Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1193

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1193 tal-4 ta' Lulju 2017 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah)

    ĠU L 172, 5.7.2017, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1193/oj

    5.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 172/12


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1193

    tal-4 ta' Lulju 2017

    li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-12 ta' Diċembru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK (1) li stabbilixxiet Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah).

    (2)

    Fis-7 ta' Lulju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1107 (2) li emendat l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK u estendietha sat-30 ta' Ġunju 2017.

    (3)

    Wara r-Reviżjoni Strateġika tal-EU BAM Rafah, il-Missjoni għandha tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar, sat-30 ta' Ġunju 2018.

    (4)

    L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

    (5)

    Il-Missjoni EU BAM Rafah ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK għandha tiġi emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 13(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relattiva għall-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018 għandu jkun ta' EUR 1 980 000.”

    (2)

    fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Hija għandha tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2018.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2017.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Lulju 2017.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. MAASIKAS


    (1)  L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tal-12 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1107 tas-7 ta' Lulju 2016 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 183, 8.7.2016, p. 64).


    Top