This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D1149
Commission Decision (EU) 2017/1149 of 27 September 2016 on State aid SA.30931 (11/C) (ex N 185/10) implemented by Romania for Romanian regional airports (notified under document C(2016) 6031) (Text with EEA relevance. )
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1149 tas-27 ta' Settembru 2016 dwar għajnuna mill-Istat SA.30931 (11/C) (ex N 185/10) implimentata mir-Rumanija għal ajruporti reġjonali tar-Rumanija (notifikata bid-dokument C(2016) 6031) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1149 tas-27 ta' Settembru 2016 dwar għajnuna mill-Istat SA.30931 (11/C) (ex N 185/10) implimentata mir-Rumanija għal ajruporti reġjonali tar-Rumanija (notifikata bid-dokument C(2016) 6031) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2016/6031
ĠU L 166, 29.6.2017, pp. 36–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
29.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1149
tas-27 ta' Settembru 2016
dwar għajnuna mill-Istat SA.30931 (11/C) (ex N 185/10) implimentata mir-Rumanija għal ajruporti reġjonali tar-Rumanija
(notifikata bid-dokument C(2016) 6031)
(It-test Rumen biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) imsemmija hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Permezz ta' notifika elettronika bid-data tas-17 ta' Mejju 2010, ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, skema ta' għajnuna li tipprovdi sostenn pubbliku favur ajruporti reġjonali (2) żgħar. In-notifika ġiet irreġistrata taħt il-każ Nru N 185/2010. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali dwar il-miżura notifikata fit-23 ta' Ġunju 2010, is-7 ta' Ottubru 2010, it-3 ta' Diċembru 2010 u s-17 ta' Marzu 2011. L-awtoritajiet Rumeni pprovdew l-informazzjoni mitluba fit-22 ta' Lulju 2010, is-27 ta' Ottubru 2010, l-20 ta' Jannar 2011 u l-5 ta' April 2011. |
|
(3) |
Fil-15 ta' Settembru 2010 l-awtoritajiet Rumeni infurmaw lill-Kummissjoni dwar ċertu tibdil għall-iskema notifikata, b'mod partikolari fir-rigward tan-numru ta' benefiċjarji. |
|
(4) |
Permezz ta' ittra bid-data tal-24 ta' Mejju 2011, il-Kummissjoni infurmat lir-Rumanija li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura ta' investigazzjoni formali stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward tal-għajnuna notifikata u ta' miżuri oħra favur ajruporti li ma kinux parti min-notifika iżda tressqu quddiem il-Kummissjoni mir-Rumanija fil-fażi ta' valutazzjoni preliminari (minn hawn 'il quddiem, “id-deċiżjoni tal-ftuħ”). (3) B'mod partikolari, fil-fażi tal-valutazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ġiet infurmata mill-awtoritajiet Rumeni li l-ajruporti reġjonali kienu ngħataw finanzjament pubbliku fil-perjodu 2007 — 2009 biex jiġi kopert telf operattiv. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni adottat Rettifika għad-deċiżjoni tal-ftuħ fit-23 ta' Ġunju 2011. |
|
(6) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. (4) Il-Kummissjoni talbet lill-partijiet interessati jippreżentaw il-kummenti tagħhom. |
|
(7) |
B'ittri bid-dati tas-27 ta' Ġunju 2011, il-5 ta' Lulju 2011 u d-19 ta' Awwissu 2011, ir-Rumanija ppreżentat il-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn tliet partijiet interessati, jiġifieri t-trasportatur tal-ajru Carpatair, l-ajruport ta' Cluj — Napoca u l-assoċjazzjoni Rumena tal-Ajruporti (minn hawn 'il quddiem “RAA”). |
|
(9) |
Permezz ta' ittra bid-data tas-16 ta' Settembru 2011, il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti tal-partijiet interessati lir-Rumanija. |
|
(10) |
Permezz ta' ittra bid-data tal-25 ta' Lulju 2011, ir-Rumanija rtirat in-notifika tagħha tal-iskema ta' finanzjament ippjanata tal-investimenti fl-infrastruttura fl-ajruporti reġjonali żgħar tar-Rumanija. Ir-Rumanija impenjat ruħha sabiex tiffinanzja dawn l-ajruporti f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE (5) dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE [issal-Artikolu 106(2) TFEU] (minn hawn 'il quddiem “id-Deċiżjoni SGEI tal-2005”). Konsegwentement, fil-31 ta' Ottubru 2011, il-Kummissjoni għalqet l-investigazzjoni tagħha rigward dik il-miżura. Il-proċedura ta' investigazzjoni formali baqgħet miftuħa fir-rigward tal-finanzjament pubbliku mogħti lill-ajruporti reġjonali tar-Rumanija fil-perjodu 2007 — 2009. |
|
(11) |
Il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (minn hawn 'il quddiem “il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni”) ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-4 ta' April 2014. (6) Dawn issostitwixxew il-linji gwida tal-2005 dwar il-finanzjament ta' ajruporti u għajnuna tal-bidu lil linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (minn hawn 'il quddiem, “il-Linji Gwida tal-2005 dwar l-Avjazzjoni”). |
|
(12) |
Fil-15 ta' April 2014 ġie ppubblikat avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li stieden lill-Istati Membri u l-partijiet interessati jippreżentaw kummenti dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, f'dan il-każ fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba għal dik l-istedina. |
2. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA/GĦAJNUNA
2.1. IL-MIŻURI KKONTESTATI
|
(13) |
Kif diġà msemmi hawn fuq, fil-qafas tan-notifika tal-investimenti fl-infrastruttura f'ajruporti reġjonali żgħar, ir-Rumanija infurmat lill-Kummissjoni li l-parti l-kbira tal-ajruporti reġjonali fir-Rumanija kienu qed jagħmlu t-telf, u li t-telf operattiv tagħhom kien kopert mill-finanzjament pubbliku fuq bażi annwali. |
|
(14) |
Tabella 1 turi l-lista tal-finanzjament pubbliku magħmul disponibbli lill-ajruporti tal-kategorija D (7) fil-perjodu 2007 — 2009, kif ippreżentata mir-Rumanija. Tabella 1 Finanzjament pubbliku mogħti lil 13-il ajruport reġjonali (eluf ta' RON)
|
|
(15) |
Matul il-fażi ta' investigazzjoni preliminari r-Rumanija sostniet li dan il-finanzjament jammonta l-aktar għal għajnuna eżentata mir-rekwiżit ta' notifika abbażi tad-Deċiżjoni SGEI tal-2005. L-unika eċċezzjoni tkun il-finanzjament pubbliku mogħti lill-ajruport ta' Timișoara. Dan il-finanzjament qed jiġi investigat mill-Kummissjoni taħt il-każ Nru SA.31662. (8) |
|
(16) |
B'mod partikolari, ir-Rumanija ddikjarat li l-finanzjament pubbliku mogħti kull sena lill-ajruporti reġjonali rrappreżenta kumpens għall-għoti ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali (minn hawn 'il quddiem “SGEI”). F'dan is-sens, il-miżura tkun osservat b'mod kumulattiv il-kundizzjonijiet stabbiliti mid-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005, jiġifieri:
|
|
(17) |
Id-Deċiżjoni tal-Gvern 398/1997 tirreferi għat-trasferiment tas-sjieda tal-ajruporti reġjonali mill-Ministeru tat-Trasport lill-kunsilli tal-kontei lokali u għaldaqstant il-bidla tal-istatut tagħhom minn “regii autonome” b'karatteristiċi speċjali ta' interess nazzjonali għal “regii autonome” b'karatteristiċi speċjali ta' interess lokali. Id-Deċiżjoni tinkludi fost l-oħrajn dispożizzjonijiet rigward l-assi, il-baġits u l-persunal tagħhom. Id-Deċiżjoni tistabbilixxi fl-Annessi tagħha dispożizzjonijiet rigward l-istruttura organizzattiva u l-finanzjament tal-ajruporti. L-Annessi jelenkaw ukoll l-attivitajiet ta' dawk li jmexxu l-ajruport (eż. il-ġestjoni tal-infrastruttura tal-ajruport, l-organizzazzjoni u l-provvista ta' servizzi tal-immaniġġjar, l-iżgurar tas-sigurtà ta', fost affarijiet oħra, l-inġenji tal-ajru, il-passiġġieri, l-attivitajiet tal-ajruport, l-iżvilupp, il-manutenzjoni u l-modernizzazzjoni tar-runways, l-erji tar-rampa tat-taxiways, it-tagħmir, eċċ.) iżda ma jippreżentawx dawn l-attivitajiet bħala PSOs imposti fuq dawk li jmexxu l-ajruport. Il-lista ta' attivitajiet tapplika għall-ajruporti kkonċernati kollha b'mod ġenerali jiġifieri ma hemmx lista separata għal kull ajruport. Ir-Rumanija ddikjarat li dawn l-attivitajiet, jiġifieri l-ġestjoni ġenerali tal-ajruporti inkwistjoni, jenħtieġ li jitqiesu bħala SGEI u l-kompatibilità tal-miżura jenħtieġ li tiġi vvalutata skont l-Artikolu 106 tat-Trattat. |
|
(18) |
Fir-rigward tal-finanzjament tal-ajruporti, id-Deċiżjoni tal-Gvern 398/1997 tistabbilixxi li l-ispejjeż operattivi u kapitali tal-ajruporti inkwistjoni jiġu koperti minn riżorsi proprji supplimentati minn finanzjament pubbliku. L-awtoritajiet Rumeni jsostnu li dan il-mekkaniżmu jipprevjeni l-kumpens żejjed sa fejn l-ajruporti jistgħu jirċievu biss l-ammont meħtieġ biex ikopru l-ispejjeż kollha, biex għaldaqstant jiġi evitat il-kumpens żejjed. |
|
(19) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Rumeni indikaw li attivitajiet mhux direttament marbuta mal-attivitajiet ewlenin tal-ajruporti mhumiex qed jiġu sussidjati, f'konformità mal-punti (34) u 53(iv) tal-Linji Gwida tal-2005 dwar l-Avjazzjoni. |
|
(20) |
Wieħed mill-ajruporti elenkati fit-Tabella 1, l-ajruport ta' Constanța, mhuwiex soġġett għad-Deċiżjoni tal-Gvern 398/1997. L-awtoritajiet Rumeni ċċaraw li l-finanzjament pubbliku għal dan l-ajruport jirrappreżenta kumpens għat-twettiq tal-PSOs skont id-Deċiżjoni tal-Gvern 523/1998. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi li Societatea Națională “Aeroportul Internațional Constanța” hija kumpanija li għandha l-ishma li hija l-proprjetà tal-Istat u li l-entità ġuridika antika (Regia Autonoma Aeroportul International Constanța — Mihail Kogalniceanu) hija abolita. Id-Deċiżjoni u l-annessi tagħha jinkludu dispożizzjonijiet rigward l-assi, l-istruttura organizzattiva, il-finanzjament u jelenkaw l-attivitajiet li jridu jitwettqu minn dawk li jmexxu l-ajruport (eż. l-operat tal-infrastruttura tal-ajruport, l-organizzazzjoni u l-provvista ta' servizzi tal-immaniġġjar, l-iżgurar tas-sigurtà tal-passiġġieri, l-inġenji tal-ajru, eċċ., il-manutenzjoni tar-runways, it-taxiways, l-erji tar-rampa, eċċ.). Dawn l-attivitajiet mhumiex ippreżentati bħala PSOs imposti fuq dawk li jmexxu l-ajruport. Fir-rigward tal-finanzjament, id-Deċiżjoni tal-Gvern 523/1998 tistabbilixxi li skont it-tip ta' assi u spejjeż li jridu jiġu ffinanzjati, l-ispejjeż jiġu ffinanzjati minn riżorsi proprji u krediti jew minn riżorsi proprji supplimentati minn finanzjament pubbliku jew minn finanzjament pubbliku biss (9). L-awtoritajiet Rumeni speċifikaw ukoll li dan l-ajruport huwa bażi militari tar-Rumanija u l-Istati Uniti, għalhekk il-kontinwità operazzjonali tiegħu hija kkunsidrata bħala objettiv strateġiku ta' sigurtà nazzjonali. |
2.2. L-AWTORITAJIET LI JAGĦMLU L-GĦOTJA
|
(21) |
Għall-ajruport fil-pussess tal-Istat (Constanța) il-finanzjament inkwistjoni jingħata mill-baġit tal-Istat. Għall-bqija tal-ajruporti, li s-sjieda tagħhom ġiet trasferita lill-awtoritajiet lokali mid-Deċiżjoni tal-Gvern 398/1997, il-finanzjament pubbliku jingħata mill-awtoritajiet lokali pemezz ta' riżorsi lokali. |
2.3. IL-BENEFIĊJARJI
|
(22) |
Il-benefiċjarji huma l-operaturi tal-ajruporti tar-Rumanija f'Arad, Bacău, Baia Mare, Cluj — Napoca, Craiova, Iași, Oradea, Satu — Mare, Sibiu, Suceava, Târgu — Mureș, Tulcea u Constanța. |
|
(23) |
Tabella 2 turi t-traffiku fl-ajruporti kkonċernati fil-perjodu li qed jiġi valutat 2007 — 2009 kif ukoll fis-snin riċenti (2013 — 2015). Tabella 2 Traffiku fit-tlettax-il ajruport
|
|
(24) |
Mit-13-il ajruport, ħames ajruporti biss (Arad, Baia Mare, Satu Mare, Constanța u Oradea) kellhom ajruport tal-UE ieħor f'distanza ta' 100 km jew 60 minuta ta' vvjaġġar. L-ajruport Arad huwa 50 km u 40 minuta f'ħin tal-ivvjaġġar mill-Ajruport ta' Timișoara. L-ajruporti ta' Baia Mare u Satu Mare jinsabu 76 km u siegħa (1) u għaxar (10) minuti f'ħin tal-ivvjaġġar minn xulxin. L-ajruport ta' Constanța jinsab 45 km u 30 minuta f'ħin tal-ivvjaġġar mill-Ajruport ta' Tuzla. L-ajruport ta' Oradea jinsab 80 km u madwar siegħa (1) u 30 minuta f'ħin tal-ivvjaġġar mill-ajruport ta' Debrecen, li jinsab fl-Ungerija. Tabella 3 Distanza u ħin ta' vvjaġġar lejn l-eqreb ajruporti
|
|
(25) |
Fir-rigward tal-ajruporti li għalihom jinstab ajruport ieħor f'anqas minn 100 kilometru jew 60 minuta ta' ħin tal-ivvjaġġar, l-awtoritajiet Rumeni ntalbu jiddeskrivu l-ispeċifiċitajiet tal-ajruporti kkonċernati, jekk hemm, li jistgħu jiġġustifikaw il-preżunzjoni li dawk l-ajruporti jinsabu f'żoni ta' lħuq differenti, kif definiti mil-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni. (11) |
|
(26) |
Bħala tweġiba għal din it-talba mill-Kummissjoni, ir-Rumanija ċċarat dan li ġej (12): |
ARAD — TIMIȘOARA
|
(27) |
L-ajruport ta' Arad huwa miftuħ għal traffiku tal-passiġġieri u l-merkanzija domestiku u internazzjonali u jopera runway ta' 1 800 × 45 m. Il-kapaċità tal-ajruport tammonta għal 200 passiġġier/siegħa. L-ajruport għandu tagħmir tekniku ta' kwalità għolja. Skont ir-Rumanija, fil-ħin tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni, l-awtoritajiet lokali approvaw finanzjament għall-estensjoni u l-modernizzazzjoni tal-ajruport ta' Arad minħabba, fost l-oħrajn, l-objettiv strateġiku tal-awtoritajiet lokali li jikkonvertu l-ajruport f'ċentru intermodulari tal-passiġġieri u l-merkanzija għall-iżvilupp tar-reġjun. |
|
(28) |
Matul il-perjodu 2007 — 2009, l-ajruport kien iffukat fuq it-traffiku low-cost. Blueair operat diversi destinazzjonijiet Ewropej (Verona, Valencia, Stuttgart, Barcelona, Treviso) u Ryanair serviet destinazzjoni waħda (Milano) għall-perjodu April — Ġunju 2008. |
|
(29) |
L-awtoritajiet Rumeni ppreżentaw lill-Kummissjoni analiżi — imħejjija mill-ajruport fl-2008 — tal-attività ta' dak iż-żmien u t-traffiku tal-passiġġieri għall-perjodu 2009 — 2020. |
|
(30) |
L-analiżi uriet:
|
|
(31) |
Skont l-analiżi, l-ajruport iddependa fil-parti l-kbira tiegħu fuq traffiku low cost bħala fattur ewlieni li jwassal għat-tkabbir: fl-2008 88 % tat-traffiku globali tal-passiġġieri kien irrappreżentat minn titjiriet skedati operati minn Blue Air u 11 % mit-traffiku tar-Ryanair. L-analiżi assumiet diversifikazzjoni ta' konnessjonijiet tal-linja tal-ajru bl-attirazzjoni ta' linja tal-ajru low-cost ġdida, EasyJet. |
|
(32) |
Il-previżjonijiet ippreżentati fl-analiżi bassru li l-ajruport ta' Arad se jżid it-traffiku tiegħu minn 128 834 passiġġier fl-2008 għal1 064 116-il passiġġer fl-2020 f'xenarju ottimistiku. |
|
(33) |
Fir-rigward tal-ajruport ta' Timișoara, it-traffiku tal-passiġġieri tiegħu żdied minn 859 329 passiġġier fl-2007, 886 083 passiġġier fl-2008 u 991 758 passiġġier fl-2009. Mill-2007 sal-2009, l-ajruport kien ċentru reġjonali għal Carpatair, trasportatur reġjonali ta' servizzi sħaħ li opera madwar 32 destinazzjoni domestika u Ewropea. Linji tal-ajru oħra bħal Tarom, Lufthansa, Austrian Airlines, Malev, Alitalia, Moldavian Airlines, Alpi Eagles, Skyeurope Airlines, Wizzair servew lil dan l-ajruport. |
BAIA MARE — SATU MARE
|
(34) |
Il-karatteristiċi tar-runway fl-ajruport ta' Baia Mare ppermettew l-operazzjoni fuq bażi regolari ta' inġenji tal-ajru b'kapaċità massima ta' 75 passiġġier għal titjiriet fuq distanza qasira. |
|
(35) |
Il-karatteristiċi tar-runway fl-ajruport ta' Satu Mare jippermettu l-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru b'post bilqiegħda sa180 passiġġier għal titjiriet fuq distanza medja. Il-kapaċità tal-ajruport tammonta għal 100 passiġġier/siegħa. |
CONSTANȚA — TUZLA
|
(36) |
L-ajruport ta' Tuzla jopera firxa tal-ħaxix użata minn inġenji tal-ajru żgħar (jiġifieri ma jaqbżux il-piż massimu għat-tluq (MTOW) ta' 5 700 kg (13)) u m'għandu l-ebda sistema ta' navigazzjoni bir-radju. Fil-perjodu 2007 — 2009, in-numru ta' movimenti tal-inġenji tal-ajru ta' MTOW massimu ta' 5 700 kg mill-ajruport ta' Constanța kien aktar baxx b'mod sinifikanti (5 sa 16-il darba aktar baxx fil-perjodu li qed jiġi valutat) milli fl-ajruport ta' Tuzla. L-ajruport ta' Tuzla jservi prinċipalment titjiriet speċjalizzati filwaqt li l-ajruport ta' Constanța jservi inġenji tal-ajru medji u kbar għal traffiku kummerċjali. |
ORADEA — DEBRECEN
|
(37) |
L-ajruport ta' Debrecen (Ungerija) jinsab 80 km mill-ajruport ta' Oradea, iżda l-ħin ta¦ vvjaġġar huwa ta' mill-inqas siegħa (1) u 30 minuta minħabba li l-vjaġġ jinkludi kontroll tal-passaporti fil-fruntiera mir-Rumanija li mhijiex fiż-żona Schengen għall-Ungerija li hija fiż-żona Schengen. L-ajruport ta' Debrecen kellu 42 900 passiġġier fl-2007, 42 650 passiġġier fl-2008 u 25 060 passiġġier fl-2009. Iż-żewġ ajruporti kellhom mudelli ta' negozju differenti fl-2007-2009 peress li l-ajruport ta' Debrecen kien iffukat fuq titjiriet charter (bi traffiku low cost li żviluppa biss f'dawn l-aħħar snin), filwaqt li l-ajruport ta' Oradea kien iffukat fuq titjiriet domestiċi minn trasportaturi nazzjonali u reġjonali ta' servizzi sħaħ. |
2.4. IL-BAĠIT
|
(38) |
Il-baġit totali tal-miżura li qed tiġi valutata huwa 490 401,3 elef RON, kif deskritt fit-Tabella 1. |
2.5. PROĊEDURI TA' INVESTIGAZZJONI PENDENTI OĦRA
|
(39) |
Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kummissjoni fetħet żewġ proċeduri ta' investigazzjoni formali dwar fost l-oħrajn miżuri ta' finanzjament pubbliku favur l-Ajruport ta' Cluj-Napoca mogħtija matul il-perjodu mill-2010 sal-2014 (14) u l-ajruport ta' Târgu Mureș mogħtija mill-2011 sal-2014 (15), għajr dawk koperti mill-investigazzjoni soġġetta għal din id-Deċiżjoni. |
3. RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(40) |
Kif spjegat fil-premessa 4 hawn fuq, fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummisjoni ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali fir-rigward tal-għajnuna notifikata u l-finanzjament pubbliku fil-perjodu 2007 — 2009 biex jiġi kopert telf operattiv. Sussegwentement, wara l-irtirar mir-Rumanija tan-notifika tagħha tal-iskema ta' finanzjament ippjanat ta' investimenti fl-infrastruttura, il-proċedura ta' investigazzjoni formali baqgħet miftuħa fir-rigward tal-finanzjament pubbliku mogħti lill-ajruporti reġjonali tar-Rumanija fil-perjodu 2007 — 2009 (ara l-premessa 10 hawn fuq). |
|
(41) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-kundizzjonijiet biex il-kumpens għall-SGEIs ma jikkostitwixxix vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107 tat-Trattat ma ġewx sodisfatti b'mod kumulattiv f'dan il-każ. |
|
(42) |
Fil-fatt, skont ir-raba' kundizzjoni tas-sentenza Altmark (16), il-kumpens irid ikun limitat għall-minimu meħtieġ għal impriża effiċjenti sabiex tevadi l-kwalifika tal-għajnuna mill-Istat. Dan il-kriterju jitqies bħala sodisfatt jekk il-benefiċjarji tal-kumpens ikunu ntgħażlu wara proċedura tal-offerti. Fin-nuqqas ta' dan, il-livell ta' kumpens irid jiġi determinat abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż li impriża tipika, immexxija tajjeb u adegwatament mogħnija b'mezzi sabiex tkun tista' tissodisfa l-bżonnijiet neċessarji ta' servizz pubbliku, kienet tagħmel sabiex twettaq tali obbligi, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kif ukoll il-profitt raġjonevoli għat-twettiq ta' dawn l-obbligi. |
|
(43) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li din il-kundizzjoni ma ġietx sodisfatta peress li l-operaturi tal-ajruporti benefiċjarji ma kinux intgħażlu wara proċedura pubblika tal-offerti. Ir-Rumanija lanqas ma ddikjarat li l-kumpens kien ġie stabbilit abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż ta' operatur tipiku tal-ajruport, immexxi sew u provdut b'mod adegwat b'mezzi biex jiġi provdut is-servizz pubbliku. |
|
(44) |
Għalhekk il-Kummissjoni kkunsidrat li l-miżura provdiet lill-benefiċjarji b'vantaġġ ekonomiku u wasslet għall-konklużjoni preliminari li s-sussidji operattivi annwali kkostitwixxew għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 tat-Trattat. |
|
(45) |
Il-Kummissjoni nnotat ukoll li r-Rumanija ma kkontestatx il-kwalifika tal-għajnuna tal-miżura. |
|
(46) |
Fir-rigward tal-kompatibilità tal-miżura, il-Kummissjoni kellha dubji jekk il-kriterji stabbiliti mid-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 kinux ġew imħarsa u għalhekk li s-sussidji operattivi mħallsa kull sena lill-ajruporti ġew eżentati mir-rekwiżit tan-notifika, kif iddikjarat inizjalment mir-Rumanija. |
|
(47) |
F'dan is-sens, il-Kummissjoni l-ewwel innotat li sabiex id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 tkun applikabbli f'każijiet speċifiċi, is-servizzi inkwistjoni jridu jikkwalifikaw bħala SGEIs ġenwini u jkunu definiti b'mod ċar bħala tali mill-Istat Membru. |
|
(48) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li f'dan il-każ ma ġietx ipprovduta biżżejjed informazzjoni mir-Rumanija biex jiġi ġustifikat li l-operat tat-tlettax-il ajruport reġjonali jenħtieġ li jiġi kkunsidrat bħala SGEI fis-sens li ż-żoni servuti minn dawk l-ajruporti ma jkunux konnessi b'mod suffiċjenti mal-bqija tal-pajjiż jekk dawn jitħallew f'idejn il-forzi tas-suq biss. |
|
(49) |
Il-Kummissjoni kompliet tikkunsidra li s-servizzi tal-ajruport ma kinux ġew definiti b'mod ċar bħala SGEIs mill-Istat Membru. Il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li d-duplikazzjoni apparenti ta' ajruporti reġjonali fir-Rumanija fl-istess żona ta' lħuq tista' tkun raġuni għaliex dawk l-ajruporti kienu qed jagħmlu t-telf. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni nnotat li diversi minn dawn l-ajruporti kellhom inqas minn 50 000 passiġġier fis-sena u kienu lokalizzati f'distanza lineari ta' anqas minn 100 km minn xulxin. |
|
(50) |
Għalhekk il-Kummissjoni kienet tal-fehma li d-definizzjoni tas-servizz pubbliku ma kinitx ċara biżżejjed u tista' tinkludi żball ċar sa fejn l-operat tal-ajruporti seta' ġie definit bħala SGEI mingħajr ħtieġa effettiva li tiġi żgurata konnessjoni xierqa taż-żona ta' lħuq ta' kull ajruport mal-bqija tad-dinja. |
|
(51) |
Il-Kummissjoni kellha dubji wkoll jekk ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 relatati mal-kontenut tal-att ta' inkarigu kinux ġew sodisfatti għalkollox. |
|
(52) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnotat li għalkemm l-awtoritajiet Rumeni kkonfermaw li l-attivitajiet ewlenin biss tal-ajruporti kienu qed jiġu ssussidjati, ma kienx ċar biżżejjed jekk fil-fatt kinux ġew issussidjati biss l-ispejjeż tal-attivitajiet eliġibbli. L-ebda dispożizzjoni speċifika biex jiġu llimitati l-ispejjeż eliġibbli għall-attivitajiet ewlenin tal-ajruporti ma kienet inkluża fl-atti ta' inkarigu. |
4. KUMMENTI MIR-RUMANIJA
|
(53) |
Il-kummenti tar-Rumanija dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ irreferew prinċipalment għad-dubji mqajma mill-Kummissjoni dwar l-iskema tal-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-infrastruttura għall-ajruporti bi traffiku annwali ta' anqas minn 1 miljun passiġġier, li n-notifika tagħha ġiet irtirata. |
|
(54) |
Fir-rigward tal-finanzjament pubbliku għall-ajruporti reġjonali tar-Rumanija, bħala tweġiba għall-opinjoni tal-Kummissjoni skont liema l-abbundanza żejda apparenti tal-ajruporti f'ċerti reġjuni tista' tfixkel l-iżvilupp tal-ajruporti inkwistjoni, ir-Rumanija sostniet li s-sitwazzjoni tal-ajruporti reġjonali (bi traffiku baxx li ma jippermettilhomx li jilħqu livell ta' profitabbiltà) kienet primarjament minħabba l-istat tal-iżvilupp tar-reġjuni fejn jinsabu dawk l-ajruporti, aktar milli minħabba d-distanza lejn ajruporti tal-viċinat. |
|
(55) |
Fir-rigward tal-finanzjament pubbliku abbażi tad-Deċiżjoni tal-Gvern 398/1997, ir-Rumanija ċċarat li l-ammonti ma jitħallsux fil-bidu tas-sena abbażi ta' previżjonijiet ta' spejjeż u li kwalunkwe eċċess ma jiġix ritornat lill-Istat fl-aħħar tas-sena finanzjarja kif iddikjarat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, iżda li dan il-finanzjament jingħata fil-mument meta jitwettqu l-attivitajiet abbażi ta' ġustifikazzjonijiet u fil-limiti tal-baġit approvat. |
5. KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI
5.1. KUMMENTI MINN CARPATAIR
|
(56) |
Il-kummenti ta' Carpatair jirreferu parzjalment għall-finanzjament pubbliku lill-ajruport ta' Timișoara u Wizz Air. Kif spjegat fil-premessa 15, il-finanzjament pubbliku tal-ajruport ta' Timișoara u Wizz Air huwa soġġett għal proċedura ta' investigazzjoni formali oħra (17). F'dan li ġej, il-Kummissjoni għalhekk se tqassar biss il-kummenti ta' Carpatair b'rilevanza għall-każ preżenti. |
|
(57) |
Carpatair issostni li l-għajnuna operatorja hija ġeneralment ikkunsidrata bħala illegali u kontra l-interess tal-UE, u jenħtieġ li tingħata biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali. L-għoti ta' għajnuna operatorja lill-ajruporti fl-opinjoni ta' Carpatair jkun ta' tfixkil għall-industrija, għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(58) |
Carpatair jindika li l-għajnuna operatorja għandha effett negattiv fuq is-swieq tat-trasport bl-ajru u tas-servizzi tal-ajruport minħabba li twassal għal kompetizzjoni inġusta bejn ajruporti u fl-aħħar mill-aħħar għal kompetizzjoni inġusta bejn linji tal-ajru li joperaw minn dawk l-ajruporti. Bħala tali, l-għajnuna operatorja tikkawża kompetizzjoni inġusta bejn l-ajruporti fir-Rumanija u taffettwa wkoll b'mod negattiv lill-ajruporti f'pajjiżi tal-viċinat bħall-Ungerija. |
5.2. KUMMENTI MINN RAA
|
(59) |
RAA hija entità ġuridika tal-liġi privata mingħajr skop ta' qligħ li tirrappreżenta l-ajruporti ċivili tar-Rumanija. |
|
(60) |
RAA tikkummenta dwar l-enfasi tad-deċiżjoni tal-ftuħ fuq l-aspetti relatati mal-iskema tal-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-infrastruttura. RAA essenzjalment issostni li l-infrastruttura tal-parti l-kbira tal-ajruporti reġjonali fir-Rumanija tirrikjedi aġġornament u hija ta' livell ferm anqas minn dik tal-ajruporti ta' Stati Membri oħra tal-UE. Skont l-RAA il-finanzjament pubbliku għat-titjib tal-infrastruttura tal-ajruport ikun iġġustifikat min-nuqqas ta' alternattiva ta' trasport fattibbli u affidabbli fir-Rumanija (l-ebda awtostradi jew ferroviji ta' veloċità għolja). |
5.3. KUMMENTI MILL-AJRUPORT TA' CLUJ — NAPOCA
|
(61) |
Skont l-ajruport ta' Cluj — Napoca, il-finanzjament pubbliku mogħti lilu mill-kunsill lokali serva biex issussidja biss l-attivitajiet mhux ekonomiċi u għaldaqstant kien barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(62) |
B'mod partikolari, l-ammonti inkwistjoni kellhom preżumibbilment l-għan li jkopru spejjeż ta' ċerti attivitajiet mhux ekonomiċi li jseħħu ġol-ajruport (bħall-Għassa tal-Fruntiera, il-Brigata tal-Forzi Speċjali, id-Dwana, il-Pulizija, l-Unità tal-Avjazzjoni Speċjali) kif ukoll l-ispejjeż tal-infrastruttura ta' sostenn u t-tagħmir inklużi l-manutenzjoni, it-titjib, il-ġestjoni tal-infrastruttura, spejjeż bis-servizzi awżiljarji provduti mill-ajruport, il-prevenzjoni tan-nar, l-assistenza f'emerġenza, il-miżuri ta' sigurtà. Skont l-ajruport ta' Cluj — Napoca, dawk l-ispejjeż jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċizzju tas-setgħat uffiċjali tiegħu u għalhekk ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(63) |
L-ajruport kompla jsostni li fil-perjodu 2007 — 2009, l-ajruport ma rreġistra l-ebda telf operattiv. |
6. KUMMENTI TAR-RUMANIJA DWAR IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI
|
(64) |
Permezz ta' ittra bid-data tas-17 ta' Ottubru 2011, ir-Rumanija ppreżentat lill-Kummissjoni l-kummenti tagħha dwar l-osservazzjonijiet ippreżentati mill-partijiet interessati fl-investigazzjoni. |
|
(65) |
Għalkemm dawn il-kummenti rreferew esklussivament għall-iskema notfikata ta' għajnuna mill-Istat għal investimenti fl-infrastruttura, xi wħud minn dawk il-kummenti huma ta' rilevanza għall-valutazzjoni tas-sussidji operatorji li qed jiġu vvalutati f'din id-Deċiżjoni. Dawk il-kummenti jinġabru fil-qosor fil-paragrafi li ġejjin. |
|
(66) |
Ir-Rumanija ssostni li l-parti l-kbira tal-ajruporti reġjonali tar-Rumanija għandhom traffiku annwali ta' anqas minn 50 000 passiġġier u l-ebda wieħed minn dawn l-ajruporti ma jaqbeż it-300 000 passiġġier sal-2015. Abbażi ta' dan, ir-Rumanija tikkunsidra li mhuwiex probabbli li s-sostenn pubbliku għal dawk l-ajruporti jaffettwa l-kompetizzjoni u jfixkel il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(67) |
Lanqas id-distanza bejn dawk l-ajruporti ma taffettwa l-iżvilupp tagħhom bi kwalunkwe mod, skont ir-Rumanija. Dan għaliex anke f'dawk il-każijiet fejn id-distanza lineari bejn l-ajruporti hija ta' anqas minn 100 km, il-ħin ta' vvjaġġar huwa ġeneralment ta' aktar minn sagħtejn (2) b'tali mod li l-ajruporti inkwistjoni ma jeżerċitaw l-ebda pressjoni kompetittiva fuq xulxin. |
7. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA
|
(68) |
Kif spjegat fil-premessa 10 hawn fuq, wara l-irtirar mir-Rumanija tan-notifika tagħha tal-iskema ta' finanzjament ippjanat tal-investimenti fl-infrastruttura, il-proċedura ta' investigazzjoni formali baqgħet miftuħa fir-rigward tal-finanzjament pubbliku mogħti lill-ajruporti reġjonali tar-Rumanija fil-perjodu 2007 — 2009. Għalhekk, il-valutazzjoni stabbilita hawn taħt tikkonċerna dik il-miżura. |
|
(69) |
Fid-dawl tad-deċiżjonijiet biex tinfetaħ investigazzjoni formali għall-Ajruport ta' Cluj-Napoca u l-ajruport ta' Târgu Mureș adottati fil-31 ta' Lulju 2015 (ara l-punt 39 hawn fuq), il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa xieraq li tingħalaq l-investigazzjoni preżenti għall-ajruporti kollha soġġetti għaliha, ħlief għall-ajruport ta' Cluj-Napoca u l-ajruport ta' Târgu Mureș. Il-Kummissjoni biħsiebha tagħlaq l-investigazzjoni SA.30931 fir-rigward ta' dawk iż-żewġ ajruporti flimkien mal-investigazzjonijiet miftuħa fil-31 ta' Lulju 2015. Konsegwentement, il-valutazzjoni stabbilta hawn taħt tapplika biss għall-miżuri mogħtija lill-11-il ajruport l-ieħor. |
7.1. EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
|
(70) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-provvista ta' ċerti oġġetti għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor mil-liġi. |
|
(71) |
Il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat huma kumulattivi. Għalhekk, sabiex jiġi determinat jekk il-miżuri taħt skrutinju jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, il-kundizzjonijiet kollha msemmija hawn fuq jeħtieġ li jiġu sodisfatti. Jiġifieri, is-sostenn finanzjarju:
|
7.1.1. L-attività ekonomika u l-kunċett ta' impriża
|
(72) |
Skont il-ġurisprudenza stabbilita, il-Kummissjoni trid l-ewwel tistabbilixxi jekk dawk li jmexxu l-ajruport humiex impriżi fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Il-kunċett ta' impriża jkopri kull entità involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus ġuridiku tagħha u l-mod kif tiġi ffinanzjata. (18) Kull attività li tikkonsisti fl-offerta ta' oġġetti jew servizzi f'suq partikolari hija attività ekonomika. |
|
(73) |
Fl- Ajruport ta' Leipzig-Halle, il-Qorti Ġenerali sostniet li mid-data tas-sentenza f' Aéroports de Paris (12 ta' Diċembru 2000), l-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport ma setgħetx tibqa' tiġi eskluża. |
|
(74) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li tal-anqas mit-12 ta' Diċembru 2000, min imexxi l-ajruport kien involut f'attività ekonomika u li jikkostitwixxi impriża fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (ara wkoll il-punt 29 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni). |
7.1.2. Mandat tal-politika pubblika
|
(75) |
Filwaqt li dawk li jmexxu l-ajruport iridu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu impriżi fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat tal-anqas mit-12 ta' Diċembru 2000, irid jiġi mfakkar li mhux l-attivitajiet kollha ta' min imexxi ajruport huma neċessarjament ta' natura ekonomika (ara wkoll il-punt 34 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni). (19) |
|
(76) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li attivitajiet li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċizzju tas-setgħat uffiċjali tiegħu bħala awtorità pubblika mhumiex ta' natura ekonomika u ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(77) |
Għalhekk, il-finanzjament tal-attivitajiet li jaqgħu fil-mandat tal-politika pubblika jew tal-infrastruttura relatata direttament ma' dawk l-attivitajiet inġenerali ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. (20) F'ajruport, attivitajiet bħall-kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-pulizija, id-dwana, it-tifi tan-nar, attivitajiet meħtieġa biex tiġi salvagwardjata l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza illegali u l-investimenti relatati mal-infrastruttura u t-tagħmir meħtieġa biex jitwettqu dawn l-attivitajiet huma ġeneralment ikkunsidrati bħala ta' natura mhux ekonomika (ara wkoll il-punt 35 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni). (21) |
|
(78) |
Madankollu, il-finanzjament pubbliku ta' attivitajiet mhux ekonomiċi ma jridx iwassal għal diskriminazzjoni mhux dovuta bejn il-linji tal-ajru u dawk li jmexxu ajruport. Fil-fatt, hija ġurisprudenza stabbilita li jkun hemm vantaġġ fejn l-awtoritajiet pubbliċi jeħilsu lill-impriżi mill-ispejjeż inerenti għall-attivitajiet ekonomiċi tagħhom. (22) Għalhekk, jekk f'sistema ġuridika partikolari jkun normali li l-linji tal-ajru jew dawk li jmexxu l-ajruport iġarrbu l-ispejjeż ta' ċerti servizzi, filwaqt li ċerti linji tal-ajru jew xi wħud minn dawk li jmexxu l-ajruport li jipprovdu l-istess servizzi f'isem l-istess awtoritajiet pubbliċi ma jridux iġarrbu dawk l-ispejjeż, dawn tal-aħħar jistgħu jgawdu minn vantaġġ, anke jekk dawk is-servizzi huma kkunsidrati fihom infushom bħala mhux ekonomiċi (ara wkoll il-punt 37 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni). |
|
(79) |
Ir-Rumanija fl-ebda ħin ma ddikjarat li l-finanzjament mogħti lil kwalunkwe ajruport reġjonali soġġett għal din id-Deċiżjoni kien ikopri spejjeż li jikkwalifikaw bħala spejjeż ta' mandat tal-politika pubblika. Lanqas xi wieħed mill-operaturi tal-ajruport, minbarra l-Ajruport ta' Cluj — Napoca, ma ddikjara matul l-investigazzjoni li dan huwa l-każ. Fil-fatt, il-mekkaniżmu ta' kumpens huwa mfassal biex ikopri d-differenza bejn id-dħul u t-telf tal-ajruporti, mingħajr ma ssir distinzjoni bejn l-ispejjeż ta' mandat tal-politika pubblika u tipi oħra ta' spejjeż. Din il-kwistjoni tista' titħalla miftuħa fir-rigward tal-Ajruport ta' Cluj — Napoca u l-Ajruport ta' Târgu Mureș, peress li din id-Deċiżjoni ma tagħlaqx l-investigazzjoni pendenti fir-rigward ta' dawk l-ajruporti. Fil-każ tal-ajruporti l-oħra, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri ma jikkostitwixxux kumpens għall-ispejjeż tal-mandat tal-politika pubblika. |
7.1.3. Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat
|
(80) |
Il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat japplika għal kull vantaġġ mogħti direttament jew indirettament, iffinanzjat mir-riżorsi tal-Istat, mogħti mill-Istat innifsu jew minn kwalunkwe korp intermedjarju li jaġixxi permezz ta' setgħat mogħtija lilu. Għaldaqstant, japplika wkoll għall-vantaġġi kollha mogħtija minn awtoritajiet reġjonali jew lokali tal-Istati Membri, ikun xi jkun l-istatus u d-deskrizzjoni tagħhom. (23) |
|
(81) |
F'dan il-każ, il-finanzjament jingħata direttament mill-Istat jew l-awtoritajiet lokali permezz tar-riżorsi tagħhom stess. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonferma li l-miżuri kollha li qed jiġu valutati jingħataw permezz tar-riżorsi mill-Istati u huma imputabbli lill-Istat. |
7.1.4. Vantaġġ ekonomiku selettiv
|
(82) |
Il-finanzjament pubbliku mogħti lil dawk li jmexxu l-ajruport, immirat lejn il-kumpens għat-telf imġarrab fit-twettiq tal-attività ordinarja tagħhom. Xejn fl-evidenza fattwali disponibbli lill-Kummissjoni jew fil-kummenti rċevuti mir-Rumanija jew mill-partijiet terzi ma jissuġġerixxi li l-awtoritajiet li jagħmlu l-għotja jistgħu jistennew xi redditu finanzjarju bħala riżultat ta' dawk il-miżuri ta' finanzjament meta jiddeċiedu li jagħtuhom. Għalhekk, il-miżuri inkwistjoni ma jikkonformawx mal-prinċipju tal-operatur tal-ekonomija tas-suq. |
|
(83) |
Matul l-investigazzjoni r-Rumanija ddikjarat li l-finanzjament pubbliku kkontestat jirrappreżenta kumpens għall-provvista ta' SGEIs. |
|
(84) |
Fil-każ ta' intrapriżi inkarigati bil-provvista ta' SGEI, sabiex tikkonkludi jekk il-miżuri li qed jiġu vvalutati jikkostitwixxux vantaġġ ekonomiku jew le fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, il-Kummissjoni trid teżamina l-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Qorti fis-sentenza tagħha fil-kawża Altmark. (24) Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:
|
|
(85) |
Dawk l-erba' kundizzjonijiet iridu jiġu sodisfatti b'mod kumulattiv. Għalhekk, jekk waħda minnhom ma tiġix sodisfatta, ma jistax jiġi ddikjarat li l-miżuri inkwistjoni ma jinvolvux vantaġġ ekonomiku abbażi tas-sentenza Altmark. |
7.1.4.1. Altmark 1
|
(86) |
Ir-rekwiżit tal-ewwel kundizzjoni Altmark jikkoinċidi mar-rekwiżit ta' inkarigu ċar u definizzjoni tal-SGEI provdut mill-Artikolu 106(2) tat-Trattat. (25) |
|
(87) |
Artikolu 106(2) tat-Trattat japplika biss għal “kull impriża responsabbli sabiex topera” SGEI. Il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement enfasizzat il-ħtieġa għal att ta' inkarigu. (26) Għalhekk, il-ħtieġa għal definizzjoni ċara tal-SGEI hija inerenti għal u inseparabbli mill-idea ta' inkarigu u tirriżulta direttament mill-Artikolu 106(2) tat-Trattat. |
|
(88) |
Fil-Komunikazzjoni tal-2001 dwar servizzi ta' interess ġenerali, il-Kummissjoni kienet diġà enfasizzat ir-rabta bejn definizzjoni ċara, inkarigu u neċessità u proporzjonalità tal-kumpens għall-SGEI skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat. (27) Paragrafu 22 ta' dik il-Komunikazzjoni spjega li “f'kull wiehed mill-każijiet, sabiex tapplika l-eċċezzjoni provvduta bl-Artikolu 106(2) tat-Trattat, il-missjoni tas-servizz pubbliku teħtieġ li tiġi ddefinita biċ-ċar u trid tiġi fdata b'mod espliċitu permezz ta' att ta' awtorità pubblika […]. Dan l-obbligu huwa meħtieġ sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza legali kif ukoll it-trasparenza rigward iċ-ċittadini u huwa indispensabbli għall-Kummissjoni li twettaq l-istima tagħha tal-proporzjonalità”. L-inkarigu u d-definizzjoni huma għaldaqstant prerekwiżit loġiku ta' kwalunkwe valutazzjoni sinifikanti tal-livell proporzjonat ta' kull kumpens. Il-Qrati tal-Unjoni enfasizzaw b'mod konsistenti l-ħtieġa għal definizzjoni ċara tal-PSOs għall-applikazzjoni kemm tal-eżenzjoni Altmark kif ukoll tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat. (28) |
|
(89) |
Anke l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-2011 dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, (29) tiċċara li l-SGEI u l-PSOs iridu jkunu definiti b'mod ċar minn qabel. Skont il-paragrafu 51 tagħha, biex l-Artikolu 106(2) tat-Trattat japplika, l-operazzjoni ta' SGEI trid tiġi inkarigata lil impriża waħda jew aktar. L-impriżi inkwistjoni jridu għalhekk ikunu ġew inkarigati b'kompitu speċjali mill-Istat. L-ewwel kriterju Altmark jirrikjedi li l-impriża tkun inkarigata sabiex twettaq PSOs. Għaldaqstant, sabiex tikkonforma mal-ġurisprudenza Altmark, jenħtieġ inkarigu ta' servizz pubbliku, li jiddefinixxi l-obbligi tal-fornitur tal-SGEI inkwistjoni u dawk tal-awtorità pubblika li qed tinkariga l-SGEI inkwistjoni. Skont il-paragrafu 52 'il quddiem, il-kompitu ta' servizz pubbliku jrid jiġi assenjat permezz ta' att wieħed jew aktar li jridu tal-anqas jispeċifikaw il-PSOs; l-impriża u, fejn applikabbli, it-territorju kkonċernat; in-natura ta' kull dritt esklussiv jew speċjali assenjat lill-impriża mill-awtorità inkwistjoni. |
|
(90) |
F'dan il-każ, ir-Rumanija ddikjarat li l-finanzjament pubbliku mogħti lill-ajruporti inkwistjoni fil-perjodu 2007 — 2009 irrappreżenta kumpens għall-għoti ta' SGEIs. Ir-Rumanija ddikjarat li d-Deċiżjoni tal-Gvern 398/1997 stabbiliet b'mod ċar u trasparenti l-PSOs, il-parametri għall-kalkolu tal-kumpens u l-arranġamenti sabiex jiġi evitat kull kumpens żejjed. |
|
(91) |
Madankollu, filwaqt li d-Deċiżjoni tal-Gvern 398/1997 stabbiliet li l-ispejjeż operatorji u kapitali tal-ajruporti elenkati fiha jkunu koperti minn riżorsi proprji supplimentati mill-finanzjament pubbliku u elenkat l-attivitajiet li jridu jitwettqu minn dawk li jmexxu l-ajruport madwar l-ajruporti kollha kkonċernati (jiġifieri mhux għal kull ajruport b'mod individwali), din ma imponietx PSOs ċari fuq dawk li jmexxu l-ajruporti. |
|
(92) |
Fir-rigward tal-ajruport ta' Constanța, filwaqt li d-Deċiżjoni tal-Gvern 523/1998 stabbiliet liema spejjeż iridu jew jiġu supplimentati minn finanzjament pubbliku jew jiġu koperti b'mod sħiħ minn finanzjament pubbliku u elenkat l-attivitajiet li jridu jitwettqu minn dawk li jmexxu l-ajruport, ma imponietx PSOs ċari fuq dawk li jmexxu l-ajruport. |
|
(93) |
Id-dikjarazzjoni tar-Rumanija li s-servizzi tal-ajruport ikunu essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni rispettivi jew għandhom l-għan li jwettqu objettiv ta' sigurtà strateġika mhijiex biżżejjed biex jitqies li l-benefiċjarji ġew inkarigati b'mod korrett bl-SGEI sal-punt tal-PSOs. |
|
(94) |
Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-ajruporti inkwistjoni jikkwalifikawx bħala servizzi ġenwini ta' interess ekonomiku ġenerali, il-Kummissjoni tħalli din il-mistoqsija miftuħa minħabba li mhijiex meħtieġa valutazzjoni f'dan ir-rigward peress li, kif spjegat hawn fuq, il-PSOs mhumiex definiti b'mod ċar f'att ta' inkarigu. Mhuwiex meħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni tieħu pożizzjoni dwar dan l-aspett. |
|
(95) |
Għalhekk, il-miżuri inkwistjoni ma jikkonformawx ma' Altmark 1. |
7.1.4.2. Altmark 4
|
(96) |
Ir-raba' kriterju Altmark jipprevedi li l-kumpens irid ikun il-minimu meħtieġ sabiex ma jikkwalifikax bħala għajnuna. Dan il-kriterju jkun sodisfatt jekk il-benefiċjarju tal-kumpens ikun intgħażel wara proċedura tal-offerti li tippermetti l-għażla tal-offerent kapaċi li jipprovdi l-SGEI meħtieġa bl-inqas spiża għall-komunità jew, f'nuqqas ta' dan, jekk il-kumpens ikun ġie kalkolat b'referenza għall-ispejjeż ta' impriża effiċjenti. |
|
(97) |
F'dan il-każ, il-benefiċjarji ma ntgħażlux wara proċedura tal-offerti. Ukoll ma hemmx evidenza li turi li l-livell ta' kumpens ġie determinat abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż li impriża tipika, immexxija tajjeb u adegwatament mogħnija b'mezzi sabiex tkun tista' tissodisfa r-rekwiżiti neċessarji ta' servizz pubbliku, kienet tagħmel sabiex twettaq tali obbligi, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kif ukoll il-profitt raġjonevoli għat-twettiq ta' dawn l-obbligi (mhux definiti b'mod korrett — ara l-premessi 86-95). Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li ma jistax jiġi konkluż li l-finanzjament pubbliku inkwistjoni ġie determinat abbażi tal-ispejjeż ta' impriża effiċjenti. |
|
(98) |
Konsegwentament, il-miżuri li qed jiġu investigati ma jikkonformawx ma' Altmark 4. |
7.1.4.3. Konklużjoni — eżistenza ta' vantaġġ ekonomiku selettiv
|
(99) |
Minħabba li l-kundizzjonijiet Altmark 1 u 4 ma ġewx imħarsa, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-erba' kundizzjonijiet stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Altmark ma ġewx sodisfatti b'mod kumulattiv fil-każ preżenti. Ladarba lanqas il-prinċipju tal-operatur tal-ekonomija tas-suq ma ġie mħares kif imsemmi fil-premessa 82 hawn fuq, il-miżuri li qed jiġu valutati taw vantaġġ ekonomiku lil min imexxi l-ajruporti. |
|
(100) |
Barra minn hekk, dak il-vantaġġ ekonomiku huwa selettiv minħabba li huwa indirizzat lejn ċerti impriżi li jappartjenu għal settur ekonomiku partikolari, jiġifieri l-ajruporti. |
7.1.5. Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri
|
(101) |
Il-kompetizzjoni bejn l-ajruporti tista' tiġi valutata fid-dawl tal-kriterji tal-linji tal-ajru magħżula, u b'mod partikolari billi jiġu mqabbla fatturi bħat-tip ta' servizzi tal-ajruport provduti u l-klijenti kkonċernati, il-popolazzjoni jew l-attività ekonomika, il-konġestjoni, l-eżistenza ta' aċċess mill-art, u l-livell ta' imposti u kundizzjonijiet kummerċjali globali għall-użu tal-infrastruttura u s-servizzi tal-ajruport (ara l-punt 43 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni). |
|
(102) |
Barra minn hekk, l-operaturi tal-ajruport huma f'kompetizzjoni għall-ġestjoni tal-infrastruttura tal-ajruport, inklużi f'ajruporti lokali u reġjonali. Il-finanzjament pubbliku ta' ajruport jista' għalhekk iwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-swieq għall-operat tal-infrastruttura tal-ajruporti. Barra minn hekk, il-finanzjament pubbliku lill-ajruporti jista' jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u jkollu effett fuq il-kummerċ fi swieq tat-trasport bl-ajru madwar l-Unjoni. Fl-aħħar nett, il-kompetizzjoni intermodali tista' tiġi affettwata wkoll minn finanzjament pubbliku lill-ajruporti (ara l-punt 44 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni). |
|
(103) |
Għalhekk, il-miżuri li qed jiġu valutati wasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni jew tal-anqas heddew li jwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u affettwaw il-kummerċ bejn Stati Membri. |
7.1.6. Konklużjoni dwar l-eżistenza tal-għajnuna
|
(104) |
Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri li qed jiġu valutati jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat għall-dawk l-ajruporti fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
7.2. TIP TA' GĦAJNUNA: GĦAJNUNA EŻISTENTI JEW ĠDIDA?
|
(105) |
Il-valutazzjoni magħmula skont it-Taqsima 3.2.2 “Tip ta' għajnuna: għajnuna eżistenti jew ġdida” (paragrafi 93 sa 95) tad-deċiżjoni tal-ftuħ dwar jekk l-għajnuna jenħtieġx li tiġi kkunsidrata bħala għajnuna eżistenti jew ġdida skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness V tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija tibqa' valida. Għalhekk, il-miżuri ma jikkwalifikawx bħala għajnuna eżistenti. |
7.3. LEGALITÀ TAL-GĦAJNUNA
|
(106) |
Il-miżuri li qed jiġu investigati ddaħħlu fis-seħħ qabel approvazzjoni formali mill-Kummissjoni. Għalhekk, jikkonstitwixxu għajnuna illegali sakemm ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet rilevanti ta' att tal-Unjoni li jipprevedi eżenzjoni ta' kategorija mill-obbligu tan-notifika stabbilit fl-Artikolu 108 tat-TFUE għal ċerti kategoriji ta' għajnuna. F'dan il-każ, l-uniku att possibbli li seta' potenzjalment jipprovdi eżenzjoni bħal din huwa d-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005. |
|
(107) |
Matul l-investigazzjoni, ir-Rumanija sostniet li l-għajnuna lit-tlettax-il ajruport inkwistjoni tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005, li kienet fis-seħħ meta ngħataw il-miżuri inkwistjoni. |
|
(108) |
Id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 applikat għal ajruporti:
|
|
(109) |
Id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 applikat biss għal għajnuna fil-forma ta' kumpens għal servizzi pubbliċi għal servizzi SGEI ġenwini. Sabiex jibbenefika minn din l-eżenzjoni, kumpens għal servizzi pubbliċi għall-operat ta' SGEI jrid jikkonforma wkoll mal-kundizzjonijiet dettaljati stabbiliti fl-Artikoli 4, 5 u 6 tagħha. (31) |
|
(110) |
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 jirrikjedi li l-SGEI jiġi inkarigat lill-impriża kkonċernata permezz ta' att uffiċjali wieħed jew aktar, li jistabbilixxi, fost l-oħrajn, in-natura u l-perjodu ta' validità tal-PSOs, il-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-reviżjoni tal-kumpens, u l-arranġamenti meħtieġa biex jiġi evitat jew biex jitħallas lura kwalunkwe kumpens żejjed. L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 stabbilixxa li l-ammont ta' kumpens irid jiġi limitat għal dak li hu meħtieġ biex jiġu koperti l-ispejjeż imġarrba fit-twettiq tal-PSOs, filwaqt illi jitqiesu d-dħul rilevanti kollu kif ukoll il-profitt raġjonevoli. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 jirrikjedi lill-Istati Membri jwettqu kontrolli regolari biex jiżguraw li l-impriżi ma jkunux qed jirċeivu kumpens li jaqbeż l-ammont determinat skont l-Artikolu 5. |
|
(111) |
Kif indikat fit-taqsima 7.1.4.1, ir-Rumanija naqset milli turi li dawk li jmexxu l-ajruporti kienu inkarigati b'PSOs definiti b'mod ċar permezz tal-allegati atti ta' inkarigu li fuqhom kienet tiddependi, jiġifieri d-Deċiżjoni tal-Gvern 398/1997 u d-Deċiżjoni tal-Gvern 523/1998. Għalhekk, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4 ma ġewx sodisfatti. |
|
(112) |
Konsegwentement, l-għajnuna lill-ħdax-il entità li tmexxi l-ajruporti ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta' notifika abbażi tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005. |
|
(113) |
Skont l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE (minn hawn 'il quddiem “id-Deċiżjoni SGEI tal-2011”) (32), kull għajnuna li ngħatat effett qabel id-dħul fis-seħħ tagħha li ma kinitx kompatibbli mas-suq intern u lanqas ma kienet eżentata mir-rekwiżit ta' notifika skont id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 tista' tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżi ta' notifika minn qabel jekk l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fiha. Għal raġunijiet simili għal dawk stabbiliti fit-taqsima 7.1.4.1, l-għajnuna ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011, li huma fil-parti l-kbira tagħhom simili għall-Artikoli 4, 5 u 6 fid-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005. Għalhekk, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta' notifika abbażi tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011. |
|
(114) |
Il-miżuri inkwistjoni għaldaqstant jikkonstitwixxu għajnuna mill-Istat illegali. |
7.4. KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA
|
(115) |
Għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, l-għajnuna ma tistax tiġi dikjarata kompatibbli mas-suq intern f'konformità mad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 u d-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011. Konsegwentement, il-Kummissjoni se tivvaluta l-kompatibilità tal-miżuri inkwistjoni abbażi tal-kriterji stabbiliti rispettivament fil-Qafas dwar l-SGEI tal-2011 u l-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, li jidhru li huma l-uniċi bażijiet legali possibbli skont liema jista' potenzjalment jiġi konkluż li dawk il-miżuri huma kompatibbli mas-suq intern. |
7.4.1. Kompatibilità skont il-Qafas dwar l-SGEI tal-2011
|
(116) |
L-Artikolu 106(2) tat-Trattat jistabbilixxi li “kull impriża responsabbli sabiex topera servizzi ta' importanza ekonomika ġenerali jew li jkollha l-karattru ta' monopolju fiskali għandha tkun suġġetta għar-regoli tat-Trattati, b'mod partikolari dawk li jirriferu għall-kompetizzjoni, sa fejn l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli ma jostakolawx it-twettiq de jure jew de facto tal-funzjonijiet speċifiċi mogħtija lil dik l-impriża. L-iżvilupp tal-kummerċ ma għandux jiżviluppa b'mod kuntrarju għall-interessi tal-Unjoni.” |
|
(117) |
L-Artikolu jipprevedi deroga mill-projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat li tinsab fl-Artikolu 107 tat-Trattat sal-punt li l-għajnuna hija neċessarja u proporzjonali biex tiġi żgurata l-prestazzjoni tal-SGEI taħt kundizzjonijiet ekonomiċi aċċettabbli. Skont l-Artikolu 106(3) tat-Trattat hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tassigura l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inkluż, fost l-oħrajn, billi tispeċifika skont liema kundizzjonijiet tikkunsidra li huma sodisfatti l-kriterji tan-neċessità u l-proporzjonalità. |
|
(118) |
Qabel il-31 ta' Jannar 2012, il-qafas Komunitarju għal għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizzi pubbliċi (minn hawn 'il quddiem “il-Qafas dwar l-SGEI tal-2005”) (33) u d-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 irrappreżentaw il-politika tal-Kummissjoni tal-applikazzjoni tad-deroga tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat. |
|
(119) |
Fil-31 ta' Jannar 2012 il-pakkett SGEI l-ġdid, inkluż il-qafas għal għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizzi pubbliċi tal-Unjoni Ewropea (2011) (minn hawn 'il quddiem “il-qafas dwar l-SGEI tal-2011”) (34) u “id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2011” daħal fis-seħħ. |
|
(120) |
Skont il-paragrafu 69 tal-Qafas dwar l-SGEI tal-2011, “il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji stabbiliti f'din il-Komunikazzjoni għal għajnuna li ma tkunx skont il-liġi li dwarha tieħu deċiżjoni wara l-31 ta' Jannar 2012 anke jekk l-għajnuna tkun ingħatat qabel din id-data”. |
|
(121) |
Paragrafu 16 tal-Qafas dwar l-SGEI tal-2011 jistabbilixxi r-rekwiżiti biex SGEI jiġi kkunsidrat bħala inkarigat b'mod validu. B'mod partikolari l-paragrafu 16(a) u wara jistabbilixxi li l-att ta' inkarigu jrid jiddeskrivi l-kontenut u t-terminu ta' żmien ta' PSOs. Għalhekk, għall-istess raġunijiet diġà msemmija fit-taqsimiet 7.1.4.1 u 7.3 hawn fuq, f'dan il-każ l-għajnuna ma tistax tiġi kkunsidrata kompatibbli taħt il-Qafas dwar l-SGEI tal-2011. |
|
(122) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li l-miżura tal-għajnuna inkwistjoni ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat. |
7.4.2. Kompatibilità skont il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni
|
(123) |
Il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni japplikaw għal għajnuna operatorja mogħtija lil ajruporti qabel l-4 ta' April 2014. (35) Il-kundizzjonijiet ta' kompatibilità stabbiliti fil-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni għall-għajnuna operatorja lill-ajruporti jvarjaw skont jekk l-għajnuna ngħatatx qabel jew wara l-4 ta' April 2014, id-data tad-dħul fis-seħħ tal-linji gwida. (36) |
|
(124) |
L-għajnuna operatorja mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, jiġifieri qabel l-4 ta' April 2014, tista' tiġi ddikjarata kompatibbli sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
7.4.2.1. Kontribuzzjoni għal objettiv definit sew ta' interess komuni
|
(125) |
Il-miżuri ta' sostenn operatorji mogħtija lill-ajruporti reġjonali tar-Rumanija kellhom l-għan li jippermettu li l-ajruporti jkollhom biżżejjed kapital biex ikomplu joperaw b'mod vijabbli. Skont ir-Rumanija, l-ajruporti reġjonali għandhom rwol strumentali fil-promozzjoni ta' aċċessibilità għal żoni ta' lħuq u l-finanzjament inkwistjoni jtejjeb is-sigurtà, is-sikurezza u l-effiċjenza tal-ajruport, filwaqt li jikkontribbwixxi lejn l-ilħuq ta' objettivi ta' żvilupp reġjonali usa'. Barra minn hekk, l-aktar mod ta' trasport konvenjenti lejn/minn dawk ir-reġjoni huwa l-ivvjaġġar bl-ajru, minbarra servizzi tat-triq/ferrovjarji, li madankollu fir-Rumanija, minħabba l-kundizzjoni fqira tal-infrastruttura, jinvolvu ħinijiet tal-ivvjaġġjar konsiderevolment itwal. |
|
(126) |
Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li fid-dawl tal-prossimità mill-qrib bejn xi wħud mill-ajruporti fl-investigazzjoni, duplikazzjoni possibbli tal-infrastruttura tal-ajruporti tista' timmilita kontra li t-tisjib ta' finanzjament għal dawk l-ajruporti jissodisfa objettiv definit b'mod ċar ta' interess komuni. Għalhekk il-Kummissjoni trid tivvaluta li l-finanzjament ta' dawk l-ajruporti ma jwassalx għad-duplikazzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport fl-istess żona ta' lħuq. |
|
(127) |
Il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni jiddefinixxu iż-“żona ta' lħuq ta' ajruport” bħala l-konfini ta' suq ġeografiku, li normalment ikun stabbilit għal madwar 100 kilometru jew madwar 60 minuta ta' vvjaġġar bil-karozza, bix-xarabank, bil-ferrovija jew bil-ferrovija ta' velocità għolja. Id-definizzjoni taż-żona ta' lħuq ta' ajruport partikolari jeħtieġ li tqis l-ispeċifiċitajiet ta' kull ajruport partikolari. Id-daqs u l-forma taż-żona ta' lħuq jiddependu fuq diversi karatteristiċi tal-ajruport, inkluż il-mudell tan-negozju tiegħu, il-lokazzjoni tieġħu u d-destinazzjoni li jservi. |
|
(128) |
Kif stabbilit fil-premessa 24 hawn fuq, l-uniċi ajruporti soġġetti għall-valutazzjoni preżenti li għalihom ajruport ieħor huwa preżenti fiż-żona ta' lħuq ta' 100 km jew 60 minuta ta' ħin ta' vvjaġġar bit-triq, bil-ferrovija jew bil-ferrovija ta' veloċità għolja, kif stabbilit fil-punt 25 (12) tal-linji gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni huma Arad, Baia Mare, Satu Mare, Constanța u Oradea. Għall-ajruporti l-oħra kollha, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna kkontribwiet biex tinżamm fi stat ta' operat l-infrastruttura meħtieġa għall-mobilità taċ-ċittadini u l-aċċessibilità tar-reġjuni fejn jinsabu dawk l-ajruporti, minħabba b'mod partikolari l-kwalità ħażina tal-infrastruttura tat-triq u dik ferrovjarja. Għalhekk, għal dawk l-ajruporti, l-għajnuna kkontribwiet għat-twettiq ta' objettiv ta' interess komuni għall-Unjoni. Fir-rigward tal-bqija tal-ajruporti, il-Kummissjoni tinnota dan li ġej. |
L-ajruport ta' Arad
|
(129) |
L-ajruport ta' Arad jinsab 50 km biss minnTimișoara, li jammonta għal ħin ta' vvjaġġar bit-triq ta' 40 minuta. |
|
(130) |
L-ajrporti ta' Timișoara u Arad kellhom mudelli ta' negozju differenti matul il-perjodu 2007-2009. Timișoara kien ajruport stabbilit sew li jsegwi mudell ta' negozju li huwa differenti b'mod sinifikanti minn dak tal-ajruport ta' Arad. L-ajruport ta' Timișoara offra prinċipalment titjiriet skedati ta' trasportaturi reġjonali u internazzjonali ta' servizzi sħaħ li jgħaqqdu Timișoara ma' għadd ta' bliet Rumeni u Ewropej (43) filwaqt li, kif imsemmi fil-premessi 28 u 31 hawn fuq, il-mudell ta' negozju ta' Arad kien ibbażat fuq traffiku low-cost. Iż-żewġ ajruporti baqgħu joperaw taħt mudelli differenti mill-2009 'il quddiem bi traffiku low-cost imnaqqas drastikament u sussegwentement intemm fl-ajruport ta' Arad (l-ajruport serva biss 8 632 passiġġier fl-2015 u skont informazzjoni pubblikament disponibbli, ma kellu l-ebda traffiku tal-passiġġieri kummerċjali fl-2016) u l-ajruport ta' Timișoara li kien immirat lejn it-traffiku low cost. Il-fatt li l-mudelli ta' negozju tal-ajruporti f'Timișoara u Arad kienu differenti matul il-perjodu li qed jiġi valutat u wara dan il-perjodu huwa indikzzjoni li ż-żewġ ajruporti huma sostituti imperfetti għal xulxin. |
|
(131) |
Skont il-punt 85 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, id-duplikazzjoni ta' ajruporti li ma jagħmlux qligħ jew il-ħolqien ta' kapaċità addizzjonali mhux użata ma jikkontribwixxux għal objettiv ta' interess komuni. F'dan ir-rigward, il-Kummmissjoni tinnota li Timișoara kien profitabbli matul il-perjodu li qed jiġi valutat. Barra minn hekk, l-ajruport ta' Timișoara għamel investimenti f'diversi terminali matul 2007 — 2010 biex jespandi l-kapaċità tiegħu u jakkomoda aktar traffiku tal-ajru (eż. estensjoni u modernizzazzjoni tat-terminal tat-titjiriet internazzjonali fl-2007, estensjoni tat-terminal tat-tluq domestiku fil-perjodu 2008 — 2010). L-ajruport ta' Timișoara għalhekk, għalkemm ħafna akbar, kellu jinvesti biex jikber, għalhekk mhuwiex probabbli li mingħajr l-għajnuna għal Arad, Timișoara seta' assorba t-traffiku ta' Arad mingħajr aktar investimenti. Din hija indikazzjoni oħra tal-grad imperfett ta' sostitwibbiltà bejn iż-żewġ ajruporti. |
|
(132) |
Fid-dawl tal-argumenti mressqa fil-premessi 130 u 131 hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li filwaqt li l-ajruport ta' Arad jinsab fl-istess żona ta' lħuq bħall-ajruport ta' Timișoara, ma hemmx duplikazzjoni bejn iż-żewġ ajruporti. |
|
(133) |
Abbażi ta' dak imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li l-għajnuna lill-ajruport ta' Arad ikkontribwiet għall-mobilità taċ-ċittadini u l-aċċessibilità tar-reġjun fejn jinsab u għalhekk serviet objettiv definit tajjeb ta' interess komuni. |
L-ajruporti ta' Baia Mare u Satu Mare
|
(134) |
Fir-rigward tal-ajruporti ta' Baia Mare u Satu Mare, dawn jinsabu 76 km minn xulxin u ż-żewġ ajruporti servew l-aktar titjiriet skedati lejn Bukarest operati mit-trasportatur nazzjonali tar-Rumanija, TAROM. Abbażi ta' informazzjoni pubblikament disponibbli, fl-ajruport ta' Baia Mare, matul il-perjodu 2007-2009, TAROM opera diversi titjiriet kull ġimgħa lejn Bukarest, filwaqt li l-Austrian Airlines operaw destinazzjoni waħda (Vjenna) matul il-perjodu April 2008 — Frar 2009 u Blueair serviet tliet destinazzjonijiet Ewropej għal ftit xhur biss (Ottubru sa Diċembru 2009). TAROM opera wkoll diversi titjiriet fil-ġimgħa mill-ajruport ta' Satu Mare għal Bukarest. Madankollu, minħabba l-kundizzjoni ħażina tal-infrastruttura tat-toroq f'dik iż-żona, il-ħin ta' vvjaġġar bejn iż-żewġ ajruporti huwa ta' siegħa (1) u għaxar (10) minuti bit-triq, li jaqbeż il-kriterju tal-ħin ta' vvjaġġar ta' 60 minuta użat biex tiġi delineata ż-żona ta' lħuq ta' ajruport skont il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni. |
|
(135) |
Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessi 34 u 35 hawn fuq, kien hemm differenza fid-daqs tal-inġenji tal-ajru li setgħu jiġu operati b'mod regolari fiż-żewġ ajruporti minħabba fid-differenza fl-infrastruttura. |
|
(136) |
Għalhekk, fid-dawl tal-argumenti stabbiliti fil-premessi 134 u 135 hawn fuq, filwaqt li ż-żewġ ajruporti jinsabu fi ħdan il-kriterju tad-distanza ta' 100 kilometru użat biex tiġi delineata ż-żona ta' lħuq ta' ajruport skont il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma hemmx duplikazzjoni bejniethom. |
|
(137) |
Abbażi ta' dak imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna rċevuta minn kull wieħed miż-żewġ ajruporti kkontribwixxiet għal objettiv definit sew ta' interess komuni permezz taż-żieda fil-mobilità u l-aċċessibilità fiż-żoni fejn jinsabu dawn l-ajruporti. |
L-ajruport ta' Constanța
|
(138) |
L-ajruport ta' Constanța jinsab 45 km u ħin ta' vvjaġġar ta' 0h30 mill-ajruport ta' Tuzla. Fl-2007-2009, Constanța offra titjiriet skedati lejn diversi destinazzjonijiet Ewropej u għalhekk kellu mudell ta' negozju differenti meta mqabbel ma' Tuzla li ma offra l-ebda servizzi tal-ajruport għal avjazzjoni kummerċjali u ffoka fuq titjiriet speċjalizzati (eż. għal skopijiet agrikoli, għal skopijiet tar-reklamar, kif ukoll titjiriet ta' divertiment, taħriġ u emerġenza). Konsegwentement, għalkemm l-ajruport ta' Tuzla jinsab fl-istess żona ta' lħuq bħall-ajruport ta' Constanța, ma jistax jitqies bħala “ajruport” fis-sens tal-punt 25(6) tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni u għalhekk ma jistax jitqies bħala d-duplikazzjoni tal-infrastruttura fl-ajruport ta' Constanța. |
|
(139) |
Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna lill-ajruport ta' Constanța kkontribwixxiet għal objettiv definit sew ta' interess komuni billi żiedet il-mobilità u l-aċċessibilità fiż-żona fejn jinsab l-ajruport. |
L-arjruport ta' Oradea
|
(140) |
Oradea jinsab 80 km 'il bogħod minn Debrecen (l-Ungerija), iżda l-ħin ta' vvjaġġar huwa ta' mill-anqas siegħa (1) u 30 minuta (minħabba l-ħtieġa li tgħaddi minn fruntiera mhux tax-Schengen). |
|
(141) |
Barra minn hekk, matul l-2007-2009 l-ajruporti kellhom mudell ta' negozju differenti bl-ajruport ta' Oradea li opera titjiriet domestiċi minn trasportaturi reġjonali u nazzjonali ta' servizzi sħaħ u l-ajruport ta' Debrecen li ffoka f'dak iż-żmien fuq titjiriet charter (bi traffiku low cost li żviluppa biss fis-snin riċenti). Din hija indikazzjoni li ż-żewġ ajruporti fil-perjodu li qed jiġi valutat kienu sostituti imperfetti għal xulxin. Għalhekk, filwaqt li ż-żewġ ajruporti jinsabu fi ħdan il-kriterju tad-distanza ta' 100 kilometru użat biex tiġi delineata ż-żona ta' lħuq ta' ajruport skont il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma hemmx duplikazzjoni bejniethom. |
|
(142) |
Abbażi ta' dak imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna lill-ajruport ta' Oradea kkontribwiet għal objettiv definit sew ta' interess komuni permezz ta' żieda fil-mobilità u l-aċċessibilità fiż-żona fejn jinsab l-ajruport. |
7.4.2.2. Il-ħtieġa għal intervent mill-Istat, l-adegwatezza tal-għajnuna mill-Istat bħala strument ta' politika, l-eżistenza ta' effett ta' inċentiv, il-proporzjonalità tal-ammont tal-għajnuna
|
(143) |
Fir-rigward tan-neċessità tal-għajnuna, il-punt 116 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni jirrikjedi li l-għajnuna operatorja ġġib magħha titjib materjali li s-suq innifsu ma jistax iġib. Skont il-punt 120 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, l-Istati Membri jridu juru li l-għajnuna hija adegwata biex jinkiseb l-objettiv maħsub jew biex jiġu solvuti l-problemi maħsuba biex jiġu indirizzati mill-għajnuna. Dan huwa l-każ jekk, mingħajr l-għajnuna inkwistjoni, probabbilment l-ajruporti tar-Rumanija inkistjoni kien ikollhom joħorġu mis-suq, u dan kien iċaħħad lir-reġjuni tar-Rumanija minn infrastruttura tat-trasport li għandha rwol sinifikanti fl-aċċessibilità u l-iżvilupp tagħhom, jew inaqqas l-attività tagħhom sa grad sinifikanti. Skont il-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, ajruporti iżgħar jista' jkollhom diffikultajiet fl-iżgurar tal-finanzjament tal-operazzjoni tagħhom mingħajr finanzjament pubbliku. Skont il-punt 118 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, ajruporti bi traffiku tal-passiġġieri annwali taħt il-200 000 passiġġier fis-sena jistgħu ma jkunux jistgħ jkopru l-ispejjeż operatorji tagħhom fil-parti l-kbira tagħhom. F'dan is-sens, il-Kummissjoni tinnota li t-traffiku fil-ħdax-il ajruport soġġetti għal din il-valutazzjoni kien taħt il-200 000 passiġġier fil-perjodu 2007-2009. |
|
(144) |
Skont il-punt 124 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, l-għajnuna operatorja għandha effett ta' inċentiv jekk ikun probabbli li, fl-assenza tal-għajnuna operatorja, u filwaqt li tiġi kkunsidrata l-preżenza possibbli tal-għajnuna għall-investimenti u l-livell tat-traffiku, il-livell tal-attività ekonomika tal-ajruport ikkonċernat jitnaqqas b'mod sinifikanti. Fil-każ preżenti, mingħajr l-għajnuna, l-attività tal-benefiċjarji kienet tonqos b'mod sinifikanti jekk mhux tispiċċa għalkollox minħabba telf mhux kopert. Skont il-punt 125 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni, sabiex tkun proporzjonata, l-għajnuna operatorja lill-ajruporti trid tkun limitata għall-minimu meħtieġ sabiex l-attività megħjuna sseħħ. Il-miżuri li qed jiġu investigati kienu limitati għall-minimu meħtieġ biex jiġi kkumpensat it-telf u biex l-ajruporti jkunu jistgħu joperaw b'mod vijabbli. |
|
(145) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna operatorja kollha kienet meħtieġa u limitata għall-minimu meħtieġ biex isseħħ l-attività megħjuna. |
7.4.2.3. Evitar ta' effetti negattivi mhux dovuti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ
|
(146) |
Kif stabbilit fil-premessa 24 hawn fuq, l-uniċi ajruporti soġġetti għall-valutazzjoni preżenti li għalihom ajruport ieħor huwa preżenti fi ħdan 100 km jew ħin ta' vvjaġġar ta' 60 minuta bit-triq, bil-ferrovija jew bil-ferrovija ta' veloċità għolja huma Arad, Baia Mare, Satu Mare, Constanța u Oradea. Kif spjegat fil-premessa 128 hawn fuq, għall-ajruporti l-oħra kollha, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna kkontribwiet biex tinżamm fi stat ta' operat l-infrastruttura meħtieġa għall-mobilità taċ-ċittadini u l-aċċessibilità tar-reġjuni fejn jinsabu dawk l-ajruporti, minħabba b'mod partikolari l-kwalità ħażina tal-infrastruttura tat-triq u dik ferrovjarja. Għalhekk, għal dawk l-ajruporti, l-għajnuna kkontribwiet għat-twettiq ta' objettiv ta' interess komuni għall-Unjoni u ma rriżultatx f'distorsjonijiet mhux dovuti tal-kompetizzjoni. Fir-rigward tal-bqija tal-ajruporti, il-Kummissjoni tinnota dan li ġej. |
L-ajruport ta' Arad
|
(147) |
Il-Kummissjoni tinnota li fil-perjodu li qed jiġi vvalutat, l-ajruport ta' Arad kellu traffiku limitat ħafna, kemm f'termini assoluti kif ukoll meta mqabbel mal-ajruport ta' Timișoara (li jinsab f'distanza ta' 50 km u ħin ta' vvjaġġar ta' 40 minuta). In-numru ta' passiġġieri kull sena fl-ajruport ta' Arad varja bejn 67 183 u 128 835 fil-perjodu li qed jiġi valutat, filwaqt li fl-ajruport ta' Timișoara t-traffiku varja bejn 859 329 sa 991 758 passiġġier kull sena. It-traffiku fl-ajruport ta' Arad irrappreżenta biss 7,8 % tat-traffiku fl-ajruport ta' Timișoara fl-2007, 14,5 % fl-2008 u 8,8 % fl-2009. L-impatt kompetittiv tal-għajnuna rċevuta mill-ajruport ta' Arad fuq l-ajruport ta' Timișoara kien limitat ħafna fid-dawl tad-differenza fil-livell tat-traffiku bejn iż-żewġ ajruporti (44). B'mod aktar ġenerali, l-effetti kompetittivi globali tal-għajnuna kienu neċessarjament modesti fid-dawl tal-ammont żgħir ta' traffiku fl-ajruport. Barra minn hekk, l-evoluzzjoni tat-traffiku fiż-żewġ ajruporti ma tidhirx li hija korrelatata. It-traffiku fl-ajruport ta' Arad żdied minn 67 183 passiġġier fl-2007 għal 128 835 fl-2008 u naqas għal xi 88 147 passiġġier fl-2009 filwaqt li l-ajruport ta' Timișoara żied it-traffiku tiegħu b'mod stabbli (minn 859 329 passiġġier fl-2007 għal 886 083 passiġġier fl-2008 u 991 758 passiġġier fl-2009) (45). Dan in-nuqqas ta' korrelazzjoni jissuġġerixxi li ż-żewġ ajruporti servew ħtiġijiet u segmenti tas-suq differenti u ma kinux sempliċement qed jiddupplikaw lil xulxin. |
|
(148) |
Barra minn hekk, minħabba li l-ajruport ta' Timișoara kien profitabbli bejn l-2007 u l-2009 u għamel investiment biex tiżdied il-kapaċità tiegħu, mhuwiex probabbli l-effett tal-għajnuna għall-ajruport ta' Arad kellu impatt materjali fuq l-operazzjonijiet tal-ajruport ta' Timișoara |
|
(149) |
Fid-dawl ta' dak imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni b'riżultat tal-għajnuna kienu limitati u m'għamlux tajjeb għall-kontribuzzjoni tal-għajnuna għall-mobilità u l-aċċessibilità. |
L-ajruporti ta' Baia Mare u Satu Mare
|
(150) |
Minħabba l-livell tat-traffiku estremament baxx taż-żewġ ajruporti fil-perjodu li qed jiġi valutat (minn 15 334 passiġġier fl-2007 għal 24 983 passiġġier fl-2009 għal Baia Mare u minn 5 883 passiġġier għal 11 101 passiġġier fl-2009 għal Satu Mara) u d-differenza fid-daqs tat-tip ta' inġenji tal-ajru operati kif indikat fil-premessi 34 u 35 hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjonijiet ikkawżati mill-għajnuna kienu limitati ħafna u m'għamlux tajjeb għall-kontribuzzjoni pożittiva tal-għajnuna għall-mobilità u l-aċċessibilità. |
L-ajruport ta' Constanța
|
(151) |
Kif spjegat fil-premessa 138 hawn fuq, Constanța li opera traffiku kummerċjali kellu mudell ta' negozju differenti mill-ajruport ta' Tuzla fil-viċin, li ma offra l-ebda servizz tal-ajruport għal avjazzjoni kummerċjali. L-ajruport ta' Tuzla lanqas ma huwa “ajruport” fis-sens tal-punt 25(6) tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni. Barra minn hekk, Constanța kellu traffiku baxx ħafna fil-perjodu li qed jiġi valutat, li jillimita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li rriżultaw mill-għajnuna li rċieva. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kontribuzzjoni tal-għajnuna rċevuta mill-ajruport ta' Constanța fl-2007 — 2009 għall-mobilita u l-aċċessibilità għamlet tajjeb għal kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni b'riżultat ta' dik l-għajnuna. |
L-arjruport ta' Oradea
|
(152) |
Kif spjegat fil-premessi 37 u 140 hawn fuq, Oradea jinsab 80 km 'il bogħod minn Debrecen (l-Ungerija), iżda l-ħin ta' vvjaġġar huwa tal-inqas siegħa (1) u 30 minuta (minħabba li ħtieġa li tgħaddi minn fruntiera li mhijiex tax-Schengen). Barra minn hekk, matul 2007-2009 Oraea kellu traffiku baxx ħafna (anqas minn 40 000 passiġġier) u kellu mudell ta' negozju differenti meta mqabbel mal-ajruport ta' Debrecen (ara l-premessa 141). |
|
(153) |
Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kontribuzzjoni tal-għajnuna rċevuta mill-ajruport ta' Oradea għall-mobilità u l-aċċessibbiltà għamlet tajjeb għal kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni b'riżultat ta' dik l-għajnuna. |
7.4.3. Konklużjoni dwar il-kompatibilità tal-għajnuna
|
(154) |
Abbażi tal-valutazzjoni t'hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mogħtija fl-2007 — 2009 lill-ajruporti tar-Rumanija f'Arad, Bacău, Baia Mare, Craiova, Iași, Oradea, Satu — Mare, Sibiu, Suceava, Tulcea u Constanța fil-perjodu 2007 — 2009 hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat. |
|
(155) |
Din il-valutazzjoni hija għalkollox mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe valutazzjoni potenzjali fil-futur mill-Kummissjoni ta' kwalunkwe għajnuna potenzjali mogħtija li dawk l-ajruporti wara l-4 ta' April 2014, peress li kwalunkwe għajnuna bħal din tkun trid tiġi valutata bi kriterji li jvarjaw minn dawk applikabbli għall-miżuri inkwistjoni (46). |
8. KONKLUŻJONI
|
(156) |
Il-finanzjament mogħti mill-awtoritajiet pubbliċi Rumeni bejn l-2007 — 2009 lill-ajruporti li jinsabu f'Arad, Bacău, Baia Mare, Craiova, Iași, Oradea, Satu — Mare, Sibiu, Suceava, Tulcea u Constanța jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali li hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE. |
|
(157) |
Għar-raġunijiet spjegati fil-premessa 69, l-investigazzjoni għall-finanzjament pubbliku mogħti lill-ajruport ta' Cluj-Napoca u l-ajruport ta' Târgu Mureș bejn l-2007 — 2009 tibqa' miftuħa, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-finanzjament pubbliku li r-Rumanija pprovdiet fil-perjodu 2007 — 2009 għall-ajruporti tar-Rumanija f'Arad, Bacău, Baia Mare, Craiova, Iași, Oradea, Satu Mare, Sibiu, Suceava, Tulcea u Constanța, li tammonta għal 490 401,3 elef RON, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, implimentata bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
2. L-għanjuna mill-Istat imsemmija fil-paragrafu 1 hija kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Settembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 207, 13.7.2011, p. 3.
(2) Ajruporti tal-“kategorija D”, jiġifieri ajruporti bi traffiku ta' anqas minn miljun (1) passiġġier, kif definit mil-linji gwida tal-2005 dwar il-finanzjament ta' ajruporti u għajnuna tal-bidu lil linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (ĠU C 312, 9.12.2005, p. 1).
(3) Il-proċedura ta' investigazzjoni formali tikkonċerna kemm l-iskema notifikata għal finanzjament pubbliku biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-infrastruttura f'ajruporti reġjonali żgħar, kif ukoll il-finanzjament pubbliku biex jiġi kopert telf operattiv mogħti lil ċerti ajruporti.
(4) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.
(5) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat rigward għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għal servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67).
(7) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 2
(8) Għajnuna mill-Istat — ir-Rumanija — Għajnuna mill-Istat SA.31662 (11/C) (ex CP 237/10) — Ajruport Internazzjonali ta' Timișoara — Wizz Air — Stedina biex jitressqu kummenti skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE (ĠU C 270, 13.9.2011, p. 11).
(9) Id-Deċiżjoni tal-Gvern 523/1998 tipprevedi li (i) l-ispejjeż kapitali relatati ma' assi proprji jiġu ffinanzjati minn riżorsi proprji, krediti u sorsi oħra; (ii) l-ispejjeż relatati mal-ħolqien ta' assi pubbliċi ġodda kif ukoll l-estensjoni u l-modernizzazzjoni ta' assi pubbliċi eżistenti jiġu koperti mill-baġit tal-Istat; (iii) il-finanzjament tal-investimenti tal-ajruport approvati mill-Gvern sad-data tal-ħolqien tal-entità ġuridika l-ġdida jkunu żgurati mir-riżorsi proprji supplimentati mill-finanzjament pubbliku; (iv) obbligi ta' pagamenti għal investimenti relatati ma' assi privati mhux dovuti sal-istabbiliment tal-entità ġuridika l-ġdida jkunu koperti mir-riżorsi proprji supplimentati mill-finanzjament pubbliku; (v) obbligi ta' pagamenti relatati mal-ħolqien ta' assi pubbliċi ġodda jew il-modernizzazzjoni ta' dawk eżistenti sal-istabbiliment tal-entità ġuridika l-ġdida jkunu koperti mill-baġit tal-Istat.
(10) L-ajruport infetaħ biss f'Jannar.
(11) Ittra tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2015.
(12) L-ittri tar-Rumanija tad-19 ta' Marzu 2015 u tal-24 ta' Ġunju 2016.
(13) B'paragun Embraer ERJ 135 ER għandu 37 post bilqiegħda u MTOW ta' 19 000 kg.
(14) Kawża SA. 32963 (2012/NN) (ex 2011/CP) ir-Rumanija — Għajnuna mill-Istat lil Wizz Air u lill-Ajruport ta' Cluj — Napoca (ĠU C 104, 18.3.2016, p. 77).
(15) Kawża SA. 33769 (2015/NN) (ex-2011/CP) — ir-Rumanija — Allegata għajnuna lill-Ajruport Târgu-Mureș tat-Transilvania, Wizz Air, Ryanair u linji tal-ajru oħrajn (ĠU C 104, 18.3.2016, p. 45).
(16) Sentenza tal-24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg C-280/00EU:C:2003:415, paragrafu 93. Ara wkoll l-analiżi fil-premessa 84-85 tad-deċiżjoni preżenti.
(17) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 8.
(18) Sentenza tat-23 ta' April 1991, Höfner u Elser/Macrotron C-41/90 ĠU:C:1991:161, paragrafu 21; Sentenza tas-17 ta' Frar 1993, Poucet u Pistre/AGF u Cancava C-160/91ĠU:C:1993:63, paragrafu 17; Sentenza tat-18 ta' Ġunju 1998, il-Kummissjoni/l-Italja C-35/96, ĠU:C:1998:303, paragrafu 36.
(19) Sentenza tad-19 ta' Jannar 1994, SAT Fluggesellschaft/Eurocontrol C-364/92, ĠU:C:1994:7
(20) Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 309/2002 tad-19 ta' Marzu 2003, Sigurtà fl-avjazzjoni — kumpens għall-ispejjeż imġarrba wara l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001 (ĠU C 148, 25.6.2003, p. 7).
(21) Ara, b'mod partikolari, is-Sentenza tad-19 ta' Jannar 1994, SAT Fluggesellschaft/Eurocontrol C-364/92, ĠU:C:1994:7, paragrafu 30 u s-Sentenza tas-26 ta' Marzu 2009, Selex Sistemi Integrati/il-Kummissjoni C-113/07 P, ĠU:C:2009:191, paragrafu 71.
(22) Ara s-Sentenza tat-3 ta' Marzu 2005, Heiser C-172/03, ĠU:C:2005:130, paragrafu 36, u l-ġurisprudenza msemmija.
(23) Sentenza tal-Qorti tal-14 ta' Ottubru 1987, Repubblika Federali tal-Ġermanja v il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, C-248/84, ĠU:C:1987:437u s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Mejju 2011, kawżi konġunti Région Nord-Pas-de-Calais, T-267/08) ĠU:T:2011:209 u Communauté d'agglomération du Douaisis v il-Kummissjoni Ewropea T-279/08, ĠU:T:2011:209, paragrafu 108.
(24) Sentenza ta' 24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, ĠU:C:2003:415.
(25) Paragrafu 47 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4).
(26) Sentenza tal-Qorti tas-27 ta' Marzu 1974, Belgische Radio en Televisie v SV SABAM u NV Fonior, C-127/73, ĠU:C:1974:6 f'paragrafi 19-20; Sentenza tal-11 ta' April 1989, Ahmed Saeed Flugreisen u Silver Line Reisebüro GmbH v Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs e.V,C-66/86, ĠU:C:1989:140 at paragrafi 55-57; Sentenza tat-2 ta' Marzu 1983, Gesellschaft zur Verwertung von Leistungsschutzrechten mbH (GVL) v il-Kummissjoni, C-7/82, ĠU:C:1983:52; Sentenza tal-Qorti tal-14 ta' Lulju 1981 Gerhard Züchner v Bayerische Vereinsbank AG, C-172/80, ĠU:C:1981:178.
(27) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Servizzi ta' Interess Ġenerali fl-Ewropa (il-Komunikazzjoni dwar l-SGEI tal-2001) (ĠU C 17, 19.1.2001, p. 4).
(28) Sentenza tal-24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, ĠU:C:2003:415, paragrafu 87; Sentenza tas-7 ta' Novembru 2012, CBI v il-Kummissjoni, T-137/10, għadha ma ġietx rapportata, paragrafi 97 u 98.
(30) l-Artikolu 2(1)(a) tagħha.
(31) Ara l-Artikolu 10 tagħha għad-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 u b'mod partikolari d-data tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4 (c), (d) u (e) u l-Artikolu 6, tagħha.
(32) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta' Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).
(33) ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4.
(34) ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15.
(35) Punt 172 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.
(36) Punt 137 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.
(37) Punti 137 u 113 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.
(38) Punti 137 u 120 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.
(39) Punti 137 u 116 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.
(40) Punti 137 u 124 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.
(41) Punti 137 u 125 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.
(42) Punti 137 u 131 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni.
(43) It-trasportatur low cost Wizz Air ma bediex l-operazzjonijiet tiegħu mill-ajruport ta' Timisoara qabel tmiem l-2008.
(44) Fil-kawża SA 33961 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur Nîmes-Uzès-Le Vigan il-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija, Veolia Transport Aéroport de Nîmes, Ryanair Limited u Airport Marketing Services Limited (ĠU L 113, 27.4.2016, p. 32), il-Kummissjoni sabet li l-impatt kompetittiv tal-għajnuna lill-ajruport ta' Nîmes fuq l-ajruport ta' Montpellier fil-viċin instab ukoll, fost l-oħrajn, li huwa limitat minħabba d-differenza fit-traffiku bejn iż-żewġ ajruporti minħabba li t-traffiku f'Nîmes kien sitt darbiet aktar baxx minn dak ta' Montpellier.
(45) In-nuqqas ta' korrelazzjoni tal-evoluzzjoni tat-traffiku tal-ajruporti tal-viċinat kien ukoll kriterju użat fil-kawża SA.22614 (C 53/07) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija ta' Pau-Béarn, Ryanair, Airport Marketing Services u Transavia (ĠU L 201, 30.7.2015, p. 109), biex tiġi argumentata l-kompatibilità tal-għajnuna għall-ajruport ta' Pau.
(46) B'mod partikolari għal għajnuna mogħtija wara April 2014, il-punt 115 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni jipprevedi li hemm ħtieġa li tiġi pprovata l-kapaċità ta' ajruport li ma jagħmilx qligħ biex tinkiseb il-kopertura sħiħa tal-ispiża operatorja fl-aħħar tal-perjodu tranżitorju (ara l-paragrafi 128 sa 130 tal-Linji Gwida tal-2014 dwar l-Avjazzjoni) u l-punt 132 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jistabbilixxi l-ħtieġa li l-Istati Membri jipprovaw li l-ajruporti kollha fiż-żona ta' lħuq se jkunu jistgħu jiksbu kopertura sħiħa tal-ispiża operatorja fl-aħħar tal-perjodu tranżitorju.