This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0409(01)
Council Decision of 8 March 2018 on the appointment of the Executive Director of Europol
Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Marzu 2018 dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Europol
Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Marzu 2018 dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Europol
ĠU C 122, 9.4.2018, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 01/05/2022
9.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 122/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Marzu 2018
dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Europol
(2018/C 122/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 54 tiegħu,
Waqt li jaġixxi bħala l-awtorità mogħtija s-setgħa li taħtar id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Diretturi Eżekuttivi tal-Europol,
Billi:
(1) |
Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv attwali tal-Europol ġie estiż sal-1 ta’ Mejju 2018, taħt l-Artikolu 73(1) tar-Regolament (UE) 2016/794. Għaldaqstant jenħtieġ li jinħatar Direttur Eżekuttiv ġdid tal-Europol. |
(2) |
Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol tal-1 ta’ Mejju 2017 tistabbilixxi r-regoli għall-għażla, l-estensjoni tal-mandat u t-tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv u tal-Viċi Diretturi Eżekuttivi tal-Europol. |
(3) |
Il-post ġie meqjus battal mit-30 ta’ Lulju 2017, disa’ xhur qabel tmiem il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv attwali tal-Europol, skont il-punt (a) tal-Artikolu 3(1) tad-deċiżjoni tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol tal-1 ta’ Mejju 2017. Avviż ta’ post battal għall-kariga ta’ Direttur Eżekuttiv tal-Europol ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-23 ta’ Mejju 2017 (2). |
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 2016/794, tħejjiet lista qasira ta’ kandidati minn kumitat ta’ għażla (il-“Kumitat ta’ Għażla”) stabbilit mill-Bord ta’ Amministrazzjoni. Il-Kumitat ta’ Għażla fassal rapport debitament raġunat fid-19 ta’ Settembru 2017. |
(5) |
Abbażi tar-rapport tal-Kumitat ta’ Għażla u f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/794 u d-deċiżjoni tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-1 ta’ Mejju 2017, il-Bord ta’ Amministrazzjoni ħareġ opinjoni raġunata fit-3 ta’ Ottubru 2017 dwar il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Europol, fejn fiha ppropona lill-Kunsill lista qasira ta’ tliet kandidati adatti għall-kariga. |
(6) |
Fit-18 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill għażel lis-Sinjura Catherine DE BOLLE, ċittadina Belġjana, bħala d-Direttur Eżekuttiv li jmiss tal-Europol, u informa lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew dwar l-għażla tagħha għall-finijiet tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 2016/794. |
(7) |
Fid-29 ta’ Jannar 2018, il-kandidata magħżula dehret quddiem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament Ewropew (il-“Kumitat LIBE”) u fl-1 ta’ Marzu 2018 il-kumitat LIBE ta l-opinjoni tiegħu f’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 2016/794, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sinjura Catherine DE BOLLE hija b’dan maħtura bħala d-Direttur Eżekuttiv tal-Europol għall-perjodu mit-2 ta’ Mejju 2018 sal-1 ta’ Mejju 2022 fil-grad AD 15.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
V. RADEV
(1) ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.
(2) ĠU C 162 A, 23.5.2017, p. 1.