħtieġa mit-Taqsima II ta' dan il-Kapitolu huma konsistenti u integrati sew u li jistgħu jiġu prodotti kwalunkwe data u informazzjoni rilevanti għall-fini ta' superviżjoni. B'mod partikolari, għandhom jiżguraw li l-impriżi prinċipali u s-sussidjarji soġġetti għal din id-Direttiva jimplimentaw dawk l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi fis-sussidjarji tagħhom mhux soġġetti għal din id-Direttiva, inklużi dawk stabbiliti f'ċentri finanzjarji offshore. Dawk l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi għandhom ikunu wkoll konsistenti u integrati sew u dawk is-sussidjarji għandhom ikunu wkoll kapaċi jipproduċu kwalunkwe data u informazzjoni rilevanti għall-fini ta' superviżjoni. Impriżi sussidjarji li mhumiex huma stess soġġetti għal din id-Direttiva għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi għas-settur tagħhom fuq bażi individwali.

    3.   L-obbligi li jirriżultaw mit-Taqsima II ta' dan il-Kapitolu rigward l-impriżi sussidjarji li mhumiex huma stess soġġetti għal din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw jekk l-istituzzjoni prinċipali tal-UE tista' turi lill-awtoritajiet kompetenti li l-applikazzjoni tat-Taqsima II hija illegali skont il-liġijiet tal-pajjiż terz fejn hija stabbilita s-sussidjarja.”;

    (b)

    jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    “4.   Ir-rekwiżiti tar-rimunerazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 92, 94 u 95 ma għandhomx japplikaw fuq bażi konsolidata għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)

    impriżi sussidjarji stabbiliti fl-Unjoni fejn huma soġġetti għal rekwiżiti ta' rimunerazzjoni speċifiċi f'konformità ma' atti legali oħra tal-Unjoni;

    (b)

    impriżi sussidjarji stabbiliti f'pajjiż terz fejn dawn jiġu soġġetti għal rekwiżiti ta' rimunerazzjoni speċifiċi f'konformità ma' atti legali oħra tal-Unjoni li kieku ġew stabbiliti fl-Unjoni.

    5.   B'deroga mill-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, u sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 92, 94 u 95, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 92, 94 u 95 japplikaw għall-membri tal-persunal tas-sussidjarji li mhumiex soġġetti għal din id-Direttiva fuq bażi individwali fejn:

    (a)

    is-sussidjarja jew huwa kumpannija tal-ġestjoni tal-assi, jew impriża li tipprovdi s-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment elenkati fil-punti (2), (3), (4), (6) u (7) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE; u

    (b)

    dawk il-membri tal-persunal ingħataw mandat biex iwettqu attivitajiet professjonali li għandhom impatt materjali dirett fuq il-profil tar-riskju jew in-negozju tal-istituzzjonijiet fi ħdan il-grupp.

    6.   Minkejja il-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-Artikoli 92, 94 u 95 fuq bażi konsolidata għal ambitu usa' ta' impriżi sussidjarji u l-persunal tagħhom.”;

    (37)

    l-Artikolu 111 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 111

    Determinazzjoni tas-superviżur konsolidanti

    1.   Meta impriża prinċipali tkun istituzzjoni prinċipali ta' kreditu fi Stat Membru jew istituzzjoni prinċipali ta' kreditu tal-UE, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tissorvelja lil dik l-istituzzjoni prinċipali ta' kreditu fl-Istat Membru jew dik l-istituzzjoni prinċipali ta' kreditu tal-UE fuq bażi individwali.

    Meta impriża prinċipali tkun kumpannija prinċipali ta' investiment fi Stat Membru jew kumpannija prinċipali ta' investiment tal-UE u l-ebda sussidjarju tagħha ma jkun istituzzjoni ta' kreditu, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tissorvelja lil dik l-impriża prinċipali ta' investiment fl-Istat Membru jew dik l-impriża prinċipali ta' investiment tal-UE fuq bażi individwali.

    Meta impriża prinċipali tkun kumpannija prinċipali ta' investiment fi Stat Membru jew ditta prinċipali ta' investiment tal-UE, u mill-anqas sussidjarju wieħed tagħha jkun istituzzjoni ta' kreditu, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu, jew fejn ikun hemm diversi istituzzjonijiet ta' kreditu, mill-istituzzjoni ta' kreditu bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ.

    2.   Fejn l-omm ta' istituzzjoni tkun kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali mħallta fi Stat Membru, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fl-UE, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE, is-sorveljanza fuq bażi konsolidata għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti li tissorvelja l-istituzzjoni fuq bażi individwali.

    3.   Fejn żewġ istituzzjonijiet jew aktar awtorizzati fl-Unjoni jkollhom l-istess kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali mħallta fi Stat Membru, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fl-UE, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE, is-sorveljanza fuq bażi konsolidata għandha tiġi eżerċitata minn:

    (a)

    l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu fejn ikun hemm istituzzjonijiet ta' kreditu waħda biss fi ħdan il-grupp;

    (b)

    l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ, fejn ikun hemm diversi istituzzjonijiet ta' kreditu fi ħdan il-grupp; jew

    (c)

    l-awtorità kompetenti tad-ditta ta' investiment bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ, fejn il-grupp ma jinkludi l-ebda istituzzjoni ta' kreditu.

    4.   Fejn il-konsolidazzjoni tkun meħtieġa skont l-Artikolu 18(3) jew (6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ jew, fejn fil-grupp ma jkun hemm l-ebda istituzzjonijiet ta' kreditu, mill-awtorità kompetenti tad-ditta ta' investiment bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ.

    5.   B'deroga mit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, mill-punt (b) tal-paragrafu 3 u mill-paragrafu 4, fejn awtorità kompetenti tissorvelja fuq bażi individwali aktar minn istituzzjoni ta' kreditu waħda fi ħdan grupp, is-superviżur konsolidanti għandu jkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja fuq bażi individwali istituzzjoni ta' kreditu waħda jew aktar, fi ħdan il-grupp fejn it-totali magħduda flimkien fil-karti tal-bilanċ ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu ssorveljati jkunu ogħla minn dawk tal-istituzzjonijiet ta' kreditu ssorveljati fuq bażi individwali minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra.

    B'deroga mil-punt (c) tal-paragrafu 3, fejn awtorità kompetenti tissorvelja fuq bażi individwali aktar minn ditta tal-investiment waħda fi ħdan grupp, is-superviżur konsolidanti għandu jkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja fuq bażi individwali ditta waħda jew aktar tal-investiment fi ħdan il-grupp bl-akbar total aggregat fil-karta tal-bilanċ.

    6.   F'każijiet partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw bi ftehim komuni l-kriterji msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 4 u jaħtru awtorità kompetenti differenti biex fuq bażi konsolidata teżerċita s-sorveljanza fejn l-applikazzjoni tal-kriterji msemmijin fiha ma tkunx adatta, filwaqt li jittieħed kont tal-istituzzjonijiet ikkonċernati u tal-importanza relattiva tal-attivitajiet tagħhom fl-Istati Membri rilevanti, jew tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-kontinwità tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata mill-istess awtorità kompetenti. F'każijiet bħal dawn, l-istituzzjoni prinċipali tal-UE, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE jew l-istituzzjoni bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ, kif applikabbli, għandu jkollha d-dritt li tinstema' qabel l-awtoritajiet kompetenti jieħdu deċiżjoni.

    7.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-ABE mingħajr dewmien rigward kwalunkwe ftehim li jaqa' fl-ambitu tal-paragrafu 6.”;

    (38)

    l-Artikolu 113 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 113

    Deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni

    1.   Is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE għandhom jagħmlu kull ma jistgħu sabiex jaslu għal deċiżjoni konġunta:

    (a)

    dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73 u 97 sabiex jistabbilixxu l-adegwatezza tal-livell konsolidat ta' fondi proprji miżmum mill-grupp ta' istituzzjonijiet fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja u l-profil tar-riskju tiegħu u l-livell meħtieġ ta' fondi proprji għall-applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 104(1) għal kull entità fi ħdan il-grupp ta' istituzzjonijiet u fuq bażi konsolidata;

    (b)

    dwar il-miżuri sabiex jiġu indirizzati kwalunkwe kwistjoni sinifikanti u sejba materjali relatati mas-superviżjoni tal-likwidità inklużi dawk relatati mal-adegwatezza tal-organizzazzjoni u mat-trattament tar-riskji kif meħtieġ skont l-Artikolu 86 u relatati mal-bżonn ta' rekwiżiti tal-likwidità speċifiċi għall-istituzzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 105;

    (c)

    rigward kwalunkwe gwida dwar fondi proprji addizzjonali msemmijin fl-Artikolu 104b(3).

    2.   Għandhom jintlaħqu d-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1:

    (a)

    għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fi żmien erba' xhur mis-sottomissjoni mis-superviżur konsolidanti ta' rapport li fih il-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp ta' istituzzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 104a lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra;

    (b)

    għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fi żmien erba' xhur mis-sottomissjoni mis-superviżur konsolidanti ta' rapport li fih il-valutazzjoni tal-profil tar-riskju ta' likwidità tal-grupp ta' istituzzjonijiet f'konformità mal-Artikoli 86 u 105;

    (c)

    għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fi żmien erba' xhur mis-sottomissjoni mis-superviżur konsolidanti ta' rapport li fih il-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp ta' istituzzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 104b.

    Id-deċiżjonijiet konġunti msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkunsidraw kif adatt ukoll il-valutazzjoni tar-riskju tas-sussidjarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti f'konformità mal-Artikoli 73, 97, 104a u 104b.

    Id-deċiżjonijiet konġunti msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti f'dokumenti li fihom ir-raġunijiet sħaħ li għandhom jiġu pprovduti lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE mis-superviżur konsolidanti. F'każ ta' nuqqas ta' qbil, fuq it-talba ta' kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kkonċernata, is-superviżur konsolidanti għandu jikkonsulta lill-ABE. Is-superviżur konsolidanti jista' jikkonsulta lill-ABE fuq inizjattiva tiegħu stess.

    3.   Fin-nuqqas ta' tali deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73, 86 u 97, il-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-Artikolu 104b u tal-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva għandha tittieħed fuq bażi konsolidata mis-superviżur konsolidanti wara kunsiderazzjoni adatta tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sussidjarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Jekk, fi tmiem il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irriferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur konsolidanti għandu jiddiferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li tista' tieħu l-ABE skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f'konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala l-perijodi ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment lill-ABE. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferita lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

    Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73, 86 u 97, il-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-Artikolu 104b u tal-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE fuq bażi individwali jew subkonsolidata wara kunsiderazzjoni adatta tal-fehmiet u tar-riservi espressi mis-superviżur konsolidanti. Jekk, fi tmiem il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irriferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddiferixxu d-deċiżjoni tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li tista' tieħu l-ABE skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom f'konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu l-perijodi ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira ta' dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment lill-ABE. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferita lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

    Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu stabbiliti f'dokument li jkun fih ir-raġunijiet kollha u għandhom iqisu l-valutazzjoni tar-riskju, il-fehmiet u r-riservi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn espressi matul il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2. Id-dokument għandu jkun ipprovdut mis-superviżur konsolidanti lill-awtoritajiet kompetenti kollha kkonċernati u lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE.

    Meta tkun ġiet ikkonsultata l-ABE, l-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom jikkunsidraw l-opinjoni tagħha, u jispjegaw kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minnha.

    4.   Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1 u d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu rikonoxxuti bħala determinattivi u applikati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati.

    Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u kwalunkwe deċiżjoni meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, għandhom jiġu aġġornati fuq bażi annwali jew, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE tagħmel talba bil-miktub u mmotivata bis-sħiħ lis-superviżur konsolidanti sabiex jaġġorna d-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-Artikoli 104b u 105. F'dawk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, l-aġġornament jista' jkun indirizzat fuq bażi bilaterali bejn is-superviżur konsolidanti u l-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba.

    5.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tiżgura kondizzjonijiet ta' applikazzjoni uniformi tal-proċess ta' deċiżjoni konġunta msemmi f'dan l-Artikolu, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 73, 86 u 97, il-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-Artikoli 104b u 105 bl-għan li tiffaċilita d-deċiżjonijiet konġunti.

    L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2014.

    Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta standards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

    (39)

    fl-Artikolu 115, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   Fejn is-superviżur konsolidanti jkun differenti mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li tkun ingħatat l-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a tkun stabbilita, l-arranġamenti ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu konklużi wkoll mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-impriża prinċipali.”;

    (40)

    l-Artikolu 116 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “1a.   Sabiex jiġu ffaċilitati l-kompiti msemmija fl-Artikoli 112(1), 114(1) u 115(1) ta' din id-Direttiva, is-superviżur konsolidanti għandu jistabbilixxi wkoll kulleġġi ta' superviżuri fejn is-sussidjarji transkonfinali kollha ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE, ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom f'pajjiżi terzi, dment li l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiżi terzi huma soġġetti għal rekwiżiti ta' kunfidenzjalità li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima II tal-Kapitolu 1 ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, fl-Artikoli 76 u 81 tad-Direttiva 2014/65/UE.”;

    (b)

    fil-paragrafu 6, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “L-awtorità kompetenti fl-Istati Membru fejn tkun stabbilita kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li tkun ingħatat l-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a tista' tipparteċipa fil-kulleġġ ta' superviżuri rilevanti.”;

    (41)

    fl-Artikolu 117, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    “5.   L-awtoritajiet kompetenti, l-unitajiet u l-awtoritajiet tal-intelligence finanzjarja fdati bid-dmir pubbliku li jissorveljaw l-entitajiet marbutin b'obbligu elenkati fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849 għall-konformità ma' dik id-Direttiva, għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom u għandhom jipprovdu lil xulxin b'informazzjoni rilevanti għall-kompiti rispettivi tagħhom taħt din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont id-Direttiva (UE) 2015/849, dment li tali kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni ma jkollhomx effett negattiv fuq inkjesta, investigazzjoni jew proċedimenti li jkunu għaddejjin f'konformità mal-liġi kriminali jew amministrattiva tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-awtorità kompetenti, l-unità jew l-awtorità tal-intelligence finanzjarja fdati bid-dmir pubbliku li jissorveljaw l-entitajiet marbutin b'obbligu elenkati fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849.

    L-ABE tista' tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    6.   L-ABE għandha sal-1 ta' Jannar 2020 biex toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jispeċifikaw il-mod ta' kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari fir-rigward ta' gruppi transkonfinali u fil-kuntest tal-identifikazzjoni ta' ksur serju tar-regoli kontra l-ħasil tal-flus.”;

    (42)

    fl-Artikolu 119, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Soġġetti għall-Artikolu 21a, l-Istati Membri għandhom jadottaw kwalunkwe miżura neċessarja sabiex jinkludu lil kumpanniji azzjonarji finanzjarji u lil kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta fis-superviżjoni konsolidata.”;

    (43)

    fl-Artikolu 120, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Fejn kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta tkun soġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti skont din id-Direttiva u skont id-Direttiva 2009/138/KE b'mod partikolari f'termini tas-superviżjoni bbażata fuq ir-riskji, is-superviżur konsolidanti jista', bi qbil mas-superviżur tal-grupp fis-settur tal-assigurazzjoni, japplika biss għal dik il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva relatati mal-aktar settur finanzjarju sinifikanti kif iddefinit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/87/KE.”;

    (44)

    fl-Artikolu 125(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Meta skont l-Artikolu 111 ta' din id-Direttiva, is-superviżur konsolidanti ta' grupp b'kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm ikun differenti mill-koordinatur determinat skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/87/KE, is-superviżur konsolidanti u l-koordinatur għandhom jikkooperaw għall-fini tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata. Sabiex tiġi ffaċilitata u stabbilita kooperazzjoni effettiva, is-superviżur konsolidanti u l-koordinatur għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub.”;

    (45)

    fl-Artikolu 128, il-paragrafi li ġejjin jiddaħħlu wara l-ewwel paragrafu:

    “L-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li jinżamm sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata msemmi fil-punt (6) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, sabiex jiġi ssodisfat kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali impost skont l-Artikolu 104a ta' din id-Direttiva biex jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva, u l-gwida kkomunikata skont l-Artikolu 104b(3) ta' din id-Direttiva biex tindirizza riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva.

    L-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li jinżamm sabiex jiġi ssodisfat wieħed mill-elementi tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata tiegħu biex jissodisfaw l-elementi applikabbli l-oħra tar-rekwiżit tar-riżerva kombinata tiegħu.

    L-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li jinżamm sabiex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata msemmi fil-punt (6) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu biex jissodisfaw il-komponenti bbażati fuq ir-riskju tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 92a u 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 45c u 45d tad-Direttiva 2014/59/UE.”;

    (46)

    l-Artikoli 129 u 130 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “Artikolu 129

    Rekwiżit li tinżamm riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital

    1.   Minbarra l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni li jinżamm biex jiġi sodisfatt wieħed mir-rekwiżiti tal-fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jżommu riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital, ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ugwali għal 2.5 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju tagħhom ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak r-Regolament fuq bażi individwali u kkonsolidata, kif applikabbli f'konformità mat-Titolu II tal-Parti Wieħed ta' dak ir-Regolament.

    2.   B'deroga mill-paragrafu 1, Stat Membru jista' jeżenta ditti żgħar u ta' daqs medju tal-investiment milli jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 jekk tali eżenzjoni ma theddidx l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta' dak l-Istat Membru.

    Deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu kompletament ġustifikata, għandhomjinkludu spjegazzjoni għalfejn l-eżenzjoni ma theddidx l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Istat Membru u għandu jkun fihom d-definizzjoni preċiża tad-ditti żgħar u ta' daqs medju tal-investiment li jridu jkunu eżenti.

    L-Istati Membri li jiddeċiedu li japplikaw l-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinnotifikaw lill-BERS b'dan. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti u nnominati tal-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien.

    3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità li tkun responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata.

    4.   Għall-fini tal-paragrafu 2, id-ditti tal-investiment għandhom jiġu kkategorizzati bħala żgħar jew ta' daqs medju f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (*8).

    5.   Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, din għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet stipulati fl-Artikolu 141(2) u (3).

    Artikolu 130

    Rekwiżit li tinżamm riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni

    1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet iżommu riżerva ta' kapital kontroċikliku speċifika għall-istituzzjoni ekwivalenti għall-ammont tal-iskopertura totali tagħhom għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 immultiplikat bil-medja ponderata tar-rati ta' riżerva kontroċiklika kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 140 ta' din id-Direttiva fuq bażi individwali u kkonsolidata, kif applikabbli f'konformità mat-Titolu II tal-Parti Wieħed ta' dak ir-Regolament. Dik ir-riżerva għandha tikkonsisti minn kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni.

    2.   B'deroga mill-paragrafu 1, Stat Membru jista' jeżenta ditti żgħar u ta' daqs medju tal-investiment milli jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 jekk tali eżenzjoni ma theddidx l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta' dak l-Istat Membru.

    Deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun kompletament ġustifikata, għandha tinkludi spjegazzjoni dwar ir-raġuni għaliex l-eżenzjoni ma theddidx l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Istat Membru u għandu jkun fiha d-definizzjoni preċiża żgħar u ta' daqs medju tal-investiment li jridu jkunu eżenti.

    L-Istati Membri li jiddeċiedu li ma japplikawx l-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinnotifikaw lill-BERS b'dan. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti u nnominati tal-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien.

    3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità li tkun responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata.

    4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, id-ditti tal-investiment għandhom jiġu kkategorizzati bħala żgħar jew ta' daqs medju f'konformità mar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

    5.   Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, din għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet stipulati fl-Artikolu 141(2) u (3).

    (*8)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).”"

    (47)

    l-Artikolu 131 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità li tkun responsabbli għall-identifikazzjoni, fuq bażi konsolidata, ta' G-SIIs, u, fuq bażi individwali, subkonsolidata jew konsolidata, kif applikabbli, ta' istituzzjonijiet sistematikament importanti (O-SIIs), li ġew awtorizzati fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw aktar minn awtorità waħda.

    Il-G-SIIs għandhom ikunu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)

    grupp immexxi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE; jew

    (b)

    istituzzjoni li mhijiex sussidjarja ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE, ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE.

    L-O-SIIs jistgħu jkunu jew istituzzjoni jew grupp immexxi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE, istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru, kumpannija azzjonarja finanzjarja omm fi Stati Membru jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm fi Stat Membru.”;

    (b)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “2a.   Metodoloġija tal-identifikazzjoni addizzjonali għall-G-SIIs għandha tkun ibbażata fuq il-kategoriji li ġejjin:

    (a)

    il-kategoriji msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

    (b)

    l-attività transkonfinali tal-grupp, eskluż l-attivitajiet tal-grupp bejn l-Istati Membri parteċipanti kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*9).

    Kull kategorija għandha tirċievi ponderazzjoni ugwali u għandha tikkonsisti minn indikaturi kwantifikabbli. Għall-kategoriji msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-indikaturi għandhom ikunu l-istess bħall-indikaturi korrispondenti ddeterminati skont il-paragrafu 2.

    Il-metodoloġija tal-identifikazzjoni addizzjonali għandha tipproduċi punteġġ globali addizzjonali għal kull entità msemmija fil-paragrafu 1 ivvalutat, li abbażi tiegħu l-awtoritajiet kompetenti jew nominati jistgħu jieħdu waħda mill-miżuri msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 10.

    (*9)  Ir- Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).”;"

    (c)

    fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “L-ABE, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha, sal-1 ta' Jannar 2015, toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar il-kriterji li jiddeterminaw il-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu b'rabta mal-valutazzjoni tal-O-SIIs. Dawk il-linji gwida għandhom jieħdu kont tal-oqfsa internazzjonali għal istituzzjonijiet domestiċi sistemikament importanti u speċifiċitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk nazzjonali.

    Wara konsultazzjoni mal-BERS, l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020 dwar il-metodoloġija adatta għat-tfassil u l-kalibrazzjoni tar-rati ta' riżerva ta' O-SII.”;

    (d)

    il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “5.   L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista' teħtieġ lil kull O-SII, fuq bażi kkonsolidata, subkonsolidata jew individwali, skont kif japplika, biex iżżomm riżerva għal O-SII sa 3 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, waqt li jitqiesu l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-O-SII. Dik ir-riżerva għandha tikkonsisti minn kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni.”;

    (e)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “5a.   Soġġett għall-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista' teħtieġ lil kull O-SII, fuq bażi kkonsolidata, subkonsolidata jew individwali, skont kif japplika, biex iżżomm riżerva għal O-SII sa 3 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dik ir-riżerva għandha tikkonsisti minn kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni.

    Fi żmien sitt ġimgħat minn meta tasal in-notifika msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, il-BERS għandu jipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk ir-riżerva O-SII titqiesx adatta. L-ABE tista' wkoll tagħti lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar ir-riżerva f'konformità mal-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Fi żmien tliet xhur minn meta l-BERS ikun bagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu 7 lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni, b'kont meħud tal-valutazzjoni tal-BERS u l-ABE, jekk rilevanti, u jekk tkun sodisfatta li r-riżerva O-SII ma jinvolvix effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha, jew partijiet minnha, ta' Stati Membri oħrajn jew fl-Unjoni inġenerali li jiffurmaw jew joħolqu xkiel għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, għandha tadotta att li jawtorizza lill-awtorità kompetenti jew lill-awtorità nnominata biex tadotta l-miżura proposta.”;

    (f)

    fil-paragrafu 7, il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    “7.   Qabel ma tiffissa jew terġa' tiffissa riżerva ta' O-SII, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika lill-BERS xahar qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5 u għandha tinnotifika lill-BERS tliet xhur qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti jew dik innominata msemmija fil-paragrafu 5a. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti u nnominati tal-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien. Tali notifiki għandhom jistabbilixxu fid-dettall:”;

    (g)

    il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “8.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 133 u l-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, fejn O-SII tkun sussidjarja ta' G-SII jew ta' O-SII li hija jew istituzzjoni jew grupp immexxi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE, u soġġetta għal riżerva ta' O-SII fuq bażi kkonsolidata, ir-riżerva li tapplika fuq bażi individwali jew subkonsolidat għall-O-SII m'għandhiex teċċedi l-iktar valur baxx minn:

    (a)

    it-total tal-ogħla rata ta' riżerva tal-G-SII jew l-O-SII applikabbli għall-grupp fuq bażi konsolidata u 1 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

    (b)

    3 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew ir-rata li l-Kummissjoni awtorizzat biex tiġi applikata għall-grupp fuq bażi kkonsolidata skont il-paragrafu 5a ta' dan l-Artikolu.”;

    (h)

    il-paragrafi 9 u 10 jiġu sostitwiti b'dawn li ġejjin:

    “9.   Għandu jkun hemm tal-inqas ħames subkategoriji ta' G-SIIs. Il-limitu l-aktar baxx u l-limiti ta' bejn kull subkategorija għandhom jiġu ddeterminati mill-punteġġi skont il-metodoloġija tal-identifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Il-punteġġi limitu bejn is-subkategoriji li jmissu ma' xulxin għandhom jiġu ddefiniti b'mod ċar u għandhom josservaw il-prinċipju li hemm żieda lineari kostanti ta' sinifikat sistemiku, bejn kull subkategorija li tirriżulta f'żieda lineari fir-rekwiżit ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, bl-eċċezzjoni tas-subkategorija ħamsa u kwalunkwe subkategorija ogħla miżjuda. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, sinifikat sistemiku huwa l-impatt mistenni fuq is-suq finanzjarju globali kkawżat minn diffikultajiet għall-G-SII. Is-subkategorija l-aktar baxxa għandha tiġi assenjata riżerva ta' G-SII ta' 1 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-riżerva assenjata lil kull subkategorija għandha tiżdied b'differenzi li jkunu tal-anqas 0.5 % tal-ammont tal-skopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament.

    10.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 9 u filwaqt li jintużaw s-subkategoriji u l-punteġġi li jifirduhom imsemmija fil-paragrafu 9, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista', fl-eżerċizzju ta' valutazzjoni superviżorja korretta:

    (a)

    tirrialloka G-SII minn subkategorija aktar baxxa għal waħda ogħla;

    (b)

    talloka entità kif imsemmija fil-paragrafu 1 li jkollha punteġġ globali kif imsemmi fil-paragrafu 2 li jkun aktar baxx mill-punteġġ limitu tal-iktar subkategorija baxxa f'dik is-subkategorija jew f'subkategorija ogħla, u b'hekk tiġi nnominata bħala G-SII;

    (c)

    b'kont meħud tal-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni, fuq il-bażi tal-punteġġ globali addizzjonali msemmi fil-paragrafu 2a tirrialloka G-SII minn subkategorija aktar ogħla għal subkategorija aktar baxxa.”;

    (i)

    jitħassar il-paragrafu 11;

    (j)

    il-paragrafu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “12.   L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għadha tinnotifika lill-BERS l-ismijiet tal-G-SIIs u l-O-SIIs u s-subkategorija rispettiva fejn tiġi allokata kull G-SII. In-notifika għandu jkun fiha r-raġunijiet kollha għalfejn ġie eżerċitat ġudizzju superviżorju jew le f'konformità mal-paragrafu 10, punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 10. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni u lill-ABE mingħajr dewmien, u għandu jiżvela isimhom pubblikament. L-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet nominati għandhom jiżvelaw pubblikament is-subkategorija fejn tiġi allokata kull G-SII.

    L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha kull sena tirrieżamina l-identifikazzjoni tal-G-SIIs u l-O-SIIs u l-allokazzjoni tal-G-SIIs fis-subkategoriji rispettivi u tirrapporta r-riżultat lill-istituzzjoni sistemikament importanti kkonċernata, lill-BERS li għandu jibgħat ir-riżultati lill-Kummissjoni u lill-ABE mingħajr dewmien. L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tiżvela pubblikament l-lista aġġornata ta' istituzzjonijiet sistemikament importanti identifikati u s-subkategorija fejn tkun allokata kull G-SII identifikata.”;

    (k)

    jitħassar il-paragrafu 13;

    (l)

    il-paragrafi 14 u 15 jiġu sostitwiti b'dawn li ġejjin:

    “14.   Fejn grupp, fuq bażi kkonsolidata, ikun soġġett għal riżerva ta' G-SII u għal riżerva ta' O-SII għandha tapplika r-riżerva l-aktar għolja.

    15.   Fejn istituzzjoni tkun soġġetta għal riżerva għal riskju sistemiku, stabbilita f'konformità mal-Artikolu 133, dik ir-riżerva għandha tkun kumulattiva mar-riżerva O-SII jew ir-riżerva G-SII applikata f'konformità ma' dan l-Artikolu.

    Fejn it-total tar-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku kif ikkalkulata għall-fini tal-paragrafu 10, 11 jew 12 tal-Artikolu 133 u r-rata ta' riżerva ta' O-SII jew G-SII li għaliha hija soġġetta l-istess istituzzjoni ikun ogħla minn 5 %, għandha tapplika l-proċedura stipulata fil-paragrafu 5a ta' dan l-Artikolu.”;

    (m)

    jitħassru l-paragrafi 16 u 17;

    (n)

    il-paragrafu 18 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “18.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-metodoloġiji li għandha tintuża mill-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata biex tidentifika istituzzjoni jew grupp immexxi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE jew minn kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE bħala G-SII u biex tiġi speċifikata l-metodoloġija għad-definizzjoni tas-subkategoriji u l-allokazzjoni tal-G-SIIs fis-subkategoriji abbażi tar-sinifikat sistemiku tagħhom, waqt li jitqiesu l-istandards maqbula fuq livell internazzjonali.

    L-ABE għandha tippreżenta sat-30 ta' Ġunju 2014 dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni.

    Qiegħda tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f'dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

    (48)

    l-Artikolu 132 jitħassar;

    (49)

    l-Artikoli 133 u 134 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “Artikolu 133

    Rekwiżit biex tinżamm riżerva għal riskju sistemiku

    1.   Kull Stat Membru jista' jintroduċi riżerva għal riskju sistemiku tal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni għas-settur finanzjarju jew subsett wieħed jew aktar ta' dak is-settur fuq l-iskoperturi kollha jew subsett tagħhom kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, sabiex jipprevjeni u jtaffi r-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi li mhumiex koperti bir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u bl-Artikoli 130 u 131 ta' din id-Direttiva, fis-sens ta' riskju ta' tħarbit fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal ta' konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanzjarja u l-ekonomija reali fi Stat Membru speċifiku.

    2.   L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-riżerva għal riskju sistemiku kif ġej:

    Formula

    fejn:

    BSR = ir-riżerva għal riskju sistemiku;

    rT = ir-rata ta' riżerva applikabbli għall-iskopertura tar-riskju totali ta' istituzzjoni;

    ET = l-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    i= l-indiċi li jirrappreżenta s-subsett tal-iskoperturi kif imsemmija fil-paragrafu 5;

    ri = ir-rata ta' riżerva applikabbli għall-ammont tal-iskopertura tar-riskju tas-subsett ta' skoperturi i; u

    Ei = l-ammont tal-iskopertura għar-riskju ta' istituzzjoni għal subsett ta' skoperturi i kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità li tkun responsabbli għall-iffissar tar-riżerva għal riskju sistemiku u għall-identifikazzjoni tal-iskoperturi u s-subsettijiet ta' istituzzjonijiet li tapplika għalihom. Dik l-awtorità għandha tkun jew l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata.

    4.   Għall-fini tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità rilevanti kompetenti jew nominata, kif applikabbli, tista' teħtieġ li l-istituzzjonijiet iżommu riżerva għal riskju sistemiku ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni kkalkulata f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, fuq bażi individwali, konsolidata jew subkonsolidata, kif applikabbli f'konformità mat-Titolu II tal-Parti Wieħed tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    5.   Riżerva għal riskju sistemiku tista' tapplika għal:

    (a)

    l-iskoperturi kollha li jinsabu fl-Istat Membri li jistabbilixxi r-riżerva;

    (b)

    l-iskoperturi settorjali li jinsabu fl-Istat Membru li jistabbilixxi dik ir-riżerva:

    (i)

    l-iskoperturi kollha fil-livell tal-konsumatur għal persuni fiżiċi li huma ggarantiti bi proprjetà residenzjali;

    (ii)

    l-iskoperturi kollha għal persuni ġuridiċi li huma ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà kummerċjali immobbli;

    (iii)

    l-iskoperturi kollha għal persuni ġuridiċi għajr dawk speċifikati fil-punt (ii);

    (iv)

    l-iskoperturi kollha għal persuni fiżiċi għajr dawk speċifikati fil-punt (i);

    (c)

    l-iskoperturi kollha li jinsabu fi Stati Membri oħra, soġġetti għall-paragrafi 12 u 15;

    (d)

    l-iskoperturi settorjali, kif identifikati mill-punt (b) ta' dan il-pargrafu, li jinsabu fi Stati Membri oħra biss biex jippermettu r-rikonoxximent ta' rata ta' riżerva stabbilita minn Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikolu 134;

    (e)

    l-iskoperturi li jinsabu f'pajjiżi terzi;

    (f)

    subsettijiet ta' kwalunkwe kategorija ta' skopertura identifikata fil-punt (b).

    6.   L-ABE, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, sat-30 ta' Ġunju 2020 dwar is-subsettijiet adatti ta' skoperturi li għalihom l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista' tapplika riżerva għal riskju sistemiku f'konformità mal-punt (f) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

    7.   Riżerva għal riskju sistemiku għandha tapplika għall-iskoperturi kollha, jew subsett ta' skoperturi kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, tal-istituzzjonijiet kollha, jew għal subsett wieħed jew iktar ta' dawk l-istituzzjonijiet, li għalihom l-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat ikunu kompetenti f'konformità ma' din id-Direttiva u għandha tiġi stabbilita b'passi gradwali ta' aġġustament ta' 0,5 punti perċentwali jew multipli tagħhom. Jistgħu jiġu introdotti rekwiżiti differenti għal subsettijiet differenti tal-istituzzjonijiet u tal-iskoperturi. Ir-riżerva tar-riskju sistemiku ma għandhiex tindirizza r-riskji koperti bl-Artikoli 130 u 131.

    8.   Meta tesiġi li tinżamm riżerva għal riskju sistemiku l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tikkonforma ma' li ġej:

    (a)

    ir-riżerva għal riskju sistemiku ma tinvolvix effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha fi Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni kollha kemm hi billi tifforma jew toħloq ostaklu għall-funzjonament xieraq tas-suq intern;

    (b)

    ir-riżerva għal riskju sistemiku għandha tiġi rieżaminata mill-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tal-anqas kull sentejn;

    (c)

    ir-riżerva għal riskju sistemiku ma għandhiex tintuża sabiex tindirizza r-riskji li huma koperti bl-Artikoli 130 u 131.

    9.   L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tinnotifika lill-BERS qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 13. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti u nnominati tal-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien.

    Fejn l-istituzzjoni li għaliha tapplika rata waħda jew aktar tar-riżerva għal riskju sistemiku tkun sussidjarja li l-prinċipali tagħha tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika wkoll lill-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru.

    Fejn tapplika rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku għall-iskoperturi li jinsabu f'pajjiżi terzi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tinnotifika wkoll lill-BERS. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki mingħajr dewmien lill-awtoritajiet superviżorji ta' dawk il-pajjiżi terzi.

    Tali notifiki għandhom jistabbilixxu fid-dettall:

    (a)

    ir-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi fl-Istat Membru;

    (b)

    ir-raġunijiet għaliex id-dimensjoni tar-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi thedded l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fil-livell nazzjonali li tiġġustifika r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku;

    (c)

    il-ġustifikazzjoni tar-raġuni għaliex ir-riżerva għal riskju sistemiku titqies li x'aktarx tkun effettiva u proporzjonata biex ittaffi r-riskju;

    (d)

    valutazzjoni tal-impatt probabbli, pożittiv jew negattiv, tar-riżerva għal riskju sistemiku fuq is-suq intern, ibbażata fuq informazzjoni li hija disponibbli għall-Istat Membru;

    (e)

    ir-rata jew ir-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku li l-awtorità kompetenti jew dik innominata, skont kif japplika, beħsiebha timponi u l-iskoperturi li għalihom għandhom japplikaw tali rati u l-istituzzjonijiet li għandhom ikunu soġġetti għal tali rati;

    (f)

    fejn ir-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku tapplika għall-iskoperturi kollha, ġustifikazzjoni għalfejn l-awtorità tqis li r-riżerva għal riskju sistemiku mhix qed tiddupplika l-funzjoni tar-riżerva O-SII prevista fl-Artikolu 131.

    Fejn id-deċiżjoni biex tiġi ffissata r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku tirriżulta fi tnaqqis jew fl-ebda bidla mir-rata ta' riżerva ffissata qabel, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tikkonforma biss ma' dan il-paragrafu.

    10.   Fejn l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid ta' rata jew rati ta' riżerva għal riskju sistemiku fuq kwalunkwe sett jew subsett ta' skoperturi msemmija fil-paragrafu 5 soġġetti għal riżerva waħda jew aktar għal riskju sistemiku ma jirriżultax f'rata kombinata ta' riżerva għal riskju sistemiku ogħla minn 3 % għal kwalunkwe waħda minn dawk l-iskoperturi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tinnotifika lill-BERS f'konformità mal-paragrafu 9 xahar qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 13.

    Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, ir-rikonoxximent tar-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku stabbilita minn Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikolu 134 ma għandhiex tgħodd għal-livell limitu ta' 3 %.

    11.   Fejn l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid ta' rata jew rati ta' riżerva għal riskju sistemiku fuq kwalunkwe sett jew subsett ta' skoperturi msemmija fil-paragrafu 5 soġġetti għal riżerva waħda jew aktar għal riskju sistemiku jirriżulta f'rata kombinata ta' riżerva għal riskju sistemiku f'livell ogħla minn 3 % u sa 5 %għal kwalunkwe waħda minn dawk l-iskoperturi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tal-Istat Membru li jiffissa r-riżerva għandha titlob l-opinjoni tal-Kummissjoni fin-notifika ppreżentata skont il-paragrafu 9. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-opinjoni tagħha fi żmien xahar minn meta tirċievi n-notifika.

    Fejn l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun negattiva, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, tal-Istat Membru li jistabbilixxi r-riżerva għal riskju sistemiku għandha tikkonforma ma' dik l-opinjoni jew tagħti r-raġunijiet għalfejn m'għamlitx dan.

    Fejn istituzzjoni li għaliha tapplika rata waħda jew aktar tar-riżerva għal riskju sistemiku tkun sussidjarja li l-prinċipali tagħha tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha titlob rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u l-BERS fin-notifika ppreżentata skont il-paragrafu 9.

    Il-Kummissjoni u l-BERS għandhom kull wieħed jipprovdu rakkomandazzjoni fi żmien sitt ġimgħat minn meta tasal in-notifika.

    Fejn l-awtoritajiet tal-istituzzjoni sussidjarja u ta' dik prinċipali ma jaqblux fuq ir-rata jew ir-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku applikabbli għal dik l-istituzzjoni jew fil-każ ta' rakkomandazzjoni negattiva kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-BERS, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, tista' tirreferi l-kwistjoni lill-ABE u titlob l-għajnuna f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Id-deċiżjoni biex tiġi stabbilita rata jew rati ta' riżerva għal riskju sistemiku għal dawk l-iskoperturi għandha tiġi sospiża sakemm l-ABE tieħu deċiżjoni.

    12.   Fejn l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid tar-rata jew tar-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku fuq kull sett jew subsett tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 5 suġġett għal rata waħda jew aktar ta' riżerva għal riskju sistemiku jirriżulta f'rata kombinata ta' riżerva għal riskju sistemiku ogħla minn 5 % għal kwalunkwe waħda minn dawk l-iskoperturi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha titlob l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni qabel l-implimentazzjoni tar-riżerva għal riskju sistemiku.

    Fi żmien sitt ġimgħat minn meta tasal in-notifika msemmija fil-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu, il-BERS għandu jipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk ir-riżerva għal riskju sistemiku titqiesx adatta. L-ABE tista' wkoll tagħti lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar dik ir-riżerva għal riskju sistemiku f'konformità mal-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

    Fi żmien tliet xhur minn meta tasal in-notifika msemmija fil-paragrafu 9, il-Kummissjoni, b'kont meħud tal-valutazzjoni tal-BERS u l-ABE, jekk tkun rilevanti, u jekk tkun sodisfatta li r-rata jew ir-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku ma jinvolvux effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha ta' Stati Membri oħrajn jew fl-Unjoni inġenerali li jwasslu biex jiġi ffurmat jew jinħoloq xkiel għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, għandha tadotta att li jawtorizza lill-awtorità kompetenti jew lill-awtorità nnominata, skont kif japplika, biex tadotta l-miżura proposta.

    13.   Kull awtorità kompetenti, jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tħabbar l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid ta' rata waħda jew aktar tar-riżerva għal riskju sistemiku permezz tal-pubblikazzjoni f'sit web adatt. Dik il-pubblikazzjoni għandha tinkludi tal-anqas informazzjoni li ġejja:

    (a)

    ir-rata jew ir-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku;

    (b)

    l-istituzzjonijiet li għalihom tapplika r-riżerva għal riskju sistemiku;

    (c)

    l-iskoperturi li għalihom tapplika r-rata jew ir-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku;

    (d)

    ġustifikazzjoni għall-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid tar-rata jew tar-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku;

    (e)

    id-data minn meta l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid tar-riżerva għal riskju sistemiku; u

    (f)

    l-ismijiet tal-pajjiżi fejn l-iskoperturi li qegħdin f'dawn il-pajjiżi jkunu rikonoxxuti fir-riżerva għal riskju sistemiku.

    Fejn il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tista' tippreġudika l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, dik l-informazzjoni m'għandhiex tiġi inkluża fil-pubblikazzjoni.

    14.   Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, din għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet stipulati fl-Artikolu 141(2) u (3).

    Fejn l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet twassal għal titjib mhux sodisfaċenti tal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni fid-dawl tar-riskju sistemiku rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu miżuri addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 64.

    15.   Fejn l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, tiddeċiedi li tiffissa r-riżerva għal riskju sistemiku abbażi tal-iskoperturi li jinsabu fi Stati Membri oħra, ir-riżerva għandha tiġi ffissata ndaqs fuq l-iskoperturi kollha li jinsabu fl-Unjoni, sakemm ir-riżerva ma tkunx iffissata biex tirrikonoxxi r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku ffissata minn Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikolu 134.

    Artikolu 134

    Rikonoxximent ta' rata ta' riżerva għal riskju sistemiku

    1.   Stati Membri oħrajn jistgħu jirrikonoxxu rata ffissata f'konformità mal-Artikolu 133 u jistgħu japplikaw dik ir-rata għal istituzzjonijiet awtorizzati domestikament għall-iskoperturi li qegħdin fl-Istat Membru li jiffissa dik ir-rata.

    2.   Fejn l-Istati Membri jirrikonoxxu rata tar-riżerva għal riskju sistemiku għal istituzzjonijiet awtorizzati domestikament skont il-paragrafu 1, huma għandhom jinnotifikaw lill-BERS. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-Istat Membru li jiffissa dik ir-rata mingħajr dewmien.

    3.   Meta jiddeċiedi jekk jirrikonoxxix rata ta' riżerva għal riskju sistemiku skont il-paragrafu 1, Stat Membru għandu jqis l-informazzjoni ppreżentata mill-Istat Membru li jiffissa r-rata f'konformità mal-Artikolu 133(9) u (13).

    4.   Fejn l-Istati Membri jirrikonoxxu rata tar-riżerva għal riskju sistemiku għal istituzzjonijiet rikonoxxuti domestikament, dik ir-riżerva għal riskju sistemiku tista' tkun kumulattiva mar-riżerva għal riskju sistemiku applikata f'konformità mal-Artikolu 133 dment li r-riżervi jindirizzaw riskji differenti. Fejn ir-riżervi jindirizzaw l-istess riskju, għandha tapplika biss l-ogħla riżerva.

    5.   Stat Membru li jiffissa rata tar-riżerva għal riskju sistemiku f'konformità mal-Artikolu 133 ta' din id-Direttiva jista' jitlob lill-BERS biex joħroġ rakkomandazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 lil Stat Membru wieħed jew aktar li jistgħu jirrikonoxxu r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku.”;

    (50)

    l-Artikolu 136 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 3, il-parti introduttorja hija ssostitwita b'dan li ġej:

    “3.   Kull awtorità nnominata għandha tivvaluta l-intensità tar-riskju sistemiku ċikliku u l-adegwatezza tar-rata ta' riżerva kontroċiklika għall-Istat Membru tagħha kull tliet xhur u tiffissa jew taġġusta r-rata tar-riżerva, kif meħtieġ. Waqt li tagħmel dan, kull awtorità nominata għandha tieħu kont:”;

    (b)

    il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “7.   Kull awtorità nnominata għandha tippubblika kull tliet xhur tal-anqas l-informazzjoni li ġejja fuq is-sit web tagħha:

    (a)

    ir-rati tar-riżerva kontroċiklika applikabbli;

    (b)

    il-proporzjon rilevanti bejn il-kreditu u l-PDG u d-devjazzjoni tiegħu mix-xejra fit-tul;

    (c)

    il-gwida tar-riżerva kkalkulata skont il-paragrafu 2;

    (d)

    ġustifikazzjoni għal dik ir-rata tar-riżerva;

    (e)

    fejn ir-rata tar-riżerva tiżdied, id-data minn meta l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dik ir-rata ogħla tar-riżerva għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni tagħhom;

    (f)

    fejn id-data msemmija fil-punt (e) tkun inqas minn 12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni skont dan il-paragrafu, referenza għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni;

    (g)

    fejn ir-rata tar-riżerva titnaqqas, il-perijodu indikattiv li matulu ma tkun mistennija l-ebda żieda fir-rata tar-riżerva, flimkien ma' ġustifikazzjoni għal dak il-perijodu.

    L-awtoritajiet nominati għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jikkoordinaw meta għandha ssir il-pubblikazzjoni.

    L-awtoritajiet nominati għandhom jinnotifikaw lill-BERS dwar kull bidla fir-rata tar-riżerva kontroċiklika u l-informazzjoni meħtieġa speċifikata fil-punti (a) sa (g) tal-ewwel subparagrafu. Il-BERS għandu jippubblika, fuq is-sit web tiegħu, tali rati tar-riżervi ta' kapital kollha notifikati u l-informazzjoni relatata.”;

    (51)

    fl-Artikolu 141, il-paragrafi 1 sa 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “1.   Istituzzjoni li tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata ma għandhiex tagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tant li tnaqqas il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħha sa livell li fih ma jibqax sodisfatt ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata.

    2.   Istituzzjoni li tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata għandha tikkalkula l-ammont massimu distribwibbli (AMD) f'konformità mal-paragrafu 4 u għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti b'dan.

    Meta jkun japplika l-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni ma għandhiex twettaq xi waħda mill-azzjonijiet li ġejjin qabel ma tkun ikkalkulat l-AMD:

    (a)

    tagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

    (b)

    toħloq obbligu li titħallas rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew li titħallas rimunerazzjoni varjabbli jekk l-obbligu ta' pagament ikun inħoloq fi żmien meta l-istituzzjoni tkun naqset milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata; jew

    (c)

    tagħmel pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali.

    3.   Meta istituzzjoni tonqos milli tissodisfa jew taqbeż ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata tagħha, ma għandhiex tiddistribwixxi aktar mill-AMD ikkalkulat skont il-paragrafu 4 permezz ta' xi azzjoni msemmija fil-punt (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.

    4.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-AMD billi jimmultiplikaw is-somma kkalkulata skont il-paragrafu 5 bil-fattur iddeterminat skont il-paragrafu 6. L-AMD għandu jitnaqqas bi kwalunkwe ammont li jirriżulta minn kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.

    5.   Is-somma li trid tiġi mmultiplikata skont il-paragrafu 4 għandha tikkonsisti f'dawn:

    (a)

    kwalunkwe profitti interim mhux inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, netti minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe pagament li jirriżulta mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

    biż-żieda

    (b)

    kwalunkwe profitti ta' tmiem is-sena mhux inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 netti minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe pagament li jirriżulta mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

    li minnhom jitnaqqsu

    (c)

    l-ammonti li jkunu pagabbli f'taxxa li kieku kellhom jinżammu l-elementi speċifikati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu.

    6.   Il-fattur għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

    (a)

    fejn il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar ta' kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva, espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan l-ewwel (jiġifieri l-anqas) wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun ta' 0;

    (b)

    fejn il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar ta' kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan it-tieni wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun ta' 0,2;

    (c)

    fejn il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar tar-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan it-tielet wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun ta' 0,4;

    (d)

    fejn il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar ta' kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan ir-raba' wieħed minn erbgħa (jiġifieri l-ogħla) tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun ta' 0,6.

    Il-livelli inferjuri u superjuri ta' kull wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

    Formula

    Formula

    fejn:

    Qn = in-numru ordinali tal-wieħed minn erbgħa kkonċernat.”;

    (52)

    jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

    “Artikolu 141a

    Nuqqas li jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata

    Istituzzjoni għandha titqies li qed tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata għall-finijiet tal-Artikolu 141 fejn ma jkollhiex fondi proprji f'ammont u tal-kwalità meħtieġa sabiex fl-istess ħin tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinat u kull wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin fi:

    (a)

    il-punt (a) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva;

    (b)

    il-punt (b) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva;

    (c)

    il-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 141b

    Restrizzjoni fuq id-distribuzzjonijiet f'każ ta' nuqqas ta' ssodisfar tar-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja

    1.   Istituzzjoni li tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja skont l-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma għandhiex tagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 tant li tnaqqas il-kapital tal-Grad 1 tagħha sa livell li fih ma jibqax sodisfatt ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja.

    2.   Istituzzjoni li tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja għandha tikkalkula l-ammont massimu distribwibbli marbut mal-proporzjon ta' lieva finanzjarja (L-MDA) f'konformità mal-paragrafu 4 u għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti b'dan.

    Meta jkun japplika l-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni ma għandha twettaq l-ebda azzjoni minn dawn ġejjin qabel ma tkun ikkalkulat l-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ:

    (a)

    tagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

    (b)

    toħloq obbligu li titħallas rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew li titħallas rimunerazzjoni varjabbli jekk l-obbligu ta' pagament ikun inħoloq fi żmien meta l-istituzzjoni tkun naqset milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata;

    (c)

    tagħmel pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali.

    3.   Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa jew taqbeż ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħha, ma għandhiex tiddistribwixxi aktar mill-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ ikkalkulat f'konformità mal-paragrafu 4 permezz ta' kwalunkwe azzjoni msemmija fil-punt (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.

    4.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ billi jimmultiplikaw is-somma kkalkulata skont il-paragrafu 5 bil-fattur iddeterminat skont il-paragrafu 6. L-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ għandu jitnaqqas bi kwalunkwe ammont li jirriżulta minn kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.

    5.   Is-somma li trid tiġi mmultiplikata skont il-paragrafu 4 għandha tikkonsisti f'dawn:

    (a)

    kwalunkwe profitti interim mhux inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 netti minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe pagament relatat mal-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

    biż-żieda

    (b)

    kwalunkwe profitti ta' tmiem is-sena mhux inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 netti minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe pagament relatat mal-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

    li minnhom jitnaqqsu

    (c)

    l-ammonti li jkunu pagabbli f'taxxa li kieku kellhom jinżammu l-elementi speċifikati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu.

    6.   Il-fattur imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

    (a)

    fejn il-kapital tal-Grad 1 miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar tar-rekwiżiti skont il-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva meta jiġi indirizzat ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva li ma jkunx kopert biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, espress bħala perċentwal tal-miżura totali tal-iskopertura kkalkulata skont l-Artikolu 429(4) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan l-ewwel (jiġifieri l-anqas) wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-fattur għandu jkun ta' 0;

    (b)

    fejn il-kapital tal-Grad 1 miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar tar-rekwiżiti skont il-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva meta jiġi indirizzat ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva li ma jkunx kopert biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, espress bħala perċentwal tal-miżura totali tal-iskopertura kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 429(4) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan it-tieni wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-fattur għandu jkun ta' 0,2;

    (c)

    fejn il-kapital tal-Grad 1 miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar tar-rekwiżiti skont il-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva meta jiġi indirizzat ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva li ma jkunx kopert biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, espress bħala perċentwal tal-miżura totali tal-iskopertura kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 429(4) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan it-tielet wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-fattur għandu jkun ta' 0,4;

    (d)

    fejn il-kapital tal-Grad 1 miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar tar-rekwiżiti skont il-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva meta jiġi indirizzat ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva li ma jkunx kopert biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, espress bħala perċentwal tal-miżura totali tal-iskopertura kkalkulata skont l-Artikolu 429(4) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan ir-raba' wieħed minn erbgħa(jiġifieri l-ogħla) tar-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-fattur għandu jkun ta' 0,6.

    Il-livelli inferjuri u superjuri ta' kull wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

    Formula

    Formula

    fejn:

    Qn = in-numru ordinali tal-wieħed minn erbgħa kkonċernat.

    7.   Ir-restrizzjonijiet imposti minn dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-pagamenti li jirriżultaw fi tnaqqis fil-kapital tal-Grad 1 jew fi tnaqqis tal-profitti, u fejn is-sospensjoni tal-pagament jew in-nuqqas li jsir il-pagament ma tikkostitwixxix każ ta' inadempjenza jew kondizzjoni għall-ftuħ ta' proċedimenti skont ir-reġim ta' insolvenza applikabbli għall-istituzzjoni.

    8.   Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħha u beħsiebha tiddistribwixxi kwalunkwe profitt distribwibbli tagħha jew twettaq azzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti u tipprovdi l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 141(8), bl-eċċezzjoni tal-punti (a)(iii) tiegħu, u tal-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ ikkalkulat f'konformità mal-paragrafu 4 ta'dan l-Artikolu.

    9.   L-istituzzjonijiet għandhom iżommu arranġamenti biex jiżguraw li l-ammont tal-profitti distribwibbli u l-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ ikunu kkalkulati b'mod preċiż, u għandhom ikunu f'qagħda li juru dik il-preċiżjoni lill-awtorità kompetenti fuq talba.

    10.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, id-distribuzzjoni marbuta mal-kapital tal-Grad 1 għandha tinkludi kwalunkwe element elenkat fl-Artikolu 141(10).

    Artikolu 141c

    Nuqqas li jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja

    Istituzzjoni għandha titqies li mhijiex qed tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħha għall-finijiet tal-Artikolu 141b ta' din id-Direttiva fejn ma jkollhiex kapital tal-Grad 1 fl-ammont meħtieġa sabiex fl-istess ħin tissodisfa r-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit stipulat fil punt (d) tal-Artikolu 92(1) ta' dak ir-Regolament u fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva meta jiġi indirizzat ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva mhux kopert biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”;

    (53)

    fl-Artikolu 142(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

    “1.   Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva jew, fejn applikabbli, ir-rekwiżit ta' friżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħha, għandha tħejji pjan ta' konservazzjoni kapitali u tippreżentah lill-awtorità kompetenti mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li tkun identifikat li kienet qed tonqos li tissodisfa dak ir-rekwiżit, sakemm l-awtorità kompetenti ma tawtorizzax dewmien itwal ta' mhux aktar minn 10 ijiem.”;

    (54)

    fl-Artikolu 143(1), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(c)

    il-kriterji ġenerali u l-metodoloġiji li jużaw fir-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 97, inkluż il-kriterji għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità kif imsemmi fl-Artikolu 97(4);”;

    (55)

    l-Artikolu 146 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 146

    Atti ta' implimentazzjoni

    Skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 147(2), bidla fl-ammont ta' kapital inizjali preskritt fl-Artikolu 12 u t-titolu IV biex jitqiesu l-iżviluppi fil-qasam ekonomiku u monetarju għandha tiġi adottata permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.”;

    (56)

    il-Kapitolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 159:

    KAPITOLU 1A

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta

    Artikolu 159a

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali bl-approvazzjoni ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta

    Kumpanniji azzjonarji finanzjarji omm u kumpanniji azzjonarji finanzjarji omm imħallta diġà eżistenti dakinhar fis-27 ta' Ġunju 2019 għandhom japplikaw għall-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a sat-28 ta' Ġunju 2021. Jekk il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta tonqos milli tapplika għall-approvazzjoni sat-28 ta' Ġunju 2021, għandhom jittieħdu l-miżuri adatti skont l-Artikolu 21a(6).

    Matul il-perijodu tranżizzjonali msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat superviżorji kollha meħtieġa mogħtija lilhom minn din id-Direttiva fir-rigward ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta soġġett għall-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a għall-finijiet ta' superviżjoni kkonsolidata.”;

    (57)

    fl-Artikolu 161, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “10.   Sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tas-setgħat superviżorji msemmija fil-punt (j) u (l) tal-Artikolu 104(1) u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”.

    Artikolu 2

    Traspożizzjoni

    1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-28 ta' Diċembru 2020, il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dak ir-rigward.

    Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mid-29 ta' Diċembru 2020. Madankollu, id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-konformità mal-emendi stabbiliti fil-punt (21) u l-punti (29)(a), (b) u (c) tal-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-Artikolu 84 u l-Artikolu 98(5) u (5a) tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom japplikaw mit-28 ta' Ġunju 2021 u d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-konformità mal-emendi stipulati fil-punti (52) u (53) tal-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-Artikoli 141b, 141c u l-Artikolu 142(1) tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2022.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta' kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Destinatarji

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Mejju 2019.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    A. TAJANI

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. CIAMBA


    (1)  ĠU C 34, 31.1.2018, p. 5.

    (2)  ĠU C 209, 30.6.2017, p. 36.

    (3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2019.

    (4)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

    (5)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

    (6)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

    (7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

    (8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

    (9)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

    (10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).

    (11)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


    Top