Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0062

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/62 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza għas-settur tal-manifattura tal-karozzi skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

C/2018/8597

ĠU L 17, 18.1.2019, pp. 58–93 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 18/01/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/62/oj

18.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/58


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/62

tad-19 ta’ Diċembru 2018

dwar id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza għas-settur tal-manifattura tal-karozzi skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jobbliga lill-Kummissjoni tfassal dokumenti ta’ referenza settorjali għal setturi ekonomiċi speċifiċi. Id-dokumenti jridu jinkludu l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u, meta jkun xieraq, il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza kif ukoll is-sistemi ta’ klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli tal-prestazzjoni ambjentali. L-organizzazzjonijiet irreġistrati jew li qegħdin iħejju biex isiru rreġistrati skont l-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 huma meħtieġa li jqisu dawk id-dokumenti meta jkunu qegħdin jiżviluppaw is-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali tagħhom u meta jkunu qegħdin jivvalutaw il-prestazzjoni ambjentali tagħhom fid-dikjarazzjoni ambjentali jew fid-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata tagħhom, imħejjija skont l-Anness IV ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 kien jesiġi li l-Kummissjoni tistabbilixxi pjan ta’ ħidma li jistipula lista indikattiva tas-setturi li jridu jitqiesu bħala setturi prijoritarji għall-adozzjoni ta’ dokumenti ta’ referenza settorjali u transsettorjali. Is-settur tal-manifattura tal-karozzi ġie identifikat bħala settur prijoritarju fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – It-twaqqif ta’ pjan ta’ ħidma li jistabbilixxi lista indikattiva ta’ setturi għall-adozzjoni ta’ dokumenti ta’ referenza settorjali u transsettorjali, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009, dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (2).

(3)

Id-dokument ta’ referenza settorjali għas-settur tal-manifattura tal-karozzi jenħtieġ li jiffoka fuq l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturiu l-punti ta’ riferiment għall-manifatturi tal-karozzi, inklużi l-manifatturi tal-partijiet u l-komponenti, u l-faċilitajiet tat-trattament tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw. Dan jenħtieġ li jagħmel referenza għall-gwida eżistenti għall-aspsetti koperti minn strumenti oħra tal-politika tal-Unjoni, bħalma hi d-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew id-dokumenti ta’ referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) żviluppati skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Għall-bqija, dan jenħtieġ li jidentifika, permezz tal-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali għas-settur, l-azzjonijiet konkreti li jtejbu l-ġestjoni ambjentali kumplessiva tal-kumpaniji fis-settur, inklużi l-aspetti diretti relatati pereżempju, mal-proċessi ta’ manifattura, u aspetti indiretti inklużi, pereżempju, il-ġestjoni tal-katina tal-provvista bil-ħsieb li titrawwem ekonomija aktar ċirkolari.

(4)

Sabiex l-organizzazzjonijiet, il-verifikaturi ambjentali u oħrajn ikollhom biżżejjed żmien biex iħejju għall-introduzzjoni tad-dokument ta’ referenza settorjali għas-settur tal-manifattura tal-karozzi, jenħtieġ li d-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tiġi differita b’perjodu ta’ 120 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Fit-tfassil tad-dokument ta’ referenza settorjali anness ma’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri u lil partijiet ikkonċernati oħra skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza għas-settur tal-manifattura tal-karozzi għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 huwa stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mit-18 ta’ Mejju 2019.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.

(2)   ĠU C 358, 8.12.2011, p. 2.

(3)  Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34).

(4)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).


ANNESS

1.   INTRODUZZJONI

Dan id-Dokument ta’ Referenza Settorjali (SRD) għas-settur tal-manifattura tal-karozzi huwa bbażat fuq rapport xjentifiku u ta’ politika dettaljat (1) (“Best Practice Report”) żviluppat miċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea.

Sfond ġuridiku rilevanti

Fl-1993, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93, ġiet introdotta l-iskema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) għall-parteċipazzjoni volontarja tal-organizzazzjonijiet (2). Sussegwentement, kien hemm żewġ reviżjonijiet kbar tal-EMAS:

—

Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

—

Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009.

Element importanti ġdid fl-aktar reviżjoni reċenti, li daħlet fis-seħħ fil-11 ta’ Jannar 2010, huwa l-Artikolu 46 dwar l-iżvilupp tal-SRDs. L-SRDs iridu jinkludu l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali (BEMPs), l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali għas-setturi speċifiċi u, fejn xieraq, il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza u s-sistemi ta’ klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli ta’ prestazzjoni.

Kif tifhem u tuża dan id-dokument

L-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) hija skema għall-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet impenjati lejn titjib ambjentali kontinwu. F’dan il-qafas, dan l-SRD jipprovdi gwida speċifika għas-settur tal-manifattura tal-karozzi u jindika għadd ta’ alternattivi għal titjib kif ukoll l-aqwa prassi.

Id-dokument inkiteb mill-Kummissjoni Ewropea bl-użu tal-kontribut mill-partijiet ikkonċernati. Grupp ta’ Ħidma Tekniku, magħmul minn esperti u partijiet ikkonċernati tas-settur u mmexxi mill-JRC, iddiskuta u fl-aħħar mill-aħħar qabel dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur u dwar il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza deskritti f’dan id-dokument; b’mod partikolari dawn il-punti ta’ riferiment tqiesu bħala rappreżentattivi tal-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali li jinkisbu mill-organizzazzjonijiet bl-aqwa prestazzjoni fis-settur.

L-SRD għandu l-għan li jgħin u jappoġġa lill-organizzazzjonijiet kollha li beħsiebhom itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom billi jipprovdi ideat u ispirazzjoni kif ukoll gwida prattika u teknika.

L-SRD huwa indirizzat prinċipalment lejn l-organizzazzjonijiet li diġà huma reġistrati fl-EMAS; it-tieni, lejn l-organizzazzjonijiet li qed jikkunsidraw li fil-futur jirreġistraw fl-EMAS; u t-tielet, lejn l-organizzazzjonijiet kollha li jixtiequ jitgħallmu iktar dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali sabiex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. B’konsegwenza ta’ dan, l-objettiv ta’ dan id-dokument huwa li jappoġġa lill-organizzazzjonijiet kollha fis-settur tal-manifattura tal-karozzi biex jiffokaw fuq aspetti ambjentali rilevanti, kemm diretti kif ukoll indiretti, u biex isibu it-tagħrif dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, kif ukoll l-indikaturi xierqa ta’ prestazzjoni ambjentali għas-setturi speċifiċi biex ikejlu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom, u l-il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza.

Il-mod kif jenħtieġ li l-SRDs jitqiesu mill-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS:

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009, l-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS iridu jqisu l-SRDs f’żewġ livelli differenti:

1.

Meta jkunu qegħdin jiżviluppaw u jimplimentaw is-sistema ta’ ġestjoni ambjentali tagħhom fid-dawl tar-reviżjonijiet ambjentali (l-Artikolu 4(1)(b)):

Jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet jużaw elementi rilevanti tal-SRD meta jiddefinixxu u jirrevedu l-miri u l-objettivi ambjentali tagħhom skont l-aspetti ambjentali rilevanti identifikati fir-reviżjoni u fil-politika ambjentali, kif ukoll meta jkunu qed jiddeċiedu dwar liema azzjonijiet għandhom jimplimentaw biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

2.

Meta jkunu qed iħejju d-dikjarazzjoni ambjentali (l-Artikolu 4(1)(d) u l-Artikolu 4(4)):

(a)

Jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet iqisu l-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur fl-SRD meta jkunu qegħdin jagħżlu l-indikaturi (4) li se jużaw għar-rappurtar tal-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

Meta jkunu qed jagħżlu s-sett ta’ indikaturi għar-rappurtar, jenħtieġ li jqisu l-indikaturi proposti fl-SRD korrispondenti u r-rilevanza tagħhom fir-rigward tal-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati mill-organizzazzjoni fir-reviżjoni ambjentali tagħha. Hemm bżonn li l-indikaturi ji[u kkunsidrati biss meta jkunu rilevanti għal dawk l-aspetti ambjentali li jitqiesu bħala l-aktar sinifikanti fir-reviżjoni ambjentali.

(b)

Meta jkunu qegħdin jirrapportaw dwar il-prestazzjoni ambjentali u dwar fatturi oħra marbuta mal-prestazzjoni ambjentali, jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet isemmu fid-dikjarazzjoni ambjentali kif ikunu qiesu l-aqwa prassi rilevanti ta’ ġestjoni ambjentali u, jekk ikunu disponibbli, il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza.

Jenħtieġ li jiddeskrivu kif intużaw l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali rilevanti u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza (li jagħtu indikazzjoni tal-livell ta’ prestazzjoni ambjentali miksub minn dawk bl-aħjar prestazzjoni) sabiex jidentifikaw il-miżuri u l-azzjonijiet, u possibbilment biex jistabbilixxu l-prijoritajiet, bil-għan li (jkomplu) jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Madankollu, l-implimentazzjoni tal-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali jew l-issodisfar tal-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza identifikati mhix obbligatorja, minħabba li l-karattru volontarju tal-EMAS iħalli f’idejn l-organizzazzjonijiet infushom, biex jivvalutaw il-fattibbiltà tal-punti ta’ riferiment u l-implimentazzjoni tal-aqwa prassi, f’termini ta’ spejjeż u benefiċċji.

Bl-istess mod bħall-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali, l-organizzazzjonijiet jenħtieġ li jivvalutaw ir-rilevanza u l-applikabbiltà tal-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali u tal-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza skont l-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati mill-organizzazzjoni fir-reviżjoni ambjentali tagħha, kif ukoll skont aspetti tekniċi u finanzjarji.

L-elementi tal-SRDs (indikaturi, BEMPs jew punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza) li ma jitqisux rilevanti b’rabta mal-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati mill-organizzazzjoni fir-reviżjoni ambjentali tagħha jenħtieġ li ma jiġux irrapportati jew deskritti fid-dikjarazzjoni ambjentali.

Il-parteċipazzjoni fl-EMAS hija proċess kontinwu. Kull darba li organizzazzjoni tippjana li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha (u tirrevedi l-prestazzjoni ambjentali tagħha) għandha tikkonsulta l-SRD dwar temi speċifiċi biex issib ispirazzjoni dwar liema kwistjonijiet imisshom jiġu indirizzati f’approċċ ta’ pass pass.

Il-verifikaturi ambjentali tal-EMAS għandhom jiċċekkjaw jekk u kif l-SRD ġie meqjus mill-organizzazzjoni waqt it-tħejjija tad-dikjarazzjoni ambjentali tagħha (l-Artikolu 18(5)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009).

Meta jkunu qed iwettqu awditu, il-verifikaturi ambjentali akkreditati jkollhom bżonn ta’ evidenza mill-organizzazzjoni dwar kif intgħażlu u kif tqiesu l-elementi rilevanti tal-SRD fid-dawl tar-reviżjoni ambjentali. Ma għandhomx jikkontrollaw il-konformità mal-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza deskritti, iżda għandhom jivverifikaw l-evidenza dwar kif l-SRD intuża bħala gwida biex jiġu identifikati l-indikaturi u l-miżuri volontarji xierqa li l-organizzazzjoni tista’ timplimenta biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha.

Minħabba n-natura volontarja tal-EMAS u tal-SRD, l-organizzazzjonijiet jenħtieġ li ma jitgħabbewx b’piżijiet sproporzjonati sabiex jipprovdu din l-evidenza. B’mod partikolari, il-verifikaturi ma għandhomx jitolbu ġustifikazzjoni individwali għal kull wieħed jew waħda mill-aqwa prassi, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza msemmija fl-SRD u mhux ikkunsidrati rilevanti mill-organizzazzjoni fid-dawl tar-reviżjoni ambjentali tagħha. Madankollu, jistgħu jissuġġerixxu elementi addizzjonali rilevanti li l-organizzazzjoni tista’ tqis fil-futur bħala evidenza ulterjuri tal-impenn tagħha lejn titjib kontinwu tal-prestazzjoni tagħha.

Struttura tad-dokument ta’ referenza settorjali

Dan id-dokument jikkonsisti f’ħames taqsimiet. It-Taqsima 1 tintroduċi l-isfond ġuridiku tal-EMAS u tiddeskrivi kif għandu jintuża dan id-dokument, filwaqt li t-taqsima 2 tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-SRD. It-Taqsimiet 3 u 4 jiddeskrivu fil-qosor l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali (BEMPs) (5) flimkien mal-informazzjoni dwar l-applikabbiltà tagħhom, għas-subsettur tal-manifattura u għas-subsettur tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw (ELV). Qed jingħataw ukoll indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza speċifiċi meta dawn ikunu jistgħu jitfasslu għal BEMP partikolari. Madankollu, id-definizzjoni ta’ punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza ma kinitx possibbli għall-BEMPs kollha, jew minħabba d-disponibbiltà limitata tad-dejta jew minħabba l-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ kull kumpanija u/jew impjant (id-diversità tal-proċessi ta’ manifattura mħaddma f’kull faċilità tal-manifattura, il-livell ta’ integrazzjoni vertikali, eċċ.) ivarjaw tant li punt ta’ riferiment ta’ eċċellenza ma jagħmilx sens. Anki meta jingħataw il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza, dawn mhumiex intenzjonati bħala miri li jridu jilħqu l-kumpaniji kollha jew kriterji metriċi biex iqabblu l-prestazzjoni ambjentali bejn il-kumpaniji tas-settur, iżda pjuttost bħala kejl ta’ dak li huwa possibbli biex jgħin lil kumpaniji individwali jivvalutaw il-progress li jkunu għamlu u jimmotivawhom biex jitjiebu aktar. Uħud mill-indikaturi u mill-punti ta’ riferiment huma rilevanti għal aktar minn BEMP waħda u għalhekk jiġu ripetuti kull meta jkun xieraq. Fl-aħħar nett, it-Taqsima 5 tippreżenta tabella komprensiva b’għażla tal-aktar indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali rilevanti, spjegazzjonijiet assoċjati u punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza relatati.

2.   IL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan id-dokument ta’ referenza jindirizza l-prestazzjoni ambjentali tas-settur tal-manifattura tal-karozzi u xi aspetti tas-settur tat-trattament tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw. Il-grupp fil-mira ta’ dan id-dokument huma kumpaniji li jappartjenu għas-settur tal-manifattura tal-karozzi, skont il-kodiċijiet NACE li ġejjin (skont il-klassifikazzjoni statistika ta’ attivitajiet ekonomiċi stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6)):

—

NACE 29.1 Manifattura ta’ vetturi bil-mutur

—

NACE 29.2 Manifattura ta’ karozzerija għal vetturi bil-mutur

—

NACE 29.3 Manifattura ta’ partijiet u aċċessorji għal vetturi bil-mutur

—

NACE 38.31 Żarmar ta’ tifrik

Barra minn dan t’hawn fuq, rigward it-trattament tal-ELV, jistgħu jitqiesu żewġ attivitajiet addizzjonali li huma subsettijiet ta’ oqsma usa’: L-irkupru ta’ materjal magħżul (NACE 38.32, inkluż it-tqattigħ tal-ELV) u l-Bejgħ bl-ingrossa ta’ skart u ruttam (NACE 46.77, inkluż iż-żarmar tal-ELV biex jinkisbu u jinbigħu partijiet li jistgħu jintużaw mill-ġdid).

Dan id-dokument ta’ referenza jkopri azzjonijiet li l-manifatturi tal-karozzi u l-manifatturi tal-partijiet u l-komponenti tal-karozzi jkunu jistgħu jimplimentaw biex jiksbu titjib fil-prestazzjoni ambjentali fil-katina kollha tal-valur tal-karozzi, kif ippreżentata fi Figura 1. Fil-figura, is-setturi ewlenin fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan id-dokument ġew sottolineati.

Figura 1:

Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet fil-katina ta’ valur tal-manifattura tal-karozzi

Image 1

Fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet tal-manifattura tal-karozzi, hemm koperti ħafna stadji tal-proċess, inklużi: il-ħanut tax-xogħol tal-pressa, il-produzzjoni tal-karrozzerija għerija, il-ħanut tax-xogħol taż-żebgħa, il-manifattura tas-subassemblaġġ u l-komponenti, il-manifattura tas-sistema tal-motopropulsjoni u x-xażì, ix-xogħol ta’ qabel l-assemblaġġ u l-qtugħ u l-assemblaġġ finali. F’dan id-dokument, il-BEMPs ġew żviluppati biex ikunu applikabbbli b’mod wiesa’ kemm jista’ jkun għal tipi differenti ta’ impjanti. Madankollu, meta wieħed iqis il-varjazzjonijiet wiesgħa fl-integrazzjoni vertikali tal-attivitajiet t’hawn fuq fl-istess impjant, il-valutazzjoni diretta u t-tqabbil tal-prestazzjoni ambjentali bejn l-impjanti huma diffiċli; għalhekk, l-applikabbiltà u r-rilevanza tal-aqwa prassi (kif ukoll tal-indikaturi u tal-punti ta’ riferiment) ser ikollhom jiġu vvalutati fid-dawl tal-karatteristiċi ta’ kull faċilità.

It-tabella li ġejja (it-Tabella 1) tippreżenta l-aspetti ambjentali diretti u indiretti l-aktar sinifikanti għas-settur tal-manifattura tal-karozzi u li ġew inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan id-dokument ta’ referenza. Barra minn hekk, it-Tabella 1 tippreżenta l-pressjonijiet ambjentali ewlenin relatati mal-aspetti ambjentali l-aktar rilevanti u kif dawn huma indirizzati f’dan id-dokument: dawn huma indirizzati jew permezz tal-BEMPs deskritti fit-Taqsimiet 3 u 4 jew billi saret referenza għal dokumenti ta’ referenza disponibbli oħra bħad-Dokumenti ta’ Referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) (BREFs (7), irreferenzjati hawn skont il-kodiċi tagħhom).

Tabella 1

L-aspetti ambjentali l-aktar sinifikanti u l-pressjonijiet fis-settur tal-manifattura tal-karozzi u kif dawn jiġu indirizzati f’dan id-dokument ta’ referenza

L-aspett ambjentali ewlieni

Il-pressjoni ambjentali

relatata

Il-BEMPs

L-enerġija/it-tibdil fil-klima

Ir-riżorsi/l-iskart

L-ilma

L-emissjonijiet

Il-bijodiversità

Il-ġestjoni tal-katina tal-provvista

 

 

 

 

 

Il-BEMPs dwar il-ġestjoni tal-katina tal-provvista (it-Taqsima 3.6)

L-inġinerija u d-disinn

 

 

 

 

 

Il-BEMP dwar id-disinn għas-sostenibbiltà (it-Taqsima 3.6.3)

Il-BEMP dwar il-manifattura mill-ġdid tal-komponenti (it-Taqsima 3.7.1)

L-istadju ta’ manifattura u assemblaġġ

 

Il-ħanut tax-xogħol tal-pressa

 

 

 

 

 

Referenza għall-BEMPs għas-settur tal-manifattura tal-Prodotti tal-Metall Iffabrikati (8)

Il-BEMPs għall-ġestjoni ambjentali, tal-enerġija, tal-iskart, tal-ilma u tal-bijodiversità (it-Taqsimiet 3.1, 3.2, 3.3, 3.4, 3.5)

Il-karrozzerija għerija

 

 

 

 

 

Il-BEMPs għall-ġestjoni ambjentali, tal-enerġija, tal-iskart, tal-ilma u tal-bijodiversità (it-Taqsimiet 3.1, 3.2, 3.3, 3.4, 3.5)

Il-ħanut tax-xogħol taż-żebgħa

 

 

 

 

 

Referenza għall-BAT fil-BREFs għall-STS, STM

Il-manifattura tas-sistema tal-motopropulsjoni u x-xażì

 

 

 

 

 

Referenza għall-BEMPs għas-settur tal-manifattura tal-Prodotti tal-Metall Iffabrikati

Il-BEMPs għall-ġestjoni ambjentali, tal-enerġija, tal-iskart, tal-ilma u tal-bijodiversità (it-Taqsimiet 3.1, 3.2, 3.3, 3.4, 3.5)

Il-manifattura ta’ komponenti oħrajn

 

 

 

 

 

Referenza għall-BAT fil-BREFs għal FMP, SF, IS, TAN, GLS, POL, TXT eċċ.

Referenza għall-BEMPs għas-settur tal-manifattura tal-EEE (9)

Il-linji tal-assemblaġġ

 

 

 

 

 

Il-BEMPs għall-ġestjoni ambjentali, tal-enerġija, tal-iskart, tal-ilma u tal-bijodiversità (it-Taqsimiet 3.1, 3.2, 3.3, 3.4, 3.5)

L-infrastruttura tal-impjant

 

 

 

 

 

Il-BEMPs għall-ġestjoni ambjentali, tal-enerġija, tal-iskart, tal-ilma u tal-bijodiversità (it-Taqsimiet 3.1, 3.2, 3.3, 3.4, 3.5)

Il-fażi tal-użu

Barra mill-kamp ta’ applikazzjoni, ara Figura 1

L-istadju tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw (ELVs)

 

Tindif mit-tniġġis

 

 

 

 

 

Referenza għad-Direttivi 2000/53/KE u d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10)

Il-BEMP dwar l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali avvanzata (it-Taqsima 3.1.1)

IL-BEMP dwar it-tindif imtejjeb mit-tniġġis tal-vetturi (it-Taqsima 4.2.1)

L-irkupru u l-użu mill-ġdid

 

 

 

 

 

Id-Direttivi 2000/53/KE u 2006/66/KE (ara r-referenzi hawn fuq)

Il-BEMP dwar l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali avvanzata (it-Taqsima 3.1.1)

Il-BEMP dwar in-netwerks ta’ teħid lura tal-komponenti u l-materjali (it-Taqsima 4.1.1)

Iż-żarmar u r-riċiklaġġ tal-komponenti

 

 

 

 

 

Id-Direttivi 2000/53/KE u 2006/66/KE (ara r-referenzi hawn fuq)

Il-BEMP dwar l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali avvanzata (it-Taqsima 3.1.1)

IL-BEMP dwar il-plastik u l-partijiet komposti (it-Taqsima 4.2.2)

It-trattament wara li jitqattgħu f’biċċiet żgħar

 

 

 

 

 

Barra mill-kamp ta’ applikazzjoni (Referenza għall-BAT fil-BREF għall-WT), ara Figura 1

L-aspetti ambjentali, ippreżentati fit-Tabella 1, intgħażlu bħala dawk li s-soltu jkunu l-iktar rilevanti fis-settur. Madankollu, l-aspetti ambjentali li jridu jiġu mmaniġġjati minn kumpaniji speċifiċi jridu jiġu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ.

Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-BEMPs tibqa’ proċess volontarju li jrid jiġi adattat għas-sitwazzjoni speċifika ta’ kull organizzazzjoni. Għalhekk, hu importanti għall-partijiet ikkonċernati li jipprijoritizzaw il-BEMPs li aktarx ikunu l-aktar utli għalihom. Il-tabella li ġejja turi l-partijiet ikkonċernati speċifiċi ikkonċernati b’dan id-dokument u li aktarx se jsibu l-BEMPs f’kull taqsima ta’ rilevanza:

Tabella 2

Il-partijiet ikkonċernati ewlenin fil-mira għal kull grupp ta’ BEMP (X = mira ewlenija, (x) = potenzjlament rilevanti wkoll)

 

Eraa

Aspett ewlieni

Partijiet ikkonċernati

OEMs (11)

Fornituri tal-1 Saff

Fornituri tat-2 Saff u oħrajn

Manifatturi mill-ġdid

ATFs (12)

Magni tat-tqattigħ

IL-MANIFATTURA

IL-MANIFATTURA TRASVERSALI

Il-ġestjoni ambjentali

X

X

X

X

X

(x)

Il-ġestjoni tal-enerġija

X

X

X

X

X

(x)

L-immaniġġjar tal-iskart

X

X

X

X

X

(x)

L-immaniġġjar tal-ilma

X

X

X

X

X

(x)

Il-bijodiversità

X

X

X

X

X

(x)

IL-KATINA TAL-PROVVISTA, ID-DISINN U L-MANIFATTURA MILL-ĠDID

Il-Ġestjoni tal-Katina ta’ Provvista, il-loġistika u d-disinn

X

X

X

 

 

 

Il-manifattura mill-ġdid

(x)

 

 

X

 

 

IT-TRATTAMENT TA’ VETTURI LI MA GĦADHOMX JINTUŻAW (ELV)

Il-loġistika tal-ELV

Il-ġbir

 

 

 

(x)

X

 

It-trattament tal-ELV

 

 

 

 

 

X

(x)

3.   L-AQWA PRASSI TA’ ĠESTJONI AMBJENTALI, L-INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI SETTORJALI U L-PUNTI TA’ RIFERIMENT TA’ EĊĊELLENZA GĦAS-SETTUR TAL-MANIFATTURA TAL-KAROZZI

3.1.   Il-BEMPs għall-ġestjoni ambjentali

Din it-taqsima hija rilevanti għall-manifatturi tal-vetturi bil-mutur, tal-partijiet u tal-komponenti kif ukoll rilevanti b’mod wiesa’ għall-faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw.

3.1.1.   L-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali avvanzata

Il-BEMP hija biex timplimenta sistema ta’ ġestjoni ambjentali avvanzata (EMS) fis-siti kollha tal-kumpanija. Din tippermetti monitoraġġ u titjib kontinwu fl-aktar aspetti ambjentali sinifikanti.

EMS hija għodda volontarja li tgħin lill-organizzazzjonijiet biex jiżviluppaw, jimplimentaw, iżommu, jirrevedu u jimmonitorjaw il-politika ambjentali u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Jistgħu jiġu implimentati sistemi avvanzati skont ISO 14001-2015 jew preferibbilment skont l-EMAS, li huma sistemi rikonoxxuti internazzjonalment iċċertifikati jew ivverifikati minn parti terza, u jiffukaw fuq it-titjib kontinwu u valutazzjoni komparattiva tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni.

Applikabbiltà

EMS hi tipikament tajba għall-organizzazzjonijiet u s-siti kollha. Il-kamp ta’ applikazzjoni u n-natura tal-EMS jistgħu jvarjaw skont l-iskala u l-kumplessità tal-organizzazzjoni u tal-proċessi tagħha, kif ukoll skont l-impatti ambjentali speċifiċi involuti. F’xi każijiet, aspetti ta’ mmaniġġjar tal-ilma, ta’ bijodiversità jew ta’ kontaminazzjoni tal-art ma jistgħux jiġu koperti jew immonitorjati fl-EMSs implimentati mid-ditti fis-settur tal-karozzi; dan id-dokument ta’ referenza (it-Taqsimiet 3.2, 3.3, 3.4 u 3.5) jista’ joffri gwida utli dwar dawn l-aspetti.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punt ta’ riferiment ta’ eċċellenza

(i1)

Is-siti b’sistema ta’ ġestjoni ambjentali avvanzata (% tal-faċilitajiet/l-operazzjonijiet)

(i2)

In-numru ta’ indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali li b’mod ġenerali qed jintużaw fl-organizzazzjoni kollha u/jew li huma rrapportati fid-dikjarazzjonijiet ambjentali;

(i3)

L-użu ta’ punti interni jew esterni ta’ riferiment biex jixprunaw il-prestazzjoni ambjentali (Iva/Le)

(b1)

Tiġi implimentata globalment sistema ta’ ġestjoni ambjentali avvanzata (EMS) fis-siti kollha ta’ produzzjoni

3.2.   Il-BEMPs għall-ġestjoni tal-enerġija

Din it-taqsima hija rilevanti għall-manifatturi tal-vetturi bil-mutur, tal-partijiet u tal-komponenti. Il-prinċipji ewlenin huma rilevanti b’mod wiesa’ għall-faċilitajiet awtorizzati tat-trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw.

3.2.1.   L-implimentazzjoni ta’ sistemi dettaljati ta’ monitoraġġ u ġestjoni tal-enerġija

Il-BEMP hija biex timplimenta fis-siti tal-manifattura, monitoraġġ dettaljat tal-enerġija fil-livell tal-proċess, flimkien ma’ sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija li tiġi ċċertifikata jew ivverifikata minn parti terza, biex jittejjeb il-konsum tal-enerġija.

Il-pjanijiet għall-aqwa prassi tal-ġestjoni tal-enerġija jinkludu l-aspetti li ġejjin u dawn huma formalizzati skont sistema ta’ ġestjoni li teħtieġ titjib fl-organizzazzjoni, bħalma hi s-sistema ċċertifikata tal-ISO 50001 jew integrata fl-EMAS:

—

Stabbiliment ta’ politika, strateġija u pjan ta’ azzjoni għall-enerġija;

—

Ksib ta’ impenn attiv mill-maniġment superjuri;

—

Kejl u monitoraġġ tal-prestazzjoni;

—

Taħriġ tal-persunal;

—

Komunikazzjoni;

—

Titjib kontinwu;

—

Investiment.

Applikabbiltà

Sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija ċċertifikata bl-ISO 50001 jew integrati fl-EMAS hija applikabbli għal kwalunkwe impjant jew sit.

L-introduzzjoni ta’ sistemi dettaljati ta’ monitoraġġ u ġestjoni tal-enerġija, filwaqt li mhumiex sistematikament essenzjali, tista’ tkun ta’ benefiċċju għal kwalunkwe faċilità u jenħtieġ li tiġi kkunsidrata fil-livell xieraq biex tiġi promossa l-azzjoni.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza

(i4)

In-numru ta’ faċilitajiet b’sistemi dettaljati ta’ monitoraġġ tal-enerġija (# jew % tal-faċilitajiet/l-operazzjonijiet)

(i5)

In-numru ta’ faċilitajiet b’sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija ċċertifikata bl-ISO 50001 jew integrata fl-EMAS (# jew % tal-faċilitajiet/l-operazzjonijiet)

(b2)

Jiġu implimentati pjanijiet speċifiċi tal-ġestjoni tal-enerġija fis-siti kollha (fil-livell tal-organizzazzjoni)

(b3)

Jiġi implimentat fuq il-post monitoraġġ dettaljat għal kull proċess (fil-livell tas-sit)

(b4)

L-impjant jimplimenta kontrolli tal-ġestjoni tal-enerġija, eż. biex jintfew żoni tal-impjant fil-ħin meta m’hemmx produzzjoni għaddejja għal siti b’monitoraġġ dettaljat (fil-livell tas-sit)

3.2.2.   Iż-żieda fl-effiċjenza tal-proċessi li jużaw l-enerġija

Il-BEMP hija biex tiżgura li jinżammu livelli għoljin ta’ effiċjenza enerġetika, billi jitwettqu reviżjonijiet regolari tal-proċessi li jużaw l-enerġija u jiġu identifikati għażliet imtejba ta’ kontrolli, ġestjoni, tiswijiet u/jew sostituzzjoni ta’ tagħmir.

Il-prinċipji ewlenin li jistgħu jiġu segwiti biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika fil-faċilitajiet huma:

—

Twettiq ta’ reviżjonijiet tal-prestazzjoni tal-enerġija;

—

Awtomatizzazzjoni u ħin f’waqtu għat-tnaqqis tat-tagħbija bażi;

—

Tqassim f’żoni;

—

Kontrolli għal ħruġ u telf;

—

Installazzjoni ta’ insulazzjoni fuq il-pajpijiet u t-tagħmir;

—

Tiftix ta’ opportunitajiet biex jiġu installati sistemi tal-irkupru tas-sħana bħal skambjaturi tas-sħana;

—

Installazzjoni ta’ sistemi ta’ koġenerazzjoni (sħana u enerġija kkombinati (CHP));

—

Modifika retroattiva;

—

Skambju jew ikkombinar ta’ sorsi ta’ enerġija.

Applikabbiltà

Fil-prinċipju, it-tekniki msemmija f’din il-BEMP huma applikabbli kemm għall-impjanti l-ġodda kif ukoll għal dawk eżistenti. Madankollu, il-potenzjal għal ottimizzazzjoni huwa normalment akbar f’installazzjonijiet eżistenti li żviluppaw b’mod organiku tul ħafna snin biex jissodisfaw ir-restrizzjonijiet li jevolvu tal-produzzjoni, fejn is-sinerġiji u r-razzjonalizzazzjonijiet jistgħu jagħtu riżultati aktar ovvji.

Mhux l-impjanti kollha se jkunu jistgħu jimplimentaw il-koġenerazzjoni (CHP): f’impjanti bi proċess termali żgħir jew bi ftit ħtiġijiet ta’ tisħin, il-koġenerazzjoni mhix se tkun strateġija kosteffiċjenti.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza

(i6)

L-implimentazzjoni ta’ reviżjonijiet regolari tas-sistemi, l-awtomatizzazzjoni, it-tiswija, il-manutenzjoni u l-aġġornamenti (% tas-siti)

(i7)

L-użu globali tal-enerġija (kWh) għal kull unità funzjonali (13)

—

3.2.3.   L-użu rinnovabbli u alternattiv tal-enerġija

Il-BEMP hija biex tintuża l-enerġija rinnovabbli, iġġenerata fuq il-post jew mhux fuq il-post, sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-enerġija tal-faċilità tal-manifattura tal-karozzi.

Wara li jsir l-isforz biex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-użu tal-enerġija (ara t-Tqasima 3.2.2.), is-sorsi rinnovabbli jew alternattivi ta’ enerġija li jistgħu jiġu kkunsidrati jinkludu:

—

Sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fuq il-post, eż. enerġija solari termali, pannelli solari fotovoltajċi, turbini eoliċi, enerġija ġeotermali, ġenerazzjoni tal-bijomassa jew ta’ enerġija idroelettrika;

—

Sorsi alternattivi fuq il-post (potenzjalment bi ftit karbonju) bħas-sħana u l-enerġija kkombinati (CHP) jew it-triġenerazzjoni;

—

Xiri ta’ enerġija rinnovabbli mhux fuq il-post, direttament jew permezz ta’ utilitajiet ewlenin.

Applikabbiltà

L-ilħiq tal-għanijiet, l-ispejjeż u t-teknoloġiji meħtieġa se jvarjaw b’mod sinifikanti skont ir-riżorsa rinnovabbli lokali. Il-fattibbiltà tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post tvarja ħafna skont il-fatturi speċifiċi marbuta maż-żona ġenerali u mas-sit innifsu bħall-klima, l-art u l-ħamrija, id-dell u l-esponiment u l-ispazju disponibbli. Il-permessi tal-ippjanar jistgħu jkunu wkoll ostaklu amministrattiv speċifiku għall-ġurisdizzjoni.

Ix-xiri tal-enerġija mhux fuq il-post hu ġeneralment aktar applikabbli, permezz ta’ sħubija ma’ produtturi tal-enerġija (eż. fuq skala lokali) jew sempliċiment b’għażla ta’ enerġija rinnvoabbli minn kumpaija ta’ utilità, offerta li qiegħda tinfirex f’ħafna Stati Membri.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza

(i8)

Is-sehem tas-siti ta’ produzzjoni vvalutati għall-użu potenzjali u l-opportunitajiet ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (%)

(i9)

Is-sehem tal-użu tal-enerġija tas-sit issodisfat bis-sorsi rinnovabbli (%)

(i10)

Il-konsum tal-enerġija mill-fjuwils fossili (MWh jew TJ) għal kull unità funzjonali

(b5)

Is-siti kollha ta’ produzzjoni jiġu vvalutati għall-użu potenzjali ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli

(b6)

Isir rapport dwar l-enerġija użata filwaqt li jiġi ddikkjarat is-sehem tal-enerġija fossili u mhux fossili

(b7)

Hemm stabbilita politika li tixpruna żieda fl-użu tal-enerġija rinnovabbli

3.2.4.   L-ottimizzazzjoni tat-tidwil fl-impjanti tal-manifattura tal-karozzi

Il-BEMP hija biex tnaqqas l-użu tal-enerġija għat-tidwil permezz ta’ kombinazzjoni ta’ tfassil u pożizzjonament ottimali, bl-użu ta’ teknoloġiji effiċjenti ta’ tidwil u strateġiji tal-ġestjoni taż-żoni.

Hemm bżonn li l-approċċ integrat biex tiġi ottimizzata l-effiċjenza enerġetika tat-tidwil iqis l-elementi li ġejjin:

—

Id-disinn tal-ispazju: kull fejn ikun possibbli, jintuża d-dawl ta’ bi nhar flimkien mad-dawl artifiċjali;

—

Tiġi ottimizzata l-pożizzjoni u t-tqassim tal-luminarji: l-għoli u l-ispazju bejn il-luminarji, fi ħdan ir-restrizzjonijiet ta’ manutenzjoni, tindif, tiswija u spejjeż;

—

Tiżdied l-effiċjenza tal-apparati tat-tidwil: l-għażla ta’ soluzzjonijiet tekniċi effiċjenti (fil-livell tas-sistema) li tagħti biżżejjed luminożità għal xogħol sikur;

—

Ġestjoni tat-tidwil abbażi ta’ “żoni”: it-tidwil jinxtegħel jew jintefa skont il-ħtiġijiet u l-preżenza.

It-tagħqid tal-miżuri ta’ hawn fuq jista’ jkun l-aktar mod effettiv u komprensiv biex jitnaqqas l-użu tal-enerġija għat-tidwil.

Applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli b’mod ġenerali, għalkemm teknoloġiji differenti ta’ tidwil għandhom oqsma ta’ applikazzjoni u limitazzjonijiet differenti li jistgħu jagħmlu xi wħud minnhom mhux adattati għal ċerti ambjenti tax-xogħol.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza

(i11)

Implimentazzjoni ta’ pożizzjonament imtejjeb, tidwil b’effiċjenza enerġetika (% taż-żoni ta’ tidwil fi ħdan is-sit, % tas-siti totali).

(i12)

Implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ żoni ta’ tidwil (% taż-żoni ta’ tidwil fi ħdan is-sit, % tas-siti totali).

(i13)

L-użu tal-enerġija tat-tagħmir tat-tidwil (14)(kWh/fis-sena għal impjant)

(i14)

L-effikaċja medja tal-luminarji fl-impjant kollu (lm/W)

(b8)

Fis-siti kollha jiġu implimentati l-aktar soluzzjonijiet ta’ tidwil effiċjenti fl-użu tal-enerġija adattati għar-rekwiżiti speċifiċi tal-post tax-xogħol

(b9)

Jiġu introdotti skemi ta’ ffissar taż-żoni fis-siti kollha

3.2.5.   L-użu razzjonali u effiċjenti tal-arja kkompressata

Il-BEMP hija biex tnaqqas il-konsum tal-enerġija billi jiġi mmappjat u vvalutat l-użu tal-arja kkompressata, billi jiġu ottimizzati s-sistemi tal-arja kkompressata u jiġi eliminat il-ħruġ tal-arja, permezz ta’ tlaqqigħ aħjar tal-provvista u d-domanda tal-arja, billi tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-kompressuri u billi jiġi implimentat irkupru tas-sħana mitlufa.

L-użu tal-arja kkompressta tista’ tittejjeb skont portafoll vast ta’ miżuri fi tliet oqsma:

—

Miżuri fin-naħa tad-domanda:

—

Evita u ibdel l-użu ħażin tal-arja kkompressata;

—

Irrevedi l-użu tal-għodod tal-arja kkompressata;

—

Immonitorja u kkontrolla d-domanda;

—

Stabbilixxi programmi ta’ sensibilizzazzjoni;

—

Miżuri tan-netwerk u tas-sistema tad-distribuzzjoni:

—

Identifika u mminimizza l-ħruġ tal-arja;

—

Iddepressurizza;

—

Iffissa ż-żoni;

—

Uża l-valvi;

—

Miżuri fin-naħa tal-provvista:

—

Daqqas u mmaniġġja s-sistema tal-kompressur skont id-domanda;

—

Żid l-effiċjenza enerġetika ġenerali tas-sistema tal-arja kkompressata;

—

Spezzjona b’mod regolari l-pressjoni tas-sistema;

—

Żid l-effiċjenza enerġetika tal-komponenti ewlenin tas-sistema;

—

Spezzjona b’mod regolari l-filter;

—

Agħżel nixxiefa effiċjenti fl-użu tal-enerġija u l-aħjar għażla ta’ skular;

—

Installa rkupru tas-sħana mitlufa.

Applikabbiltà

L-approċċi għal titjib fl-effiċjenza enerġetika tas-sistemi tal-arja kkompressata jistgħu jiġu applikati mill-kumpaniji kollha li għandhom tali sistema għad-dispożizzjoni tagħhom, irrespettivament mid-daqs.

Is-sostituzzjoni tal-apparati tal-arja kkompressata kif ukoll l-elimnazzjoni tal-ħruġ tal-arja huma applikabbli b’mod wiesa’ għas-sistemi kollha, indipendentement mill-età u l-istat attwali tagħhom.

Dwar l-ottimizzazzjoni tad-disinn tas-sistemi, ir-rakkomandazzjonijiet huma speċjalment rilevanti għal sistemi li espandew matul id-diċenni – hu stmat li dan l-approċċ huwa applikabbli għal mill-anqas 50 % tas-sistemi tal-arja kkompressata.

Rigward l-użu tas-sħana mitlufa, hemm bżonn ta’ domanda kontinwa għas-sħana tal-proċess sabiex jinkiseb l-iffrankar tal-enerġija u l-ispejjeż eżistenti potenzjali.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza

(i15)

L-użu tal-elettriku tas-sistema tal-arja kkompressata għal kull unità ta’ volum fil-punt ta’ użu finali (kWh/m3 ta’ arja kkompressata fornuta)

(b10)

L-użu tal-enerġija tas-sistema tal-arja kkompressata jkun inqas minn 0,11 kWh/m3 tal-arja kkompressata fornuta, għal installazzjonijiet kbar li jaħdmu fi pressjoni ta’ 6,5 bar, bi fluss ta’ volum normalizzat għal 1 013 mbar u 20 oC, u devjazzjonijiet tal-pressjoni ta’ mhux aktar minn 0,2 bar.

(b11)

Wara li l-konsumaturi kollha tal-arja jintfew, il-pressjoni tan-netwerk tibqa’ stabbli u l-kompressuri (f’modalità stennija) ma jinqalbux f’kundizzjoni ta’ tagħbija.

3.2.6.   L-ottimizzazzjoni tal-użu tal-muturi elettriċi

Il-BEMP hija biex tnaqqas il-konsum tal-elettriku permezz tal-aħjar użu tal-muturi elettriċi, b’mod partikolari bl-użu tat-trażmissjonijiet b’veloċitajiet varjabbli biex l-ispid tal-mutur jiġi adattat għad-domanda, tipikament għal applikazzjonijiet bħal pompi.

Il-muturi elettriċi huma preżenti f’ħafna mill-proċessi tal-manifattura, u jistgħu jiġu ottimizzati għal effiċjenza ogħla. Il-passi preliminari jinkludu l-esplorazzjoni ta’ opzjonijiet possibbli għat-tnaqqis tat-tagħbija tal-muturi, u reviżjoni tal-kwalità tal-qawwa, kontrolli tal-mutur u effiċjenza tal-mutur u t-trażmissjoni. Tista’ titqies is-sostituzzjoni peress li l-muturi moderni b’effiċjenza enerġetika jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-enerġija b’massimu ta’ 40 % meta mqabbla ma’ mudelli eqdem.

Titjib ieħor fl-applikazzjoni ta’ veloċità/tagħbija varjabbli hu l-installazzjoni ta’ trażmissjoni b’veloċità varjabbli (VSDs) biex taddatta t-tħaddim tal-mutur b’mod elettroniku b’telf minimu. Dan hu partikolarment rilevanti, u għandu l-akbar potenzjal ta’ ffrankar, għall-applikazzjoni komuni bħalma huma l-pompi u l-fannijiet Ħlas lura fuq perjodu qasir ta’ spiss jagħmel dawn l-investimenti ekonomikament attraenti.

Applikabbiltà

L-ewwel iridu jitqiesu t-tip ta’ tagħbija u l-mutur elettriku xieraq qabel ma ssir valutazzjoni ta’ titjib potenzjali tal-ottimizzazzjoni. Il-modifika retroattiva tippreżenta l-akbar potenzjal għall-ottimizzazzjoni, wara li ssir valutazzjoni jekk jistax jiġi installat mutur b’qawwa nominali iżgħar (jekk it-tagħbija titnaqqas) u filwaqt li jitqiesu elementi bħad-daqs, il-piż u l-kapaċità inizjali. Madankollu, l-adattament kemm jista’ jkun tal-għażla tal-mutur mal-użu tiegħu, anke f’kostruzzjonijiet jew f’akkwisti ġodda, ikollu potenzjal ta’ tħaddim ottimizzat.

Meta wieħed iqis l-installazzjoni tal-VSD, l-effetti negattivi ewlenin li jridu jitqiesu huma d-distorzjoni armonika, il-problemi tat-tkessiħ f’veloċitajiet rotazzjonali baxxi, u r-resonanza mekkanika f’ċerti veloċitajiet rotazzjonali.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza

(i16)

Is-sehem tal-muturi elettriċi b’VSD installata (% tat-total tal-qawwa installata jew tan-numru totali)

(i17)

Is-sehem tal-pompi b’VSD installata (% tat-total tal-qawwa installata jew tan-numru totali)

(i18)

L-effiċjenza medja tal-pompa (%)

—

3.3.   Il-BEMPs għall-immaniġġjar tal-iskart

Din it-taqsima hija rilevanti għall-manifatturi tal-vetturi bil-mutur, tal-partijiet u tal-komponenti kif ukoll rilevanti b’mod wiesa’ għall-faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw.

3.3.1.   L-immaniġġjar u l-prevenzjoni tal-iskart

Il-BEMP hija biex twaqqaf strateġija globali tal-immaniġġjar tal-iskart tal-organizzazzjoni b’miri ta’ livell għoli għat-tnaqqis tal-iskart u biex tiġi applikata fil-livell tas-sit bi pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart imfassla apposta li jnaqqsu l-produzzjoni tal-iskart matul l-operazzjonijiet u jistabbilixxu sħubijiet strateġiċi sabiex jinstabu swieq għall-frazzjonijiet tal-iskart li jifdal.

Strateġija effettiva tal-immaniġġjar tal-iskart tal-organizzazzjoni għandha l-għan li tevita r-rimi finali billi tiġi segwita l-ġerarkija tal-iskart (15), jiġifieri, f’ordni ta’ prijorità:

—

Naqqas permezz ta’ ppjanar bil-quddiem, billi ttawwal il-ħajja tal-prodott qabel ma jsir skart, metodi mtejba ta’ manifattura, u l-ġestjoni tal-iskart tal-katina tal-provvista;

—

Uża mill-ġdid il-materjali fil-forma attwali tagħhom;

—

Irriċikla billi ddaħħal fis-seħħ:

—

Ġbir u segregazzjoni;

—

Kejl u monitoraġġ tal-ġenerazzjoni tal-iskart;

—

Proċeduri u metodoloġiji;

—

Proviżjoni ta’ loġistika tal-iskart;

—

Sħubiji u involviment tal-partijiet ikkonċernati;

—

Irkupra l-enerġija mill-iskart bil-kombustjoni jew b’tekniki aktar avvanzati.

Applikabbiltà

Il-limitazzjonijiet tal-infrastruttura tar-riċiklaġġ lokali u tar-regolamenti dwar ir-rimi tal-iskart f’ċerti reġjuni jistgħu jkunu ta’ ostaklu għad-diverżjoni tal-iskart mill-miżbla. F’dawk il-każijiet, il-ħidma mal-partijiet lokali kkonċernati hija aspett importanti tal-pjan tal-immaniġġjar tal-iskart.

L-għażla tal-opzjonijiet l-aktar xierqa tat-trattament tal-iskart tinvolvi l-konsidrazzjoni tal-loġistika kif ukoll il-karatterstiċi u l-valur ekonomiku tal-materjal.

L-SMEs jistgħu ma jkunux jifilħu l-ispiża kapitali ta’ xi tekniki tat-tnaqqis tal-iskart li jistgħu jkunu jeħtieġu tagħmir, taħriġ jew softwer ġodda.

Fl-aħħar nett, hemm mnejn li l-miri ambizzjużi ħafna, bħall-iskart żero fil-miżbliet, ma jkunux jistgħu jintlaħqu minn xi faċilitajiet skont il-grad ta’ integrazzjoni vertikali tal-proċessi fl-impjant.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza

(i19)

Il-ġenerazzjoni tal-ilma għal kull unità funzjonali (kg/unità funzjonali)

(i20)

Il-ġenerazzjoni ta’ skart perikoluż għal kull unità funzjonali (kg/unità funzjonali)

(i21)

Skart mibgħut lil flussi speċifiċi, inkluż ir-riċiklaġġ, l-irkupru tal-enerġija, u r-rimi fil-miżbliet (kg/unità funzjonali, % totali tal-iskart).

(i22)

It-twaqqif u l-implimentazzjoni ta’ strateġija globali għall-iskart bil-ħsieb ta’ monitoraġġ u miri għal titjib (Iva/Le)

(i23)

[Għal organizzazzjonijiet b’ħafna siti] In-numru ta’ siti bi pjanijiet avvanzati tal-immaniġġjar tal-iskart (#)

(i24)

[Għal organizzazzjonijiet b’ħafna siti] In-numru ta’ siti li ma jkollhom l-ebda skart x’jibagħtu fil-miżbliet (#)

(B12)

Pjanijiet tal-immaniġġjar tal-iskart introdotti [fis-siti kollha]

(b13)

L-ebda skart mibgħut fil-miżbliet mill-attivitajiet/mis-siti kollha ta’ produzzjoni u mhux ta’ produzzjoni

3.4.   Il-BEMPs għall-immaniġġjar tal-ilma

Din it-taqsima hija rilevanti għall-manifatturi tal-vetturi bil-mutur, tal-partijiet u tal-komponenti. Dawn il-prinċipji ewlenin huma rilevanti għall-faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw.

3.4.1.   L-istrateġija u l-immaniġġjar tal-użu tal-ilma

L-immaniġġjar tal-ilma hija kwistjoni ta’ tħassib li dejjem qiegħda tikber li tipikament mhix koperta fid-dettall fis-sistemi standard ta’ ġestjoni ambjentali. Għalhekk, il-BEMP hija biex timplimenta l-monitoraġġ u twettaq reviżjoni tal-kwistjonijiet marbuta mal-immaniġġjar tal-ilma skont il-qafas konsolidat rikonoxxut għall-immaniġġjar tal-ilma li jippermetti lill-organizzazzjonijiet li:

—

Jivvalutaw l-użu tal-ilma u d-dranaġġ;

—

Jivvalutaw ir-riskji fil-baċir lokali tal-iskular u fil-katina tal-provvista;

—

Joħolqu pjan dwar kif jużaw l-ilma b’mod aktar effiċjenti u jtejbu r-rimi tad-dranaġġ;

—

Jikkollaboraw mal-katina tal-provvista u organizzazzjonijiet oħra;

—

Jiżguraw ir-responsabbiltà tal-organizzazzjoni u ta’ oħrajn;

—

Jikkomunikaw ir-riżultati.

Applikabbiltà

L-immaniġġjar tal-ilma hija kwistjoni b’dimensjoni lokali qawwija: l-istess livell ta’ konsum tal-ilma jista’ jpoġġi pressjoni kbira fuq ir-riżorsi disponibbli tal-ilma fir-reġjuni neqsin mill-ilma, filwaqt li ma jippreżenta l-ebda problema f’żoni b’proviżjoni abbundanti ta’ ilma. Għalhekk hemm bżonn li l-isforzi magħmula mill-kumpaniji fl-immaniġġjar tal-ilma jkunu proporzjonali għas-sitwazzjoni lokali.

Hemm sfidi marbuta mal-ġbir ta’ dejta suffiċjenti għal valutazzjoni sħiħa tal-impatt tal-ilma. Għalhekk l-organizzazzjonijiet għandhom jipprijoritizzaw l-isforzi tagħhom biex jiffukaw fuq il-processi bl-akbar użu intensiv tal-ilma kif ukoll dawk iż-żoni li jitqiesu b’riskju għoli ta’ nuqqas ta’ ilma.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza

(i25)

L-użu tal-ilma għal kull unità funzjonali (m3/unità funzjonali)

(i26)

Is-siti li wettqu reviżjoni tal-istrateġija tal-ilma (% tal-faċilitajiet/l-operazzjonijiet)

(i27)

Is-siti li għandhom monitoraġġ tal-użu tal-ilma (%)

(i28)

Is-siti li għandhom monitoraġġ separat tal-ilma għal proċessi tal-produzzjoni u għall-użu sanitarju (%)

(b14)

Introduzzjoni ta’ strateġija għall-ilma skont għodda rikkonuxxuta, bħalma hi s-CEO Water Mandate, li tintegra valutazzjoni tal-iskarsezza tal-ilma

(b15)

L-użu tal-ilma fuq il-post jitkejjel għal kull sit u għal kull proċess jekk ikun xieraq bl-użu softwer awtomatiku

3.4.2.   L-opportunitajiet għall-iffrankar tal-ilma fl-impjanti tal-karozzi

Il-BEMP hija biex jiġi minimizzat l-użu tal-ilma f’kull faċilità, biex tirrevedi b’mod regolari l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-użu tal-ilma u biex tiżgura li l-maġġoranza tal-prassi u tal-applikazzjonijiet huma kklassifikati bħala effiċjenti ħafna.

Il-potenzjal tal-iffrankar tal-ilma fl-impjant (16) kollu jista’ jinqabad permezz ta’:

—

Biex jiġi evitat l-użu tal-ilma:

—

Iknes sew iż-żoni kollha qabel ma jinħaslu bil-pajp;

—

Elimina l-ħruġ tal-ilma;

—

Uża alternattivi għall-pompi b’ċirku tal-likwidu;

—

Biex jitnaqqas l-użu tal-ilma:

—

Tejjeb l-effiċjenza tal-operazzjonijiet;

—

Installa r-restrinġituri tal-fluss fuq l-ilma tal-vit tal-linja tal-provvista;

—

Uża żennuniet effiċjenti tal-ilma għat-tlaħliħ imbexxex/ħasil bil-pajp;

—

Uża arloġġ ta’ kontroll għat-tlaħliħ;

—

Installa faċilitajiet effiċjenti tal-ilma għall-użu tal-persunal;

—

Uża proċessi ta’ tindif ultrasoniku;

—

Laħlaħ kontra l-fluss;

—

Laħlaħ bejn stadju u ieħor.

Applikabbiltà

L-apparati li jiffrankaw l-ilma huma applikabbli b’mod wiesa’ u ma jikkompromettux il-prestazzjoni, jekk jintgħażlu u jiġu installati b’mod korrett.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza

(i25)

L-użu tal-ilma għal kull unità funzjonali (m3/unità funzjonali)

(i29)

Is-sehem tal-operazzjonijiet f’siti eżistenti mmodifikati b’mod retroattiv b’apparati u proċessi sanitarji li jiffrankaw l-ilma (%)

(i30)

Is-sehem tas-siti l-ġodda mgħammra b’apparati u proċessi li jiffrankaw l-ilma (%)

(b16)

Is-siti ġodda kollha tfasslu b’apparati sanitarji li jiffrankaw l-ilma u l-modifika retroattiva tal-apparati li jiffrankaw l-ilma qiegħda tiġi introdotta f’diversi stadji fis-siti eżistenti kollha

3.4.3.   Ir-riċiklaġġ tal-ilma u l-ġbir tal-ilma tax-xita

Il-BEMP hija biex jiġi evitat/eliminat l-użu tal-ilma ta’ kwalità għolja fil-proċessi fejn dan ma jkunx meħtieġ, kif ukoll biex jiżdied l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet li jkun baqa’.

Għal ħafna użi bħall-ilma tat-tkessiħ, l-ifflaxxar tat-tojlet u l-awrinari, il-ħasil tal-vetturi/tal-komponenti u t-tisqija tal-ħaxix li mhux raba’, hu possibbli li l-ilma tax-xorb jew ta’ kwalità għolja jinbidel b’ilma rkuprat mill-ġbir tal-ilma tax-xita jew mill-ilma riċiklat minn użi oħra.

L-installazzjoni ta’ dawn is-sistemi normalment tirrikjedi l-elementi li ġejjin:

—

għas-sistemi ta’ riċiklaġġ tal-ilma mormi:

—

tankijiet ta’ trattament minn qabel;

—

sistema tat-trattament;

—

ippumpjar;

—

għas-sistemi għall-ġbir tal-ilma tax-xita:

—

żona ta’ ġbir;

—

sistema tat-twassil;

—

apparati għall-ħżin;

—

sistema ta’ distribuzzjoni.

Applikabbiltà

Is-sistemi tar-riċiklaġġ tal-ilma jistgħu jiġu ddisinjati fil-binjiet l-ġodda kollha. Il-modifika tal-binjiet eżistenti hija għalja u tista’ ma tkunx prassi sakemm il-bini ma jgħaddix minn rinnovazzjoni estensiva.

Il-fattibbiltà ekonomika ta’ sistemi ta’ ġbir tal-ilma tax-xita tiddependi ħafna fuq il-klima.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza

(i25)

L-użu tal-ilma għal kull unità funzjonali (m3/unità funzjonali)

(i31)

L-installazzjoni ta’ sistema ta’ riċiklaġġ tal-ilma mormi (Iva/Le)

(i32)

L-installazzjoni ta’ sistema ta’ riċiklaġġ tal-ilma tax-xita (Iva/Le)

(i33)

Il-kwantità annwali tal-ilma tax-xita għall-użu u l-użu mill-ġdid tad-dranaġġ (m3/fis-sena)

(i34)

Il-perċentwal tal-użu totali tal-ilma ssodisfat bl-użu tal-ilma tax-xita riċiklat jew id-dranaġġ (%).

(b17)

Jiġi implimentat ir-riċiklaġġ tal-ilma b’“ċirkwit magħluq” b’rata ta’ rkupru ta’ mhux anqas minn 90 % fejn hu fattibbli

(b18)

30 % tal-bżonnijiet tal-ilma jiġu ssodisfati mill-ilma miġbur (f’reġjuni b’ilma tax-xita suffiċjenti)

3.4.4.   Il-bjut ekoloġiċi għall-immaniġġjar tal-ilma tal-maltemp

Il-BEMP hija biex jiġu installati jew immodifikati soqfa ekoloġiċi fuq siti industrijali, b’mod partikolari f’żoni ambjentalment sensittivi fejn il-ġestjoni tal-ilma tal-maltemp tax-xaba’ hija importanti.

L-installazzjoni tas-soqfa ekoloġiċi fejn hu strutturalment possibbli tista’ tikkontribwixxi għal dawn l-objettivi li ġejjin:

—

L-attenwazzjoni tal-ilma speċjalment minn kundizzjonijiet ħżiena tat-temp;

—

Il-ħajja tas-saqaf itwal (jitnaqqas il-konsum materjali);

—

Effett ta’ insulazzjoni (jonqos il-konsum tal-enerġija HVAC);

—

Il-konservazzjoni tal-bijodiversità;;

—

Titjib fil-kwalità tal-ilma.

Applikabbiltà

Is-soqfa ekoloġiċi huma applikabbli għal ħafna disinji ta’ bini eżistenti u ġdid, iżda fil-prattika ftit postijiet huma eliġibbli biex jagħmlu użu minn din is-soluzzjoni fuq skala kbira. Il-limitazzjonijiet jinkludu r-riskju reali ta’ maltempati; ir-restrizzjonijiet strutturali fuq il-bini; l-aċċess tax-xemx; l-umdità; l-issiġillar mill-ilma; is-sistemi tas-soqfa eżistenti; u l-immaniġġjar tal-ilma tax-xita miġbur.

Barra minn hekk, dan l-użu tas-soqfa għandu jiġi bbilanċjat ma’ użi oħrajn ta’ benefiċċju għall-ambjent, bħalma huma l-installazzjonijiet solari (termali/PV) tas-sistemi tal-enerġija u l-influss tad-dawl ta’ bi nhar.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza

(i35)

Il-perċentwal tas-siti li huma addattati għas-soqfa ekoloġiċi flimkien mas-soqfa ekoloġiċi installati (%)

(i36)

Il-kapaċità taż-żamma tal-ilma ta’ saqaf ekoloġiku: is-sehem taż-żamma tal-ilma (%), l-ilma tax-xaba’ (m3);

(i37)

L-effett tat-tkessiħ: tnaqqis fid-domanda għall-enerġija għal HVAC (MJ);

(i38)

Indikaturi kwalitattivi tal-bijodiversità (eż. in-numru ta’ speċijiet li jgħixu fis-saqaf), skont il-kundizzjonijiet lokali.

—

3.5.   Il-BEMPs għall-ġestjoni tal-bijodiversità

Din it-taqsima hija rilevanti għall-manifatturi tal-vetturi bil-mutur, tal-partijiet u tal-komponenti. Dawn il-prinċipji ewlenin huma rilevanti għall-faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw.

3.5.1.   Ir-reviżjoni u l-istrateġija tal-ġestjoni tal-ekosistemi u tal-bijodiversità matul il-katina tal-valur kollha

Il-BEMP hija biex twettaq reviżjoni tal-ġestjoni tal-ekosistema sabiex l-impatti tas-servizzi tal-ekosistema matul il-katina kollha tal-valur jistgħu jinftiehmu b’mod ċar, u biex issir ħidma mal-partijiet ikkonċernati rilevanti biex titnaqqas kwalunkwe kwistjoni.

L-organizzazzjonijiet jistgħu jsegwu metodoloġiji bħall-Corporate Ecosystem Services Review (żviluppata mill-Istitut Dinji tar-Riżorsi mad-WBCSD), li tikkonsisti minn ħames stadji:

—

Agħżel il-kamp tal-applikazzjoni;

—

Identifika s-servizzi ta’ prijorità tal-ekosistema (kwalitattiva);

—

Analizza x-xejriet fis-servizzi ta’ prijorità;

—

Identifika r-riskji tan-negozju u l-opportunitajiet;

—

Żviluppa strateġiji.

Applikabbiltà

Jistgħu jsiru minnufih reviżjonijiet tal-ekosistema minn kumpaniji ta’ kull daqs bi gradi varji ta’ dettall u profondità fil-katina ta’ provvista. L-approċċi spjegati jikkonsistu mill-integrazzjoni tal-immaniġġjar tal-bijodiversità fil-pjan (ambjentali) ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni, u għalhekk jistgħu jorbtu minnufih ma’ ħafna proċessi u tekniki analitiċi oħra eżistenti tal-kumpanija, bħalma huma valutazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja, pjanijiet tal-ġestjoni tal-art, stima ekonomika tal-impatt, rappurtar tal-kumpanija u evalwazzjoni tas-sostenibbiltà.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza

(i39)

L-applikazzjoni ta’ metodoloġiji biex jiġu vvalutati s-servizzi tal-ekosistema fil-katina tal-valur (Iva/Le jew % kopertura);

(i40)

Il-kopertura tal-kamp ta’ applikazzjoni rilevanti, kif determinat skont il-prijoritizzazzjoni (Iva/Le jew % kopertura).

(b19)

Titwettaq reviżjoni tal-ekosistema ta’ livell għoli tul il-katina kollha tal-valur, segwita minn reviżjoni iktar dettaljata tal-ekosistema f’żoni identifikati b’riskju għoli

(b20)

Jiġu żvilupatti strateġiji biex jissolvew il-kwistjonijiet fl-oqsma identifikati ta’ prijorità fil-katina ta’ provvista, f’kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati lokali u esperti esterni

3.5.2.   Il-ġestjoni tal-bijodiversità fil-livell tas-sit

Il-BEMP hija biex jittejbu l-impatti diretti fuq il-bijodiversità fil-bini tal-kumpanija billi jitkejlu u jiġu mmaniġġjati l-isforzi marbuta mal-bijodiversità u jsiru rapporti dwarhom, f’ħidma mal-partijiet ikkonċernati lokali.

Hemm tliet passi ewlenin li huma essenzjali għat-titjib tal-impatti tal-bijodiveristà fuq is-sit:

—

Il-kejl tal-bijodiversità biex jiġu ttraċċjati l-impatti pożittivi u negattivi ta’ organizzazzjoni fuq il-bijodiversità, eż. il-fokus fuq l-użu tal-art, l-impatti ambjentali u l-ispeċijiet li jistgħu jitħarsu. L-aqwa prassi tinkludi eż. bijodiversità bbażata fuq il-post jew l-iskrinjar tar-riskju, inklużi l-valutazzjoni tal-inħawi tal-madwar, il-kejl skont l-indikaturi u l-inventarju tal-ispeċijiet.

—

L-immnaniġġjar u l-kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati: L-immnaniġġjar tas-sit biex tiġi promossa u tinżamm il-bijodiversità, it-twettiq ta’ miżuri ta’ kumpens ekoloġiku, filwaqt li jkun hemm ħidma ma’ organizzazzjonijiet speċjalisti involuti fil-bijodiversità u l-edukazzjoni tal-persunal u l-kuntratturi.

—

Ir-rappurtar: il-qsim ta’ informazzjoni mal-partijiet ikkonċernati dwar l-attivitajiet, l-impatti u l-prestazzjoni marbuta mal-bijodiversità ta’ organizzazzjoni.

Applikabbiltà

Ħafna mill-approċċi huma ġeneralment applikabbli u jistgħu jiġi introdotti fi kwalunkwe ħin waqt l-operazzjoni tas-sit. Jista’ jkun li siti eżistenti jkollhom ftit jew l-ebda spazju disponibbli għal żvilupp ġdid, għalkemm xi soluzzjonijiet jistgħu jużaw uċuħ diġà mibnija (ara t-Taqsima 3.4.4).

Kwistjoni li qed jiffaċċjaw l-organizzazzjonijiet li qegħdin jimplimentaw din il-BEMP hi t-theddida li ż-żoni dedikati għall-bijodiversità jistgħu jsiru żoni protetti u b’hekk ma jkunux jistgħu jintużaw eż. għall-estensjonijiet ippjanati fit-tul.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza

(i41)

In-numru ta’ proġetti ta’ kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet marbuta mal-bijodiversità (#)

(i42)

Il-proċedura/l-istrumenti li hemm fis-seħħ biex jiġi analizzat ir-rispons relatat mal-bijodiversità tal-konsumaturi, il-partijiet ikkonċernati, il-fornituri (Iva/Le).

(i43)

Inventarju tal-art jew żoni oħra, ippossessati, mikrija jew ġestiti mill-kumpanija f’żoni protetti jew ħdejhom jew f’żoni b’valur għoli ta’ bijodiversità (m2).

(i44)

Hemm stabbilit pjan għall-ġardinaġġ b’risq il-bijodiversità għal binjiet jew żoni oħra, ippossessati, mikrija jew ġestiti mill-kumpanija (Iva/Le).

(i45)

L-Indiċi tal-Bijodiversità (li jrid jiġi żviluppat skont il-kundizzjonijiet lokali)

(b21)

Hemm stabbilit pjan komprensiv tal-bijodiversità biex jiżgura l-inkorporazzjoni sistematika tal-kwistjonijiet ta’ bijodiversità permezz ta’ kejl, monitoraġġ u rappurtar

(b22)

Hemm stabbilita kooperazzjoni mal-esperti u l-partijiet ikkonċernati lokali

3.6.   Il-BEMPs għall-ġestjoni u d-disinn tal-katina tal-valur

Din it-taqsima hija rilevanti għall-manifatturi tal-vetturi bil-mutur, tal-partijiet u tal-komponenti.

3.6.1.   Il-promozzjoni ta’ titjib ambjentali tul il-katina tal-provvista

Il-BEMP hija biex tirrikjedi lill-fornituri ewlenin kollha li jkollhom sistemi ċċertifikati ta’ ġestjoni ambjentali, biex tistabbilixxi miri għal kriterji ambjentali u biex jitwettqu awditi tal-fornituri b’riskju għoli biex tiġi żgurata l-konformità. Din tiġi sostnuta bit-taħriġ tal-fornituri u b’kollaborazzojni magħhom sabiex jiġi żgurat li l-prestazzjoni ambjentali tagħhom titjieb.

Organizzazzjonijiet fuq quddiem jistinkaw biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali fil-katina ta’ provvista tagħhom billi:

—

Jittraċċjaw il-materjali bl-użu tal-IMDS (International Material Data System);

—

Jirrikjedu li l-fornituri diretti jkollhom sistemi ċċertifikati jew ivverifikati ta’ ġestjoni ambjentali;

—

Jistabbilixxu miri ta’ titijib ambjentali u jikkollaboraw ma’ fornituri tal-1 Saff dwar kif jilħquhom (tipikament billi: inaqqsu l-iskart u jżidu r-riċiklaġġ; inaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tas-CO2 inaqqsu l-perċentwal tal-materjali sostenibbli fil-komponenti mixtrija; u jtejbu l-bijodiversità);

—

Jappoġġaw lill-fornituri biex itejbu l-impatt ambjentali tagħhom;

—

Jimmonitorjaw u jinfurzaw.

Applikabbiltà

Ħafna OEMs jirrikjedu lill-fornituri tagħhom tal-1 Saff jaqblu mal-istess kodiċi ta’ kondotta ambjentali ġenerali li hemm integrat fil-ftehimiet ta’ xiri. Il-konċentrazzjoni tal-fornituri tal-1 Saff li jirrapreżentaw l-akbar sehem tal-baġit totali tax-xiri jew dawk b’impatti ambjentali għoljin, fil-bidu tista’ tkun ta’ benefiċċju. L-awditjar tal-fornituri tal-1 Saff jirrikjedi sforz sinifikanti li jidher fattibbli biss għall-organizzazzjonijiet il-kbar li diġà jipprattikaw spezzjoni mill-qrib tal-operazzjonijiet tal-fornitur. Fit-terminu t-twil ir-rekwiżiti jistgħu jiġu imposti fuq aktar fornituri.

Dwar l-applikabbiltà ta’ din l-aqwa prassi għall-fornituri tal-1 Saff stess minflok għall-OEMs, il-fornituri jenħtieġ li jqisu l-effett tal-ingranaġġ li l-organizzazzjoni tkun tista’ tuża sabiex iżżid fi stadji r-rekwiżiti lill-fornituri tagħhom stess, fid-dawl tad-daqs tagħhom stess u l-kapaċità ta’ xiri jew il-piż relattiv tal-portafoll tal-fornituri stess.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza

(i46)

Is-sehem tal-fornituri (diretti) tal-1 Saff (skont in-numru jew skont il-baġit/il-valur tax-xiri) li jikkonformaw mal-istandards rikjesti skont awditi interni jew esterni (%)

(i47)

Kwestjonarji ta’ awtovalutazzjoni mibgħuta lill-fornituri diretti b’riskju għoli (Iva/Le)

(i48)

Isir żvilupp u taħriġ tal-fornituri diretti (Iva/Le)

(b23)

Il-fornituri ewlenin kollha huma meħtieġa li jkollhom sistema ta’ ġestjoni ambjentali sabiex jikkwalifikaw għall-ftehimiet ta’ xiri

(b24)

Jiġu stabbilti kriterji ambjentali għall-oqsma kollha ta’ impatt ambjentali għall-ftehimiet ta’ xiri

(b25)

Il-fornituri diretti kollha jintbagħtulhom kwestjonarji ta’ awtovalutazzjoni u l-fornituri b’riskju għoli jiġu awditjati mill-klijenti jew partijiet terzi

(b26)

Ikun hemm żvilupp u taħriġ għall-fornitur dirett

(b27)

Jiġu ddefiniti proċeduri ta’ infurzar għan-nuqqas ta’ konformità

3.6.2.   Il-kollaborazzjoni mal-fornituri u l-klijenti biex inaqqsu l-imballaġġ

Il-BEMP hija biex jitnaqqas l-imballaġġ użat għall-provvista tal-materjali u l-komponenti u li jintuża mill-ġdid.

Din l-aqwa prassi ssejset fuq dawn il-prinċipji li ġejjin:

—

Naqqas l-imballaġġ mhux meħtieġ filwaqt li żgura l-funzjonalità adegwata (l-integrità tal-partijiet, l-aċċess faċli);

—

Investiga materjali alternattivi għall-imballaġġ li jew huma anqas intensivi fl-użu tar-riżorsi jew huma eħfef biex jintużaw mill-ġdid/jiġu riċiklati;

—

Żviluppa loġistika inversa għar-ritorn tal-imballaġġ vojt għall-fornituri/biex jiġi rkuprat mingħand il-klijenti f’ċirkwit magħluq;

—

Investiga użi alternattivi għall-imballaġġ għar-rimi biex jiġi ddiversifikat mir-rimi (‘il fuq fil-“ġerarkija tal-iskart”  (17)).

Applikabbiltà

Dawn il-prinċipji huma applikabbli b’mod wiesa’ għal kull imballaġġ li jintuża bħalissa. Il-fattibbiltà konkreta tas-soluzzjonijiet innovattivi se tkun limitata mir-rieda tal-fornituri jew tal-klijenti biex jikkollaboraw mal-iskema.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza

(i20)

Il-ġenerazzjoni tal-ilma għal kull unità funzjonali (kg/unità funzjonali)

(i49)

Il-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ għal kull unità funzjonali (kg/unità funzjonali)

(i50)

Il-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ għal kull sit jew grupp ta’ manutenzjoni (kg/sit, kg/grupp ta’ manutenzjoni)

—

3.6.3.   Id-disinn għas-sostenibbiltà bl-użu tal-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja (LCA)

Il-twettiq ta’ valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja (LCA) jgħin biex jiġu identifikati titjib potenzjali u kompromessi bejn l-impatti ambjentali differenti, kif ukoll jgħin biex jiġi evitat li l-piżijiet ambjentali jingħaddu minn parti waħda taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott għal oħra.

Il-BEMP hija biex twettaq b’mod estensiv LCAs waqt il-fażi tad-disinn, biex jiġi appoġġat l-iffissar tal-miri speċifiċi għal titjib f’impatti ambjentali differenti u biex jiġi żgurat li dawn il-miri jiġu ssodisfati; u li jiġi appoġġat it-teħid tad-deċiżjonijiet bl-użu tal-għodod tal-LCA sabiex:

—

Tiġi żgurata s-sostenibbiltà tar-riżorsi;

—

Jiġi żgurat l-użu minimu tar-riżorsi fil-produzzjoni u fit-trasport;

—

Jiġi żgurat l-użu minimu tar-riżorsi matul il-fażi tal-użu;

—

Tiġi żgurata d-durabilità xierqa tal-prodott u tal-komponenti;

—

Ikun hemm lok ta’ żmantellar, separazzjoni u purifikazzjoni;

—

Ikun hemm lok għal tqabbil fost tipi differenti ta’ kunċetti ta’ mobilità.

Applikabbiltà

Fil-prinċipju, m’hemmx limiti tal-applikabbiltà tal-LCA biex isostnu d-deċiżjonijiet dwar id-disinn fil-livell tal-vettura, kif ukoll tal-partijiet u l-materjali individwali. Madankollu, ħafna mill-SMEs ma għandhomx l-għarfien espert u r-riżorsi biex jindirizzaw ir-rikjesti tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja, u hemm mnejn li jkun hemm bżonn għajnuna addizzjonali.

Hemm ukoll limiti għall-metodoloġiji attwali tal-LCA peress li xi kategoriji ta’ impatt ma jitteħidx kont tagħhom fil-metodoloġiji tal-LCA – pereżempju, it-telf tal-bijodiversità u l-effetti indiretti minħabba ċ-ċaqliq tal-produzzjoni agrikola.

Il-LCA tista’ ma tkunx għodda effettiva għat-tqabbil tal-vetturi fl-OEM, peress li l-konfini, il-parametri u s-settijiet tad-dejta użati juru differenza konsiderevoli, anke meta jsegwu l-linji gwida standard tal-ISO. Tabilħaqq ma kinitx mira tal-għodda meta ġiet żviluppata inizjalment. Madankollu — kif huwa l-każ għas-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali bħall-EMAS — il-LCA hija utli ħafna biex jitkejjel it-titjib li kumpanija tista’ tikseb fil-prestazzjonijiet ambjentali tal-prodotti tagħha, tipikament b’paragun ma’ vettura mill-predeċessur tagħha stess fl-istess linja ta’ prodotti.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza

(i51)

It-twettiq tal-LCA tal-linji ewlenin tal-prodott li jappoġġaw id-deċiżjonijiet dwar id-disinn u l-iżvilupp (Iva/Le)

(i52)

Titjib fl-indikaturi ambjentali (is-CO2, il-konsum tal-enerġija, it-tniġġis, eċċ.) għal mudelli ġodda tad-disinn fil-linji ewlenin tal-prodott meta mqabbla mal-mudelli tad-disinn preċedenti (%)

(i53)

Isir tqabbil fost tipi differenti ta’ kunċetti ta’ mobilità (Iva/Le)

(b28)

Titwettaq il-LCA għal-linji ewlenin tal-prodott skont l-istandards ISO 14040: 2006 jew ekwivalenti

(B29)

Jiġu stabbiliti l-miri biex jiġi żgurat titjib kontinwu fl-impatti ambjentali ta’ disinji ġodda tal-vetturi

3.7.   Il-BEMPs għall-manifattura mill-ġdid

Din it-taqsima hija rilevanti għall-manifatturi tal-vetturi bil-mutur, tal-partijiet u tal-komponenti.

3.7.1.   L-aħjar prassi ġenerali għall-manifattura mill-ġdid tal-komponenti

L-ilħiq ta’ livelli ogħla ta’ manifattura mill-ġdid għandu impatt sinifikanti fuq il-konservazzjoni ta’ materjali u l-iffrankar tal-enerġija.

Il-BEMP hija biex tiżdied l-iskala ta’ attivitajiet tal-manifattura mill-ġdid, li tistabbilixxi proċeduri biex tiġi żgurata l-kwalità għolja tal-partijiet immanifatturati mill-ġdid filwaqt li jitnaqqsu l-impatti ambjentali u li żżid l-attivitajiet ta’ espansjoni biex ikopru aktar elementi.

Applikabbiltà

Tipikament, il-manifattura mill-ġdid hija vijabbli għall-prodotti b’valur ogħla ta’ bejgħ mill-ġdid, u s-swieq ta’ xi komponenti huma diġà maturi (eż. starters, alternaturi eċċ) Oqsma oħra għadhom fi stadju bikri ta’ żvilupp (bħalma huma l-komponenti elettriċi u elettroniċi) fejn il-komplessità hija ħafna akbar, u hemm potenzjal konsiderevoli għat-tkabbir fis-suq f’dawk l-oqsma. Il-manifattura mill-ġdid tista’ tgħin f’sitwazzjonijiet fejn ġenerazzjonijiet preċedenti tal-prodott għadhom fis-suq u jeħtieġu manutenzjoni, iżda ma għadhomx jiġu prodotti.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza

(i54)

Il-livell ta’ manifattura mill-ġdid (il-piż għal kull komponent (%))

(i55)

Il-livelli ġenerali ta’ manifattura mill-ġdid (% tal-komponenti rkuprati).

—

4.   L-AQWA PRASSI TA’ ĠESTJONI AMBJENTALI, L-INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI SETTORJALI U L-PUNTI TA’ RIFERIMENT TA’ EĊĊELLENZA GĦAS-SETTUR TAT-TRATTAMENT TAL-VETTURI LI MA GĦADHOMX JINTUŻAW

4.1.   Il-BEMPs għall-ġbir tal-ELV

Din it-taqsima hija rilevanti għall-faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw.

4.1.1.   In-netwerks ta’ teħid lura tal-komponenti u l-materjali

Il-BEMP hija biex tuża b’mod effettiv in-netwerks ta’ teħid lura biex tiżdied ir-rata tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u tal-irkupru li hija ekonomikament fattibbli meta jiġu ttrattati l-ELVs. Dan jinvolvi kollaborazzjoni estensiva bejn id-diversi atturi fl-industrija biex jiġu rkuprati l-komponenti, ikun hemm konsolidament ma’ flussi oħra ta’ skart, fejn ikun possibbli, kif ukoll taħriġ u appoġġ.

Il-faċilitajiet awtorizzati tat-trattament li qegħdin fuq quddiem implimentaw l-aqwa prassi permezz ta’:

—

Kollaborazzjoni mal-atturi industrijali: biex jiġi kkoordinat it-traċċjar, il-ġbir u t-trasport tal-komponenti u l-materjali u biex jiġi żgurat li hemm stabbiliti inċentivi tajbin għall-atturi fil-katina;

—

Jiġi ġestit/inċentivat ir-ritorn tal-prodott;

—

Il-konsolidament ma’ flussi oħra ta’ skart, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jinġabar flimkien l-għarfien espert;

—

Jingħata appoġġ tekniku u titqajjem is-sensibilizzazzjoni.

Applikabbiltà

L-aqwa kisbiet ambjentali potenzjali jidhru li huma l-ġbir ta’ teknoloġiji avvanzati b’ħajja qasira ta’ servizz (bħall-batteriji tal-karozzi ibridi jew elettriċi), kif ukoll il-komponenti/il-materjali li huma anqas attraenti mil-lat finanzjarju biex jiżżarmaw (bħall-komponenti tal-plastik u tal-ħġieġ). Fir-rigward tal-ġestjoni/l-inċentiv tar-ritorn, l-applikabbiltà ta’ mudelli alternattivi ta’ negozju (jekk ikun hemm) tiddependi fuq ir-regolarizzazzjoni lokali, il-klijentela, id-dispersjoni ġeografika u t-tip ta’ prodott involut.

F’xi Stati Membri, l-iskemi ta’ teħid lura jistgħu jiffaċċaw kompetizzjoni mis-settur informali għaż-żarmar tal-ELVs

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza

(i56)

Ir-rata ta’ prodotti jew materjali speċifiċi rkuprati permezz tan-netwerks tal-ELV (%)

(b30)

Hemm stabbiliti kollaborazzjoni u sħubiji ma’ organizzazzjonijiet lokali/nazzjonali biex jimplimentaw netwerks ta’ teħid lura

4.2.   It-trattament tal-ELV

Din it-taqsima hija rilevanti għall-faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw.

4.2.1.   Tindif imtejjeb mit-tniġġis tal-vetturi

Il-BEMP hija biex twettaq tindif obbligatorju tat-tniġġis bir-reqqa tal-vetturi bl-użu, fejn possibbli, ta’ tagħmir imfassal b’mod speċifiku. Il-konsiderazzjonijiet ambjentali huma rilevanti għall-kontaminazzjoni tal-ħamrija u l-ilma, iżda huma marbuta wkoll mal-potenzjal għall-irkupru ta’ materjali għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ.

L-aħjar prassi hija li jkun hemm fis-seħħ sistemi effettivi ta’ tindif ta’ tniġġis, bħal dawn li ġejjin:

—

Tagħmir li jtaqqab b’mod sikur it-tankijiet tal-fjuwil u jneħħi l-fjuwil b’mod idrawliku;

—

Tagħmir tad-dranaġġ/il-ġbir taż-żjut, il-fluwidi idrawliċi, eċċ.; u t-tneħħija taż-żejt mis-smorzaturi;

—

Għodod biex jitneħħa l-konvertitur katalitiku;

—

Tagħmir għat-tneħħija u l-ħżin sikur tal-gassijiet tal-arja kkondizzjonata;

—

Tagħmir għad-detonazzjoni tal-airbag u;

—

Tagħmir għat-tneħħija tat-tensjonatur taċ-ċinturin tas-sikurezza;

jew jintużaw metodi alternattivi biex jinkisbu l-istess livelli ta’ tindif ta’ tniġġis.

Applikabbiltà

Ir-rati ta’ tindif mit-tniġġis se jkunu affettwati minn jekk il-faċilità tat-trattament tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw tispeċjalizzax f’ċertu tip ta’ vettura (eż. id-daqs tal-vettura). Se jkun hemm il-ħtieġa ta’ ċerti fatturi oħra, pereżempju l-magni kummerċjali ta’ tindif tat-tniġġis f’xi każijiet, jew ħżin adegwat u faċilitajiet tat-trattament, biex jiġi żgurat li t-tindif mit-tniġġis ma jkunx perikoluż għall-ambjent.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza

(i57)

Ir-rata ta’ tneħħija tal-komponenti (%)

(i58)

Ir-rata tar-riċiklaġġ tal-fluwidi (%)

(i59)

Installazzjoni ta’ magna kummerċjali ta’ tindif mit-tniġġis jew tagħmir li jagħti l-istess rendiment (Iva/Le)

(i60)

L-użu ta’ tekniki tal-bilanċ tal-massa biex jiġu mmonitorjati r-rati ta’ tniġġis (Iva/Le)

(i61)

L-adozzjoni ta’ sistema ta’ mmaniġġjar tal-kwalità (Iva/Le)

(b31)

Fl-organizzazzjoni jkun hemm sistema ta’ mmaniġġjar tal-kwalità ċċertifikata

4.2.2.   L-aħjar prattiki ġenerali għall-plastik u l-partijiet komposti

Hemm żewġ metodi ewlenin għat-trattament tal-plastik u tal-partijiet komposti — iż-żarmar u r-riċiklaġġ tal-komponenti, u r-riċiklaġġ wara li jitqattgħu f’biċċiet żgħar. Il-vantaġġi u l-iżvantaġġi relattivi ta’ dawn il-metodi jiddependu l-aktar fuq id-disponibilità u l-prestazzjoni tat-teknoloġiji ta’ trattament tal-ELV.

Għalhekk il-BEMP hija biex tevalwa l-vantaġġi u l-iżvantaġġi abbażi ta’ informazzjoni speċifika rilevanti għall-plastik u l-partijiet komposti. Organizzazzjonijiet minn ta’ quddiem stabbilixxew riċiklaġġ ta’ ċirkwit magħluq għall-komponenti magħżula, u jkomplu jiżviluppaw oqsma ġodda li jżidu l-livell ta’ riċiklaġġibilità tal-vetturi tagħhom.

Applikabbiltà

Hemm skop għall-aħjar prassi fil-kuntest ta’ mogħdijiet ta’ riċiklaġġ kemm qabel it-tqattigħ kif ukoll wara t-tqattigħ.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza assoċjati

L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Il-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza

(i62)

Il-konsiderazzjoni tal-istudji tal-LCA li jiddetermina r-rotot materjali ottimali skont il-fatturi lokali (Iva/Le)

(i63)

Is-sehem tal-komponenti ttrattati skont ir-rotta ottimali tal-LCA (%)

—

5.   INDIKATURI EWLENIN IRRAKKOMANDATI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI SPEĊIFIĊI GĦAS-SETTUR

It-tabella li ġejja telenka għażla ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ambjentali għas-settur tal-manifattura tal-karozzi, flimkien mal-punti ta’ riferiment relatati u b’referenza għall-BEMPs rilevanti. Dawn huma subsett tal-indikaturi kollha msemmija fil-taqsimiet 3 u 4.

#

L-indikatur Irrakkomandat

L-unità komuni

Il-grupp ewlieni fil-mira

Deskrizzjoni qasira

Il-livell minimu ta’ monitoraġġ irrakkomandat

L-indikatur ċentrali tal-EMAS relatat (18)

Il-punt ta’ riferiment ta’ eċċellenza

L-Aqwa Prassi ta’ Ġestjoni Ambjentali relatata (19)

IL-MANIFATTURA TAL-KAROZZI

1

Is-siti b’sistema ta’ ġestjoni ambjentali avvanzata

% tal-faċilitajiet/operazzjonijiet

Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti

Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

In-numru ta’ siti b’sistema ta’ ġestjoni ambjentali avvanzata (eż b’reġistrazzjoni tal-EMAS jew iċċertifikata bħala ISO 14001 u deskritta fil-BEMP) diviż bin-numru totali tas-siti

Fil-livell tal-kumpanija

L-effiċjenza enerġetika

L-effiċjenza fl-użu tal-materjal

L-ilma

L-iskart

Il-bijodiversità

L-emissjonijiet

Tiġi implimentata globalment sistema ta’ ġestjoni ambjentali avvanzata fis-siti kollha ta’ produzzjoni

Il-BEMP 3.1.1

2

In-numru ta’ faċilitajiet b’sistemi dettaljati ta’ monitoraġġ tal-enerġija

# tal-faċilitajiet/operazzjonijiet

% tal-faċilitajiet/operazzjonijiet

Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti

Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

In-numru ta’ faċilitajiet b’sistemi adegwati ta’ monitoraġġ tal-enerġija. Dan jista’ jiġi espress ukoll bħala sehem min-numru totali ta’ faċilitajiet tal-kumpanija

Fil-livell tal-kumpanija

L-effiċjenza enerġetika

Jiġu implimentati pjanijiet speċifiċi tal-ġestjoni tal-enerġija fis-siti kollha

Jiġi implimentat fuq il-post monitoraġġ dettaljat għal kull proċess

L-impjant jimplimenta kontrolli tal-ġestjoni tal-enerġija, eż. biex jintfew żoni tal-impjant fil-ħin meta m’hemmx produzzjoni għaddejja għal siti b’monitoraġġ dettaljat

Il-BEMP 3.2.1

3

L-użu globali tal-enerġija għal kull unità funzjonali

kWh/unità funzjonali/fis-sena

Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti

Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

Enerġija annwali (sħana, kesħa u elettriku) użata fis-sit tal-produzzjoni diviża bl-unità funzjonali magħżula (eż. il-karozzi mmanifatturati)

Fil-livell tal-kumpanija

L-effiċjenza enerġetika

—

Il-BEMP 3.2.2

4

Is-sehem tas-siti ta’ produzzjoni vvalutati għall-użu potenzjali u l-opportunitajiet ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli

%

Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti

Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

Is-siti ta’ produzzjoni vvalutati għall-użu potenzjali u l-opportunitajiet ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli diviżi bin-numru totali tas-siti ta’ produzzjoni.

Fil-livell tal-kumpanija

L-emissjonijiet

Is-siti ta’ produzzjoni kollha jiġu vvalutati għall-użu potenzjali u l-opportunitajiet ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli

Hemm stabbilita politika li tixpruna t-titjib fl-użu tal-enerġija rinnovabbli

Il-BEMP 3.2.3

5

Is-sehem tal-użu tal-enerġija mis-sit issodisfat bl-enerġija rinnovabbli

%

Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti

Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

L-ammont ta’ enerġija rinnovabbli (inklużi kemm dik l-enerġija prodotta fuq is-sit kif ukoll dik mixtrija) diviża bl-użu ta’ enerġija totali użata fuq is-sit.

Fil-livell tal-kumpanija

L-emissjonijiet

Isir rapport dwar l-użu tal-enerġija filwaqt li jiġi ddikkjarat is-sehem tal-enerġija fossili u mhux fossili

Il-BEMP 3.2.3

6

L-użu tal-enerġija tat-tagħmir tat-tidwil

kWh/kull sena

Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti

Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

L-użu annwali tal-enerġija għat-tidwil imkejjel fil-livell tal-faċilità

Fil-livell tal-faċilità

L-effiċjenza enerġetika

L-emissjonijiet

—

Il-BEMP 3.2.4

7

L-implimentazzjoni ta’ tidwil f’pożizzjoni aħjar u effiċjenti fl-enerġija

% taż-żoni tat-tidwil fi ħdan sit

% tas-siti totali

Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti

Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

Jiġu implimentati sistemi ta’ tidwil f’pożizzjoni aħjar u effiċjenti fl-enerġija fil-faċilità

Fil-livell tal-faċilità

L-effiċjenza enerġetika

L-emissjonijiet

Fis-siti kollha jiġu implimentati l-aktar soluzzjonijiet ta’ tidwil effiċjenti fl-użu tal-enerġija adattati għar-rekwiżiti speċifiċi tal-post tax-xogħol

Il-BEMP 3.2.4

8

L-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ żoni ta’ tidwil

% taż-żoni tat-tidwil fi ħdan sit

% tas-siti totali

Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti

Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

Tiġi implimentata ġestjoni ta’ tidwil abbażi ta’ “żoni”, jiġifieri b’tidwil mixgħul jew mitfi skont ir-rekwiżiti u l-preżenza f’kull żona tal-faċilità

Fil-livell tal-faċilità

L-effiċjenza enerġetika

L-emissjonijiet

Ġew introdotti skemi ta’ tqassim f’żoni fis-siti kollha skont il-livelli tal-aħjar prassi

Il-BEMP 3.2.4

9

L-użu tal-elettriku tas-sistema tal-arja kkompressata għal kull unità ta’ volum fil-punt ta’ użu finali

kWh/Nm3 ta’ arja kkompressata fornuta, fil-pressjoni operattiva speċifikata tas-sistema tal-arja kkompressata

Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti

Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

Elettriku użat għal kull metru kubu standard ta’ arja kkompressata fornuta fil-punt ta’ użu finali f’livell tal-pressjoni ddikjarat

Fil-livell tal-faċilità

L-effiċjenza enerġetika

L-emissjonijiet

L-użu tal-enerġija tas-sistema tal-arja kkompressata huwa inqas minn 0,11 kWh/Nm3 għal sistema tal-arja kkompressata operata fi pressjoni ta’ madwar 6,5

Il-BEMP 3.2.5

10

Is-sehem ta’ muturi bi trażmissjoni b’veloċità varjabbli installati

%

Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti

Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

In-numru ta’ muturi elettriċi bi trażmissjoni b’veloċità varjabbli installati diviż bin-numru totali tal-muturi.

Alternattivament, dan l-indikatur jista’ jiġi kkalkulat bil-qawwa elettrika tal-muturi bi trażmissjoni b’veloċità varjabbli installati diviż bil-qawwa elettrika totali tal-muturi elettriċi kollha.

Fil-livell tal-faċilità

L-effiċjenza enerġetika

L-emissjonijiet

—

Il-BEMP 3.2.6

11

Il-ġenerazzjoni tal-iskart għal kull unità funzjonali

kg/unità funzjonali

Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti

Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

L-iskart totali ġġenerat (eż. perikoluż u mhux perikoluż) diviż bl-unitajiet funzjonali magħżula (eż. vetturi manifatturati)

Fil-livell tal-faċilità

L-iskart

—

Il-BEMP 3.2.7

12

It-twaqqif u l-implimentazzjoni ta’ strateġija globali għall-iskart bil-ħsieb ta’ monitoraġġ u miri għal titjib

Iva/Le

Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti

Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

Tiġi adottata strateġija tal-immaniġġjar tal-iskart fil-livell tas-sit b’monitoraġġ u b’miri għal titjib

Fil-livell tal-faċilità

L-iskart

Pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart introdotti [fis-siti kollha]

Il-BEMP 3.3.1

13

Skart mibgħut lil flussi speċifiċi ta’ skart, inkluż fir-riċiklaġġ, fl-irkupru tal-enerġija, u għar-rimi fil-miżbliet

kg/unità funzjonali

Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti

Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

Jiġi mmonitorjat skart iġġenerat u jiġu rreġistrati l-kwantitajiet differenti mibgħuta għar-riċiklaġġ, l-irkupru tal-enerġija u r-rimi f’miżbla

Fil-livell tal-faċilità

L-iskart

L-ebda skart mibgħut fil-miżbliet mill-attivitajiet/mis-siti kollha ta’ produzzjoni u mhux produzzjoni

Il-BEMP 3.3.1

14

L-użu tal-ilma għal kull unità funzjonali

L/Unità funzjonali

Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti

Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

L-ilma totali użat fuq il-livell ta’ faċilità unika, diviż bin-numru ta’ unitajiet funzjonali magħżula (eż. vetturi manifatturati)

Fil-livell tal-faċilità

L-ilma

Introduzzjoni ta’ strateġija għall-ilma skont għodda rikkonoxxuta, bħas-CEO Water Mandate, li tintegra valutazzjoni tal-iskarsezza tal-ilma

L-użu tal-ilma fuq il-post jitkejjel fuq il-post għal kull proċess: b’mod fakultattiv jista’ jintuża softwer awtomatiku

Jiġu ffissati l-limiti massimi għat-tnaqqis tas-sustanzi niġġiesa f’ilma rilaxxat, xi ħaġa li tmur lil hinn mir-rekwiżit minimu legali

Il-BEMPs 3.4.1, 3.4.2 u 3.4.3

15

Is-sehem tal-operazzjonijiet f’siti eżistenti mmodifikati b’mod retroattiv b’apparati u proċessi li jiffrankaw l-ilma

%

Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti

Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

In-numru ta’ operazzjonijiet fis-siti eżistenti li ġew mgħammra b’apparati li jiffrankaw l-ilma u l-proċessi min-numru totali tal-operazzjonijiet

Fil-livell tal-faċilità

L-ilma

Is-siti ġodda kollha tfasslu b’apparati sanitarji li jiffrankaw l-ilma u l-modifika retroattiva tal-apparati li jiffrankaw l-ilma qiegħda tiġi introdotta f’diversi stadji fis-siti eżistenti kollha

Il-BEMP 3.4.2

16

Is-sehem tas-siti l-ġodda mgħammra b’apparati u proċessi li jiffrankaw l-ilma

%

Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti

Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

In-numru ta’ siti ġodda ddisinjati b’apparati u proċessi li jiffrankaw l-ilma min-numru totali ta’ siti ġodda

Fil-livell tal-faċilità

L-ilma

Is-siti ġodda kollha tfasslu b’apparati sanitarji li jiffrankaw l-ilma u l-modifika retroattiva tal-apparati li jiffrankaw l-ilma qiegħda tiġi introdotta f’diversi stadji fis-siti eżistenti kollha

Il-BEMP 3.4.2

17

Il-perċentwal tal-użu totali tal-ilma ssodisfat bl-użu tal-ilma tax-xita riċiklat jew id-dranaġġ

%

Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti

Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

L-ammont ta’ ilma użat fil-faċilità li hu ilma riċiklat fil-proċessi tal-produzzjoni jew l-ilma tax-xita miġbur minn sistema ta’ ġbir tal-ilma tax-xita

Fil-livell tal-faċilità

L-ilma

Riċiklaġġ tal-ilma b’ċirkwit magħluq huwa implimentat b’rata ta’ rkupru ta’ mill-inqas 90 %, fejn hu fattibbli

30 % tal-bżonnijiet tal-ilma jiġu ssodisfati mill-ilma miġbur f’reġjuni biss b’ilma tax-xita suffiċjenti

Il-BEMP 3.4.3

18

L-applikazzjoni ta’ metodoloġiji biex jiġu vvalutati s-servizzi tal-ekosistema fil-katina tal-valur

Iva/Le

% tal-kopertura tal-katina ta’ valur

Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti

Tiġi applikata valutazzjoni tas-servizzi tal-ekosistema lill-katina tal-valur.

Barra minn hekk, is-sehem tal-katina tal-valur li għalih tiġi applikata valutazzjoni tas-servizzi tal-ekosistema, jista’ jiġi kkalkulat

Fil-livell tal-kumpanija

Il-bijodiversità

Titwettaq reviżjoni tal-ekosistema ta’ livell għoli tul il-katina kollha tal-valur, segwita minn reviżjoni iktar dettaljata tal-ekosistema f’żoni identifikati b’riskju għoli

Ġew żviluppati strateġiji biex jissolvew il-kwistjonijiet fl-oqsma identifikati ta’ prijorità fil-katina ta’ provvista, f’kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati lokali u esperti esterni

Il-BEMP 3.5.1

19

In-numru ta’ proġetti u kollaborazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet marbuta mal-bijodiversità

#

Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti

Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

Jista’ jiġi mmonitorjat in-numru ta’ proġetti differenti ta’ kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati lokali u l-esperti involuti fl-indirizzar tal-bijodiversità li hemm fis-seħħ

Fil-livell tal-faċilità

Il-bijodiversità

Hemm stabbilit pjan komprensiv tal-bijodiversità biex jiżgura l-inkorporazzjoni sistematika tal-kwistjonijiet ta’ bijodiversità permezz ta’ kejl, monitoraġġ u rappurtar

Hemm stabbilita kooperazzjoni mal-esperti u l-partijiet ikkonċernati lokali

Il-BEMP 3.5.2

20

Is-sehem tal-fornituri (diretti) tal-1 Saff li jikkonformaw mal-istandards rikjesti skont awditi interni jew esterni

%

Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti

Il-perċentwal (skont in-numru jew skont il-valur tal-prodotti mixtrija) tal-fornituri (diretti) tal-1 Saff li jikkonformaw mal-istandards rikjesti skont awditi interni jew esterni

Fil-livell tal-kumpanija

L-effiċjenza enerġetika

L-effiċjenza fl-użu tal-materjal

L-ilma

L-iskart

Il-bijodiversità

L-emissjonijiet

Il-fornituri ewlenin kollha huma meħtieġa li jkollhom sistema ta’ ġestjoni ambjentali sabiex jikkwalifikaw għall-ftehimiet ta’ xiri

Jiġu stabbilti kriterji ambjentali għall-oqsma kollha ta’ impatt ambjentali għall-ftehimiet ta’ xiri

Il-fornituri diretti kollha jintbagħtulhom kwestjonarji ta’ awtovalutazzjoni u l-fornituri b’riskju għoli jiġu awditjati minn partijiet terzi

Ikun hemm żvilupp u taħriġ għall-fornitur dirett

Jiġu ddefiniti proċeduri ta’ infurzar għan-nuqqas ta’ konformità

Il-BEMP 3.6.1

21

Il-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ għal kull unità funzjonali

Kg/Unità funzjonali

Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti

L-iskart totali ġġenerat diviż bl-unitajiet funzjonali magħżula (eż. vetturi manifatturati)

Fil-livell tal-faċilità

L-iskart

—

Il-BEMP 3.6.2

22

It-twettiq tal-LCA tal-linji ewlenin ta’ prodott biex jiġi sostnuti d-deċiżjonijiet dwar id-disinn u l-iżvilupp

Iva/Le

Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti

Titwettaq il-LCA tal-linji ewlenin tal-prodott biex jiġi sostnuti d-deċiżjonijiet dwar id-disinn u l-iżvilupp

Fil-livell tal-kumpanija

L-effiċjenza enerġetika

L-effiċjenza fl-użu tal-materjal

L-ilma

L-iskart

Il-bijodiversità

L-emissjonijiet

Titwettaq il-LCA għal-linji ewlenin tal-prodott skont l-istandards ISO 14040: 2006 jew ekwivalenti

Il-BEMP 3.6.3

23

Titjib fl-indikaturi ambjentali (is-CO2, il-konsum tal-enerġija, it-tniġġis, eċċ.) għal mudelli ġodda tad-disinn fil-linji ewlenin tal-prodott meta mqabbla mal-mudelli tad-disinn preċedenti

%

Manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, partijiet u komponenti

Jiġi stabbilit titjib fl-indikaturi ambjentali (is-CO2, il-konsum tal-enerġija, it-tniġġis, eċċ.) għal mudelli l-ġodda tad-disinn fil-linji ewlenin tal-prodott meta mqabbla mal-mudelli tad-disinn preċedenti. Dan l-indikatur jimmonitorja kemm ittejbu l-indikaturi differenti tal-prodott

Fil-livell tal-kumpanija

L-effiċjenza enerġetika

L-effiċjenza fl-użu tal-materjal

L-ilma

L-iskart

Il-bijodiversità

L-emissjonijiet

Ġew stabbiliti l-miri biex jiġi żgurat titjib kontinwu fl-impatti ambjentali ta’ disinji ġodda tal-vetturi

Il-BEMP 3.6.3

IT-TRATTAMENT TA’ VETTURI LI MA GĦADHOMX JINTUŻAW (ELV)

24

Ir-rata ta’ prodotti jew materjali speċifiċi rkuprati permezz tan-netwerks tal-ELV

%

(prodott jew materjal estratt/introdott fis-suq)

Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

L-ammont ta’ prodotti speċifiċi jew materjali rkuprati permezz tan-netwerks tal-ELV diviż bil-kwantità totali ta’ materjali mill-ELVs ipproċessati

Fil-livell tal-kumpanija

L-iskart

L-effiċjenza fl-użu tal-materjal

Hemm stabbiliti kollaborazzjoni u sħubiji ma’ organizzazzjonijiet lokali/nazzjonali

Il-BEMP 4.1.1

25

L-adozzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità

Iva/Le

Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

Fl-organizzazzjoni li tittratta vetturi li ma għadhomx jintużaw hemm stabbilita sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità ċċertifikata

Fil-livell tal-kumpanija

L-iskart

L-effiċjenza fl-użu tal-materjal

Fl-organizzazzjoni hemm stabbilita sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità ċċertifikata

Il-BEMP 4.2.1

26

Installazzjoni ta’ magna kummerċjali ta’ tindif mit-tniġġis jew tagħmir li jagħti l-istess rendiment

Iva/Le

Faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw

Fil-faċilità jiġu installati magna kummerċjali ta’ tindif mit-tniġġis jew tagħmir li jagħti l-istess rendiment

Fil-livell tal-faċilità

Il-ġenerazzjoni totali annwali tal-iskart

—

Il-BEMP 4.2.1

27

Kunsiderazzjoni tal-istudji tal-LCA biex jiġu ddeterminati l-aħjar rotot tal-materjali skont il-fatturi lokali

Iva/Le

ATFs

Jintużaw studji tal-LCA biex jiġu determinati r-rotot ottimali ta’ materjali (żarmar u riċiklaġġ tal-komponenti vs. riċiklaġġ wara t-tqattigħ), skont fatturi lokali

Fil-livell tal-kumpanija

L-effiċjenza enerġetika

L-effiċjenza fl-użu tal-materjal

L-ilma

L-iskart

Il-bijodiversità

L-emissjonijiet

—

Il-BEMP 4.2.2


(1)  Ir-rapport xjentifiku u ta’ politika huwa disponibbli għall-pubbliku fis-sit web tal-JRC fl-indirizz li ġej: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/documents/BEMP_CarManufacturing.pdf. Il-konklużjonijiet dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali u l-applikabbiltà tagħhom kif ukoll dwar l-indikaturi speċifiċi identifikati tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza li jinsabu f’dan id-dokument ta’ referenza huma bbażati fuq is-sejbiet dokumentati fir-rapport xjentifiku u ta’ politika. L-informazzjoni ta’ sfond u d-dettalji tekniċi kollha jistgħu jinstabu hemmhekk.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 tad-29 ta’ Ġunju 1993 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ kumpaniji fis-settur industrijali fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (ĠU L 168, 10.7.1993, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS) (ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1).

(4)  Skont il-punt (e) tat-Taqsima B tal-Anness IV tar-Regolament dwar l-EMAS, id-dikjarazzjoni ambjentali għandu jkun fiha “ sommarju tad-data disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni f’taqbil mal-objettivi u l-miri ambjentali tagħha fir-rigward tal-impatti ambjentali sinifikattivi. Għandu jsir rapputar dwar l-indikaturi ċentrali u l-indikaturi ta’ prestazzjoni ambjentali eżistenti relevanti oħra kif imniżżlin fit-Taqsima C” . Skont it-Taqsima C tal-Anness IV, “ kull organizzazzjoni għandha tirrapporta wkoll fuq bażi annwali dwar il-prestazzjoni tagħha rigward aspetti ambjentali aktar speċifiċi kif identifikati fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħha u, fejn disponibbli, tieħu kont tad-dokumenti ta’ referenza settorjali kif imsemmi fl-Artikolu 46. ”

(5)  Deskrizzjoni dettaljata ta’ kull waħda mill-aqwa prassi, bi gwida prattika dwar kif jiġu implimentati, hija disponibbli fir-“Best Practice Report” li ġie ppubblikat mill-JRC u huwa disponibbli onlajn fuq: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/documents/BEMP_CarManufacturing.pdf. Il-qarrej hu mistieden jikkonsultah jekk ikun interessat li jitgħallem iktar dwar uħud mill-aqwa prassi deskritti f’dan id-dokument ta’ referenza.

(6)  Ir-Regolament Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(7)  BREFs: Dokumenti ta’ Referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli Għal aktar informazzjoni dwar il-kontenut tad-Dokumenti ta’ Referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli u spjegazzjoni sħiħa tat-termini, l-akronimi u l-kodiċijiet tad-dokument, irreferi għas-sit web tal-Uffiċċju Ewropew tal-Prevenzjoni u tal-Kontroll Integrati tat-Tniġġis: http://eippcb.jrc.ec.europa.eu/

(8)  L-Aqwa Prassi ta’ Ġestjoni Ambjentali għas-settur tal-manifattura tal-Prodotti tal-Metall Iffabbrikati bħalissa qed jiġu identifikati u aktar informazzjoni u aġġornamenti jinsabu ppubblikati fuq: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/fab_metal_prod.html.

(9)  L-Aqwa Prassi ta’ Ġestjoni Ambjentali għas-settur tal-manifattura tat-Tagħmir Elettriku u Elettroniku bħalissa qed jiġu identifikati u aktar informazzjoni u aġġornamenti jinsabu ppubblikati fuq: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/eeem.html.

(10)  Id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1), magħrufa bħala d-Direttiva dwar il-Batteriji.

(11)  OEMs = Manifatturi tat-Tagħmir Oriġinali, jiġifieri, manifatturi tal-vetturi fil-kuntest tal-karozzi.

(12)  ATFs = Faċilitajiet Awtorizzati tat-Trattament kif iddefinit fid-Direttiva 2000/53/KE dwar il-vetturi li ma għadhomx jintużaw

(13)  F’dan l-indikatur u f’diversi oħrajn, it-terminu “unità funzjonali” jirreferi għal unità ta’ ouput, ta’ attività jew riżorsa magħżula minn kull organizzazzjoni biex tirrifletti dak li hu l-aktar rilevanti għall-każ speċifiku tagħha (u tista’ tiġi adattata skont is-sit, l-aspett ambjentali meqjus, eċċ.). Il-metrika tipika użata (normalment mgħadda fuq perjodu ta’ referenza, eż. sena waħda) fl-industrija kollha bħala unitajiet funzjonali tinkludi eż.:

—

in-numru ta’ unitajiet (vetturi, magni, gerboks, partijiet…) prodotti

—

fatturat f’EUR

—

valur miżjud f’EUR

—

l-output imkejjel f’kg

—

impjegati ekwivalenti ta’ ingaġġ full-time (FTE)

—

sigħat tax-xogħol maħduma

(14)  Jekk jitkejjel fuq livell dettaljat.

(15)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3), magħrufa bħala d-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, tintroduċi ordni ta’ preferenza għall-azzjoni biex jitnaqqas u jiġi mmaniġġjat l-iskart. Din hi magħrufa bħala l-ġerarkija tal-iskart. Hi stabbilixxiet li l-prevenzjoni tal-iskart hi l-ogħla prijorità, segwita mill-użu mill-ġdid, imbagħad ir-riċiklaġġ tal-iskart u mbagħad l-irkupru (tal-enerġija) tal-frazzjonijiet tal-iskart li ma jistgħux jiġu evitati, użati mill-ġdid jew riċiklati. Fl-aħħar nett, ir-rimi tal-iskart irid jitqies biss meta ma tkun possibbli l-ebda waħda mir-rotot preċedenti.

(16)  Din il-BEMP ma tindirizzax b’mod speċifiku l-ħwienet taż-żebgħa (fejn jista’ jsir iffrankar sinifikanti ta’ ilma), peress li hemm disponibbli gwida eżistenti fil-BREFs rilevanti (STS, STM).

(17)  Ara t-Taqsima 3.3.1.

(18)  L-indikaturi ċentrali tal-EMAS huma elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1221/2009 (it-Taqsima C.2)

(19)  In-numri jirreferu għat-taqsimiet f’dan id-dokument.


Top