This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1344
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/1344 of 18 July 2017 amending Annex I to Council Regulation (EEC) No 2658/87 on the tariff and statistical nomenclature and on the Common Customs Tariff
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1344 tat-18 ta' Lulju 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1344 tat-18 ta' Lulju 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana
C/2017/4962
ĠU L 186, 19.7.2017, pp. 3–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
19.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 186/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1344
tat-18 ta' Lulju 2017
li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(1)(e) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura tal-oġġetti (minn hawn 'il quddiem imsejħa n-“Nomenklatura Magħquda” jew in-“NM”), li hija stabbilita fl-Anness I tiegħu. |
|
(2) |
Bħalissa, il-kliem tan-Noti Addizzjonali 4 u 5 tal-Kapitolu 17 tan-Nomenklatura Magħquda, kif ukoll tan-Noti Addizzjonali 3 u 4 tal-Kapitolu 21 tagħha jirreferi għall-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 (2), li jistabbilixxi l-metodi għall-kalkolu tal-kontenut tas-sukrożju fiz-zokkor mhux maħdum u f'ċerti ġuleppijiet. |
|
(3) |
Il-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 se jitħassru mill-1 ta' Ottubru 2017, minħabba li wara li nbidlet il-politika agrikola, ġiet emendata s-sistema ta' kwoti tal-produzzjoni taz-zokkor. Għalhekk, ir-referenzi għall-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 li hemm fin-Noti Addizzjonali 4 u 5 tal-Kapitolu 17 tan-NM, kif ukoll fin-Noti Addizzjonali 3 u 4 tal-Kapitolu 21 tagħha mhux se jibqgħu jgħoddu. |
|
(4) |
Fl-interess taċ-ċertezza legali u sabiex jiġi evitat li jinħoloq vojt legali, jeħtieġ li dawk in-Noti Addizzjonali jiġu emendati u li l-metodi analitiċi applikabbli jiddaħħlu direttament fihom. |
|
(5) |
Fid-dawl tat-titjib fil-metodi analitiċi li jintużaw biex jiġi stabbilit il-kontenut taz-zokkor, il-metodu analitiku użat dal-ħin biex jiġi kkalkulat il-kontenut taz-zokkor ta' ċerti prodotti li jaqgħu taħt il-Kapitolu 17 u li jistgħu jiġu influwenzati mill-matriċi tal-kampjun jew minn komposti interferenti għandu jinbidel bil-metodu tal-kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja (“il-metodu tal-HPLC”). |
|
(6) |
Madankollu, l-metodu tal-HPLC ma jistax jintuża għal għadd ta' prodotti oħrajn li jaqgħu taħt il-Kapitolu 17, kif ukoll għall-prodotti li jaqgħu taħt il-Kapitolu 21, li fihom il-kontenut taz-zokkor mhux imsejjes biss fuq is-sukrożju, il-fruttożju, il-glukożju u l-maltożju, minħabba li dawn fihom ukoll tipi ta' zokkor oħrajn. Għal dawk il-prodotti, il-kontenut tas-sukrożju, inklużi tipi ta' zokkor oħrajn mogħtija bħala sukrożju, għandu jiġi stabbilit billi jintuża l-metodu tar-rifrattometrija skont l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 974/2014 (3). |
|
(7) |
Sabiex tkun żgurata interpretazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda fl-Unjoni kollha fir-rigward tal-istabbiliment tal-kontenut taz-zokkor ta' ċerti prodotti, jenħtieġ li jiġu emendati n-Noti Addizzjonali 4 u 5 tal-Kapitolu 17 tat-Tieni Parti tan-Nomenklatura Magħquda, kif ukoll in-Noti Addizzjonali 3 u 4 tal-Kapitolu 21 tagħha. |
|
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Il-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 se jitħassru mill-1 ta' Ottubru 2017. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-istess data. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 hija emendata kif ġej:
|
(a) |
fil-Kapitolu 17, in-Noti Addizzjonali 4 u 5 qed jinbidlu b'dan li ġej:
(*1) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 974/2014 tal-11 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi l-metodu rifrattometru biex jitkejjel residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 274, 16.9.2014, p. 6).”;" |
|
(b) |
fil-Kapitolu 21, in-Noti Addizzjonali 3 u 4 qed jinbidlu b'dan li ġej:
(*2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 974/2014 tal-11 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi l-metodu rifrattometru biex jitkejjel residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 274, 16.9.2014, p. 6).”." |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta' Ottubru 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 974/2014 tal-11 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi l-metodu rifrattometru biex jitkejjel residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 274, 16.9.2014, p. 6).