This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R2058
Council Regulation (EU) 2018/2058 of 17 December 2018 fixing for 2019 the fishing opportunities for certain fish stocks and groups of fish stocks in the Black Sea
Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/2058 tas-17 ta' Diċembru 2018 li jiffissa għall-2019 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar l-Iswed
Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/2058 tas-17 ta' Diċembru 2018 li jiffissa għall-2019 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar l-Iswed
ST/14292/2018/INIT
ĠU L 329, 27.12.2018, p. 8–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
27.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/8 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/2058
tas-17 ta' Diċembru 2018
li jiffissa għall-2019 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar l-Iswed
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jistipula li l-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd. |
(2) |
Ir-Regolament(UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jeżiġi li jiġu adottati miżuri ta' konservazzjoni filwaqt li jitqiesu l-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli, inkluż, fejn rilevanti, rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). |
(3) |
Il-Kunsill għandu r-responsabbiltà li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont is-sajd jew il-grupp tas-sajd fil-Baħar l-Iswed, inkluż, fejn xieraq, ċerti kundizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom. F'konformità mal-Artikolu 16(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri b'tali mod li jiżguraw l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta' kull Stat Membru għal kull stokk ta' ħut jew sajd u, f'konformità mal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament. |
(4) |
Fil-41 Laqgħa Annwali tagħha fl-2017, il-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd għall-Baħar Mediterran adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/4 dwar pjan ta' ġestjoni pluriennali għas-sajd tal-barbun imperjali fis-subżona ġeografika 29 (il-Baħar l-Iswed). Ir-rakkomandazzjoni tistabbilixxi qabda totali permissibbli (TAC) għall-barbun imperjali għal sentejn (2018-2019) b'allokazzjoni temporanja ta' kwoti. Jenħtieġ li dik il-miżura tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni. |
(5) |
Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu stabbiliti abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli, b'kunsiderazzjoni ta' aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jkun żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati. |
(6) |
Skont il-parir xjentifiku pprovdut mill-STECF, huwa meħtieġ li jinżamm il-livell attwali ta' mortalità mis-sajd, sabiex tiġi żgurata s-sostenibbilità tal-istokk tal-laċċa kaħla fil-Baħar l-Iswed. |
(7) |
L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti f'dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (2) u, b'mod partikolari, għall-Artikoli 33 u 34 tiegħu rigward ir-reġistrazzjoni tal-qabdiet u n-notifika tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-kodiċijiet li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ħatt l-art tal-istokkijiet li huma soġġetti għal dan ir-Regolament. |
(8) |
F'konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (3), iridu jiġu identifikati l-istokkijiet li huma soġġetti għall-miżuri varji msemmija fih. |
(9) |
Fir-rigward tal-istokk tal-barbun imperjali, jenħtieġ li jittieħdu aktar miżuri ta' konservazzjoni. Iż-żamma tal-perjodu tal-għeluq ta' xahrejn, mill-15 ta' April sal-15 ta' Ġunju, applikabbli bħalissa, tkompli tipprovdi protezzjoni għall-istokk matul l-istaġun riproduttiv tal-barbun imperjali. Il-ġestjoni tal-isforzi tas-sajd u l-limitazzjoni tal-jiem ta' sajd għal 180 jum fis-sena ikollhom impatt ta' konservazzjoni pożittiv fuq l-istokk tal-barbun imperjali. |
(10) |
Sabiex tkun evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, huwa importanti li fl-1 ta' Jannar 2019 jinfetħu t-tipi tas-sajd inkwistjoni fil-Baħar l-Iswed. Għal raġunijiet ta' urġenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu. |
(11) |
Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jintużaw f'konformità sħiħa mal-liġi applikabbli tal-Unjoni, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jiffissa għall-2019 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-istokkijiet li ġejjin fil-Baħar l-Iswed:
(a) |
laċċa kaħla (Sprattus sprattus); |
(b) |
barbun imperjali (Psetta maxima). |
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tal-Bulgarija jew tar-Rumanija u li joperaw fil-Baħar l-Iswed.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“il-Baħar l-Iswed” tfisser is-subżona ġeografika 29 kif iddefinita fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); |
(b) |
“bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment mgħammar għall-isfruttament kummerċjali tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; |
(c) |
“bastiment tas-sajd tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u rreġistrat fl-Unjoni; |
(d) |
“stokk” tfisser riżorsa bijoloġika tal-baħar li tinsab f'żona ta' ġestjoni partikolari; |
(e) |
“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser il-kwantità ta' kull stokk li tista' tinqabad fuq perjodu ta' sena; |
(f) |
“kwota awtonoma tal-Unjoni” tfisser limitu tal-qabdiet allokat b'mod awtonomu lil bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fin-nuqqas ta' qbil dwar TAC; |
(g) |
“kwota analitika” tfisser kwota awtonoma tal-Unjoni li għaliha tkun disponibbli valutazzjoni analitika; |
(h) |
“valutazzjoni analitika” tfisser evalwazzjoni kwantitattiva tax-xejriet fi stokk partikolari, abbażi ta' data dwar il-bijoloġija u l-isfruttament tal-istokk, li l-analiżi xjentifika tkun indikat li hija data ta' kwalità biżżejjed biex abbażi tagħha jingħata parir xjentifiku dwar l-alternattivi għall-qabdiet futuri. |
KAPITOLU II
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD
Artikolu 4
Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd
1. Il-kwota awtonoma tal-Unjoni għal-laċċa kaħla, l-allokazzjoni ta' tali kwota fost l-Istati Membri, u, fejn xieraq, il-kundizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom huma indikati fl-Anness.
2. It-TAC għall-barbun imperjali, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, l-allokazzjoni ta' tali TAC fost l-Istati Membri u, fejn xieraq, il-kundizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom huma indikati fl-Anness.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet
L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbilit f'dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) |
skambji li jsiru skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
(b) |
tnaqqis u riallokazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
(c) |
tnaqqis li jsir skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
Artikolu 6
Ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-barbun imperjali
Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li huma awtorizzati għas-sajd tal-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed, irrispettivament mit-tul totali tal-bastimenti, ma għandhomx jaqbżu l-180 jum ta' sajd fis-sena.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 7
Trażmissjoni tad-data
Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu data lill-Kummissjoni relatata mal-ħatt l-art ta' kwantitajiet ta' stokkijiet maqbuda, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet indikati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. KÖSTINGER
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).
ANNESS
It-tabelli f'dan l-Anness jindikaw it-TACs u l-kwoti f'tunnellati ta' piż ħaj u, fejn xieraq, il-kundizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom.
Speċijiet: |
Laċċa kaħla Sprattus sprattus |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed (SPR/F3742C) |
|
Il-Bulgarija |
8 032,50 |
|
|
|
Ir-Rumanija |
3 442,50 |
|
|
|
L-Unjoni |
11 475 |
|
|
|
TAC |
Mhux rilevanti/Mhux miftiehma |
|
Kwota analitika Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
Speċijiet: |
Barbun imperjali Psetta maxima |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed (TUR/F3742C) |
|
Il-Bulgarija |
57 |
|
|
|
Ir-Rumanija |
57 |
|
|
|
L-Unjoni |
114 (*1) |
|
|
|
TAC |
644 |
|
TAC analitika Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
(*1) L-ebda attività tas-sajd inkluż it-trażbord, it-teħid abbord, il-ħatt l-art u l-ewwel bejgħ mhi permessa mill-15 ta' April sal-15 ta' Ġunju 2019.