This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1987
Commission Regulation (EU) 2017/1987 of 31 October 2017 amending Regulation (EC) No 1126/2008 adopting certain international accounting standards in accordance with Regulation (EC) No 1606/2002 of the European Parliament and of the Council as regards International Financial Reporting Standard 15 (Text with EEA relevance. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1987 tal-31 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 15 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1987 tal-31 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 15 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/7107
ĠU L 291, 9.11.2017, p. 63–71
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1803
9.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 291/63 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1987
tal-31 ta' Ottubru 2017
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 15
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2), ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008. |
(2) |
Fit-12 ta' April 2016, il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (International Accounting Standards Board, IASB) ippubblika emendi għal Standard Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (International Financial Reporting Standard, IFRS) 15 ġdid Dħul minn Kuntratti mal-Klijenti. L-emendi għandhom l-għan li jiċċaraw xi rekwiżiti u jipprovdu għajnuna tranżitorja addizzjonali għal kumpaniji li jimplimentaw l-istandard. |
(3) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju tikkonferma li l-emendi għall-IFRS 15 jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. |
(4) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008, l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 15 Dħul minn Kuntratti mal-Klijenti huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, sa mhux aktar tard mid-data ta' bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2018 jew wara.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1)
ANNESS
Kjarifiki għall-IFRS 15
Dħul minn Kuntratti mal-Klijenti
Emendi għall-
IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Klijenti
Il-paragrafi 26, 27 u 29 huma emendati. Il-paragrafi 28 u 30 ma ġewx emendati iżda huma inklużi għall-ħeffa ta' referenza.
Oġġetti jew servizzi distinti
26. |
Skont il-kuntratt, oġġetti jew servizzi mwiegħda jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin:
|
27. |
Oġġett jew servizz li huwa mwiegħed lil klijent huwa distint jekk ikunu ssodisfati ż-żewġ kriterji li ġejjin:
|
28. |
Klijent jista' jibbenefika minn oġġett jew servizz skont il-paragrafu 27(a) jekk l-oġġett jew is-servizz jista' jintuża, jiġi kkunsmat, mibjugħ għal ammont li huwa akbar mill-valur tar-ruttam jew miżmumin mod ieħor b'mod li jiġġenera benefiċċji ekonomiċi. Għal ċerti oġġetti jew servizzi, klijent jista' jibbenefika minn oġġett jew servizz waħdu. Għal oġġetti jew servizzi oħrajn, klijent jista' jibbenefika minn oġġett jew servizz biss flimkien ma' riżorsi oħrajn faċilment disponibbli. Riżors faċilment disponibbli huwa oġġett jew servizz li jinbigħ separatament (mill-entità jew entità oħra) jew riżors li l-klijent diġà kiseb mingħand l-entità (inklużi oġġetti jew servizzi li l-entità tkun diġà trasferiet lill-klijent taħt il-kuntratt) jew minn tranżazzjonijiet jew avvenimenti oħrajn. Diversi fatturi jistgħu jipprovdu evidenza li l-klijent jista' jibbenefika minn oġġett jew servizz kemm waħdu kif ukoll flimkien ma' riżorsi oħrajn faċilment disponibbli. Pereżempju, il-fatt li l-entità tbigħ regolarment oġġett jew servizz b'mod separat jindika li klijent jista' jibbenefika mill-oġġett jew servizz waħdu jew b'riżorsi oħrajn faċilment disponibbli. |
29. |
Fil-valutazzjoni ta' jekk wegħdiet ta' entità li tittrasferixxi oġġetti jew servizzi lill-klijent humiex identifikabbli separatament skont il-paragrafu 27(b), l-għan huwa li jiġi ddeterminat jekk in-natura tal-wegħda, fil-kuntest tal-kuntratt, hijiex it-trasferiment ta' kull wieħed minn dawn il-prodotti jew servizzi b'mod individwali jew, minflok, li tittrasferixxi oġġett(i) kombinati li għalihom l-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda huma inputs. Fatturi li jindikaw li żewġ wegħdiet jew iktar li jiġi trasferit oġġett jew servizz lil klijent mhumiex identifikabbli b'mod separat jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin:
|
30. |
Jekk oġġett jew servizz imwiegħed ma jkunx distint, entità għandha tgħaqqad dak l-oġġett jew servizz ma' oġġetti jew servizzi mwiegħda oħrajn sakemm tidentifika pakkett ta' oġġetti jew servizzi li huwa distint. F'ċerti każijiet, dan iwassal biex l-entità tikkunsidra l-oġġetti jew is-servizzi kollha mwiegħda f'kuntratt bħala obbligu ta' prestazzjoni wieħed. |
Fl-Appendiċi B, il-paragrafi B1, B34-B38, B52-B53 u B58 huma emendati u l-paragrafi B34 A, B35a, B35B, B37 A, B59 A, B63 A u B63B huma miżjuda. Il-paragrafu B57 huwa mħassar. Il-paragrafi B54–B56, B59 u B60–B63 ma ġewx emendati iżda huma inklużi għall-ħeffa ta' referenza.
Appendiċi B
Gwida għall-Applikazzjoni
…
B1 |
Din il-gwida għall-applikazzjoni hija organizzata f'dawn il-kategoriji li ġejjin:
|
Entità prinċipali jew li taġixxi bħala aġent
B34 |
Meta parti oħra tkun involuta fil-forniment ta' oġġetti jew servizzi lil klijent, l-entità għandha tiddetermina jekk in-natura tal-wegħda tagħha hijiex obbligu ta' prestazzjoni li tipprovdi l-oġġetti jew is-servizzi speċifikati hija stess (jiġifieri l-entità hija prinċipal) jew li tirranġa għall-parti l-oħra li tipprovdi dawk l-oġġetti jew servizzi (jiġifieri l-entità hija aġent). Entità tiddetermina jekk hijiex prinċipal jew aġent għal kull prodott jew servizz speċifikat imwiegħed lill-klijent. Oġġett jew servizz speċifikat huwa oġġett jew servizz distint (jew grupp ta' prodotti jew servizzi distinti) li għandu jiġi pprovdut lill-klijent (ara l-paragrafi 27–30). Jekk kuntratt ma' klijent jinkludi aktar minn tip wieħed ta' oġġett jew servizz speċifikat, entità tista' tkun dik prinċipali għal xi oġġetti jew servizzi speċifikati u aġent għal oħrajn. |
B34 A |
Biex tiġi determinata n-natura tal-wegħda tagħha (kif deskritt fil-paragrafu B34), l-entità għandha:
|
B35 |
Entità hija prinċipali jekk tikkontrolla l-oġġett jew servizz speċifikat qabel ma dan l-oġġett jew servizz jiġi trasferit lill-klijent. Madankollu, entità mhux neċessarjament tikkontrolla oġġett speċifikat jekk l-entità tikseb titolu legali għal dan l-oġġett għal perjodu temporanju biss qabel ma t-titolu legali jiġi trasferit lil klijent. Entità li hija prinċipali tista' tissodisfa l-obbligu tagħha ta' prestazzjoni biex tipprovdi l-oġġett jew is-servizz speċifikat hija nnisifha jew tista' tqabbad parti oħra (pereżempju, sottokuntrattur) sabiex tissodisfa xi ftit mill-obbligu ta' prestazzjoni jew l-obbligu kollu f'isimha. |
B35 A |
Meta parti oħra tkun involuta fil-forniment ta' oġġetti jew servizzi lil klijent, entità li tkun prinċipali li tikseb kontroll ta' kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
|
B35B |
Meta (jew billi) entità li hija prinċipali tissodisfa obbligu ta' prestazzjoni, l-entità tirrikonoxxi dħul fl-ammont gross tal-korrispettiv li tistenna li tkun intitolata għalih għal dawk l-oġġetti jew servizzi trasferiti speċifikati. |
B36 |
Entità tkun aġent jekk l-obbligu ta' prestazzjoni tal-entità jkun li tirranġa għall-forniment tal-oġġett jew servizz speċifikat minn parti oħra. Entità li hija aġent ma tikkontrollax l-oġġett jew servizz speċifikat minn parti oħra qabel dan l-oġġett jew servizz jiġi trasferit lill-klijent. Meta (jew billi) entità li hija aġent tissodisfa obbligu ta' prestazzjoni, l-entità tirrikonoxxi d-dħul fl-ammont ta' kwalunkwe tariffa jew kummissjoni li hija tistenna li tkun intitolata għaliha bi skambju tal-koordinazzjoni biex il-parti l-oħra tipprovdi l-oġġetti jew is-servizzi. It-tariffa jew il-kummissjoni ta' entità tista' tkun l-ammont nett ta' korrispettiv li l-entità żżomm wara li tkun ħallset lill-parti l-oħra l-korrispettiv irċevut bi skambju għall-oġġetti jew is-servizzi li għandhom ikunu pprovduti minn dik il-parti. |
B37 |
Indikaturi li entità tikkontrolla l-oġġett jew is-servizz speċifikat qabel ma jiġi trasferit lill-klijent (u għalhekk hija prinċipali (ara l-paragrafu B35)) jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin:
|
B37 A |
L-indikaturi fil-paragrafu B37 jistgħu jkunu xi ftit jew wisq rilevanti għall-valutazzjoni tal-kontroll skont in-natura tal-oġġett jew is-servizz speċifikat u t-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt. Barra minn hekk, indikaturi differenti jistgħu jipprovdu aktar evidenza konvinċenti f'kuntratti differenti. |
B38 |
Jekk entità oħra tassumi l-obbligi ta' prestazzjoni u d-drittijiet kuntrattwali fil-kuntratt tal-entità b'mod li l-entità ma tibqax obbligata li tissodisfa l-obbligu ta' prestazzjoni li tittrasferixxi l-oġġett jew is-servizz speċifikat lill-klijent (jiġifieri l-entità ma għadhiex taġixxi bħala prinċipali), l-entità m'għandhiex tirrikonoxxi dħul għal dak l-obbligu ta' prestazzjoni. Minflok, l-entità għandha tevalwa jekk tirrikonoxxix dħul għall-issodisfar ta' obbligu ta' prestazzjoni sabiex tikseb kuntratt għall-parti l-oħra (jiġifieri jekk l-entità hijiex taġixxi bħala aġent). … |
Għoti ta' liċenzji
B52 |
Liċenzja tistabbilixxi d-drittijiet tal-klijent għall-proprjetà intellettwali ta' entità. Il-liċenzji ta' proprjetà intellettwali jistgħu jinkludu, iżda mhumiex biss limitati għal, liċenzji ta' kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
|
B53 |
Minbarra mill-wegħda li tagħti liċenzja (jew liċenzji) lil klijent, entità tista' wkoll twiegħed li tittrasferixxi oġġetti jew servizzi oħrajn lill-klijent. Dawk il-wegħdiet jistgħu jkunu ddikjarati b'mod espliċitu fil-kuntratt jew implikati mill-prattiki tan-negozju konswetudinarji, politiki ppubblikati jew dikjarazzjonijiet speċifiċi ta' entità (ara l-paragrafu 24). Bħal fil-każ ta' tipi oħrajn ta' kuntratti, meta kuntratt ma' klijent jinkludi wegħda li tingħata liċenzja (jew liċenzji) minbarra oġġetti jew servizzi mwiegħda oħrajn, entità għandha tapplika l-paragrafi 22–30 sabiex tidentifika kull obbligu ta' prestazzjoni fil-kuntratt. |
B54 |
Jekk il-wegħda li tingħata liċenzja mhijiex separata minn oġġetti jew servizzi mwiegħda oħrajn fil-kuntratt skont il-paragrafi 26–30, entità għandha tikkunsidra l-wegħda li tagħti liċenzja u dawk l-oġġetti jew is-servizzi mwiegħda l-oħrajn flimkien bħala obbligu ta' prestazzjoni wieħed. Eżempji ta' liċenzji li mhumiex separati minn oġġetti jew servizzi oħrajn imwiegħda fil-kuntratt jinkludu dawn li ġejjin:
|
B55 |
Jekk il-liċenzja ma tkunx separata, entità għandha tapplika l-paragrafi 31–38 sabiex tiddetermina jekk l-obbligu ta' prestazzjoni (li jinkludi l-liċenzja mwiegħda) huwiex obbligu ta' prestazzjoni ssodisfat maż-żmien jew issodisfat f'punt speċifiku taż-żmien. |
B56 |
Jekk il-wegħda li tingħata liċenzja hija separata mill-oġġetti jew is-servizzi l-oħrajn imwiegħda fil-kuntratt u, allura, il-wegħda li tingħata l-liċenzja hija obbligu ta' prestazzjoni separata, entità għandha tiddetermina jekk il-liċenzja tittrasferixxix lil klijent f'punt partikolari taż-żmien jew maż-żmien. Meta tkun qiegħda tiddetermina dan, entità għandha tikkunsidra jekk in-natura tal-wegħda tal-entità tal-għoti tal-liċenzja lil klijent hijiex li tipprovdi lill-klijent bi:
|
Id-determinazzjoni tan-natura tal-wegħda tal-entità
B57 |
[Imħassra] |
B58 |
In-natura tal-wegħda ta' entità fl-għoti ta' liċenzja hija wegħda li tipprovdi dritt għall-aċċess għall-proprjetà intellettwali tal-entità jekk dawn il-kriterji kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:
|
B59 |
Fatturi li jistgħu jindikaw li klijent jista' raġonevolment jistenna li entità ser twettaq attivitajiet li jaffettwaw b'mod sinifikanti l-proprjetà intellettwali jinkludu l-prattiki ta' negozju konswetudinarji, il-politiki ppubblikati jew dikjarazzjonijiet speċifiċi tal-entità. Għalkemm mhux determinanti, l-eżistenza ta' interess ekonomiku kondiviż (pereżempju, dritt ibbażat fuq il-bejgħ) bejn l-entità u l-klijent relatat mal-proprjetà intellettwali li għaliha l-klijent għandu dritt tista' wkoll tindika li l-klijent jista' raġonevolment jistenna li l-entità ser twettaq dawn l-attivitajiet. |
B59 A |
L-attivitajiet ta' entità jaffettwaw b'mod sinifikanti l-proprjetà intellettwali li l-klijent ikollu drittijiet għaliha meta jew:
Għaldaqstant, jekk il-proprjetà intelletwali li l-klijent ikollu drittijiet għaliha għandha funzjonalità awtonoma sinifikanti, porzjon sostanzjali tal-benefiċċju ta' din il-proprjetà intellettwali hija derivata minn din il-funzjonalità. Konsegwentement, il-kapaċità tal-klijent li jikseb benefiċċju minn dik il-proprjetà intellettwali ma tkunx affettwata b'mod sinifikanti mill-attivitajiet tal-entità sakemm dawn l-attivitajiet ma jibdlux b'mod sinifikanti l-forma jew il-funzjonalità tagħha. Tipi ta' proprjetà intellettwali li spiss ikollhom funzjonalità awtonoma sinifikanti jinkludu softwer, komposti bijoloġiċi jew formoli tad-droga, u kontenut tal-midja komplut (pereżempju, films, programmi televiżivi u reġistrazzjonijiet mużikali). |
B60 |
Jekk il-kriterji fil-paragrafu B58 ikunu ssodisfati, entità għandha tikkunsidra l-wegħda li tagħti liċenzja bħala obbligu ta' prestazzjoni ssodisfat maż-żmien peress li l-klijent ser jirċievi u jikkonsma fl-istess ħin il-benefiċċju mill-prestazzjoni tal-entità li tipprovdi aċċess għall-proprjetà intellettwali tagħha waqt li sseħħ il-prestazzjoni (ara l-paragrafu 35(a)). Entità għandha tapplika l-paragrafi 39–45 sabiex tagħżel metodu xieraq biex tkejjel il-progress tagħha lejn l-issodisfar sħiħ ta' dak l-obbligu ta' prestazzjoni li tipprovdi aċċess. |
B61 |
Jekk il-kriterji fil-paragrafu B58 ma jkunux issodisfati, in-natura tal-wegħda ta' entità hija li tipprovdi dritt li wieħed juża l-proprjetà intellettwali tal-entità waqt li dik il-proprjetà intellettwali tkun teżisti (f'termini ta' forma u funzjonalità) fil-punt speċifiku taż-żmien li fih il-liċenzja tingħata lill-klijent. Dan ifisser li l-klijent jista' jidderieġi l-użu tal-liċenzja, u jikseb sostanzjalment il-bqija tal-benefiċċji kollha li jifdal minnha, fil-punt taż-żmien li fih tiġi trasferita l-liċenzja. Entità għandha tikkunsidra l-wegħda li tagħti dritt għall-użu tal-proprjetà intellettwali tal-entità bħala obbligu ta' prestazzjoni ssodisfat f'punt speċifiku taż-żmien. Entità għandha tapplika l-paragrafu 38 sabiex tiddetermina l-punt taż-żmien li fih il-liċenzja tiġi trasferita lill-klijent. Madankollu, ma jistax jiġi rikonoxxut dħul għal liċenzja li tagħti dritt li tintuża l-proprjetà intellettwali tal-entità qabel il-bidu tal-perjodu li fih il-klijent jista' juża u jgawdi l-liċenzja. Pereżempju, jekk perjodu ta' liċenzja ta' softwer jibda qabel entità tipprovdi (jew tagħmel disponibbli mod ieħor) lill-klijent kodiċi li jippermetti lill-klijent li juża minnufih is-softwer, l-entità ma tirrikonoxxix dħul qabel dak il-kodiċi jkun ingħata (jew magħmul disponibbli mod ieħor). |
B62 |
Entità għandha tinjora l-fatturi li ġejjin meta tiddetermina jekk liċenzja tagħtix dritt għall-aċċess għall-proprjetà intellettwali tal-entità jew dritt għall-użu tal-proprjetà intellettwali tal-entità:
|
Drittijiet ibbażati fuq il-bejgħ jew fuq l-użu
B63 |
Minkejja r-rekwiżiti fil-paragrafi 56–59, entità għandha tirrikonoxxi dħul għal dritt ibbażat fuq il-bejgħ jew fuq l-użu mwiegħed bi skambju għal liċenzja ta' proprjetà intellettwali biss meta (jew waqt li) iseħħ l-aħħar wieħed minn dawn l-avvenimenti li ġejjin:
|
B63 A |
Ir-rekwiżit għal dritt ibbażat fuq il-bejgħ jew fuq l-użu fil-paragrafu B63 japplika meta d-dritt jirrigwarda biss liċenzja ta' proprjetà intelletwali jew meta liċenzja tal-proprjetà intellettwali hija l-oġġett predominanti li għalih jirrelata d-dritt (pereżempju, il-liċenzja ta' proprjetà intellettwali tista' tkun l-oġġett predominanti li lilu jirrigwarda d-dritt meta l-entità jkollha aspettattiva raġonevoli li l-klijent ma attribwixxiex b'mod sinifikanti aktar valur lill-liċenzja milli lill-oġġetti jew is-servizzi l-oħra li lilhom jirrigwarda d-dritt). |
B63B |
Meta r-rekwiżit fil-paragrafu B63 A huwa ssodisfat, dħul minn dritt ibbażat fuq il-bejgħ jew fuq l-użu għandu jiġi rikonoxxut b'mod totali skont il-paragrafu B63. Meta r-rekwiżit fil-paragrafu B63 A ma jkunx issodisfat, ir-rekwiżiti dwar korrispettiv varjabbli fil-paragrafi 50–59 japplikaw fuq id-dritt ibbażat fuq il-bejgħ jew fuq l-użu. |
Fl-Appendiċi C, il-paragrafi C2, C5 u C7 huma emendati u l-paragrafi C1B, C7 A u C8 A huma miżjuda. Il-paragrafi C3 u C6 ma ġewx emendati iżda huma inklużi għall-ħeffa ta' referenza.
DATA EFFETTIVA
…
C1B |
Kjarifiki lill-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma' Klijenti, maħruġ f'April 2016, emenda l-paragrafi 26, 27, 29, B1, B34 — B38, B52 — B53, B58, C2, C5 u C7, ħassar il-paragrafu B57 u żied il-paragrafi B34 A, B35 A, B35B, B37 A, B59 A, B63 A, B63B, C7 A u C8 A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi ta' rappurtar annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2018, jew wara. Applikazzjoni qabel din id-data hija permessa. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, għandha tiżvela dan il-fatt. |
TRANŻIZZJONI
C2 |
Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni fil-paragrafi C3–C8 A:
|
C3 |
Entità għandha tapplika dan l-Istandard billi tuża wieħed miż-żewġ metodi li ġejjin:
… |
C5 |
Entità tista' tuża espedjent prattiku wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin meta tapplika dan l-Istandard b'mod retrospettiv skont il-paragrafu C3(a):
|
C6 |
Għal kwalunkwe wieħed mill-espedjenti prattiċi fil-paragrafu C5 li entità tuża, l-entità għandha tapplika dak l-espedjent b'mod konsistenti għall-kuntratti kollha fil-perjodi kollha ta' rappurtar ippreżentati. Barra minn hekk, l-entità għandha tiżvela l-informazzjoni kollha li ġejja:
|
C7 |
Jekk entità tagħżel li tapplika dan l-Istandard b'mod retrospettiv skont il-paragrafu C3(b), l-entità għandha tirrikonoxxi l-effett kumulattiv tal-applikazzjoni inizjali ta' dan l-Istandard bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ tal-qligħ imfaddal (jew komponent ieħor ta' ekwità, kif xieraq) tal-perjodu ta' rappurtar annwali li jinkludi d-data tal-ewwel applikazzjoni. Taħt dan il-metodu ta' tranżizzjoni, entità tista' tagħżel li tapplika dan l-Istandard b'mod retrospettiv biss għal kuntratti li mhumiex kuntratti mitmuma fid-data tal-ewwel applikazzjoni (pereżempju, l-1 ta' Jannar 2018 għal entità li bħala tmiem is-sena għandha l-31 ta' Diċembru). |
C7 A |
Entità li tapplika dan l-Istandard retrospettivament skont il-paragrafu C3(b) tista' wkoll tuża l-espedjent prattiku deskritt fil-paragrafu C5(c), jew:
Jekk entità tuża dan l-espedjent prattiku, l-entità għandha tapplika l-espedjent għall-kuntratti kollha b'mod konsistenti u tiżvela l-informazzjoni mitluba mill-paragrafu C6. … |
C8 A |
Entità għandha tapplika Kjarifiki lill-IFRS 15 (ara l-paragrafu C1B) b'mod retrospettiv skont l-IAS 8. Meta tapplika l-emendi retrospettivament, entità għandha tapplika l-emendi daqslikieku kienu inklużi fl-IFRS 15 fid-data tal-applikazzjoni inizjali. Għalhekk, entità m'għandhiex tapplika l-emendi għal perjodi ta' rappurtar jew għal kuntratti li għalihom ir-rekwiżiti tal-IFRS 15 ma jiġux applikati f'konformità mal-paragrafi C2 — C8. Pereżempju, jekk entità tapplika l-IFRS 15 skont il-paragrafu C3(b) biss għal kuntratti li ma jkunux kuntratti mitmuma fid-data tal-applikazzjoni inizjali, l-entità ma terġax tiddikjara l-kuntratti mitmuma fid-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 15 għall-effetti ta' dawn l-emendi. |