Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0437

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/437 tat-13 ta' Marzu 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    ĠU L 67, 14.3.2017, p. 34–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/437/oj

    14.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 67/34


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/437

    tat-13 ta' Marzu 2017

    li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) u (3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta' Marzu 2014 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

    (2)

    Il-Kunsill irreveda d-deżinjazzjonijiet individwali stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014. Jenħtieġ li dak l-Anness jiġi emendat u jenħtieġ li l-entrati għal żewġ persuni jitħassru.

    (3)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2017.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. GRECH


    (1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


    ANNESS

    I.

    L-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin huma mħassra mil-lista stabbilita fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

    PERSUNI

    “99.

    Gennadiy Nikolaiovych TSYPKALOV

    135.

    Arseny Sergeevich PAVLOV”

    II.

    L-entrati li jirrigwardaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt, kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

    PERSUNI

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “2.

    Vladimir Andreevich Konstantinov

    (Владимир Андреевич КОНСТАНТИНОВ)

    Volodymyr Andriyovych KONSTANTINOV

    (Володимир Андрійович КОНСТАНТIНОВ)

    Data tat-twelid: 19.11.1956

    Post tat-Twelid: Vladimirovka (magħruf ukoll bħala Vladimirovca), Reġjun ta' Slobozia, SSR tal-Moldova (issa r-Repubblika tal-Moldova) jew Bogomol, SSR tal-Moldova

    Bħala speaker tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea, Konstantinov kellu rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill-“Kunsill Suprem” rigward ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna u appella lill-votanti biex jivvutaw favur l-indipendenza tal-Krimea fir-‘referendum’ tas-16 ta' Marzu 2014. Kien wieħed mill-kofirmatarji tat-“trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa” tat-18 ta' Marzu 2014.

    Mis-17 ta' Marzu 2014 'l hawn, “President” tal-“Kunsill tal-Istat” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

    17.3.2014

    3.

    Rustam Ilmirovich TEMIRGALIEV

    (Рустам Ильмирович ТЕМИРГАЛИЕВ)

    Rustam Ilmyrovych TEMIRHALIIEV

    (Рустам Iльмирович ТЕМIРГАЛIЄВ)

    Data tat-twelid: 15.8.1976

    Post tat-Twelid: Ulan-Ude, Buryat ASSR (SFSR tar-Russja)

    Bħala ex Viċi Prim Ministru tal-Krimea, Temirgaliev qeda rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill-“Kunsill Suprem” dwar ir-“referendum” tas-16 ta' Marzu 2014 kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Huwa għamel pressjoni b'mod attiv favur l-integrazzjoni tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

    Fil-11 ta' Ġunju 2014 huwa rriżenja mill-funzjoni tiegħu bħala “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

    17.3.2014

    4.

    Denis Valentinovich BEREZOVSKIY

    (Денис Валентинович БЕРЕЗОВСКИЙ)

    Denys Valentynovych BEREZOVSKYY

    (Денис Валентинович БЕРЕЗОВСЬКИЙ)

    Data tat-twelid: 15.7.1974

    Post tat-Twelid: Kharkiv, SSR tal-Ukrajna

    Berezovskiy inħatar kmandant tal-Forza Navali tal-Ukrajna fl-1 ta' Marzu 2014 iżda wara dan ħa l-ġurament quddiem il-forzi armati tal-Krimea, biex b'hekk kiser il-ġurament tiegħu lill-Forza Navali tal-Ukrajna.

    Imbagħad inħatar Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed tal-Federazzjoni Russa.

    17.3.2014

    5.

    Aleksei Mikhailovich CHALIY

    (Алексей Михайлович Чалый)

    Oleksiy Mykhaylovych CHALYY

    (Олексій Михайлович ЧАЛИЙ)

    Data tat-twelid: 13.6.1961

    Post tat-Twelid: Moska jew Sevastopol

    Chaliy sar “Sindku tal-Poplu ta' Sevastopol” b'nomina mill-poplu fit-23 ta' Frar 2014 u aċċetta dan il-“vot”. Huwa mexxa kampanja b'mod attiv biex Sevastopol issir entità separata tal-Federazzjoni Russa b'segwitu għal referendum tas-16 ta' Marzu 2014. Kien wieħed mill-kofirmatarji tat-“trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa” tat-18 ta' Marzu 2014. Huwa kien aġent “gvernatur” ta' Sevastopol mill-1 sal-14 ta' April 2014 u kien President “elett” tal-'Assemblea Leġislattiva' tal-Belt ta' Sevastopol. Membru tal-Assemblea Leġislattiva tal-Belt ta' Sevastopol.

    17.3.2014

    6.

    Pyotr Anatoliyovych ZIMA

    (Пётр Анатольевич ЗИМА)

    Petro Anatoliyovych ZYMA

    (Петро Анатолійович ЗИМА)

    Data tat-twelid: 18.1.1970

    Post tat-Twelid: Artemivsk (Артемовск) (fl-2016 reġa' ħa l-isem ta' Bakhmut/Бахмут), Donetsk Oblast, Ukrajna

    Zima nħatar bħala l-kap il-ġdid tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Krimea (SBU) fit-3 ta' Marzu 2014 mill-“Prim Ministru” Aksyonov u aċċetta din il-ħatra. Hu ta informazzjoni rilevanti inkluż bażi tad-data lis-Servizz tal-Intelligence Russu (FSB). Din kienet tinkludi informazzjoni dwar attivisti Ewro-Majdan u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Krimea. Huwa kellu rwol rilevanti biex jiġi evitat li l-awtoritajiet tal-Ukrajna jkollhom kontroll tat-territorju tal-Krimea. Fil-11 ta' Marzu 2014 il-formazzjoni ta' Servizz ta' Sigurtà indipendenti tal-Krimea ġiet proklamata minn ex uffiċjali tas-SBU tal-Krimea.

    17.3.2014

    8.

    Sergey Pavlovych TSEKOV

    (Сергей Павлович ЦЕКОВ)

    Serhiy Pavlovych TSEKOV

    (Сергій Павлович ЦЕКОВ)

    Data tat-twelid: 28.9.1953 jew 28.8.1953

    Post tat-Twelid: Simferopol

    Bħala Viċi Speaker tar-Rada Verkhovna tal-Krimea, Tsekov beda, flimkien ma' Sergey Aksyonov, it-tneħħija illegali tal-gvern tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea (ARC). Huwa involva lil Vladimir Konstantinov f'dan it-tentattiv, waqt li heddu bit-tkeċċija tiegħu. Huwa rrikonoxxa pubblikament li l-Membri Parlamentari mill-Krimea kienu dawk li bdew jistiednu lis-suldati Russi biex jieħdu taħt il-kontroll tagħhom lill-Verkhovna Rada tal-Krimea. Huwa kien wieħed mill-ewwel Mexxejja tal-Krimea li talab fil-pubbliku li l-Krimea tiġi annessa mar-Russja.

    Membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa mill-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

    17.3.2014

    17.

    Sergei Vladimirovich ZHELEZNYAK

    (Сергей Владимирович ЖЕЛЕЗНЯК)

    Data tat-twelid: 30.7.1970

    Post tat-Twelid: San Pietruburgu (qabel kien Leningrad)

    Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

    Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea. Huwa mexxa personalment id-dimostrazzjoni b'appoġġ tal-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna.

    Bħalissa Viċi President tal-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

    17.3.2014

    18.

    Leonid Eduardovich SLUTSKI

    (Леонид Эдуардович СЛУЦКИЙ)

    Data tat-twelid: 4.1.1968

    Post tat-Twelid: Moska

    Ex President tal-Kumitat tal-Commonwealth ta' Stati Indipendenti (CIS) tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa (membru tal-LDPR).

    Appoġġa b'mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea.

    Bħalissa President tal-Kumitat tal-Affarijiet Barranin tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

    17.3.2014

    21.

    Aleksandr Viktorovich GALKIN

    (Александр Викторович ГАЛКИН)

    Data tat-twelid: 22.3.1958

    Post tat-Twelid: Ordzhonikidze, ASSR tat-Tramuntana ta' Ossetia

    Ex Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tar-Russja (‘SMD’), li l-forzi tiegħu jinsabu fil-Krimea; il-Flotta tal-Baħar l-Iswed tiġi taħt il-kmand ta' Galkin; ħafna mill-moviment tal-forza fil-Krimea seħħ minn ġewwa s-SMD.

    Il-forzi ta' SMD huma skjerati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed tipperikola s-sovranità tal-Ukrajna u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet lejn referendum u l-inkorporazzjoni fir-Russja. Barra minn hekk, il-Flotta tal-Baħar l-Iswed taqa' taħt il-kontroll tad-Distrett.

    Bħalissa impjegat mill-Apparat Ċentrali tal-Ministeru għad-Difiża Russu.

    17.3.2014

    25.

    Sergei Evgenevich NARYSHKIN

    (Сергей Евгеньевич НАРЫШКИН)

    Data tat-twelid: 27.10.1954

    Post tat-Twelid: San Pietruburgu (qabel kien Leningrad)

    Ex Speaker tad-Duma tal-Istat. Appoġġa pubblikament l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. Appoġġa pubblikament it-trattat ta' riunifikazzjoni tar-Russja u l-Krimea u l-liġi kostituzzjonali federali relatata.

    Bħalissa Direttur tas-Servizz tal-Intelligence Estera tal-Federazzjoni Russa sa minn Ottubru 2016. Membru permanenti u Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa.

    21.3.2014

    27.

    Alexander Mihailovich NOSATOV

    (Александр Михайлович НОСАТОВ)

    Data tat-twelid: 27.3.1963

    Post tat-Twelid: Sevastopol, (SSR tal-Ukrajna)

    Ex Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall.

    Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

    Attwalment Viċi Ammirall, Aġent Kmandant tal-flotta Russa tal-Baltiku.

    21.3.2014

    30.

    Mikhail Grigorievich MALYSHEV

    (Михаил Григорьевич МАЛЫШЕВ)

    Mykhaylo Hryhorovych MALYSHEV

    (Михайло Григорович МАЛИШЕВ)

    Data tat-twelid: 10.10.1955

    Post tat-Twelid: Simferopol, il-Krimea

    President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-referendum tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar-referendum.

    21.3.2014

    31.

    Valery Kirillovich MEDVEDEV

    (Валерий Кириллович МЕДВЕДЕВ)

    Valeriy Kyrylovych MEDVEDIEV

    (Валерій Кирилович МЕДВЕДЄВ)

    Data tat-twelid: 21.8.1946

    Post tat-Twelid: Shmakovka, reġjun ta' Primorsky

    President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol. Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-referendum tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar-referendum.

    21.3.2014

    33.

    Elena Borisovna MIZULINA (imwielda DMITRIYEVA)

    (Елена Борисовна МИЗУЛИНА (imwielda ДМИТРИЕВА))

    Data tat-Twelid: 9.12.1954

    Post tat-Twelid: Bui, reġjun ta' Kostroma

    L-ex Deputat fid-Duma tal-Istat. Oriġinatur u kosponsor ta' proposti leġislattivi reċenti fir-Russja li kienu ser jippermettu li reġjuni ta' pajjiżi oħra jissieħbu mar-Russja mingħajr qbil minn qabel mill-awtoritajiet ċentrali tagħhom.

    Minn Settembru 2015 'l hawn, Membru tal-Kunsill Federali mir-reġjun Omsk.

    21.3.2014

    35.

    Oleg Yevgenyvich BELAVENTSEV

    (Олег Евгеньевич БЕЛАВЕНЦЕВ)

    Data tat-twelid: 15.9.1949

    Post tat-Twelid: Moska

    Ex Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fl-hekk imsejjaħ “Distrett Federali tal-Krimea”, Membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà Russu. Responsabbli mill-implimentazzjoni tal-prerogattivi kostituzzjonali tal-Kap tal-Istat Russu fit-territorju tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea.

    Attwalment Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali tal-Kawkasu tat-Tramuntana.

    29.4.2014

    37.

    Sergei Ivanovich MENYAILO

    (Сергей Иванович МЕНЯЙЛО)

    Data tat-twelid: 22.8.1960

    Post tat-Twelid: Alagir, Tramuntana ta' Ossetia SSR Awtonoma, RSFSR

    Ex Gvernatur tal-belt Ukrena annessa ta' Sevastopol.

    Attwalment Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali tas-Siberja. Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa.

    29.4.2014

    43.

    German PROKOPIV

    (Герман ПРОКОПИВ)

    Herman PROKOPIV

    (Герман ПРОКОПIВ)

    (magħruf ukoll bħala Li Van Chol, Ли Ван Чоль)

    Data tat-Twelid: 6.7.1993

    Post tat-Twelid: Praga, Repubblika Ċeka

    Membru attiv tal-“Gwardja ta' Lugansk”. Ħa sehem fil-ħtif tal-bini tal-uffiċċju reġjonali tas-Servizz tas-Sigurtà ta' Lugansk.

    Għadu ġellied militari attiv tal-LNR.

    29.4.2014

    44.

    Valeriy Dmitrievich BOLOTOV

    (Валерий Дмитриевич БОЛОТОВ)

    Valeriy Dmytrovych BOLOTOV

    (Валерій Дмитрович БОЛОТОВ)

    Data tat-twelid: 13.2.1970

    Post tat-Twelid: Stakhanov, Lugansk

    Wieħed mill-mexxejja tal-grupp separatist, l-“Armata tax-Xlokk”, li okkupa l-bini tas-Servizz ta' Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk. Uffiċjal irtirat. Qabel ma ħatfu l-bini, huwa u kompliċi oħrajn kienu fil-pussess ta' armi li mid-dehra ġew fornuti illegalment mir-Russja u minn gruppi kriminali lokali.

    29.4.2014

    45.

    Andriy Yevhenovych PURHIN

    (Андрiй Євгенович ПУРГIН),

    Andrei Evgenevich PURGIN

    (Андрей Евгеньевич ПУРГИН)

    Data tat-twelid: 26.1.1972

    Post tat-Twelid: Donetsk

    Parteċipant attiv u organizzatur ta' azzjonijiet separatisti, koordinatur tal-azzjonijiet tat-“turisti Russi” f'Donetsk. Kofundatur ta' “Inizjattiva Ċivika ta' Donbass għall-Unjoni Ewro-Asjatika”. Sal-4 ta' Settembru 2015 kien “President” tal-“Kunsill Popolari tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”, bħalissa “l-Ewwel Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri”.

    29.4.2014

    47.

    Sergey Gennadevich TSYPLAKOV

    (Сергей Геннадьевич ЦЫПЛАКОВ)

    Serhiy Hennadiyovych TSYPLAKOV

    (Сергій Геннадійович ЦИПЛАКОВ)

    Data tat-twelid: 1.5.1983

    Post tat-Twelid: Khartsyzsk, Oblast ta' Donetsk

    Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-Milizzja tal-Poplu ta' Donbas. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-Istat fir-reġjun ta' Donetsk.

    29.4.2014

    48.

    Igor Vsevolodovich GIRKIN

    (Игорь Всеволодович ГИРКИН)

    (magħruf ukoll bħala Igor STRELKOV Ihor STRIELKOV)

    Data tat-Twelid: 17.12.1970

    Post tat-Twelid: Moska

    Identifikat bħala persunal tad-Direttorat Prinċipali tal-Intelligence tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). Kien involut f'inċidenti fi Sloviansk. Kap tal-moviment pubbliku “Novorossia”. Il-“Ministru tad-Difiża” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

    Organizza, fl-4 ta' Novembru 2016, Mixja Russa f'Moska għan-nazzjonalisti Russi li jappoġġaw is-separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna.

    Għadu attiva fl-appoġġ tiegħu għall-attività separatista fil-lvant tal-Ukrajna. Wieħed mill-organizzaturi tal-‘Mixja Russa’ f'Novembru 2016.

    29.4.2014

    49.

    Vyacheslav Viktorovich VOLODIN

    (Вячеслав Викторович ВОЛОДИН)

    Data tat-twelid: 4.2.1964

    Post tat-Twelid: Alekseevka, reġjun ta' Saratov

    Kien l-Ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali tar-Russja. Responsabbli mis-superviżjoni tal-integrazzjoni politika tar-reġjun Ukren tal-Krimea anness fil-Federazzjoni Russa.

    Bħalissa Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa mill-5 ta' Ottubru 2016.

    12.5.2014

    50.

    Vladimir Anatolievich SHAMANOV

    (Владимир Анатольевич ШАМАНОВ)

    Data tat-twelid: 15.2.1957

    Post tat-Twelid: Barnaul

    Ex Kmandant tat-Truppi tal-Ajru Russi, Kurunell-Ġenerali. Fil-pożizzjoni ta' awtorità għolja tiegħu, huwa responsabbli mill-iskjerament tal-qawwiet tal-ajru Russi fil-Krimea.

    Bħalissa President tal-Kumitat ta' Difiża tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

    12.5.2014

    51.

    Vladimir Nikolaevich PLIGIN

    (Владимир Николаевич ПЛИГИН)

    Data tat-twelid: 19.5.1960

    Post tat-Twelid: Ignatovo, Oblast ta' Vologodsk, USSR.

    Ex membru tad-Duma tal-Istat u ex President tal-Kumitat tal-Liġi Kostituzzjonali tad-Duma. Responsabbli għall-iffaċilitar tal-adozzjoni ta' leġislazzjoni dwar l-annessjoni tal-Krimea u Sevastopol mal-Federazzjoni Russa.

    12.5.2014

    52.

    Petr Grigorievich JAROSH

    (Петр Григорьевич ЯРОШ)

    Petro Hryhorovych YAROSH (IAROSH)

    (Петро Григорович ЯРОШ)

    Data tat-twelid: 30.1.1971

    Post tat-Twelid: Villaġġ ta' Skvortsovo, reġjun ta' Simferopol, il-Krimea

    Ex kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għall-Krimea. Responsabbli għall-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passaporti Russi għar-residenti tal-Krimea.

    12.5.2014

    53.

    Oleg Grigorievich KOZYURA

    (Олег Григорьевич КОЗЮРА)

    Oleh Hryhorovych KOZYURA

    (Олег Григорович КОЗЮРА)

    Data tat-Twelid: 19.12.1962

    Post tat-Twelid: Zaporozhye

    Ex Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għal Sevastopol. Responsabbli għall-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passaporti Russi għar-residenti ta' Sevastopol.

    Bħalissa assistent tad-Deputat tal-Kunsill Muniċipali ta' Sevastopol, Mikhail Chaly.

    12.5.2014

    55.

    Igor Nikolaevich BEZLER (magħruf ukoll bħala Bes (devil))

    (Игорь Николаевич БЕЗЛЕР)

    Ihor Mykolayovych BEZLER

    (Iгор Миколайович БЕЗЛЕР)

    Data tat-twelid: 30.12.1965

    Post tat-Twelid: Simferopol, il-Krimea

    Wieħed mill-mexxejja tal-milizzja awtoproklamata ta' Horlivka. Ħa l-kontroll tal-bini tal-Uffiċċju tal-Ukrajna għas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Donetsk u wara ħataf l-istazzjon distrettwali tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni fil-belt ta' Horlivka. Għandu rabtiet ma' Igor Strelkov/Girkin li taħt il-kmand tiegħu kien involut fil-qtil ta' Volodymyr Rybak, id-Deputat Popolari tal-Kunsill Muniċipali ta' Horlivka.

    12.5.2014

    56.

    Igor Evgenevich KAKIDZYANOV

    (Игорь Евгеньевич КАКИДЗЯНОВ),

    Igor Evegenevich KHAKIMZYANOV

    (Игорь Евгеньевич ХАКИМЗЯНОВ)

    Ihor Yevhenovych KHAKIMZIANOV (KAKIDZIANOV)

    (Iгор Євгенович ХАКIМЗЯНОВ (КАКIДЗЯНОВ))

    Data tat-twelid: 25.7.1980

    Post tat-Twelid: Makiivka (oblast ta' Donetsk)

    Wieħed mill-mexxejja tal-forzi armati tal-awtoproklamata “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. L-għan tal-forzi huwa li “jipproteġu l-poplu tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk u l-integrità territorjali tar-repubblika” skont Pushylin, wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

    12.5.2014

    57.

    Oleg TSARIOV, Oleh Anatoliyovych TSAROV

    (Олег Анатолійович ЦАРЬОВ),

    Oleg Anatolevich TSARYOV

    (Олег Анатольевич ЦАPËВ)

    Data tat-Twelid: 2.6.1970

    Post tat-Twelid: Dnepropetrovsk

    Ex Membru tar-Rada, bħala tali appella pubblikament għall-ħolqien tal-hekk imsejħa “Repubblika Federali tan-Novorossiya”, magħmula mir-reġjuni Ukreni tax-Xlokk. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politika separatisti. Qabel kien “Speaker” tal-hekk imsejjaħ “Parlament tal-Unjoni tar-Repubbliki Popolari” (“Parlament ta' Novorossiya”).

    Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politika separatisti.

    12.5.2014

    58.

    Roman Viktorovich LYAGIN

    (Роман Викторович ЛЯГИН)

    Roman Viktorovych LIAHIN

    (Роман Вікторович ЛЯГIН)

    Data tat-twelid: 30.5.1980

    Post tat-Twelid: Donetsk, Ukrajna

    Ex kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju 2014 dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Ex “Ministru għax-Xogħol u l-Politika Soċjali”.

    12.5.2014

    59.

    Aleksandr Sergeevich MALYKHIN,

    Alexander Sergeevich MALYHIN

    (Александр Сергеевич МАЛЫХИН)

    Oleksandr Serhiyovych (Sergiyovych) MALYKHIN

    (Олександр Сергiйович МАЛИХIН)

    Data tat-twelid: 12.1.1981

    Ex kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika Popolari ta' Lugansk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju 2014 dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika Popolari ta' Lugansk”.

    12.5.2014

    60.

    Natalia Vladimirovna POKLONSKAYA

    (Наталья Владимировна ПОКЛОНСКАЯ)

    Data tat-twelid: 18.3.1980

    Post tat-Twelid: Mikhailovka, reġjun ta' Voroshilovgrad, SSR tal-Ukrajna jew Yevpatoria, SSR tal-Ukrajna

    Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment.

    Ex Prosekutur tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’. Implimentat b'mod attiv l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja.

    Bħalissal-Ewwel Viċi President tal-Kumitat għas-Sigurtà u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

    12.5.2014

    62.

    Aleksandr Yurevich BORODAI

    (Александр Юрьевич БОРОДАЙ)

    Data tat-twelid: 25.7.1972

    Post tat-Twelid: Moska

    Qabel kien l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”, bħala tali responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk” (eż. fit-8 ta' Lulju 2014 iddikjara li 'l-militar tagħna qed iwettaq operazzjoni speċjali kontra l-“faxxisti” Ukreni), firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-“unjoni ta' Novorossiya”. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politika sepatatista; imexxi l-“Unjoni ta' voluntieri ta' Donbas”.

    Involut b'mod attiv fir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-‘voluntiera’ mibgħuta jiġġieldu f'Donbas.

    12.7.2014

    63.

    Alexander KHODAKOVSKY,

    Oleksandr Serhiyovych KHODAKOVSKYY (KHODAKOVSKYI)

    (Олександр Сергiйович ХОДАКОВСЬКИЙ),

    Aleksandr Sergeevich KHODAKOVSKII

    (Александр Сергеевич ХОДАКОВСКИЙ)

    Data tat-twelid: 18.12.1972

    Post tat-Twelid: Donetsk

    Dak li kien jissejjaħ “Ministru għas-Sigurtà tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk” ta' qabel, bħala tali responsabbli għal attivitajiet ta' sigurtà separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politika separatisti.

    12.7.2014

    65.

    Alexander KHRYAKOV,

    Aleksandr Vitalievich KHRYAKOV

    (Александр Витальевич ХРЯКОВ),

    Oleksandr Vitaliyovych KHRYAKOV

    (Олександр ВiTалiйович ХРЯКОВ)

    Data tat-twelid: 6.11.1958

    Post tat-Twelid: Donetsk

    L-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Massa tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Bħalissa membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Responsabbli għall-attivitajiet ta' propaganda favur is-separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    Għadu attiv fl-appoġġ tal-azzjonijiet separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna.

    12.7.2014

    66.

    Marat Faatovich BASHIROV

    (Марат Фаатович БАШИРОВ)

    Data tat-twelid: 20.1.1964

    Post tat-Twelid: Izhevsk, il-Federazzjoni Russa

    L-hekk imsejjaħ ex “Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”, ikkonfermat fit-8 ta' Lulju 2014.

    Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Ikompli b'attivitajiet ta' finanzjament ta' strutturi separatisti tal-LNR.

    12.7.2014

    67.

    Vasyl Oleksandrovych NIKITIN

    (Василь Олександрович Нікітін),

    Vasilii Aleksandrovich NIKITIN

    (Василий Александрович НИКИТИН)

    Data tat-twelid: 25.11.1971

    Post tat-Twelid: Shargun (Użbekistan)

    L-hekk imsejjaħ ex “Viċi Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” (kien l-hekk imsejjaħ ex “Prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”, u ex kelliem tal-“Armata tax-Xlokk”).

    Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Responsabbli għad-dikjarazzjoni tal-Armata tax-Xlokk li l-elezzjonijiet presidenzjali Ukreni fir-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” ma jistgħux isiru minħabba l-istatus il-“ġdid” tar-reġjun.

    Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti.

    12.7.2014

    68.

    Aleksey Vyacheslavovich KARYAKIN

    (Алексей Вячеславович КАРЯКИН)

    Oleksiy Vyacheslavovych KARYAKIN (Олексій В'ячеславович КАРЯКIН)

    Data tat-twelid: 7.4.1980 jew 7.4.1979

    Post tat-Twelid: Stakhanov (oblast ta' Lugansk)

    Sal-25 Marzu 2016 l-hekk imsejjaħ “President tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Ex membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-“Kunsill Suprem”, responsabbli għat-talba lill-Federazzjoni Russa biex tirrikonoxxi l-indipendenza tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-“unjoni ta' Novorossiya”.

    12.7.2014

    70.

    Igor PLOTNITSKY,

    Igor Venediktovich PLOTNITSKII

    (Игорь Венедиктович ПЛОТНИЦКИЙ)

    Ihor (Igor) Venedyktovych PLOTNYTSKYY

    (Iгор Венедиктович ПЛОТНИЦЬКИЙ)

    Data tat-twelid: 24.6.1964 jew 25.6.1964 jew 26.6.1964

    Post tat-Twelid: Lugansk (possibilment f'Kelmentsi, oblast ta' Chernivtsi)

    L-hekk imsejjaħ ex “Ministru għad-Difiża” u bħalissal-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    12.7.2014

    73.

    Mikhail Efimovich FRADKOV

    (Михаил Ефимович ФРАДКОВ)

    Data tat-twelid: 1.9.1950

    Post tat-Twelid: Kurumoch, reġjun ta' Kuibyshev

    Ex membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa; Ex Direttur tas-Servizz tal-Intelligence Estera tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    25.7.2014

    77.

    Boris Vyacheslavovich GRYZLOV

    (Борис Вячеславович ГРЫЗЛОВ)

    Data tat-twelid: 15.12.1950

    Post tat-Twelid: Vladivostok

    Ex membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    25.7.2014

    79.

    Mikhail Vladimirovich DEGTYAREV

    (Михаил Владимирович ДЕГТЯРËВ)

    Data tat-twelid: 10.7.1981

    Post tat-Twelid: Post tat-Twelid: Kuibyshev (Samara)

    Membru tad-Duma tal-Istat.

    Bħala membru tad-Duma huwa ħabbar l-inawgurazzjoni tal-“ambaxxata de facto” tal-hekk imsejħa u mhux rikonoxxuta “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” f'Moska, huwa jikkontribwixxi għad-dgħajfien jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Attwalment President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat Russu dwar l-Edukazzjoni Fiżika, l-Isport u l-Affarijiet taż-Żgħażagħ.

    25.7.2014

    82.

    Pavel Yurievich GUBAREV

    (Павел Юрьевич ГУБАРЕВ)

    Pavlo Yuriyovich GUBARIEV (HUBARIEV)

    (Павло Юрiйович ГУБАРЄВ)

    Data tat-twelid: 10.2.1983 (jew 10.3.1983)

    Post tat-Twelid: Sievierodonetsk

    Wieħed minn dawk li jiddefinixxu lilhom infushom mexxejja tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa talab l-intervent Russu fil-Lvant tal-Ukrajna, inkluż permezz tal-iskjerament ta' forzi taż-żamma tal-paċi Russi. Huwa kien assoċjat ma' Igor Strelkov/Girkin li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Gubarev kien responsabbli għar-reklutaġġ ta' nies għall-forzi armati tas-separatisti.

    Responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi pro-Russi u pproklama lilu nnifsu bħala l-“gvernatur tal-poplu”.

    Minkejja li ġie arrestat għat-theddid tal-integrità territorjali tal-Ukrajna, u sussegwentement inħeles, huwa kompla jilgħab rwol prominenti fl-attivitajiet separatisti, u għaldaqstant immina l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    25.7.2014

    83.

    Ekaterina Yurievna GUBAREVA

    (Екатерина Юрьевна ГУБАРЕВА),

    Kateryna Yuriyivna GUBARIEVA (HUBARIEVA)

    (Катерина Юріївна ГУБАРЄВА)

    Data tat-twelid: 5.7.1983 jew 10.3.1983

    Post tat-Twelid: Kakhovka (oblast ta' Kherson)

    Fil-kapaċità tagħha tal-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Affarijiet Barranin” hija kienet responsabbli għad-difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, u għaldaqstant dgħajfet l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità għalhekk hija appoġġat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadha attiva fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti.

    Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    25.7.2014

    84.

    Fyodor Dmitrievich BEREZIN

    (Фëдор Дмитриевич БЕРЕЗИН),

    Fedir Dmytrovych BEREZIN

    (Федiр Дмитрович БЕРЕЗIН)

    Data tat-twelid: 7.2.1960

    Post tat-Twelid: Donetsk

    L-hekk imsejjaħ ex “viċi Ministru għad-difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa assoċjat ma' Igor Strelkov/Girkin, li hu responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità Berezin għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadha attiva fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti.

    25.7.2014

    85.

    Valery Vladimirovich KAUROV

    (Валерий Владимирович КАУРОВ)

    Valeriy Volodymyrovych KAUROV

    (Валерій Володимирович КАУРОВ)

    Data tat-twelid: 2.4.1956

    Post tat-Twelid: Odessa

    L-hekk imsejjaħ “president” tal-hekk imsejħa “Repubblika ta' Novorossiya” li appella lir-Russja biex tiskjera truppi fl-Ukrajna. Billi ħa u aġixxa f'din il-kapaċità huwa għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti.

    25.7.2014

    86.

    Serhii Anatoliyovych ZDRILIUK

    (Сергей Анатольевич ЗДРИЛЮК)

    (Сергій Анатолійович ЗДРИЛЮК)

    Data tat-twelid: 23.6.1972 (jew 23.7.1972)

    Post tat-Twelid: Reġjun ta' Vinnytsia

    Assistent għoli ta' Igor Strelkov/Girkin li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, Zdriliuk għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti.

    25.7.2014

    89.

    Oksana TCHIGRINA,

    Oksana Aleksandrovna CHIGRINA (CHYHRYNA)

    (Оксана Александровна ЧИГРИНА)

    Data tat-Twelid: possibbilment 23.7.1981

    Kelliema tal-hekk imsejjaħ “gvern” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk” li għamlet dikjarazzjonijiet li jiġġustifikaw fost oħrajn it-twaqqigħ ta' ajruplan militari Ukren, it-teħid ta' ostaġġi, attivitajiet ta' ġlied mill-gruppi armati illegali, li bħala konsegwenza dgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukrajna.

    Għadha impjegata attiva tas-Servizz tal-Istampa tal-LNR.

    30.7.2014

    90.

    Boris Alekseevich LITVINOV

    (Борис Алексеевич ЛИТВИНОВ)

    Borys Oleksiyovych LYTVYNOV

    (Борис Олексійович ЛИТВИНОВ)

    Data tat-twelid: 13.1.1954

    Post tat-Twelid: Dzerzhynsk (oblast ta' Donetsk)

    Ex membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” u ex president tal-hekk imsejjaħ “Kunsill Suprem” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” li kien responsabbli għall-politika u l-organizzazzjoni tar-“referendum” illegali li wasslu għall-proklamazzjoni tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, li kkostitwixxiet ksur tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukrajna.

    Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti.

    30.7.2014

    91.

    Sergey Vadimovich ABISOV

    (Сергей Вадимович АБИСОВ)

    Sergiy (Serhiy) Vadymovych ABISOV

    (Сергій Вадимович АБIСОВ)

    Data tat-twelid: 27.11.1967

    Post tat-Twelid: Simferopol, il-Krimea

    Billi aċċetta l-ħatra tiegħu bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Intern tar-Repubblika tal-Krimea” mill-President tar-Russja (digriet Nru 301) fil-5 ta' Mejju 2014 u bl-azzjonijiet tiegħu bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Intern” huwa dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukrajna

    30.7.2014

    96.

    Alexander Vladimirovich ZAKHARCHENKO

    (Александр Владимирович ЗАХАРЧЕНКО)

    Oleksandr Volodymyrovych ZAKHARCHENKO

    (Олександр Володимирович ЗАХАРЧЕНКО)

    Data tat-twelid: 26.6.1976

    Post tat-Twelid: Donetsk

    Mis-7 ta' Awwissu 2014, ħa post Alexander Borodai bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Bħalissal-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, Zakharchenko appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.9.2014

    97.

    Vladimir KONONOV (magħruf ukoll bħala ‘Tsar’)

    (Владимир Петровнч КОНОНОВ)

    Volodymyr Petrovych KONONOV

    (Володимир Петрович КОНОНОВ)

    Data tat-twelid: 14.10.1974

    Post tat-Twelid: Gorsky

    Mill-14 ta' Awwissu 2014, ħa post Igor Strelkov/Girkin, bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għad-Difiża” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Hu maħsub li kkmanda diviżjoni ta' ġellieda separatisti f'Donetsk minn April 2014 'l hawn u wiegħed li jsolvi l-kompitu strateġiku li jwaqqaf l-aggressjoni militari tal-Ukrajna. Kononov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    12.9.2014

    98.

    Miroslav Vladimirovich RUDENKO

    (Мирослав Владимирович РУДЕНКО)

    Myroslav Volodymyrovych RUDENKO

    (Мирослав Володимирович РУДЕНКО)

    Data tat-twelid: 21.1.1983

    Post tat-Twelid: Debaltsevo

    Assoċjat mal-“Milizzja tal-Poplu ta' Donbass”. Fost affarijiet oħra, huwa ddikjara li ser ikomplu l-ġlied tagħhom fil-bqija tal-pajjiż. Rudenko b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    12.9.2014

    100.

    Andrey Yurevich PINCHUK

    (Андрей Юрьевич ПИНЧУК)

    Andriy Yuriyovych PINCHUK

    (Андрій Юрійович ПIНЧУК)

    Data possibbli tat-twelid: 27.12.1977

    Ex “Ministru għas-sigurtà statali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti. Kap tal-“Unjoni ta' voluntieri ta' Donbas”.

    12.9.2014

    103.

    Aleksandr Akimovich KARAMAN

    (Александр Акимович КАРАМАН),

    Alexandru CARAMAN

    Data tat-twelid: 26.7.1956

    Post tat-twelid, Cioburciu, distrett ta' Slobozia, issa r-Repubblika tal-Moldova

    L-hekk imsejjaħ ex “Viċi Prim Ministru għall-Kwistjonijiet Soċjali” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li kien responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Protett tal-Viċi Prim Ministru tar-Russja Dmitry Rogozin. Kap tal-“Amministrazzjoni tal-Kunsill tal-Ministri” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    12.9.2014

    105.

    Mikhail Sergeyevich SHEREMET

    (Михаил Сергеевич ШЕРЕМЕТ)

    Mykhaylo Serhiyovych SHEREMET

    (Михайло Сергійович ШЕРЕМЕТ)

    Data tat-twelid: 23.5.1971

    Post tat-Twelid: Dzhankoy

    Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment.

    Kien l-hekk imsejjaħ “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-Krimea. Sheremet qeda rwol ewlieni fl-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tar-referendum tas-16 ta' Marzu fil-Krimea dwar l-unifikazzjoni mar-Russja. Fi żmien ir-referendum, intqal li Sheremet ikkmanda lill-“forzi ta' awtodifiża” favur Moska fil-Krimea. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Elett fit-18ta' Settembru 2016 bħala deputat tad-Duma mill-Peniżola tal-Krimea annessa illegalment.

    12.9.2014

    110.

    Leonid Ivanovich KALASHNIKOV

    (Леонид Иванович КАЛАШНИКОВ)

    Data tat-twelid: 6.8.1960

    Post tat-Twelid: Stepnoy Dvorets

    Kien l-Ewwel viċi President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    Attwalment President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat Russu għall-Affarijiet tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewro-Asjatika u Relazzjonijiet mal-Kompatrijotti

    12.9.2014

    111.

    Vladimir Stepanovich NIKITIN

    (Владимир Степанович НИКИТИН)

    Data tat-twelid: 5.4.1948

    Post tat-Twelid: Opochka

    Ex membru tad-Duma tal-Istat u kien l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat għall-Affarijiet tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewro-Asjatika u Relazzjonijiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    12.9.2014

    112.

    Oleg Vladimirovich LEBEDEV

    (Олег Владимирович ЛЕБЕДЕВ)

    Data tat-twelid: 21.3.1964

    Post tat-Twelid: Rudny, reġjun ta' Kostanai, SSR Kazaka

    Ex membru tad-Duma tal-Istat u kien l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat għall-Affarijiet tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewro-Asjatika u Relazzjonijiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    12.9.2014

    115.

    Nikolai Vladimirovich LEVICHEV

    (Николай Владимирович ЛЕВИЧЕВ)

    Data tat-twelid: 28.5.1953

    Post tat-Twelid: Pushkin

    Ex membru tad-Duma tal-Istat. Ex Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    Attwalment membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali.

    12.9.2014

    119.

    Alexander Mikhailovich BABAKOV

    (Aлександр Михайлович БАБАКОВ)

    Data tat-twelid: 8.2.1963

    Post tat-Twelid: Chisinau

    Ex membru tad-Duma tal-Istat. Ex Deputat tad-Duma tal-Istat, President tal-Kummissjoni tad-Duma tal-Istat dwar Dispożizzjonijiet Leġislattivi għall-Iżvilupp tal-Kumpless Militari-Industrijali tal-Federazzjoni Russa. Huwa membru prominenti tar-“Russja Magħquda” u negozjant b'investimenti importanti fl-Ukrajna u fil-Krimea.

    Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    Attwalment membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

    12.9.2014

    120.

    Sergey Yurievich KOZYAKOV

    (Сергей Юрьевич КОЗЬЯКОВ)

    Serhiy Yuriyovych KOZYAKOV

    (Сергiй Юрiйович КОЗЬЯКОВ)

    Data tat-twelid: 29.9.1982 jew 23.9.1982

    Fil-kapaċità li kellu qabel bħala l-hekk imsejjaħ “Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali ta' Luhansk” kien responsabbli mill-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 fir-“Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. Dawn “l-elezzjonijiet” kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. F'Ottubru 2015 inħatar bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Ġustizzja” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”.

    Billi assuma u aġixxa f'dawn il-kapaċitajiet, u billi organizza l-“elezzjonijiet” illegali, huwa għaldaqstant b'mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    121.

    Oleg Konstantinovich AKIMOV (magħruf ukoll bħala Oleh AKIMOV)

    (Олег Константинович АКИМОВ)

    Oleh Kostiantynovych AKIMOV

    (Олег Костянтинович АКIМОВ)

    Data tat-twelid: 15.9.1981

    Post tat-Twelid: Lugansk

    Deputat tal-“Unjoni Ekonomika ta' Lugansk” fil-“Kunsill Nazzjonali” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga tal-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Dawn “l-elezzjonijiet” kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Sa mill-2014 'l hawn huwa l-“Kap” tal-hekk imsejħa “Federazzjoni tal-Għaqdiet tal-Ħaddiema” u membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi pparteċipat formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Jappoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    29.11.2014

    122.

    Larisa Leonidovna AIRAPETYAN magħrufa wkoll bħala Larysa AYRAPETYAN, Larisa AIRAPETYAN jew Larysa AIRAPETYAN

    (Лариса Леонидовна АЙРАПЕТЯН)

    (Лариса Леонідівна АЙРАПЕТЯН)

    Data tat-twelid: 21.2.1970

    Kienet l-hekk imsejjaħ “Ministru għas-Saħħa” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Ħarġet bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet”, tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Dawn l-‘elezzjonijiet’ huma fi ksur tal-liġi Ukrajna u għaldaqstant illegali.

    Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, u billi pparteċipat formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant hija appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    123.

    Yuriy Viktorovich SIVOKONENKO magħruf ukoll bħala Yuriy SIVOKONENKO, Yury SIVOKONENKO, Yury SYVOKONENKO

    (Юрий Викторович СИВОКОНЕНКО)

    Data tat-twelid: 7.8.1957

    Post tat-Twelid: Belt ta' Stalino (issa Donetsk)

    Membru tal-‘Parlament’ tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” u President tal-Unjoni tal-assoċjazzjoni pubblika tal-Veterani tal-Berkut ta' Donbass u membru tal-moviment pubbliku ‘Free Donbass’. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' Kap tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Dawn l-elezzjonijiet kienu fi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi pparteċipat formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    124.

    Aleksandr Igorevich KOFMAN (magħruf ukoll bħala Oleksandr KOFMAN)

    (Александр Игоревич КОФМАН)

    (Олександр Iгорович КОФМАН)

    Data tat-twelid: 30.8.1977

    Post tat-Twelid: Makiivka (oblast ta' Donetsk)

    L-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Affarijiet Barranin” u l-hekk imsejjaħ “L-Ewwel viċi speaker” tal-“Parlament” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” illegali tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' tal-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Dawn l-elezzjonijiet kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi pparteċipat formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti.

    29.11.2014

    125.

    Ravil Zakarievich KHALIKOV

    (Равиль Закариевич ХАЛИКОВ)

    Ravil Zakariyovych KHALIKOV

    (Равіль Закарійович ХАЛIКОВ)

    Data tat-twelid: 23.2.1969

    Post tat-Twelid: villaġġ ta' Belozere, Romodanovskiy rayon, USSR

    L-hekk imsejjaħ ex “L-Ewwel Viċi Prim Ministru u l-'Prosekutur Ġenerali” preċedenti tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    126.

    Dmitry Aleksandrovich SEMYONOV

    Dmitrii Aleksandrovich SEMENOV

    (Дмитрий Александрович СЕМЕНОВ)

    Data tat-twelid: 3.2.1963

    Post tat-Twelid: Moska

    L-ex “Viċi Prim Ministru għall-Finanzi” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Għadu attiv fil-finanzjament ta' strutturi separatisti tal-LNR.

    29.11.2014

    127.

    Oleg Evgenevich BUGROV

    (Олег Евгеньевич БУГРОВ)

    Oleh Yevhenovych BUHROV

    (Олег Євгенович БУГРОВ)

    Data tat-twelid: 29.8.1969

    L-ex “Ministru għad-Difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    128.

    Lesya Mikhaylovna LAPTEVA

    (Леся Михайловна ЛАПТЕВА)

    Lesya Mykhaylivna LAPTIEVA

    (Леся Михайлівна ЛАПТЄВА)

    Data tat-twelid: 11.3.1976

    Post tat-Twelid: Dzhambul/Jambul (Każakistan), bħalissa magħruf bħala Taraz

    L-ex “Ministru għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza, il-Kultura u r-Reliġjon” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”.

    Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    129.

    Yevgeniy Eduardovich MIKHAYLOV (magħruf ukoll bħala Yevhen Eduardovych MYCHAYLOV)

    (Евгений Эдуардович МИХАЙЛОВ)

    (Євген Едуардович МИХАЙЛОВ)

    Data tat-twelid: 17.3.1963

    Post tat-Twelid: Arkhangelsk

    L-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Kunsill tal-Ministri” (kap tal-amministrazzjoni għall-affarijiet governattivi) tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    130.

    Ihor Vladymyrovych KOSTENOK (magħruf ukoll bħala Igor Vladimirovich KOSTENOK)

    (Игорь Владимирович КОСТЕНОК)

    Data tat-twelid: 15.3.1961

    Post tat-Twelid: Vodyanske, Dobropillia Rayon, Donetsk oblast

    Водянское, Добропольский район Донецкой области

    L-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Edukazzjoni” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Attwalment konsulent personali tal-PM tad-DNR.

    29.11.2014

    131.

    Yevgeniy Vyacheslavovich ORLOV (magħruf ukoll bħala Yevhen Vyacheslavovych ORLOV)

    (Евгений Вячеславович ОРЛОВ)

    Data tat-twelid: 10.5.1980 jew 21.10.1983

    Post tat-Twelid: Snezhnoye, Donetsk oblast

    г. Снежное, Донецкой области

    Membru tal-“Kunsill Nazzjonali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    132.

    Vladyslav Mykolayovych DEYNEGO magħruf ukoll bħala Vladislav Nikolayevich DEYNEGO

    (Владислав Миколайович ДЕЙНЕГО)

    (Владислав Николаевич ДЕЙНЕГО)

    Data tat-twelid: 12.3.1964

    Post tat-Twelid: Romny, Sumy oblast

    Ромны, Сумская область

    “Viċi Kap” tal-“Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    29.11.2014

    136.

    Mikhail Sergeevich TOLSTYKH magħruf ukoll bħala Givi

    (Михаил Сергеевич ТОЛСТЫХ)

    Mykhaylo Serhiyovych TOLSTYKH

    (Михайло Сергійович ТОЛСТИХ)

    Data tat-twelid: 19.7.1980

    Post tat-Twelid: Ilovaisk

    Kmandant tal-brigata “Somali”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna.

    F'din il-kapaċità, huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Għadu kmandant militari attiv fl-hekk imsejħa ‘DNR’.

    16.2.2015

    137.

    Eduard Aleksandrovich BASURIN

    (Эдуард Александрович БАСУРИН)

    Eduard Oleksandrovych BASURIN

    (Едуард Олександрович БАСУРIН

    Data tat-twelid: 27.6.1966

    Post tat-Twelid: Donetsk

    Kelliem tal-Ministru għad-Difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Għadu attiv fl-appoġġ ta' attivitajiet separatisti fl-Ukrajna tal-Lvant.

    16.2.2015

    138.

    Alexandr Vasilievich SHUBIN

    (Александр Васильевич ШУБИН)

    Data tat-twelid: 20.5.1972 jew 30.5.1972

    Post tat-Twelid: Luhansk

    L-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Ġustizzja”, tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk” illegali. President tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk” minn Ottubru 2015 'l hawn.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill- Ukrajna.

    Attwalment President tal-hekk imsejħa “Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”.

    16.2.2015

    139.

    Sergey Anatolievich LITVIN

    (Сергей Анатольевич ЛИТВИН)

    Serhiy Anatoliyovych LYTVYN

    (Сергій Анатолійович ЛИТВИН)

    Data tat-twelid: 2.7.1973

    Post tat-Twelid: Lysychansk, Luhansk oblast, USSR

    Лисичанск Луганской области УССР

    L-hekk imsejjaħ ex “Viċi President” tal-Kunsill tal-Ministri tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    16.2.2015

    140.

    Sergey Yurevich IGNATOV (magħruf ukoll bħala KUZOVLEV)

    (Сергей Юрьевич ИГНАТОВ (КУЗОВЛЕВ))

    Data tat-twelid: 7.1.1967

    Post tat-Twelid: Michurinsk, Tambov oblast

    Мичуринск, Тамбовская область

    L-hekk imsejjaħ Kap Kmandant tal-Milizzja tal-Poplu tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill- Ukrajna.

    16.2.2015

    141.

    Ekaterina FILIPPOVA (Екатерина Владимировна ФИЛИППОВА)

    Kateryna Volodymyrivna FILIPPOVA

    (Катерина Володимирівна ФIЛIППОВА

    Data tat-twelid: 20.1.1988

    Post tat-Twelid: Krasnoarmëisk

    L-hekk imsejħa ex “Ministru tal-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

    Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Bħalissa assistent personali ta' Alexander Vladimirovich Zakharchenko.

    16.2.2015

    142.

    Aleksandr Yurievich TIMOFEEV

    (Александр Юрьевич ТИМОФЕЕВ)

    Oleksandr Yuriyovych TYMOFEYEV

    (Олександр Юрійович ТИМОФЕЄВ)

    Data tat-twelid: 15.5.1971

    Post tat-Twelid: Nevinnomyssk, Stavropol Krai

    Невинномысск, Ставропольский край

    L-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Finanzi u t-Taxxi” tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill- Ukrajna.

    16.2.2015

    143.

    Evgeny Vladimirovich MANUILOV

    (Евгений Владимирович МАНУЙЛОВ)

    Yevhen Volodymyrovych MANUYLOV

    (Євген Володимирович МАНУЙЛОВ)

    Data tat-twelid: 5.1.1967

    Post tat-Twelid: Baranykivka, Bilovodsk Raion, Luhansk oblast

    с. Бараниковка Беловодского района Луганской области

    L-hekk imsejjaħ “Ministru tad-Dħul u t-Taxxi” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    16.2.2015

    144.

    Viktor Vyacheslavovich YATSENKO

    (Виктор Вячеславович ЯЦЕНКО)

    Viktor Viacheslavovych YATSENKO

    (Віктор В'ячеславович ЯЦЕНКО)

    Data tat-twelid: 22.4.1985

    Post tat-Twelid: Kherson

    L-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Komunikazzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    16.2.2015

    145.

    Olga Igoreva BESEDINA

    (Ольга Игорева БЕСЕДИНА)

    Olha Ihorivna BESEDINA

    (Ольга Iгорівна БЕСЕДIНА)

    Data tat-twelid: 10.12.1976

    Post tat-Twelid: Lugansk

    L-hekk imsejħa ex “Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku u l-Kummerċ” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk”.

    Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    16.2.2015

    146.

    Zaur Raufovich ISMAILOV

    (Заур Рауфович ИСМАИЛОВ)

    Zaur Raufovych ISMAYILOV

    (Заур Рауфович IСМАЇЛОВ)

    Data tat-twelid: 25.7.1978 (jew 23.3.1975)

    Post tat-Twelid: Krasny Luch, Voroshilovgrad, reġjun ta' Lugansk

    L-hekk imsejjaħ “Prosekutur Ġenerali” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk”.

    Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    16.2.2015

    148.

    Arkady Viktorovich BAKHIN

    (Аркадий Викторович БАХИН)

    Data tat-twelid: 8.5.1956

    Post tat-Twelid: Kaunas, Litwanja

    L-ex l-Ewwel Viċi Ministru tad-Difiża (sas-17 ta' Novembru 2015) u, f'dik il-kapaċità, kien involut fl-appoġġ tal-iskjerament ta' truppi Russi fl-Ukrajna.

    Skont l-istruttura attwali tal-Ministeru għad-Difiża Russu, f'dik il-kapaċità, huwa jipparteċipa fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu. Dawn il-politiki jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Bħalissa jaħdmu ma' Rosatom.

    16.2.2015

    150.

    Iosif (Joseph) Davydovich KOBZON

    (Иосиф Дaвьιдoвич КОБЗОН)

    Data tat-twelid: 11.9.1937

    Post tat-Twelid: Tchassov Yar, Ukrajna

    Membru tad-Duma tal-Istat.

    Huwa żar l-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u matul iż-żjara tiegħu għamel dikjarazzjonijiet li jappoġġaw lis-separatisti. Huwa nħatar ukoll Konslu Onorarju tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” fil-Federazzjoni Russa.

    Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

    Attwalment l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat dwar il-Kultura.

    16.2.2015

    152.

    Ruslan Ismailovich BALBEK

    (Руслан Исмаилович БАЛЬБЕК)

    Data tat-twelid: 28.8.1977

    Post tat-Twelid: Bekabad, l-Użbekistan SSR

    Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment.

    Viċi President tal-Kumitat tad-Duma dwar affarijiet etniċi.

    Fl-2014 Balbek inħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” u ħadem f'din il-kapaċità għall-integrazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment fil-Federazzjoni Russa, li għaliha ġie ppremjat b'midalja “Għad-Difiża tar-Repubblika tal-Krimea”. Huwa appoġġa l-annessjoni tal-Krimea fi stqarrijiet pubbliċi, inkluż fuq il-profil tiegħu fis-sit elettroniku tar-Russja Magħquda (fergħa tal-Krimea) u artiklu fl-istampa ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-NTV fit-3 ta' Lulju 2016.

    9.11.2016

    153.

    Konstantin Mikhailovich BAKHAREV

    (Константин Михайлович БАХАРЕВ)

    Data tat-twelid: 20.10.1972

    Post tat-Twelid: Simferopol SSR tal-Ukrajna

    Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment.

    Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar is-Swieq Finanzjarji.

    F'Marzu 2014 Bakharev inħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”, u f'Awwissu 2014 bħala l-Ewwel Viċi President ta' dak il-korp. Huwa ammetta l-involviment personali tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li huwa appoġġa pubblikament, inkluż f'intervista ppubblikata fuq is-sit elettroniku gazetakrimea.ru fit-22 ta' Marzu 2016 u s-sit elettroniku c-pravada.ru fit-23 ta' Awwissu 2016. Huwa ġie ppremjat bl-ordni “Għal-lealtà għad-dmir” mill-“awtoritajiet” tar-“Repubblika tal-Krimea”.

    9.11.2016

    154.

    Dmitry Anatolievich BELIK

    (Дмитрий Анатольевич БЕЛИК)

    Data tat-twelid: 17.10.1969

    Post tat-Twelid: Distrett ta' Kular Ust-Yansky, SSR Awtonomu ta' Yakut

    Membru tad-Duma tal-Istat, elett mill-belt ta' Sevastopol li ġiet annessa illegalment.

    Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar it-Tassazzjoni.

    Bħala membru tal-amministrazzjoni muniċipali ta' Sevastopol fi Frar-Marzu 2014 appoġġa l-attivitajiet tal-hekk imsejjaħ “Sindku tal-Poplu” Alexei Chaliy. Huwa pubblikament ammetta l-involviment tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li ddefenda pubblikament, inkluż fuq is-sit elettroniku personali tiegħu u f'intervista ppubblikata fil-21 ta' Frar 2016 fuq is-sit elettroniku nation-news.ru.

    Għall-involviment tiegħu fil-proċess ta' annessjoni ġie ppremjat bl-ordni tal-Istat Russu “Għal servizzi lill-art tat-twelid” — grad II.

    9.11.2016

    155.

    Andrei Dmitrievich KOZENKO

    (Андрей Дмитриевич КОЗЕНКО)

    Data tat-twelid: 3.8.1981

    Post tat-Twelid: Simferopol SSR tal-Ukrajna

    Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment.

    Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar is-Swieq Finanzjarji.

    F'Marzu 2014 Kozenko nħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Ammetta pubblikament l-involviment tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li huwa ddefenda pubblikament, inkluż f'intervista ppubblikata fis-sit elettroniku gazetakrimea.ru fit-12 ta' Marzu 2016. Għall-involviment tiegħu fil-proċess ta' annessjoni ġie ppremjat b'midalja “Għad-difiża tar-Repubblika tal-Krimea” mill-“awtoritajiet” lokali.

    9.11.2016

    156.

    Svetlana Borisovna SAVCHENKO

    (Светлана Борисовна САВЧЕНКО)

    Data tat-twelid: 24.6.1965

    Post tat-Twelid: Belogorsk SSR tal-Ukrajna

    Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment.

    Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar il-Kultura.

    Kienet membru tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea sa mill-2012 u minn Marzu 2014 appoġġat l-integrazzjoni tal-Krimea u Sevastopol li ġew annessi illegalment fil-Federazzjoni Russa. F'Settembru 2014 Savchenko ġiet eletta fil-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Hi ddefendiet l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol f'għadd ta' okkażjonijiet fi stqarrijiet pubbliċi, fosthom intervisti ppubblikati fuq is-sit elettroniku c-pravda.ru fit-2 ta' April 2016 u l-20 ta' Awwissu 2016. Hija ġiet ippremjata bl-ordni tal-Istat Russu “Għal servizzi lill-art tat-twelid” — grad II fl-2014 u bl-ordni “Għal-lealtà għad-dmir” mill-“awtoritajiet” tar-“Repubblika tal-Krimea” fl-2015.

    9.11.2016

    157.

    Pavel Valentinovich SHPEROV

    (Павел Валентинович ШПЕРОВ)

    Data tat-twelid: 4.7.1971

    Post tat-Twelid: Simferopol SSR tal-Ukrajna

    Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment.

    Membru tal-Kumitat tad-Duma għall-Affarijiet tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewro-Asjatika u Relazzjonijiet mal-Kompatrijotti.

    F'Settembru 2014 Shperov ġie elett fil-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea.”

    Huwa pubblikament ammetta, inkluż f'intervista ppubblikata fuq is-sit elettroniku ldpr-rk.ru fit-3 ta' Settembru 2016, ir-rwol tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol u b'mod partikolari r-rwol tiegħu fl-organizzazzjoni tar-referendum illegali dwar l-annessjoni illegali tal-peniżola.

    9.11.2016”

    ENTITAJIET

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “10.

    L-hekk imsejħa “Milizzja tal-Poplu ta' Donbass”“Нарoдное oпoлчéние Дoнбáсса”

    Media soċjali:

    http://vk.com/polkdonbassa

    + 38-099-445-63-78;

    + 38-063-688-60-01;

    + 38-067-145-14-99;

    + 38-094-912-96-60;

    + 38-062-213-26-60

    Posta elettronika: voenkom.dnr@mail.ru

    mobilisation@novorossia.co

    Volontarji fuq it-telefon fir-Russja:

    + 7 (926) 428-99-51

    + 7 (967) 171-27-09

    jew posta elettronika novoross24@mail.ru

    Indirizz: Donetsk. Prospect Zasyadko.13

    Grupp separatista illegali armat responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant jhedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna. Fost l-oħrajn, il-grupp militanti ħa l-kontroll ta' diversi binjiet tal-gvern fl-Ukrajna tal-Lvant kmieni f'April 2014, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Huwa assoċjat mas-Sur Pavel Gubarev, li huwa responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi favur ir-Russi u li pproklama lilu nnifsu l-“gvernatur tal-poplu”.

    25.7.2014

    11.

    “Battaljun Vostok”

    “Батальон Восток”

    Media soċjali:

    http://vk.com/patriotic_forces_of_donbas

    Grupp separatista armat illegali li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar importanti fl-Ukrajna tal-Lvant. Responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-Gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant jhedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

    Ipparteċipa b'mod attiv f'operazzjonijiet militari li wasslu għall-ħtif tal-Ajruport ta' Donetsk.

    Parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tal-forzi armati tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

    25.7.2014

    21.

    KUMPANIJA AZZJONARJA ALMAZ-ANTEY AIR AND SPACE DEFENCE CORPORATION

    Акционерное общество “Концерн воздушно-космической обороны “Алмаз — Антей

    (magħrufa wkoll bħala CONCERN ALMAZ-ANTEY; ALMAZ-ANTEY CORP; magħrufa wkoll bħala ALMAZ-ANTEY DEFENSE CORPORATION; magħrufa wkoll bħala ALMAZ-ANTEY JSC; Концерн ВКО “Алмаз —Антей;Image Image)

    41 ul.Vereiskaya, Moscow 121471, Russia;

    Sit elettroniku: almaz-antey.ru;

    Indirizz Elettroniku antey@almaz-antey.ru

    Almaz-Antey hija kumpannija Russa proprjetà tal-Istat. Timmanifattura armi kontra l-inġenji tal-ajru inkluż missili mill-art għall-ajru li hija tforni lill-armata Russa. L-awtoritajiet Russi qegħdin ifornu armamenti tqal lis-separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna, li kkontribwixxew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Dawn l-armi jintużaw mis-separatisti, inkluż għat-twaqqigħ ta' ajruplani. Għalhekk, bħala kumpannija proprjetà tal-Istat, Almaz-Antey tikkontribwixxi għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    30.7.2014

    30.

    Battaljun Sparta

    Батальон “Спарта”

     

    Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Immexxi minn u għaldaqstant assoċjat ma' persuna elenkata Arseny PAVLOV.

    Parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

    16.2.2015

    31.

    Battaljun Somalu

    Батальон “Сомали”

     

    Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Immexxi minn u għaldaqstant assoċjat ma' persuna elenkata Mikhail TOLSTYKH (magħruf ukoll bħala Givi).

    Parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

    16.2.2015

    33.

    Brigata Prizrak

    Бригада “Призрак”

     

    Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Parti mill-hekk imsejjaħ “It-tieni Korp tal-Armata” tar-“Repubblika Popolari ta' Lugansk”.

    16.2.2015

    35.

    Battaljun Kalmius

    Батальон “Кальмиус”

     

    Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

    16.2.2015

    36.

    Battaljun tal-Mewt

    Батальон “Смерть”

     

    Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

    Parti mill-hekk imsejjaħ “It-tieni Korp tal-Armata” tar-“Repubblika Popolari ta' Lugansk”.

    16.2.2015

    37.

    Moviment Pubbliku “NOVOROSSIYA”

    Движение Новороссия

     

    Il-Moviment Pubbliku “Novorossiya”/“New Russia” ġie stabbilit f'Novembru 2014 fir-Russja u mmexxi mill-uffiċjal Russu Igor Strelkov/Girkin (identifikat bħala membru tal-persunal tal-Main Intelligence Directorate tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU)).

    Skont l-objettivi ddikjarati tiegħu, huwa għandu l-għan li jipprovdi assistenza effettiva komprensiva lin-“Novorossiya”, inkluż billi jgħin lill-milizzja li qed tiġġieled fil-Lvant tal-Ukrajna, u b'hekk jappoġġa politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Assoċjat ma' persuna elenkata li dgħajfet l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

    16.2.2015”


    Top