Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0036

Deċiżjoni (UE) 2019/2216 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/298 dwar id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/36)

ĠU L 332, 23.12.2019, p. 183–183 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/2216/oj

23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/183


DEĊIŻJONI (UE) 2019/2216 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-28 ta’ Novembru 2019

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/298 dwar id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/36)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni (UE) 2016/2247 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/35) (1) tirreferi għall-istabbiliment ta’ provvediment għal riskji finanzjarji fil-karta tal-bilanċ tal-Bank Ċentrali Ewropew. Jeħtieġ li ssir referenza għal din id-dispożizzjoni għal riskji finanzjarji fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/298 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/57) (2).

(2)

Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2015/298 (BĊE/2014/57) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/298 (BĊE/2014/57) huwa mibdul b’dan li gej:

“B’deroga mill-Artikolu 2, il-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja jekk id-dħul kollu tal-BĊE, jew parti minnu, li jissemma f’dak l-Artikolu għandux jinżamm sal-punt meħtieġ biex jiġi żgurat li l-ammont tad-dħul imqassam ma jaqbiżx il-profitt nett tal-BĊE għal dik is-sena. Kull deċiżjoni ta’ dan it-tip għandha tittieħed meta, fuq il-bażi ta’ stima mmotivata mħejjija mill-Bord Eżekuttiv, il-Kunsill Governattiv ikun jistenna li l-BĊE ser ikollu telf ġenerali annwali jew ser jagħmel profitt nett annwali li jkun inqas mill-ammont stmat tad-dħul tiegħu msemmi fl-Artikolu 2. Il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja li jittrasferixxi d-dħul kollu tal-BĊE li jissemma f’dak l-Artikolu, jew parti minnu, lejn provvediment għal riskji finanzjarji.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2019.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-28 ta’ Novembru 2019.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Id-Deċiżjoni (UE) 2016/2247 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/35) (ĠU L 347, 20.12.2016, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/298 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2014 dwar id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/57) (ĠU L 53, 25.2.2015, p. 24).


Top