Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0656

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/656 tas-26 ta' April 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

    ĠU L 108, 27.4.2018, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/656/oj

    27.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 108/36


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/656

    tas-26 ta' April 2018

    li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK.

    (2)

    Fl-10 ta' April 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1988 (2011), aġġorna l-informazzjoni relattiva għal persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi.

    (3)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta' April 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. ZAHARIEVA


    (1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.


    ANNESS

    L-entrata li tikkonċerna lill-persuna elenkata hawn taħt hija sostitwita bl-entrata li ġejja:

    “(83)

    Mohammed Omar Ghulam Nabi

    Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Mexxej tal-Fidili (“Amir ul- Mumineen”), Afganistan. Data tat-twelid: (A) Bejn wieħed u ieħor fl-1966, (b) fl-1960, (c) fl-1953. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Naw Deh, Distrett ta' Deh Rawud, Provinċja ta' Uruzga, Afganistan, (b) Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:12.4.2000.

    Informazzjoni oħra: Isem missieru huwa Ghulam Nabi, magħruf ukoll bħala Mullah Musafir. Għajnejh ix-xellugija nieqsa. Ħaten Ahmad Jan Akhundzada Shukoor Akhundzada. Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Jappartjeni għat-tribù Hotak. Ir-rieżami skont ir-riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fis-27 ta' Lulju 2010. Allegatament miet f'April 2013. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/1427394

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Mohammad Omar għandu t-titolu ta' “Kmandant tal-Fidili tal-Emirat Islamiku tal-Afganistan” u huwa l-mexxej suprem tal-moviment Taliban fil-ġerarkija Talibana. Huwa ta kenn lil Usama bin Laden (mejjet) u lin-netwerk tiegħu tal-Al-Qaida fis-snin qabel l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001 fl-Istati Uniti. Huwa ilu jidderieġi lit-Taliban kontra l-Gvern tal-Afganistan u l-alleati tagħhom fl-Afganistan mill-2001.

    Mohammed Omar jikkmanda l-alleanza ta' mexxeja prominenti militari oħra fir-reġjun, bħal Jalaluddin Haqqani.”


    Top