EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1800

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1800 tal-24 ta’ Ottubru 2019 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2021, l-ammont annwali għall-2020, l-ewwel ħlas parzjali għall-2020 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta' kontribuzzjonijiet għas-snin 2022 u 2023

ST/12974/2019/INIT

ĠU L 274, 28.10.2019, p. 9–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1800/oj

28.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1800

tal-24 ta’ Ottubru 2019

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2021, l-ammont annwali għall-2020, l-ewwel ħlas parzjali għall-2020 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta' kontribuzzjonijiet għas-snin 2022 u 2023

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta' Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11ax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (2) ("ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ"), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, u b’kont meħud ta’ proposta għall-baġitizzazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), skont il-proposta tal-Kummissjoni għall-istrument ta’ finanzjament estern ta’ wara l-2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta’ Ottubru 2019 li tispeċifika (a) l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni għall-2021; (b) l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għall-2020; (c) l-ammont tal-ewwel ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2020; u (d) tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2022-2023.

(2)

Skont l-Artikolu 46 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-pagamenti taħt l-istrumenti ġestiti minnu.

(3)

L-Artikolu 20(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jipprevedi li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet l-ewwel jeżawrixxu l-ammonti stipulati fil-FEŻ preċedenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi taħt l-10 FEŻ għall-BEI u taħt il-11-il FEŻ għall-Kummissjoni.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1093 (3), fis-26 ta' Ġunju 2019, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, adotta d-Deċiżjoni biex l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għall-2020 jiġi stabbilit għal EUR 4 400 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 300 000 000 għall-BEI,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ tal-Istati Membri għall-2021 huwa b’dan stabbilit għal EUR 4 000 000 000. Għandu jinqasam f’EUR 3 700 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 300 000 000 għall-BEI.

Artikolu 2

L-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ tal-Istati Membri għall-2020 huwa b’dan stabbilit għal EUR 4 700 000 000. Għandu jinqasam f’EUR 4 400 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 300 000 000 għall-BEI.

Artikolu 3

Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-FEŻ li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-BEI bħala l-ewwel ħlas parzjali għall-2020 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

It-tbassir mhux vinkolanti indikattiv għall-ammont annwali mistenni ta’ kontribuzzjonijiet għall-2022 huwa b’dan stabbilit għal EUR 2 700 000 000 għall-Kummissjoni u għal EUR 300 000 000 għall-BEI, u għall-2023 għal EUR 2 000 000 000 għall-Kummissjoni u EUR 100 000 000 għall-BEI.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

A.-K. PEKONEN


(1)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(2)  ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1093 tas-26 ta' Ġunju 2019 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni pagament parzjali għall-2019 u limitu massimu rivedut għall-ammont annwali għall-2020 (ĠU L 173, 27.6.2019, p. 49).


ANNESS

STATI MEMBRI

Skema tal-10 FEŻ %

Skema tal-11-il FEŻ %

L-ewwel ħlas parzjali tal-2020 (EUR)

Total

Kummissjoni

BEI

Il-11-il FEŻ

L-10 FEŻ

IL-BELĠJU

3.53

3.24927

58 486 860,00

3 530 000,00

62 016 860,00

IL-BULGARIJA

0.14

0.21853

3 933 540,00

140 000,00

4 073 540,00

IĊ-ĊEKJA

0.51

0.79745

14 354 100,00

510 000,00

14 864 100,00

ID-DANIMARKA

2.00

1.98045

35 648 100,00

2 000 000,00

37 648 100,00

IL-ĠERMANJA

20.50

20.57980

370 436 400,00

20 500 000,00

390 936 400,00

L-ESTONJA

0.05

0.08635

1 554 300,00

50 000,00

1 604 300,00

L-IRLANDA

0.91

0.94006

16 921 080,00

910 000,00

17 831 080,00

IL-GREĊJA

1.47

1.50735

27 132 300,00

1 470 000,00

28 602 300,00

SPANJA

7.85

7.93248

142 784 640,00

7 850 000,00

150 634 640,00

FRANZA

19.55

17.81269

320 628 420,00

19 550 000,00

340 178 420,00

IL-KROAZJA

0.00

0.22518

4 053 240,00

0.00

4 053 240,00

L-ITALJA

12.86

12.53009

225 541 620,00

12 860 000,00

238 401 620,00

ĊIPRU

0.09

0.11162

2 009 160,00

90 000.00

2 099 160,00

IL-LATVJA

0.07

0.11612

2 090 160,00

70 000.00

2 160 160,00

IL-LITWANJA

0.12

0.18077

3 253 860,00

120 000,00

3 373 860,00

IL-LUSSEMBURGU

0.27

0.25509

4 591 620,00

270 000,00

4 861 620,00

L-UNGERIJA

0.55

0.61456

11 062 080,00

550 000,00

11 612 080,00

MALTA

0.03

0.03801

684 180,00

30 000,00

714 180,00

IN-NETHERLANDS

4.85

4.77678

85 982 040,00

4 850 000,00

90 832 040,00

L-AWSTRIJA

2.41

2.39757

43 156 260,00

2 410 000,00

45 566 260,00

IL-POLONJA

1.30

2.00734

36 132 120,00

1 300 000,00

37 432 120,00

IL-PORTUGALL

1.15

1.19679

21 542 220,00

1 150 000,00

22 692 220,00

IR-RUMANIJA

0.37

0.71815

12 926 700,00

370 000,00

13 296 700,00

IS-SLOVENJA

0.18

0.22452

4 041 360,00

180 000,00

4 221 360,00

IS-SLOVAKKJA

0.21

0.37616

6 770 880,00

210 000,00

6 980 880,00

IL-FINLANDJA

1.47

1.50909

27 163 620,00

1 470 000,00

28 633 620,00

L-IŻVEZJA

2.74

2.93911

52 903 980,00

2 740 000,00

55 643 980,00

IR-RENJU UNIT

14.82

14.67862

264 215 160,00

14 820 000,00

279 035 160,00

TOTAL EU-28

100.00

100.00

1 800 000 000,00

100 000 000,00

1 900 000 000,00


Top