This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1154R(01)
Corrigendum to Commission Regulation (EU) 2017/1154 of 7 June 2017 amending Regulation (EU) 2017/1151 supplementing Regulation (EC) No 715/2007 of the European Parliament and of the Council on type-approval of motor vehicles with respect to emissions from light passenger and commercial vehicles (Euro 5 and Euro 6) and on access to vehicle repair and maintenance information, amending Directive 2007/46/EC of the European Parliament and of the Council, Commission Regulation (EC) No 692/2008 and Commission Regulation (EU) No 1230/2012 and repealing Regulation (EC) No 692/2008 and Directive 2007/46/EC of the European Parliament and of the Council as regards real-driving emissions from light passenger and commercial vehicles (Euro 6) (OJ L 175, 7.7.2017)
Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1154 tas-7 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-emissjonijiet f'sewqan reali ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU L 175, 7.7.2017)
Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1154 tas-7 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-emissjonijiet f'sewqan reali ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU L 175, 7.7.2017)
C/2017/6732
ĠU L 256, 4.10.2017, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1154/corrigendum/2017-10-04/oj
4.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/11 |
Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1154 tas-7 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-emissjonijiet f'sewqan reali ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 6)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 175 tas-7 ta' Lulju 2017 )
F'paġna 715, fl-Anness II, li jemenda l-Anness IIIA tar-Regolament (UE) 2017/1151, fil-punt 8,
minflok:
“L-aħħar sentenza tal-punt 2.3 tiġi emendata kif ġej:”,
aqra:
“L-aħħar sentenza tal-punt 2.4 tinbidel b'dan li ġej:”;
F'paġna 727, fl-Anness II, li jemenda l-Anness IIIA tar-Regolament (UE) 2017/1151, fil-punt 36,
minflok:
“(d) |
fil-punt 1 wara t-titolu “Verifika tal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-vjaġġ u kalkolu tar-riżultat finali tal-emissjonijiet tal-RDE bil-metodu 1 (Tieqa tal-Medja Mobbli)”, il-kliem “Fażi 1. Segmentazzjoni tad-dejta u esklużjoni tal-emissjonijiet ta' startjar kiesaħ (it-taqsima 4 fl-Appendiċi 4);” huwa sostitwit bil-kliem “Fażi 1. Segmentazzjoni tad-dejta;”; |
(e) |
fil-punt 3.1 wara t-titolu “Verifika tal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-vjaġġ u kalkolu tar-riżultat finali tal-emissjonijiet tal-RDE bil-metodu 1 (Tieqa tal-Medja Mobbli)”, l-aħħar sentenza tal-ewwel paragrafu hija emendata kif ġej: “Il-kalkolu deskritt fil-punt preżenti jista' jseħħ mill-ewwel punt ('il quddiem).”; |
(f) |
fil-punt 3.1 wara t-titolu “Verifika tal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-vjaġġ u kalkolu tar-riżultat finali tal-emissjonijiet tal-RDE bil-metodu 1 (Tieqa tal-Medja Mobbli)”, fit-tieni paragrafu, it-tieni u r-raba' inċiżi huma mħassra; |
(g) |
fil-punt 3.2 wara t-titolu “Verifika tal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-vjaġġ u kalkolu tar-riżultat finali tal-emissjonijiet tal-RDE bil-metodu 1 (Tieqa tal-Medja Mobbli)”, jiġi miżjud il-paragrafu li ġej: “F'każ li tiġi ttestjata NOVC-HEV, il-kalkolu tat-tieqa għandu jibda fil-punt tat-tqabbid u jinkludi avvenimenti ta' sewqan li matulhom ma jiġi emess ebda CO2.”; |
(h) |
fil-punt 5. wara t-titolu “Verifika tal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-vjaġġ u kalkolu tar-riżultat finali tal-emissjonijiet tal-RDE bil-metodu 1 (Tieqa tal-Medja Mobbli)”, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “Għall-vetturi tal-kategorija N2 li huma mgħammra b'tagħmir li jillimita l-veloċità tal-vettura għal 90 km/siegħa skont id-Direttiva 92/6/KEE, il-proporzjon tat-twieqi tal-awtostrada fit-test komplut għandu jkun mill-inqas 5 %.”; |
(i) |
fil-punt 5.3 wara t-titolu “Verifika tal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-vjaġġ u kalkolu tar-riżultat finali tal-emissjonijiet tal-RDE bil-metodu 1 (Tieqa tal-Medja Mobbli)”, jiġi miżjud il-paragrafu li ġej: “Meta tiġi ttestjata NOVC-HEV u biss jekk ir-rekwiżit minimu speċifikat ta' 50 % ma jkunx issodisfat, it-tolleranza pożittiva ta' fuq tol1 tista' tiżdied bi stadji ta' punt perċentwal sakemm tintlaħaq il-mira ta' 50 % tat-twieqi normali. Meta jintuża dan l-approċċ, tol1 ma għandha qatt taqbeż il-50 %.”; |
(j) |
fil-punt 6.1 wara t-titolu “Verifika tal-kundizzjonijiet dinamiċi tal-vjaġġ u kalkolu tar-riżultat finali tal-emissjonijiet tal-RDE bil-metodu 1 (Tieqa tal-Medja Mobbli)”, jiġi miżjud il-paragrafu li ġej: “Għal kull tieqa tal-medja inklużi l-punti tad-dejta tal-istartjar kiesaħ, kif definit fil-punt 4 tal-Appendiċi 4, il- funzjoni tal-ponderazzjoni hija stabbilita għal 1.””, |
aqra:
“(36a) |
L-Appendiċi 5 huwa emendat kif ġej:
|