Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1510

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1510 tat-8 ta' Ottubru 2018 li taħtar żewġ membri, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

ST/12581/2018/INIT

ĠU L 255, 11.10.2018, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1510/oj

11.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 255/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1510

tat-8 ta' Ottubru 2018

li taħtar żewġ membri, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fil-11 ta' Lulju 2017, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1334 (4), is-Sur Augusto ROLLANDIN ġie sostitwit mis-Sur Pierluigi MARQUIS bħala membru. Fid-29 ta' Jannar 2018, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/157 (5), is-Sur Pierluigi MARQUIS ġie sostitwit mis-Sur Laurent VIERIN bħala membru.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Laurent VIERIN, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat li abbażi tiegħu kienet ġiet proposta s-Sa Micaela FANELLI (Sindaco del Comune di Riccia (CB)), sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħtura membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sa Nicoletta SPELGATTI, Consigliere e Presidente della Regione Valle d'Aosta,

Is-Sa Micaela FANELLI, Assessore del Comune di Pontecorvo (FR) (bidla tal-mandat).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BOGNER-STRAUSS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1334 tal-11 ta' Lulju 2017 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni. (ĠU L 185, 18.7.2017, p. 45).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/157 tad-29 ta' Jannar 2018 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni. (ĠU L 29, 1.2.2018, p. 35).


Top