Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1796

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1796 tal-20 ta' Novembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi ammidosulfuron, bifenoks, klorpirifos, klorpirifos-metil, klofenteżina, dikamba, difenokonażol, diflubenżuron, diflufenikan, dimossistrobin, fenoksaprop-p, fenpropidina, lenasil, mankożeb, mekoprop-p, metiram, nikosulfuron, oksamil, pikloram, piraklostrobin, piriprossifen u tritosulfuron (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2018/7577

ĠU L 294, 21.11.2018, pp. 15–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1796/oj

21.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1796

tal-20 ta' Novembru 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi ammidosulfuron, bifenoks, klorpirifos, klorpirifos-metil, klofenteżina, dikamba, difenokonażol, diflubenżuron, diflufenikan, dimossistrobin, fenoksaprop-p, fenpropidina, lenasil, mankożeb, mekoprop-p, metiram, nikosulfuron, oksamil, pikloram, piraklostrobin, piriprossifen u tritosulfuron

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi klorpirifos, klorpirifos-metil, dimossistrobin, mankożeb, mekoprop-p, metiram, oksamil u piraklostrobin ġew estiżi l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/84 (3). Il-perjodi tal-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se jiskadu fil-31 ta' Jannar 2019.

(3)

Il-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva tritosulfuron se jiskadi fit-30 ta' Novembru 2018.

(4)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi ammidosulfuron, bifenoks, klofenteżina, dikamba, difenokonażol, diflubenżuron, diflufenikan, fenoksaprop-p, fenpropidina, lenasil, nikosulfuron, pikloram u piriprossifen se jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2018.

(5)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi ġew ippreżentati b'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (4).

(6)

Il-valutazzjoni tas-sustanzi ddewmet minħabba raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, u għalhekk x'aktarx li l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi jiskadu qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għalhekk hemm bżonn li l-perjodi ta' approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

(7)

Billi l-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 f'dak li għandu x'jaqsam ma' każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji għall-approvazzjoni, il-Kummissjoni se tiffissa data ta' skadenza li tkun l-istess data ta' qabel ma sar dan ir-Regolament, jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament dejjem jekk l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data tiġi l-aħħar. F'każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tipprova tiffissa, skont kif ikun xieraq fiċ-ċirksostanzi, l-iktar data tal-applikazzjoni bikrija possibbli.

(8)

Billi l-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva tritosulfuron jiskadi fit-30 ta' Novembru 2018, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/84 tad-19 ta' Jannar 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi klorpirifos, klorpirifos-metil, klotijanidin, komposti tar-ram, dimossistrobin, mankożeb, mekoprop-p, metiram, oksamil, petoksammid, propikonażol, propineb, propiżammid, piraklostrobin u żoksammid [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 16, 20.1.2018, p. 8).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 57, Mecoprop-P, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Jannar 2020”;

(2)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 81, Pyraclostrobin, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Jannar 2020”;

(3)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 111, Chlorpyrifos, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Jannar 2020”;

(4)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 112, Chlorpyrifos-methyl, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Jannar 2020”;

(5)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 114, Mancozeb, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Jannar 2020”;

(6)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 115, Metiram, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Jannar 2020”;

(7)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 116, Oxamyl, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Jannar 2020”;

(8)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 128, Dimoxystrobin, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Jannar 2020”;

(9)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 169, Amidosulfuron, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(10)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 170, Nicosulfuron, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(11)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 171, Clofentezine, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(12)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 172, Dikamba, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(13)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 173, Difenokonażol, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(14)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 174, Diflubenzuron, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(15)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 176, Lenacil, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(16)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 178, Picloram, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(17)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 179, Pyriproxyfen, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(18)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 180, Bifenox, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(19)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 181, Diflufenican, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(20)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 182, Fenoxaprop-P, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(21)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 183, Fenpropidin, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(22)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 186, Tritosulfuron, id-data hija sostitwita bit-“30 ta' Novembru 2019”.


Top