Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1793

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1793 tal-15 ta' Settembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/1792 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni

    ĠU L 258, 6.10.2017, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1793/oj

    6.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 258/3


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1793

    tal-15 ta' Settembru 2017

    li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/1792 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 fil-kuntest tal-Artikolu 218(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fil-21 ta' April 2015, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-Istati Uniti tal-Amerka għal Ftehim dwar ir-riassigurazzjoni. In-negozjati ġew konklużi b'suċċess permezz ta' skambju ta' ittri bejn in-negozjaturi prinċipali fit-12 ta' Jannar 2017.

    (2)

    Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni Ewropea bl-Ingliż, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard. Għal din il-fini, id-Deċiżjoni (UE) 2017/1792 (1) jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1792 hija emendata kif ġej:

    (1)

    l-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni kif ukoll l-iskambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka fir-rigward tal-arranġamenti lingwistiċi. L-iffirmar tal-Ftehim għandu jsir flimkien mal-iffirmar tal-iskambju ta' ittri.”

    (2)

    jiddaħħal l-artikolu li ġej:

    “Artikolu 3a

    Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat bl-Ingliż. Skont il-liġi tal-Unjoni, il-Ftehim qiegħed jitfassal ukoll mill-Unjoni bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Iżvediż. Dawn il-verżjonijiet lingwistiċi addizzjonali jenħtieġ li jiġu awtentikati permezz ta' skambju ta' noti diplomatiċi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka. Il-verżjonijiet awtentikati kollha għandu jkollhom valur ugwali.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Settembru 2017.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. MAASIKAS


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1792 tad-29 ta' Mejju 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni (ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


    Top