Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D2071

Deċiżjoni (UE) 2019/2071 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

ST/13951/2019/INIT

ĠU L 316I, 6.12.2019, pp. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/12/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/2071/oj

6.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 316/1


DEĊIŻJONI (UE) 2019/2071 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-5 ta’ Diċembru 2019

li taħtar il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-lista ta’ kandidati stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea fit-30 ta’ Ottubru 2019, skont l-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, wara sejħa pubblika għal kandidati, bil-ħsieb tal-ħatra tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2014/886/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), is-Sur Giovanni BUTTARELLI nħatar bħala l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u s-Sur Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI bħala l-Assistent Kontrollur, għall-perijodu mill-4 ta’ Diċembru 2014 sal-5 ta’ Diċembru 2019.

(2)

Is-Sur Giovanni Buttarelli miet fl-20 ta’ Awwissu 2019. F’konformità mal-Artikolu 100(4) tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-Assistent Kontrollur għalhekk issostitwixxa lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-bqija tal-mandat tal-Assistent Kontrollur, li jintemm fil-5 ta’ Diċembru 2019.

(3)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jinħatar bi qbil komuni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, għal perijodu ta’ ħames snin mis-6 ta’ Diċembru 2019,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI huwa b’dan maħtur bħala l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-perijodu mis-6 ta’ Diċembru 2019 sal-5 ta’ Diċembru 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Diċembru 2019.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI

Għall-Kunsill

Il-President

M. LINTILÄ


(1)   ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2014 li taħtar il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad- Data u l-Assistent Kontrollur (ĠU L 351, 9.12.2014, p. 9).


Top