Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0915

Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/915 tal-25 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/120 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

ST/9618/2018/INIT

ĠU L 163, 28.6.2018, pp. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/915/oj

28.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/915

tal-25 ta' Ġunju 2018

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/120 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (1) jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

(2)

Fit-12-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni ta' Speċijiet ta' Annimali Selvaġġi Migratorji, inżdied il-kelb il-baħar baliena (Rhincodon typus) fl-Appendiċi I ta' dik il-Konvenzjoni. Għalhekk jenħtieġ li dik l-ispeċi tiġi inkluża fil-listi ta' speċijiet ipprojbiti.

(3)

Billi l-parir xjentifiku tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES) jindika li l-megrims fis-subżona 7 tal-ICES u fid-diviżjonijiet 8a, 8b, 8d u 8e tal-ICES huma l-istess stokkijiet bijoloġiċi, u għalhekk jixraq li tiġi prevista flessibbiltà bejn iż-żoni ta' 25 % mis-subżona 7 tal-ICES sad-diviżjonijiet 8a, 8b, 8d u 8e tal-ICES għall-Istati Membri li għandhom kwota għal dawk l-ispeċijiet fiż-żewġ żoni.

(4)

Fis-26 ta' Marzu 2018, l-ICES ħareġ parir dwar qabdiet tal-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) fid-diviżjonijiet 3a u 4a tal-ICES fil-Lvant (Skagerrak, Kattegat, u t-Tramuntana tal-Baħar tat-Tramuntana fin-Norwegian Deep). Abbażi ta' dak il-parir, u wara konsultazzjonijiet man-Norveġja, jixraq li s-sehem tal-Unjoni tal-gamblu tat-Tramuntana fi Skagerrak jiġi ffissat għal 3 327 tunnellata.

(5)

Skont il-parir tal-ICES tat-12 ta' April 2018, jenħtieġ li l-qabdiet tal-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) fil-Baħar tat-Tramuntana ma jkunux aktar minn 177 545 tunnellata għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2018 sat-30 ta' Ġunju 2019. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla jiġu stabbiliti skont dan.

(6)

Fil-11 ta' April 2018, l-ICES ħareġ parir rivedut għall-merluzz tan-Norveġja għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2017 sal-31 ta' Ottubru 2018. Għalhekk jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla jiġu stabbiliti skont dan.

(7)

L-ICES ta parir li jekk ma jkunx jista' jsir stħarriġ televiżiv ta' taħt wiċċ l-ilma, jista' jiġi stabbilit sajd sentinell sabiex tinġabar id-data dwar il-qabda għal kull unità ta' sforz għall-iskampu fl-unità funzjonali 25 fis-subżona 8c tal-ICES. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu emendati sabiex jipprevedu dak is-sajd sentinell.

(8)

Fis-sitt laqgħa annwali tagħha fl-2018, l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO) stabbiliet qabda totali permissibbli (TAC) għas-sawrell. Dik il-miżura jenħtieġ li tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni.

(9)

Waqt il-Laqgħa Annwali tal-2017 tagħha, il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) adottat ir-Rakkomandazzjoni 17-07, li timmodifika r-Rakkomandazzjoni 14-04 dwar l-irkupru tat-tonna. Filwaqt li tinnota li ż-żidiet annwali ta' 20 % tat-TAC matul tliet snin jikkorrispondu għal żieda moderata u gradwali tal-livell tal-qabdiet għall-aktar stima prekawzjonarja tal-MSY tas-SCRS, ir-Rakkomandazzjoni 17-07 tistabbilixxi TACS għal-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran allokati lill-Partijiet Kontraenti, Partijiet Mhux Kontraenti f'Kooperazzjoni, Entitajiet jew Entitajiet tas-Sajd għall-2018, 2019, u 2020.

(10)

L-Unjoni, b'ittra indirizzata lis-Segretarjat tal-ICCAT fil-15 ta' Frar 2018, ippreżentat il-pjan ta' sajd, kapaċità u spezzjoni tal-Unjoni. Il-pjan tal-Unjoni ġie approvat mill-ICCAT fil-laqgħa tal-Bord 2 (Madrid 5-7 ta' Marzu 2018) u l-approvazzjoni tal-ICCAT ġiet ikkomunikata mis-Segretarjat tal-ICAT fit-3 ta' April 2018. Għaldaqstant, għal finijiet ta' koerenza, huwa xieraq li jiġu mmodifikati ċ-ċifri fl-Anness IV.4 tabella A tar-Regolament (UE) 2018/120.

(11)

Il-limiti tal-qbid previsti fir-Regolament (UE) 2018/120 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2018. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-limiti tal-qbid japplikaw ukoll minn dik id-data. Tali applikazzjoni retroattiva hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u għall-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti.

(12)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/120 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/120

Ir-Regolament (UE) 2018/120 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 13(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(x)

kelb il-baħar baliena (Rhincodon typus) fl-ilmijiet kollha.”;

(2)

fl-Artikolu 45(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(r)

kelb il-baħar baliena (Rhincodon typus) fl-ilmijiet tal-Unjoni.”;

(3)

l-Annessi IA, IJ u IV huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018, għajr il-paragrafi (1) u (2) tal-Artikolu 1, li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

N. DIMOV


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).


ANNESS

1.   

L-Anness IA tar-Regolament (UE) 2018/120 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-megrims f'7 hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċijiet:

Megrims

Lepidorhombus spp.

Żona:

7

(LEZ/07.)

Il-Belġju

333 (1)

 

 

Spanja

3 693  (2)

 

 

Franza

4 481  (2)

 

 

L-Irlanda

2 038  (1)

 

 

Ir-Renju Unit

1 765  (1)

 

 

L-Unjoni

12 310

 

 

TAC

12 310

 

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament

Japplika l-Artikolu 12(1) ta' dan ir-Regolament

(b)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana fi 3a hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċijiet:

Gamblu tat-Tramuntana

Pandalus borealis

Żona:

3a

(PRA/03 A.)

Id-Danimarka

2 162

 

 

L-Iżvezja

1 165

 

 

L-Unjoni

3 327

 

 

TAC

6 230

 

TAC ta' prekawzjoni

L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tat-trasferimenti mill-2019 għall-2018”

(c)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-laċċa kaħla u għall-qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 2a u 4 hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċijiet:

Laċċa kaħla u qabdiet aċċessorji assoċjati

Sprattus sprattus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni ta' 2a u 4

(SPR/2AC4-C)

Il-Belġju

1 911  (3)  (4)

 

 

Id-Danimarka

151 264  (3)  (4)

 

 

Il-Ġermanja

1 911  (3)  (4)

 

 

Franza

1 911  (3)  (4)

 

 

In-Netherlands

1 911  (3)  (4)

 

 

L-Iżvezja

1 330  (3)  (4)  (5)

 

 

Ir-Renju Unit

6 307  (3)  (4)

 

 

L-Unjoni

166 545  (3)

 

 

In-Norveġja

10 000  (3)

 

 

Il-Gżejjer Faroe

1 000  (3)  (6)

 

 

TAC

177 545  (3)

 

TAC analitika

(d)

fit-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-aringa fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 7 g, 7h, 7j u 7k, titħassar ir-referenza “Japplika l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament”;

(e)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati fi 3a u fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 2a u 4 hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċijiet:

Merluzz tan-Norveġja u qabdiet aċċessorji assoċjati

Trisopterus esmarkii

Żona:

3a; L-ilmijiet tal-Unjoni ta' 2a u 4

(NOP/2A3A4.)

Id-Danimarka

85 186  (7)

 

 

Il-Ġermanja

16 (7)  (8)

 

 

In-Netherlands

63 (7)  (8)

 

 

L-Unjoni

85 265  (7)  (9)

 

 

In-Norveġja

15 000  (10)

 

 

Il-Gżejjer Faroe

6 000  (11)

 

 

TAC

mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

(f)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-iskampu f'8c hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċijiet:

Skampu

Nephrops norvegicus

Żona:

8c

(NEP/08C.)

Spanja

2 (12)

 

 

Franza

0

 

 

L-Unjoni

2 (12)

 

 

TAC

2 (12)

 

TAC ta' prekawzjoni

2.   

Fl-Anness IJ għar-Regolament (UE) 2018/120, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għas-sawrell fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO hija sostitwita b'dan li ġej:

“Speċijiet:

Sawrell

Trachurus murphyi

Żona:

Iż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO

(CJM/SPRFMO)

Il-Ġermanja

8 849,28

 

 

In-Netherlands

9 591,70

 

 

Il-Litwanja

6 157,56

 

 

Il-Polonja

10 587,46

 

 

L-Unjoni

35 186

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika”.

3.   

Fl-Anness IV, Taqsima 4, it-Tabella A hija sostitwita b'dan li ġej:

“Għadd ta' bastimenti tas-sajd (13)

 

Ċipru (14)

Greċja (15)

Kroazja

Italja

Franza

Spanja

Malta (16)

Bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża

1

1

16

15

20

6

1

Bastimenti li jistadu bil-konz

20 (17)

0

0

35

8

54

54

Dgħajsa tas-sajd bil-lixka

0

0

0

0

37

60

0

Dgħajsa tas-sajd bix-xolfa

0

0

12

0

33 (18)

2

0

Bastiment tat-tkarkir

0

0

0

0

57

0

0

Sajd artiġġjanali ieħor (19)

0

52

0

0

118

545

0


(1)  5 % minn din il-kwota tista' tintuża f'8a, 8b, 8d u 8e (LEZ/*8ABDE) għall-qabdiet aċċessorji tas-sajd dirett għal-lingwata.

(2)  25 % minn din il-kwota tista' tinqabad f'8a, 8b, 8d u 8e (LEZ/*8ABDE).”

(3)  Din il-kwota tal-Unjoni tista' tinqabad biss mill-1 ta' Lulju 2018 sat-30 ta' Ġunju 2019.

(4)  Sa 2 % tal-kwota tista' tkun qabdiet aċċessorji tal-merlangu (OTH/*2AC4C). Il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu magħduda mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet magħduda mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, flimkien, ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

(5)  Inkluż iċ-ċiċċirell.

(6)  Jista' jkun fihom sa 4 % ta' qabdiet aċċessorji ta' aringi.”

(7)  Sa 5 % tal-kwota tista' tkun qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu (OT2/*2A3A4). Il-qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu għandhom jingħaddu mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet jingħaddu mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, flimkien, ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

(8)  Il-kwota tista' tinqabad biss fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a, 3a u 4 tal-ICES.

(9)  Il-kwota tal-Unjoni tista' tinqabad biss mill-1 ta' Novembru 2017 sal-31 ta' Ottubru 2018.

(10)  Għandha tintuża tabella ta' klassifikazzjoni.

(11)  Għandha tintuża tabella ta' klassifikazzjoni. Li tinkludi massimu ta' 15 % tal-qabdiet aċċessorji inevitabbli (NOP/*2A3A4), li għandhom jingħaddu ma' din il-kwota.”

(12)  Esklużivament għall-qabdiet meħuda bħala parti minn sajd sentinell biex tinġabar id-data dwar il-qabda għal kull unità ta' sforz (CPUE) fl-unità funzjonali 25 matul ħames vjaġġi kull xahar f'Awwissu u Settembru b'bastimenti li jġorru abbord lill-osservaturi.”.

(13)  In-numri f'din it-tabella jistgħu jiżdiedu iżjed, dment li jkunu konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

(14)  Bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża ta' daqs medju jista' jiġi ssostitwit b'mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konz jew b'bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża żgħir wieħed flimkien ma' mhux aktar minn tliet bastimenti tas-sajd bil-konz.

(15)  Bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża ta' daqs medju jista' jiġi ssostitwit b'mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konz jew b'bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża wieħed żgħir u tliet bastimenti oħra tas-sajd artiġġjanali.

(16)  Bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża ta' daqs medju jista' jiġi sostitwit b'mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konz.

(17)  Bastimenti polivalenti, li jużaw tagħmir b'iktar minn irkaptu wieħed.

(18)  Bastimenti tas-sajd bix-xlief li joperaw fl-Atlantiku

(19)  Bastimenti polivalenti, li jużaw tagħmir b'iżjed minn irkaptu wieħed (konz, xlief, xlief bir-rixa).”


Top