This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0308
Council Decision (EU) 2019/308 of 18 February 2019 authorising Austria, Luxembourg and Romania to accept, in the interest of the European Union, the accession of Belarus and Uzbekistan to the 1980 Hague Convention on the Civil Aspects of International Child Abduction
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/308 tat-18 ta' Frar 2019 li tawtorizza lill-Awstrija, lil-Lussemburgu u lir-Rumanija jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Belarussja u tal-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/308 tat-18 ta' Frar 2019 li tawtorizza lill-Awstrija, lil-Lussemburgu u lir-Rumanija jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Belarussja u tal-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri
ST/14949/2018/INIT
ĠU L 51, 22.2.2019, pp. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
22.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/308
tat-18 ta' Frar 2019
li tawtorizza lill-Awstrija, lil-Lussemburgu u lir-Rumanija jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Belarussja u tal-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 81(3), flimkien mal-punt (b) tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni Ewropea stabbilixxiet bħala wieħed mill-għanijiet tagħha l-promozzjoni tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-minuri, kif iddikjarat fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Il-miżuri għall-protezzjoni tal-minuri kontra t-teħid jew iż-żamma illeċiti huma parti essenzjali minn dik il-politika. |
|
(2) |
Il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 (2) (“ir-Regolament Brussell IIa”), li għandu l-għan li jħares lill-minuri mill-effetti dannużi tat-teħid jew taż-żamma b'mod illeċitu u li jistabbilixxi proċeduri biex jiżgura r-ritorn rapidu tagħhom lejn l-Istat tar-residenza abitwali tagħhom, kif ukoll li jiżgura l-ħarsien tad-drittijiet tal-aċċess u tad-drittijiet tal-kustodja. |
|
(3) |
Ir-Regolament Brussell IIa jikkumplimenta u jirrinforza l-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (“il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980”) li tistabbilixxi, fil-livell internazzjonali, sistema ta' obbligi u kooperazzjoni fost l-Istati kontraenti u bejn l-awtoritajiet ċentrali u għandha l-għan li tiżgura r-ritorn minnufih ta' minuri li jittieħdu jew jinżammu b'mod illeċitu. |
|
(4) |
L-Istati Membri kollha tal-Unjoni huma partijiet għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980. |
|
(5) |
L-Unjoni tinkoraġġixxi lil Stati terzi biex jaċċedu għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 u tappoġġa l-implimentazzjoni korretta tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 billi tieħu sehem, flimkien mal-Istati Membri, fost oħrajn, fil-kummissjonijiet speċjali organizzati fuq bażi regolari mill-Konferenza tal-Aja dwar id-dritt internazzjonali privat. |
|
(6) |
Qafas legali komuni applikabbli bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u Stati terzi jista' jkun l-aħjar soluzzjoni għal każijiet sensittivi ta' ħtif internazzjonali ta' minuri. |
|
(7) |
Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 tistipula li hija tapplika bejn l-Istat aderenti u l-Istati kontraenti li jkunu ddikjaraw li aċċettaw l-adeżjoni. |
|
(8) |
Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 ma tippermettix li organizzazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika, bħall-Unjoni, isiru partijiet għaliha. Għalhekk, l-Unjoni la tista' taderixxi ma' dik il-Konvenzjoni, u lanqas ma tista' tiddepożita dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' Stat aderenti. |
|
(9) |
Skont l-Opinjoni 1/13 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (3), id-dikjarazzjonijiet ta' aċċettazzjoni skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 huma parti mill-kompetenza esklużiva esterna tal-Unjoni. |
|
(10) |
Il-Belarussja ddepożitat l-istrument tagħha ta' adeżjoni għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 fit-12 ta' Jannar 1998. Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 daħlet fis-seħħ fil-Belarussja fl-1 ta' April 1998. |
|
(11) |
L-Istati Membri kollha kkonċernati, bl-eċċezzjoni tal-Awstrija, id-Danimarka, il-Lussemburgu u r-Rumanija, diġà aċċettaw l-adeżjoni tal-Belarussja mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980. Il-Belarussja aċċettat l-adeżjoni tal-Bulgarija, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u Malta mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980. Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni fil-Belarussja wasslet għall-konklużjoni li l-Awstrija, il-Lussemburgu u r-Rumanija jinsabu f'pożizzjoni li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni, l-adeżjoni tal-Belarussja skont it-termini tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980. |
|
(12) |
L-Użbekistan iddepożita l-istrument tiegħu ta' adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 fil-31 ta' Mejju 1999. Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 daħlet fis-seħħ fl-Użbekistan fl-1 ta' Awwissu 1999. |
|
(13) |
L-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni tal-Awstrija, id-Danimarka, il-Lussemburgu u r-Rumanija, diġà aċċettaw l-adeżjoni tal-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980. L-Użbekistan aċċetta l-adeżjoni tal-Bulgarija, il-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u Malta mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980. Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni fl-Użbekistan wasslet għall-konklużjoni li l-Awstrija, il-Lussemburgu u r-Rumanija jinsabu f'pożizzjoni li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni, l-adeżjoni tal-Użbekistan skont it-termini tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980. |
|
(14) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Awstrija, il-Lussemburgu u r-Rumanija jiġu awtorizzati jiddepożitaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom ta' aċċettazzjoni tal-adeżjoni tal-Belarussja u tal-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 fl-interess tal-Unjoni skont it-termini stipulati f'din id-Deċiżjoni. L-Istati Membri l-oħrajn tal-Unjoni li diġà aċċettaw l-adeżjoni tal-Belarussja u tal-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 ma jeħtiġux li jiddepożitaw dikjarazzjonijiet ġodda ta' aċċettazzjoni, peress li d-dikjarazzjonijiet eżistenti jibqgħu validi taħt id-dritt internazzjonali pubbliku. |
|
(15) |
Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbutin bir-Regolament Brussell IIa u qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
|
(16) |
B'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Awstrija, il-Lussemburgu u r-Rumanija huma b'dan awtorizzati li jaċċettaw l-adeżjoni tal-Belarussja u tal-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 fl-interess tal-Unjoni.
2. L-Awstrija, il-Lussemburgu u r-Rumanija għandhom, sa mhux aktar tard mid-19 ta' Frar 2020, jiddepożitaw dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni tal-adeżjoni tal-Belarussja u tal-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980, fl-interess tal-Unjoni, li għandha tkun ifformulata kif ġej:
“[L-isem sħiħ tal-ISTAT MEMBRU] jiddikjara li jaċċetta l-adeżjoni tal-Belarussja u tal-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/308”.
3. L-Awstrija, il-Lussemburgu u r-Rumanija għandhom jgħarrfu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bid-depożitu tad-dikjarazzjonijiet tagħhom ta' aċċettazzjoni tal-adeżjoni tal-Belarussja u tal-Użbekistan mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 u għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dikjarazzjonijiet lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-depożitu tagħhom.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Awstrija, lil-Lussemburgu u lir-Rumanija.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Frar 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
N. BĂDĂLĂU
(1) Opinjoni tal-31 ta' Jannar 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1).
(3) ECLI:EU:C:2014:2303.