EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0302R(01)

Rettifika tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/302 tal-15 ta' Frar 2017 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għat-trobbija intensiva tat-tjur jew tal-ħnieżer (ĠU L 43, 21.2.2017)

ĠU L 105, 21.4.2017, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/302/corrigendum/2017-04-21/oj

21.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 105/21


Rettifika tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/302 tal-15 ta' Frar 2017 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għat-trobbija intensiva tat-tjur jew tal-ħnieżer

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 43 tal-21 ta' Frar 2017 )

Fil-paġna 257, il-punt 2.1. L-emissjonijiet tal-ammonijaka mill-alloġġi għall-ħnieżer,

minflok:

“10.

Imqawel bil-mifrex b'ġenerazzjoni tad-demel kombinata (demel likwidu u demel solidu).

Ħnieżer nisa li jwelldu

Mhux applikabbli għal impjanti eżistenti mingħajr pavimenti solidi tal- konkrit.”

11.

Kabini għall-għalf/għall-mistrieħ li jinsabu fuq paviment solidu (fil- każ ta' mqawel ibbażati fuq il-mifrex).

Ħnieżer nisa għat- tgħammir u tqal

aqra:

“10.

Imqawel bil-mifrex b'ġenerazzjoni tad-demel kombinata (demel likwidu u demel solidu).

Ħnieżer nisa li jwelldu

Jista' ma jkunx ġeneralment applikabbli għal impjanti eżistenti minħabba kunsiderazzjonijiet tekniċi u/jew ekonomiċi.

11.

Kabini għall-għalf/għall-mistrieħ li jinsabu fuq paviment solidu (fil- każ ta' mqawel ibbażati fuq il-mifrex).

Ħnieżer nisa għat- tgħammir u tqal

Mhux applikabbli għal impjanti eżistenti mingħajr pavimenti solidi tal- konkrit.”.

Fil-paġna 277, il-punt 4.13.1. Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka mill-alloġġi għat-tiġieġ tal-bajd, għat- tiġieġ tas-simna għat-tnissil jew għall-għawwietaq,

minflok:

“It-tneħħija tad-demel biċ-ċinturini (fil-każ ta' sistemi ta' gaġeġ imsaħħa u mhux imsaħħa) b'mill inqas:

tneħħija waħda kull ġimgħa bit-tnixxif bl-arja; jew

żewġ tneħħijiet kull ġimgħa mingħajr it-tnixxif bl-arja.

Iċ-ċinturini jitqiegħdu taħt il-gaġeġ għat-tneħħija tad-demel. Il-frekwenza tat- tneħħija tista' tkun darba fil-ġimgħa (bit-tnixxif bl-arja) jew aktar (mingħajr it- tnixxif bl-arja). Iċ-ċinturin tal-ġbir jista' jkun bil-ventilazzjoni għat-tnixxif tad- demel. It-tnixxif bl-arja ‘whisk-forced’ fiċ-ċinturin tad-demel jista' jintuża wkoll.”

aqra:

“Teknika

Deskrizzjoni

It-tneħħija tad-demel biċ-ċinturini (fil-każ ta' sistemi ta' gaġeġ imsaħħa u mhux imsaħħa) b'mill inqas:

tneħħija waħda kull ġimgħa bit-tnixxif bl-arja; jew

żewġ tneħħijiet kull ġimgħa mingħajr it-tnixxif bl-arja.

Iċ-ċinturini jitqiegħdu taħt il-gaġeġ għat-tneħħija tad-demel. Il-frekwenza tat- tneħħija tista' tkun darba fil-ġimgħa (bit-tnixxif bl-arja) jew aktar (mingħajr it- tnixxif bl-arja). Iċ-ċinturin tal-ġbir jista' jkun bil-ventilazzjoni għat-tnixxif tad- demel. It-tnixxif bl-arja ‘whisk-forced’ fiċ-ċinturin tad-demel jista' jintuża wkoll.”.


Top