Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0995

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/995 tat-12 ta' Lulju 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 fir-rigward tal-perjodi għat-tressiq tal-offerti

    C/2018/4733

    ĠU L 178, 16.7.2018, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/995/oj

    16.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 178/4


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/995

    tat-12 ta' Lulju 2018

    li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 fir-rigward tal-perjodi għat-tressiq tal-offerti

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti. Dan kien jipprevedi żewġ sejħiet parzjali għall-offerti kull xahar, ħlief għal Awwissu u Diċembru.

    (2)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/472 (4) emenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 billi naqqas l-għadd ta' perjodi li matulhom jistgħu jitressqu l-offerti għal wieħed kull xahar u neħħa d-dispożizzjoni għal tali perjodu fix-xahar ta' Awwissu.

    (3)

    L-esperjenza miksuba bis-sejħiet parzjali għall-offerti implimentati fl-2018 uriet interess dejjem ikbar għall-offerti skont il-kundizzjonijiet attwali tas-suq. Għalhekk jixraq li jerġa' jkun hemm in-numru oriġinali ta' perjodi li matulhom l-offerti jistgħu jitressqu u li jiġi previst perjodu tali fix-xahar ta' Awwissu.

    (4)

    Billi l-perjodu fix-xahar ta' Awwissu jintemm fir-raba' nhar ta' Tlieta ta' dak ix-xahar, sabiex jiġi evitat li jkun hemm żewġ offerti f'ġimagħtejn konsekuttivi, jixraq li jkun hemm perjodu wieħed biss f'Settembru.

    (5)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Il-perjodi li fihom jistgħu jitressqu l-offerti bi tweġiba għat-tieni sejħa parzjali u għas-sejħiet parzjali sussegwenti għandhom jibdew fl-ewwel jum tax-xogħol wara tmiem il-perjodu preċedenti. Dawn għandhom jintemmu fil-11.00 (ħin ta' Brussell) fl-ewwel u t-tielet nhar ta' Tlieta tax-xahar. Madankollu, f'Awwissu l-ħin għandu jkun il-11.00 (ħin ta' Brussell) fir-raba' nhar ta' Tlieta, u f'Settembru għandu jkun il-11.00 (ħin ta' Brussell) fit-tielet nhar ta' Tlieta, u f'Diċembru għandu jkun il-11.00 (ħin ta' Brussell) fit-tieni nhar ta' Tlieta. Jekk nhar ta' Tlieta jkun festa pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun il-11.00 (ħin ta' Brussell) tal-ġurnata tax-xogħol ta' qabel.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta' Lulju 2018.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2018.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Phil HOGAN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.

    (3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).

    (4)  Ir- Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/472 tal-15 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 fir-rigward tal-perjodi għat-tressiq tal-offerti (ĠU L 73, 18.3.2017, p. 5).


    Top