This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0699
Council Implementing Decision (CFSP) 2018/699 of 8 May 2018 implementing Decision 2013/798/CFSP concerning restrictive measures against the Central African Republic
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/699 tat-8 ta' Mejju 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/699 tat-8 ta' Mejju 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana
ĠU L 117I, 8.5.2018, pp. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
8.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 117/3 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/699
tat-8 ta' Mejju 2018
li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK tat-23 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2c tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta' Diċembru 2013 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK. |
|
(2) |
Fis-26 ta' April 2018 il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2127 (2013) tal-KSNU aġġorna l-informazzjoni relattiva għal persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Mejju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ZAHARIEVA
ANNESS
L-entrata li tikkonċerna lill-persuna elenkata hawn taħt hija sostitwita bl-entrata li ġejja:
|
“8. |
Eugène BARRET NGAÏKOSSET (magħruf ukoll bħala: (a) Eugene Ngaikosset; (b) Eugene Ngaikoisset; (c) Eugene Ngakosset; (d) Eugene Barret Ngaikosse; (e) Eugene Ngaikouesset; (f) ‘The Butcher of Paoua’; (g) Ngakosset)
Deżinjazzjoni: (a) eks-Kaptan, Gwardja Presidenzjali tar-RĊA; (b) eks-Kaptan, Forzi Navali tar-RĊA. Data tat-Twelid: 8 ta' Ottubru 1967 Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Numru ta' identifikazzjoni militari tal-forzi armati tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (FACA) 911-10-77. Indirizz: Bangui, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 17 ta' Diċembru 2015. Informazzjoni oħra: Il-Kaptan Eugène Barret Ngaïkosset huwa eksmembru tal-gwardja presidenzjali tal-eks-President François Bozizé u huwa assoċjat mal-moviment anti-Balaka. Huwa ħarab mill-ħabs fis-17 ta' Mejju 2015 wara l-estradizzjoni tiegħu minn Brazzaville u ħoloq il-fazzjoni proprja tiegħu tal-moviment anti-Balaka bl-inklużjoni ta' eks-ġellieda tal-FACA. Link elettroniku għall-Avviż Speċjali bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/6217455. Informazzjoni mit-taqsira narrattiva ta' raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Eugène Barret Ngaïkosset ġie elenkat fis-17 ta' Diċembru 2015 skont il-paragrafi 11 u 12(b) u (f) tar-Riżoluzzjoni 2196 (2015) bħala li ‘ħa sehem fi jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RĊA; 'involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali tad-drittijiet umani jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet umani, fir-RĊA, inkluż attakki fuq il-popolazzjoni ċivili, attakki ta' natura etnika jew reliġjuża, attakki fuq skejjel u sptarijiet, u l-ħtif u ċ-ċaqliq sfurzat’; u ‘involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorjar, jew it-twettiq ta' attakki kontra l-missjonijiet tan-NU jew tal-preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inkluż MINUSCA, il-missjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-operazzjonijiet Franċiżi li jappoġġawhom.’ Informazzjoni addizzjonali: Ngaïkosset huwa wieħed mill-persuni ewlenin responsabbli għat-twettiq tal-vjolenza li faqqgħet f'Bangui lejn l-aħħar ta' Settembru 2015. Ngaïkosset u membri oħrajn tal-moviment anti-Balaka ħadmu flimkien mal-membri emarġinati tal-eks-Séléka fi sforz biex jiddestabbilizzaw il-Gvern Transizzjonali tar-RĊA. Fil-lejl ta' bejn is-27 u t-28 ta' Settembru 2015, Ngaïkosset u persuni oħra għamlu tentattiv ta' attakk bla suċċess fuq il-kamp tal-ġendarmerija ‘Izamo’ sabiex jisirqu armi u munizzjon. Fit-28 ta' Settembru, il-grupp iċċirkonda l-uffiċċji tar-radju nazzjonali tar-RĊA. Fl-1 ta' Ottubru 2015, saret laqgħa fil-viċinat tal-PK5 bejn Ngaïkosset u Haroun Gaye, mexxej tal-Front Populaire pour la Renaissance de Centrafrique (FPRC), bil-għan li jippjanaw attakk konġunt fuq Bangui nhar is-Sibt 3 ta' Ottubru. Fit-8 ta' Ottubru 2015, il-Ministru għall-Ġustizzja tar-RĊA ħabbar pjanijiet sabiex jinvestiga lil Ngaïkosset u individwi oħra għar-rwoli tagħhom fil-vjolenza f'Bangui f'Settembru 2015. Ngaïkosset u l-oħrajn issemmew li kienu involuti f'‘imġiba flagranti li tikkostitwixxi ksur tas-sigurtà interna tal-istat, konfoffa, inċitament għal gwerra ċivili, diżubbidjenza ċivili, mibegħda u kompliċità.’ L-awtoritajiet legali tar-RĊA ngħataw struzzjoni biex jiftħu investigazzjoni biex ifittxu u jarrestaw lill-awturi u l-kompliċi tagħhom. Fil-11 ta' Ottubru 2015, Ngaïkosset huwa maħsub li talab lill-milizzja anti-Balaka taħt il-kmand tiegħu biex twettaq sekwestri ta' persuni, b'enfasi partikolari fuq ċittadini Franċiżi, iżda wkoll personaġġi politiċi tar-RĊA u uffiċjali tan-NU, bil-għan li tisforza lill-President Transizzjonali, is-Sinjura Catherine Samba-Panza biex titlaq.” |