This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R2336
Regulation (EU) 2016/2336 of the European Parliament and of the Council of 14 December 2016 establishing specific conditions for fishing for deep-sea stocks in the north-east Atlantic and provisions for fishing in international waters of the north-east Atlantic and repealing Council Regulation (EC) No 2347/2002
Regolament (UE) 2016/2336 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 li jistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002
Regolament (UE) 2016/2336 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 li jistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002
ĠU L 354, 23.12.2016, p. 1–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 23/12/2016
23.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 354/1 |
REGOLAMENT (UE) 2016/2336 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta' Diċembru 2016
li jistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jirrikjedi li l-attivitajiet tas-sajd ikunu ambjentalment sostenibbli fit-tul u jkunu ġestiti b'tali mod li jkun konsistenti mal-objettivi li jinkisbu benefiċċji ekonomiċi, soċjali u relatati mal-impjieg, u mal-objettivi li jingħata kontribut sabiex ikunu disponibbli l-provvisti tal-ikel. Jenħtieġ li l-politika komuni tas-sajd tkun tapplika kemm l-approċċ prekawzjonarju kif ukoll dak abbażi tal-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex tiżgura li l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar jkunu minimizzati, u tirsisti sabiex tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd jevitaw id-degradazzjoni tal-ambjent tal-baħar. F'dak il-kuntest, l-Artikolu 2(2) u l-Artikoli 7, 20 u 22 ta' dak ir-Regolament huma wkoll ta' rilevanza partikolari. |
(2) |
L-Unjoni hija impenjata li timplimenta r-Riżoluzzjonijiet adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari r-Riżoluzzjonijiet 61/105 u 64/72, li jitolbu lill-Istati u l-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd biex jiżguraw il-ħarsien tal-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar fond mill-impatt tal-irkapti tas-sajd tal-qiegħ, kif ukoll l-isfruttar sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut tal-baħar fond. |
(3) |
Il-Kummissjoni evalwat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 (4) u sabet, b'mod partikolari, li l-ambitu tal-flotta kkonċernata kien kbir wisq, li kien hemm nuqqas ta' gwida fir-rigward tal-kontroll f'portijiet magħżula u ta' programmi ta' kampjunar, u li l-kwalità tar-rappurtar tal-Istati Membri tal-livelli tal-isforz kien varjabbli wisq. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni kkonkludiet li l-limitu massimu ta' kapaċità, applikabbli mill-2002 u li jikkonsisti mill-kapaċità aggregata tal-bastimenti kollha li qabdu aktar minn 10 tunnellati ta' kwalunkwe taħlita ta' speċijiet tal-baħar fond fi kwalunkwe waħda mis-snin bejn l-1998 u l-2000, ma kellu l-ebda effett sostanzjali pożittiv. Għaldaqstant jenħtieġ li r-reġim tal-limitu massimu tal-kapaċità jiġi aġġornat bħala parti mill-miżuri ta' rimedju għan-nuqqasijiet identifikati f'dak ir-Regolament. |
(4) |
Bl-għan li jinżamm it-tnaqqis meħtieġ fil-kapaċità tas-sajd fis-sajd fil-baħar fond u sabiex tinkiseb informazzjoni aktar komprensiva dwar l-attivitajiet ta' sajd fil-baħar fond u l-impatt tagħhom fuq l-ambjent tal-baħar, jenħtieġ li s-sajd għall-ispeċijiet fil-baħar fond ikun soġġett għal awtorizzazzjoni tas-sajd. Jenħtieġ li kull applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni dettaljata taż-żona tas-sajd maħsuba, inkluż is-subżoni, id-diviżjonijiet u s-suddiviżjonijiet tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u l-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF), kif ukoll it-tipi ta' rkapti, il-medda ta' fond maħsuba, il-frekwenza u t-tul maħsuba tal-attività tas-sajd u l-ismijiet tal-ispeċijiet tal-baħar fond ikkonċernati. Jenħtieġ li s-sistema ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd tikkontribwixxi wkoll għal-limitazzjoni tal-kapaċità tal-bastimenti eliġibbli biex jistadu għall-ispeċijiet tal-baħar fond. Bil-ħsieb li l-miżuri ta' ġestjoni jkunu ffukati fuq il-parti tal-flotta l-aktar rilevanti għas-sajd fil-baħar fond, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd jenħtieġ li jinħarġu skont jekk humiex marbuta ma' sajd immirat jew sajd bi qbid aċċessorju. Jenħtieġ li l-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, madankollu, ma twaqqafx bastimenti li jaqbdu kwantità żgħira ta' speċijiet tal-baħar fond u li bħalissa mhumiex soġġetti għal permess tas-sajd fil-baħar fond, milli jkomplu l-attivitajiet ta' sajd tradizzjonali tagħhom. |
(5) |
Id-detenturi ta' awtorizzazzjoni tas-sajd li tippermetti l-qbid ta' speċijiet tal-baħar fond jenħtieġ li jikkooperaw f'attivitajiet ta' riċerka xjentifika sabiex itejbu l-valutazzjoni tal-istokkijiet tal-baħar fond u r-riċerka tal-ekosistemi tal-baħar fond. |
(6) |
Sabiex ikomplu jsaħħu l-ħarsien tal-ambjent tal-baħar, huwa adatt li l-attivitajiet tas-sajd immirat jkunu permessi biss f'dawk iż-żoni fejn l-attività ta' sajd fil-baħar fond tkun seħħet waqt il-perijodu ta' referenza 2009–2011. Madankollu, għall-finijiet ta' sajd esploratorju, jenħtieġ li jkun possibbli li bastimenti li għandhom fil-mira l-ispeċijiet tal-baħar fond jistadu lil hinn miż-żona eżistenti tas-sajd dment li, skont valutazzjoni tal-impatt imwettqa f'konformità mal-linji gwida tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO), l-estensjoni taż-żona tas-sajd ma toħloqx riskju sinifikanti ta' impatt negattiv fuq l-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar (EVB). |
(7) |
Is-sajd fil-baħar fond bi xbieki ta' tkarkir tal-qiegħ iġib miegħu riskju ogħla għall-EVB fost l-irkapti differenti użati u jirrapporta l-ogħla rati ta' qabdiet mhux intenzjonati ta' speċijiet tal-baħar fond. Sabiex jitnaqqsu l-impatti negattivi ta' tali attivitajiet ta' sajd fil-baħar fond fuq l-ekosistema tal-baħar, jenħtieġ li s-sajd bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ ikun limitat fl-ilmijiet 'il fuq minn ċertu fond u li s-sajd bl-irkapti tal-qiegħ ikun soġġett għal rekwiżiti speċifiċi għall-ħarsien tal-EVB. Jenħtieġ li l-użu tal-irkapti tal-qiegħ ikun soġġett ukoll għal evalwazzjoni wara t-13 ta' Jannar 2021. Barra minn hekk, l-użu ta' għeżula tal-qiegħ fis-sajd fil-baħar fond bħalissa huwa limitat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 (5). |
(8) |
Sabiex jitnaqqsu l-impatti potenzjalment ta' ħsara tat-tkarkir tal-qiegħ, huwa adatt li s-sajd bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ ikun permess f'fond ta' 800 metru jew aktar. Dak il-limitu jibni fuq miżuri volontarji eżistenti mmexxija mill-industrija li huma applikati fl-ilmijiet tal-Unjoni u jqis l-ispeċifiċitajiet tas-sajd fil-baħar fond fl-ilmijiet tal-Unjoni. |
(9) |
Sabiex jitnaqqas l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd li jseħħu fil-baħar fond fuq l-EVB, huwa adatt li jiġi pprovdut sett ta' miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu l-inkontri ma' EVB. B'mod partikolari, regola tat-tbegħid u obbligu ta' rappurtar jenħtieġ li japplikaw fejn iseħħ inkontru ta' EVB. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista ta' żoni fejn EVB iseħħu jew x'aktarx iseħħu fejn is-sajd bl-irkaptu tal-qiegħ ikun ipprojbit. |
(10) |
Peress li l-informazzjoni bijoloġika tista' tinġabar l-aħjar permezz ta' standards armonizzati ta' ġbir tad-data, huwa adatt li l-ġbir tad-data dwar mestieri tal-baħar fond jiġi integrat fil-qafas ġenerali tal-ġbir tad-data xjentifika, filwaqt li jiġi żgurat il-provvediment tal-informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tinftiehem id-dinamika tas-sajd. Il-finanzjament għall-ġbir tad-data skont dan ir-Regolament huwa disponibbli skont it-termini u l-prinċipji tal-qafas tal-ġbir tad-data previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (6). |
(11) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (7) jistipula rekwiżiti aktar stretti ta' kontroll u infurzar li japplikaw f'ċirkostanzi speċifiċi. Sajd għall-ispeċijiet tal-baħar fond, li fin-natura tagħhom huma vulnerabbli għas-sajd, jenħtieġ għalhekk li jkunu soġġetti għal livell ogħla ta' kontroll. Jixraq ukoll li jkun hemm provvedimenti għal każijiet speċifiċi ta' ksur tar-regoli tal-PKS, li jwasslu għal irtirar ta' awtorizzazzjoni tas-sajd. |
(12) |
Il-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura fis-sajd tal-Atlantiku tal-Grigal kienet approvata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 81/608/KEE (8) u daħlet fis-seħħ fis-17 ta' Marzu 1982. Dik il-Konvenzjoni tipprevedi qafas xieraq għall-kooperazzjoni multilaterali dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni razzjonali tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal. Il-miżuri ta' ġestjoni adottati mill-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) jinkludu sistema speċifika ta' miżuri għall-ħarsien ta' EVB fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC. Madankollu, sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-modus operandi attwali mill-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet NEAFC, ir-regoli applikabbli attwalment previsti fir-Regolament (KE) Nru 2347/2002 dwar permess tas-sajd fil-baħar fond, portijiet magħżulin, u l-komunikazzjoni tal-informazzjoni mill-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu japplikaw għall-attivitajiet ta' sajd fil-baħar fond fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC. Barra minn hekk, sabiex jitkompla jittejjeb l-għarfien xjentifiku dwar dawk l-istokkijiet, u peress li l-miżuri applikabbli tal-NEAFC ma jinkludux kopertura ta' osservatur, huwa adatt li tiġi applikata l-istess kopertura ta' osservatur fl-oqsma kollha fil-Baħar tat-Tramuntana u s-CECAF fejn iseħħ is-sajd għall-ispeċijiet tal-baħar fond. |
(13) |
Jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' indikaturi EVB imniżżlin fl-Anness III għall-finijiet tal-adattament tal-lista mal-aħħar parir xjentifiku. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (9). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom sistematikament aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
(14) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tad-determinazzjoni taż-żoni eżistenti tas-sajd u l-istabbiliment u l-adattament tal-lista ta' żoni fejn huwa magħruf li jinsabu jew li x'aktarx ikun hemm EVB, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
(15) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-approvazzjoni ta' sajd esploratorju fil-baħar fond, u fir-rigward tal-aġġustament tad-determinazzjoni taż-żona eżistenti ta' sajd fil-baħar fond sabiex jiġu inklużi l-postijiet fejn jitwettqu l-attivitajiet tas-sajd skont awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa f'konformità ma' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati mingħajr ma jiġi applikat ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
(16) |
Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli ġodda li jirregolaw is-sajd għall-istokkijiet tal-baħar fond fl-ilmijiet tal-Unjoni fil-Grigal tal-Atlantiku u fl-ilmijiet internazzjonali fi ħdan il-qasam ta' kompetenza tas-CECAF, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Objettivi
Dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxi għall-ksib tal-objettivi elenkati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 f'dak li jikkonċerna speċijiet tal-baħar fond u l-abitati tagħhom. Barra minn hekk, huwa għandu jkollu l-għan li:
(a) |
itejjeb l-għarfien xjentifiku dwar l-ispeċijiet tal-baħar fond u l-abitati tagħhom; |
(b) |
jipprevjeni impatti avversi sinifikanti fuq l-EVB fi ħdan il-qafas tas-sajd fil-baħar fond u jiżgura l-konservazzjoni fit-tul tal-istokkijiet tal-ħut tal-baħar fond; |
(c) |
jiżgura li l-miżuri tal-Unjoni bil-għan tal-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut tal-baħar fond ikunu konsistenti mar-Riżoluzzjonijiet adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari r-Riżoluzzjonijiet 61/105 u 64/72. |
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament japplika għall-attivitajiet tas-sajd jew għall-attivitajiet tas-sajd ippjanati fl-ilmijiet li ġejjin:
(a) |
minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Baħar tat-Tramuntana, tal-Ilmijiet tal-Majjistral u tal-Ilmijiet tal-Lbiċ kif ukoll l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa tal-ICES; |
(b) |
minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni tas-CECAF 34.1.1, 34.1.2 u 34.2. |
2. Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16(5).
Artikolu 3
Suġġett
1. Dan ir-Regolament japplika għall-ispeċijiet tal-baħar fond li huma karatterizzati minn taħlita tal-fatturi bijoloġiċi li ġejjin: maturazzjoni f'etajiet relattivament kbar, tkabbir bil-mod, stennija tal-għomor twila, rati baxxi tal-mortalità naturali, reklutaġġ intermittenti tal-klassijiet ta' età b'suċċess u riproduzzjoni li tista' ma sseħħx kull sena (“speċijiet tal-baħar fond”).
2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-ispeċijiet tal-baħar fond u, fosthom, l-ispeċijiet l-aktar vulnerabbli huma elenkati fl-Anness I.
Artikolu 4
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 734/2008 (11).
2. Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“żoni ICES” tfisser iż-żoni kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12); |
(b) |
“żoni CECAF” tfisser iż-żoni kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13); |
(c) |
“żona Regolatorja tan-NEAFC” tfisser l-ilmijiet soġġetti għall-Konvenzjoni dwar Kooperazzjoni Multilaterali Futura fis-sajd tal-Atlantiku tal-Grigal li jinsabu lil hinn mill-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd tal-partijiet kontraenti għal dik il-Konvenzjoni; |
(d) |
“l-aktar speċijiet vulnerabbli” tfisser l-ispeċijiet tal-baħar fond li huma indikati fit-tielet kolonna “L-aktar (x) vulnerabbli” tat-tabella fl-Anness I; |
(e) |
“mestier” tfisser attivitajiet tas-sajd li għandhom fil-mira ċerti speċijiet minn ċertu rkaptu f'ċerta żona; |
(f) |
“mestier tal-baħar fond” tfisser mestier li għandu fil-mira l-ispeċijiet tal-baħar fond f'konformità mal-indikazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(2); |
(g) |
“ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd” tfisser ċentru operattiv stabbilit minn Stat Membru tal-bandiera u mgħammar b'hardware u software tal-kompjuter li jippermettu r-reċezzjoni awtomatika ta' data, l-ipproċessar tagħha u t-trasmissjoni elettronika ta' data; |
(h) |
“inkontri” tfisser qabdiet ta' kwantitajiet ta' speċi indikatriċi tal-EVB li jmorru lil hinn mil-livelli ta' limitu stipulati fl-Anness IV; |
(i) |
“qabdiet mhux intenzjonati” tfisser qabdiet inċidentali ta' organiżmi tal-baħar li, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jridu jinħattu u jingħaddu skont il-kwoti, jew għax ikunu taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jew inkella għax jaqbżu l-kwantitajiet permessi skont ir-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-qbid u l-qbid aċċessorju; |
(j) |
“indikaturi EVB” tfisser dawk inklużi fl-Anness III; |
(k) |
“żoni eżistenti tas-sajd fil-baħar fond” tfisser il-parti taż-żona imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1), fejn storikament seħħew attivitajiet ta' sajd fil-baħar fond u li hija determinata f'konformità mal-Artikolu 7. |
Artikolu 5
Awtorizzazzjonijiet tas-sajd
1. Attivitajiet tas-sajd li għandhom fil-mira l-ispeċijiet tal-baħar fond għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni tas-sajd (“awtorizzazzjoni tas-sajd immirat”). L-awtorizzazzjoni tas-sajd immirat għandha tindika l-ispeċijiet tal-baħar fond li l-bastiment huwa awtorizzat ikollu fil-mira tiegħu.
2. Għall-fini tal-paragrafu 1, bastiment tas-sajd li jwettaq attività tas-sajd għandu jitqies li għandu fil-mira l-ispeċijiet tal-baħar fond jekk il-komunikazzjonijiet tiegħu dwar il-qabdiet (fil-ġurnal ta' abbord, id-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, in-noti tal-bejgħ jew dokument simili) f'sena kalendarja kkonċernata jkun fihom minn tal-anqas 8 % tal-ispeċijiet tal-baħar fond għal kwalunkwe vjaġġ tas-sajd.
Madankollu, dan ma għandux japplika għall-bastimenti tas-sajd li għalihom ir-reġistrazzjoni globali tal-ispeċijiet tal-baħar fond fis-sena kalendarja kkonċernata tkun inqas minn 10 tunnellati. Dan is-subparagrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6.
3. L-attivitajiet ta' sajd ta' bastimenti tas-sajd, li għalkemm ma għandhomx fil-mira l-ispeċijiet tal-baħar fond bħala qbid aċċessorju, għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni tas-sajd (“awtorizzazzjoni tas-sajd għall-qbid aċċessorju”). L-awtorizzazzjoni tas-sajd għall-qbid aċċessorju għandha tindika l-ispeċijiet tal-baħar fond li l-bastiment jista' jiltaqa' miegħu bħala qbid aċċessorju waqt li jkollu fil-mira speċijiet oħra.
4. Iż-żewġ tipi ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fil-paragrafi 1 u 3 ta' dan l-Artikolu rispettivament, għandhom ikunu distinti b'mod ċar fil-bażi tad-data elettronika msemmija fl-Artiklu 116 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
5. Il-bastimenti tas-sajd li ma jkollhom l-ebda awtorizzazzjoni għas-sajd skont dan l-Artikolu għandhom ikunu pprojbiti milli jistadu għal speċijiet tal-baħar fond li jaqbżu l-100 kg f'kull vjaġġ tas-sajd. L-ispeċijiet tal-baħar fond li jaqbżu l-100 kg maqbuda minn bastimenti bħal dawn ma għandhomx jinżammu abbord, jiġu ttrasbordati jew jinħattu l-art, ħlief għal qabdiet mhux intenzjonati ta' speċijiet tal-baħar fond soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, li għandhom jinħattu l-art u jingħaddu skont il-kwoti.
6. Bastiment tas-sajd li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd għall-qbid aċċessorju u li jkollu aċċess għal kwota għall-qbid aċċessorju ta' speċijiet tal-baħar fond li ma teċċedix il-livell limitu tal-10 tunnellati stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu b'aktar minn 15 %, ma għandux ikun ikkunsidrat li għandu fil-mira speċijiet tal-baħar fond. Huwa għandu jħott qabdiet bħal dawn u jgħoddhom skont il-kwota. Il-qabdiet mhux intenzjonati tal-ispeċijiet tal-baħar fond soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandhom jinħattu u jingħaddu skont il-kwoti.
7. Dan ir-Regolament għandu japplika mutatis mutandis għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għal bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (14).
Artikolu 6
Ġestjoni tal-kapaċità
1. Il-kapaċità aggregata tas-sajd imkejla f'tunnellaġġ gross u f'kilowatt tal-bastimenti tas-sajd kollha tal-Unjoni li għandhom awtorizzazzjoni tas-sajd immirat maħruġa minn Stat Membru, ma għandha fl-ebda mument taqbeż il-kapaċità aggregata tas-sajd tal-bastimenti ta' dak l-Istat Membru, matul l-2009–2011, skont is-sena li tipprovdi l-ogħla ċifra, li:
(a) |
qabdu 10 tunnellati jew aktar ta' speċijiet tal-baħar fond matul kwalunkwe waħda mit-tliet snin kalendarji bejn l-2009–2011, skont is-sena li tipprovdi l-ogħla ċifra; u |
(b) |
huma reġistrati fi kwalunkwe wieħed mir-reġjuni ultraperiferiċi, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 349 TFUE, ta' dak l-Istat Membru u fejn il-qabdiet ta' speċijiet tal-baħar fond ta' kull wieħed minn dawn il-bastimenti fi kwalunkwe sena mit-tliet snin kalendarji bejn l-2009–2011 ammontaw għal tal-anqas 10 % tal-qabdiet annwali totali tagħhom, skont is-sena li tipprovdi l-ogħla ċifra. |
2. B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, fejn Stat Membru jkun ġie allokat opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet elenkati fl-Anness I qabel it-12 ta' Jannar 2017, iżda l-bastimenti tiegħu ma jkunux qabdu 10 tunnellati jew aktar ta' speċijiet tal-baħar fond fi kwalunkwe sena ta' referenza, il-kapaċità aggregata tas-sajd ta' tali Stat Membru ma għandha fl-ebda mument teċċedi l-kapaċità aggregata tas-sajd tal-bastimenti tiegħu fi kwalunkwe waħda mill-aħħar tliet snin li fiha tal-anqas wieħed mill-bastimenti tiegħu jkun qabad 10 tunnellati jew aktar ta' speċijiet tal-baħar fond, skont is-sena li tipprovdi l-ogħla ċifra.
Artikolu 7
Żoni eżistenti ta' sajd fil-baħar fond
1. Sat-13 ta' Lulju 2017, l-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom ikunu ngħataw permess tas-sajd fil-baħar fond f'konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2347/2002, u sa fejn huwa jirrigwarda l-attivitajiet tas-sajd ta' bastimenti li jaqbdu aktar minn 10 tunnellati kull sena kalendarja, għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, permezz tar-reġistrazzjonijiet tal-VMS (vessel monitoring system) jew, jekk reġistrazzjonijiet tal-VMS ma jkunux disponibbli, permezz ta' mezzi ta' informazzjoni rilevanti u verifikabbli oħra, tal-postijiet tal-attivitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet tal-baħar fond ta' tali bastimenti matul is-snin kalendarji ta' referenza 2009–2011.
2. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta fil-paragrafu 1, kif ukoll abbażi tal-aħjar informazzjoni xjentifika u teknika disponibbli, il-Kummissjoni għandha, sat-13 ta' Jannar 2018, tiddetermina, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, iż-żoni eżistenti ta' sajd fil-baħar fond. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18.
Artikolu 8
Rekwiżiti ġenerali għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd
1. Kull applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni dettaljata taż-żona fejn il-bastiment tas-sajd ikun beħsiebu jwettaq attivitajiet tas-sajd, it-tipi ta' rkapti, il-medda tal-fond li fiha ser jitwettqu l-attivitajiet, il-frekwenza u t-tul ta' żmien maħsubin tal-attività tas-sajd, kif ukoll l-ismijiet tal-ispeċijiet tal-baħar fond ikkonċernati.
2. Awtorizzazzjonijiet tas-sajd immirat għandhom jinħarġu biss għall-attivitajiet tas-sajd fi ħdan iż-żona eżistenti ta' sajd fil-baħar fond.
3. B'deroga għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, u sakemm jiġu determinati ż-żoni eżistenti ta' sajd fil-baħar fond f'konformità mal-Artikolu 7, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd immirat jistgħu jinħarġu dment li l-bastiment tas-sajd ikun ppreżenta evidenza li kien qiegħed iwettaq attivitajiet tas-sajd fil-mestier tal-baħar fond għal minn tal-anqas tliet snin qabel ma tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd. Awtorizzazzjoni tas-sajd bħal din tista' tinħareġ biss fir-rigward ta' postijiet fejn ikunu twettqu attivitajiet preċedenti tas-sajd bħal dawn.
4. Ma għandha tinħareġ l-ebda awtorizzazzjoni tas-sajd għall-finijiet tas-sajd bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ f'fond ta' anqas minn 800 metru.
5. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, Stat Membru jista' jressaq talba biex iwettaq sajd esploratorju fil-postijiet 'il barra miż-żoni eżistenti ta' sajd fil-baħar fond. Talba bħal din għandha tkun akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt imwettqa f'konformità mal-istandards stipulati fil-Linji Gwida Internazzjonali tal-FAO tal-2008 għall-Ġestjoni tas-Sajd fl-Ibħra Fondi fil-Baħar Miftuħ. Meta titressaq talba bħal din, l-Istat Membru għandu jindika t-tul ta' żmien stmat tas-sajd esploratorju u l-għadd stmat ta' bastimenti parteċipanti u l-kapaċità tagħhom. Huwa għandu jipproponi miżuri ta' mitigazzjoni biex jiġi pprevenut inkontru mal-EVB jew biex dawn jiġu protetti b'mod effettiv.
6. Il-Kummissjoni, wara li tkun ivvalutat l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u abbażi tal-parir minn korp konsultattiv xjentifiku, tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tagħti approvazzjoni biex jitwettaq is-sajd esploratorju mitlub. Fl-approvazzjoni, il-Kummissjoni b'mod partikolari tista' tiddefinixxi:
(a) |
iż-żona għas-sajd esploratorju; |
(b) |
l-għadd massimu ta' bastimenti u l-kapaċità massima; |
(c) |
it-tul ta' żmien ta' tali sajd li ma jeċċedix sena, u li jkun jista' jiġġedded darba; |
(d) |
il-perċentwal massimu tal-qabda totali permissibbli tal-ispeċijiet tal-baħar fond li jista' jinqabad fis-sajd esploratorju; u |
(e) |
miżuri ta' mitigazzjoni li jridu jiġu rispettati sabiex jitħarsu l-EVB. |
7. Sabiex tiġi żgurata ġabra ta' data rappreżentattiva li hija adegwata għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-istokkijiet tal-baħar fond u ta' inkontri ma' EVB, kwalunkwe awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa f'konformità mal-paragrafu 6 għandha tirrikjedi l-preżenza ta' osservaturi xjentifiċi jew monitoraġġ elettroniku mill-bogħod fuq il-bastiment ikkonċernat matul l-ewwel 12-il xahar tat-tul ta' żmien tal-validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd.
8. Abbażi ta' talba u informazzjoni pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista' tadatta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, id-determinazzjoni taż-żona eżistenti ta' sajd fil-baħar fond sabiex jinkludi l-postijiet tal-attivitajiet tas-sajd imwettqa skont awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa f'konformità mal-paragrafu 5 u 6 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 9
Rekwiżiti speċifiċi għall-ħarsien tal-EVB
1. Dan l-Artikolu għandu japplika għal operazzjonijiet tas-sajd b'irkaptu tal-qiegħ taħt fond ta' 400 metru.
2. Fejn, matul l-operazzjonijiet tas-sajd, il-kwantità tal-indikaturi tal-EVB, kif definiti fl-Anness III, li tkun inqabdet f'dik l-operazzjoni tas-sajd teċċedi l-livell tal-limiti definiti fl-Anness IV, għandu jitqies li jkun seħħ inkontru ma' EVB. Il-bastiment tas-sajd għandu minnufih jieqaf jistad fiż-żona kkonċernata. Huwa għandu biss jerġa' jibda l-operazzjonijiet tas-sajd meta jkun laħaq żona alternattiva minn tal-anqas ħames mili nawtiċi lil hinn miż-żona li fiha jkun seħħ l-inkontru.
3. Il-bastiment tas-sajd għandu jirrapporta minnufih kull inkontru ma' EVB lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
4. L-Istati Membri għandhom jużaw l-aħjar informazzjoni xjentifika u teknika disponibbli, inkluż informazzjoni bijoġeografika u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, biex jidentifikaw fejn huwa magħruf li jinsabu jew li x'aktarx ikun hemm EVB. Barra minn hekk, il-korp konsultattiv xjentifiku kompetenti għandu jintalab mill-Kummissjoni biex iwettaq valutazzjoni annwali taż-żoni fejn huwa magħruf li jinsabu jew li x'aktarx ikun hemm EVB.
Dik il-valutazzjoni għandha titwettaq f'konformità mal-Linji Gwida Internazzjonali tal-FAO tal-2008 għall-Ġestjoni tas-Sajd fl-Ibħra Fondi fil-Baħar Miftuħ, għandha tapplika l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd kif imsemmi fil-punt 8 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.
5. Fejn, abbażi tal-proċedura msemmija fil-paragrafu 4, jiġu identifikati żoni fejn huwa magħruf li jinsabu jew li x'aktarx ikun hemm EVB, l-Istati Membri u l-korp konsultattiv xjentifiku kompetenti għandhom jinformaw f'waqtu lill-Kummissjoni.
6. Sat-13 ta' Jannar 2018 abbażi tal-aħjar informazzjoni xjentifika u teknika disponibbli u abbażi tal-valutazzjonijiet u l-identifikazzjonijiet magħmula mill-Istati Membri u l-korp konsultattiv xjentifiku, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni bil-għan li tiġi stabbilita lista ta' żoni fejn ikun magħruf li jinsabu jew li x'aktarx ikun hemm EVB. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-lista kull sena abbażi tal-parir li jkun ngħata mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd u, fejn xieraq, temenda l-lista permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Il-Kummissjoni tista' tneħħi żona mil-lista dment li tiddetermina, abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt u wara konsultazzjoni mal-korp konsultattiv xjentifiku kompetenti, li hemm biżżejjed evidenza li tindika li l-EVB mhumiex preżenti, jew li ġew adottati miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni xierqa li jiżguraw il-prevenzjoni ta' impatti avversi sinifikanti fuq l-EVB f'dik iż-żona. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18.
7. Il-Kummissjoni tista' tirrieżamina, abbażi tal-aħjar informazzjoni xjentifika disponibbli, l-indikaturi EVB, u għandha s-setgħa li temenda l-lista inkluża fl-Anness III permezz ta' atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17.
8. Il-valutazzjonijiet il-ġodda tal-impatt għandhom jintalbu jekk ikun hemm bidliet sinifikanti fit-tekniki użati biex jitwettaq is-sajd bl-irkaptu tal-qiegħ, jew fejn ikun hemm informazzjoni xjentifika ġdida li tindika l-preżenza ta' EVB f'żona partikolari.
9. Is-sajd bl-irkapti tal-qiegħ għandu jkun ipprojbit fiż-żoni kollha elenkati f'konformità mal-paragrafu 6.
Artikolu 10
Applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet ta' kontroll speċifiċi
Is-sajd u l-attivitajiet tas-sajd koperti b'dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti wkoll għad-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 7, 17, 42, 43 u 45, l-Artikolu 84(1)(a), l-Artikoli 95(3), l-Artikolu 104(1), l-Artikolu 105(3)(c), l-Artikolu 107(1), l-Artikolu 108(1) u l-Artikolu 115(c) u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, ħlief fejn previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.
Artikolu 11
Portijiet magħżula
1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-portijiet li fihom għandu jsir kwalunkwe ħatt jew trasbord ta' speċijiet tal-baħar fond jew kwalunkwe taħlita tagħhom li taqbeż il-100 kg. Sat-13 ta' Marzu 2017, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni l-elenku ta' dawk il-portijiet magħżula.
2. L-ebda kwantità ta' kwalunkwe taħlita ta' speċijiet tal-baħar fond li taqbeż il-100 kg ma tista' tinħatt l-art fi kwalunkwe post għajr il-portijiet li jkunu ġew magħżula mill-Istati Membri f'konformità mal-paragrafu 1.
Artikolu 12
Notifika minn qabel
B'deroga mill-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd kollha tal-Unjoni li għandhom il-ħsieb li jħottu l-art 100 kg jew aktar ta' speċijiet tal-baħar fond, irrispettivament mit-tul tal-bastiment tas-sajd, għandhom jinħtieġu li jinnotifikaw, mill-inqas erba' sigħat qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port, dan il-ħsieb lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom. Il-kaptan jew kwalunkwe persuna oħra responsabbli għall-operazzjoni tal-bastimenti li jkunu 12-il metru twal jew anqas, għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti mill-anqas siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port.
Artikolu 13
Annotazzjonijiet fil-ġurnal ta' abbord fl-ilmijiet fondi
1. Meta japplika l-obbligu li jinżamm ġurnal ta' abbord, il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd f'konformità mal-Artikolu 5(1) jew (3) għandhom, meta involuti f'mestier tal-baħar fond jew meta jistadu taħt l-400 metru:
(a) |
jaqtgħu linja ġdida fil-ġurnal ta' abbord bil-miktub wara kull refgħa; jew |
(b) |
meta jkunu soġġetti għas-sistema elettronika ta' reġistrazzjoni u rappurtar, jirreġistraw separatament wara kull refgħa. |
2. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jirreġistraw ukoll fil-ġurnal ta' abbord tal-bastiment kwalunkwe kwantità tal-ispeċijiet tal-baħar fond elenkati fl-Anness I li jinqabdu, jinżammu abbord, jiġu ttrasbordati jew jinħattu l-art f'konformità mal-Artikolu 5(5), u kwalunkwe kwantità tal-indikaturi EVB elenkati fl-Anness III ogħla mil-livelli ta' limitu stabbiliti fl-Anness IV, inkluż kompożizzjonijiet u piż tal-ispeċijiet, u jirrappurtaw dawk il-kwantitajiet lill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 14
Irtirar ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(4) u l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, u f'konformità mal-Artikolu 90(1) tiegħu, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 5(1) u (3) ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu rtirati għal tul ta' żmien mhux inqas minn xahrejn fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) |
nuqqas ta' konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-awtorizzazzjoni tas-sajd fir-rigward tal-limiti dwar l-użu ta' rkapti, żoni permessi ta' operazzjoni jew limiti ta' qbid fuq l-ispeċijiet li huma permessi li jkunu fil-mira; jew |
(b) |
nuqqas li jittieħed abbord osservatur xjentifiku jew li jitħalla li jsir il-kampjunar tal-qabdiet għal finijiet xjentifiċi kif speċifikat fl-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 15
Regoli dwar il-ġbir u r-rappurtar ta' data
1. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar speċifiċi f'dan ir-Regolament, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 199/2008.
2. Meta jkunu qegħdin jiġbru data dwar mestieri tal-baħar fond f'konformità mar-regoli ġenerali dwar il-ġbir ta' data u mal-livelli ta' preċiżjoni stipulati fil-programm pluriennali rilevanti tal-Unjoni għall-ġbir u l-ġestjoni ta' data bijoloġika, teknika, ambjentali, soċjali u ekonomika, l-Istati Membri għandhom josservaw il-ġbir ta' data speċifika u r-rekwiżiti ta' rappurtar stipulati fl-Anness II għall-mestier tal-baħar fond.
3. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-kondizzjonijiet meħtieġa fl-awtorizzazzjonijiet tas-sajd kollha maħruġa f'konformità mal-Artikolu 5 biex jiżguraw li l-bastiment ikkonċernat jipparteċipa, f'kooperazzjoni mal-istitut xjentifiku rilevanti, fi kwalunkwe skema ta' ġbir ta' data li l-kamp ta' applikazzjoni tagħha jkun jinkludi l-attivitajiet tas-sajd li għalihom qegħdin jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet.
4. Il-kaptan ta' bastiment, jew kwalunkwe persuna oħra responsabbli għall-operazzjoni tal-bastiment, għandu jkun meħtieġ jieħu abbord l-osservatur xjentifiku assenjat mill-Istat Membru għall-bastiment tiegħu, sakemm dan ma jkunx possibbli għal raġunijiet ta' sigurtà. Il-kaptan għandu jiffaċilita t-twettiq tal-kompiti tal-osservatur xjentifiku.
5. Fuq talba mill-Kummissjoni, Stat Membru għandu jippreżenta rapporti annwali li jkun fihom data aggregata dwar l-għadd ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li jkunu involuti f'sajd fil-baħar fond, iż-żona tas-sajd tagħhom, it-tip ta' rkaptu, id-daqs, l-għadd ta' kull tip ta' awtorizzazzjoni tas-sajd li tkun inħarġet, il-port tal-oriġini tagħhom, l-opportunitajiet kollha tas-sajd fil-baħar fond disponibbli għall-bastimenti tiegħu u l-perċentwal aggregat għall-użu ta' tali opportunitajiet tas-sajd. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 16
Preżenza ta' osservaturi
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programm ta' preżenza ta' osservaturi biex jiżguraw il-ġbir ta' data rilevanti, f'waqtha u preċiża dwar il-qabdiet u l-qabdiet aċċessorji ta' speċijiet tal-baħar fond u inkontri ma' EVB u informazzjoni rilevanti oħra għall-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament. Il-bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew għeżula tal-qiegħ b'awtorizzazzjoni tas-sajd biex jaqbdu speċijiet tal-baħar fond għandhom ikunu soġġetti għal mill-anqas 20 % tal-preżenza ta' osservaturi, bl-esklużjoni ta' bastimenti li, għal raġunijiet ta' sigurtà, ma jkunux adattati biex jirċievu osservaturi. Il-bastimenti l-oħra kollha b'awtorizzazzjoni li jaqbdu speċijiet tal-baħar fond għandhom ikunu soġġetti għal mill-anqas 10 % tal-preżenza ta' osservaturi, bl-esklużjoni ta' bastimenti li, għal raġunijiet ta' sigurtà, ma jkunux adattati biex jirċievu osservatur.
2. Meta operatur jiġi mitlub mill-Istat Membru tiegħu biex jirċievi osservatur abbord tal-bastiment tiegħu, in-nuqqas ta' osservatur għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-operatur ma għandhiex timpedixxi li l-bastiment jitlaq mill-port.
3. Sal-1 ta' Jannar 2018, il-Kummissjoni għandha tfittex parir xjentifiku, abbażi tad-data miġbura skont dan ir-Regolament, dwar jekk il-preżenza ta' osservaturi stipulata fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu hijiex biżżejjed biex jinkisbu l-objettivi tal-Artikolu 1, b'mod partikolari biex jiġi evitat impatt negattiv sinifikanti fuq l-EVB fi ħdan il-qafas tas-sajd fil-baħar fond, u dwar jekk hi għandhiex tiġi adattata abbażi ta' metodoloġija ta' kampjunar aġġornata. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati tal-parir xjentifiku mfittex.
4. Fejn, abbażi tal-parir xjentifiku msemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-perċentwali tal-preżenza ta' osservaturi stipulati fil-paragrafu 1 għandhom jiġu aġġustati, il-Kummissjoni tista', bħala kwistjoni ta' urġenza, tippreżenta proposta għar-reviżjoni ta' dawn il-perċentwali.
5. B'deroga mill-Artikolu 2, dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għas-sajd għal speċijiet tal-baħar fond minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew għeżula tal-qiegħ fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC.
Artikolu 17
Eżerċitar tad-delega
1. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 9(6) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mit-12 ta' Jannar 2017. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9(6) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni għal revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Internazzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 9(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 18
Proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat għas-sajd u l-akkwakultura. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 19
Evalwazzjoni
1. Sat-13 ta' Jannar 2021, il-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rapporti tal-Istati Membri u l-parir xjentifiku li għandha titlob għal dak il-għan, tevalwa l-impatt tal-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament u tiddetermina sa liema punt inkisbu l-objettivi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1.
2. L-evalwazzjoni għandha tiffoka fuq xejriet fis-suġġetti li ġejjin:
(a) |
l-użu tat-tipi kollha ta' rkaptu tas-sajd meta jkollhom fil-mira l-ispeċijiet tal-baħar fond, u dan b'enfasi partikolari fuq l-impatt fuq l-aktar speċijiet vulnerabbli u fuq l-EVB; |
(b) |
il-bastimenti li qalbu għal użu ta' rkapti b'impatt imnaqqas fuq qiegħ il-baħar, u progress fir-rigward tal-prevenzjoni, il-minimizzazzjoni u, fejn ikun possibbli, l-eliminazzjoni tal-qabdiet mhux intenzjonati; |
(c) |
il-medda ta' operazzjoni ta' bastimenti impenjati f'kull mestier tal-baħar fond; |
(d) |
il-kompletezza u l-affidabbiltà tad-data li l-Istati Membri jipprovdu lill-korpi xjentifiċi għall-fini tal-valutazzjoni tal-istokk, jew lill-Kummissjoni fil-każ ta' talbiet speċifiċi għad-data; |
(e) |
l-istokkijiet tal-baħar fond li għalihom tjieb il-parir xjentifiku; |
(f) |
l-effettività tal-miżuri ta' akkumpanjament fl-eliminazzjoni tal-qbid skartat u fit-tnaqqis tal-qbid tal-ispeċijiet l-aktar vulnerabbli; |
(g) |
il-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt magħmulin skont l-Artikolu 8; |
(h) |
l-għadd ta' bastimenti u ta' portijiet fl-Unjoni milquta direttament mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament; |
(i) |
l-effettività tal-miżuri stabbiliti biex tkun żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tal-istokkijiet ta' ħut tal-baħar fond u biex ikunu prevenuti l-qabdiet aċċessorji ta' speċijiet li ma jkunux fil-mira, b'mod partikolari l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet l-aktar vulnerabbli; |
(j) |
sa liema punt l-EVB ġew effettivament protetti mir-restrizzjoni ta' attivitajiet tas-sajd li huma awtorizzati għal żoni eżistenti ta' sajd fil-baħar fond, ir-regola ta' tbegħid (move-on rule) u/jew permezz ta' miżuri oħrajn; |
(k) |
l-applikazzjoni tal-limitazzjoni ta' fond ta' 800 metru. |
3. Abbażi tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tagħmel proposti għal emendi għal dan ir-Regolament, kif adattat. B'mod partikolari, jekk dik l-evalwazzjoni tindika li s-sajd b'irkaptu tal-qiegħ ma tikkonformax mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta biex temenda dan ir-Regolament bil-għan li tiżgura li l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd immirat għal bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew għeżula tal-qiegħ jiskadew jew jiġu revokati u li kwalunkwe miżura neċessarja fir-rigward tal-irkaptu tal-qiegħ, inkluż konzijiet, tiddaħħal fis-seħħ biex jiġi żgurat il-ħarsien tal-ispeċijiet l-aktar vulnerabbli u l-EVB.
Artikolu 20
Dispożizzjonijiet ta' tħassir u ta' transizzjoni
1. Ir-Regolament (KE) Nru 2347/2002 huwa mħassar.
2. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
3. B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Artikoli 3, 7 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 2347/2002 għandhom ikomplu japplikaw għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC.
4. Il-permessi speċjali tas-sajd maħruġa f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2347/2002 għandhom jibqgħu validi għal perijodu massimu ta' sena wara t-12 ta' Jannar 2017.
Artikolu 21
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Diċembru 2016.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
(1) ĠU C 133, 9.5.2013, p. 41.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tat-18 ta' Ottubru 2016 (ĠU C 433, 23.11.2016, p. 1). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2016 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta' ħażniet tal-baħar fond (ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 tas-27 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi transitorji mill-1 ta' Jannar 2010 sat-30 ta' Ġunju 2011 (ĠU L 347, 24.12.2009, p. 6).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta' Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta' qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 81/608/KEE tat-13 ta' Lulju 1981 li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal (ĠU L 227, 12.8.1981, p. 21).
(9) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 734/2008 tal-15 ta' Lulju 2008 dwar il-protezzjoni ta' ekosistemi marini vulnerabbli f'ibħra internazzjonali mill-impatti ħżiena tal-irkaptu tas-sajd tal-qiegħ (ĠU L 201, 30.7.2008, p. 8).
(12) Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).
(13) Ir-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu f'ċerti żoni li m'humiex fl-Atlantiku tat-Tramuntana (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 1).
(14) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33).
ANNESS I
Speċijiet tal-baħar fond
Isem xjentifiku |
Isem komuni |
L-aktar vulnerabbli (x) |
Centrophorus spp. |
Żagħruni |
|
Centroscyllium fabricii |
Mazzola sewda |
x |
Centroscymnus coelolepis |
Mazzola Portugiża |
x |
Centroscymnus crepidater |
Mazzola bellusija mneħirha twil |
x |
Dalatias licha |
Murruna sewda |
x |
Etmopterus princeps |
Mazzola tal-fanal maġġuri |
x |
Apristuris spp. |
Gattarell tal-Iżlanda |
|
Chlamydoselachus anguineus |
Kelb il-baħar tal-frilli |
|
Deania calcea |
Mazzola munqar l-għasfur |
|
Galeus melastomus |
Gattarell ħalqu iswed |
|
Galeus murinus |
Gattarell ġurdien |
|
Hexanchus griseus |
Murruna b'sitt garġi |
x |
Etmopterus spinax |
Mazzola tal-fanal |
|
Oxynotus paradoxus |
Pixxiporku tal-Atlantiku |
|
Scymnodon ringens |
Mazzola snien tas-skieken |
|
Somniosus microcephalus |
Kelb il-baħar tal-Groenlandja |
|
Alepocephalidae |
Alepoċefali |
|
Alepocephalus Bairdii |
Alepoċefalu ta' Baird |
|
Alepocephalus rostratus |
Alepoċefalu ta' Risso |
|
Aphanopus carbo |
Ċinturin iswed |
|
Argentina silus |
Arġentina silus |
|
Beryx spp. |
Fonsa ħamra |
|
Chaceon (Geryon) affinis |
Granċ aħmar tal-fond |
|
Chimaera monstrosa |
Fenek tal-baħar (rattail)) |
|
Hydrolagus mirabilis |
Fenek tal-baħar ta' għajnejh kbar (far tal-baħar) |
|
Rhinochimaera atlantica |
Fenek tal-baħar Atlantiku |
|
Coryphaenoides rupestris |
Roundnose grenadier |
|
Epigonus telescopus |
Ħuta tal-kardinal sewda |
x |
Helicolenus dactilopterus |
Ċippullazza tal-għajn |
|
Hoplostethus atlanticus |
Mera tal-Atlantiku |
x |
Macrourus berglax |
Roughhead grenadier (Rough rattail) |
|
Molva dypterigia |
Linarda |
|
Mora moro |
Marlozz tal-fond |
|
Antimora rostrata |
Antimora blu (Marlozz blu) |
|
Pagellus bogaraveo |
Bażuga kaħlija |
|
Polyprion americanus |
Ħanżir tal-fond |
|
Reinhardtius hippoglossoides |
Ħalibatt tal-Groenlandja |
|
Cataetyx laticeps |
|
|
Hoplosthetus mediterraneus |
Ġurdien tal-Warda |
|
Macrouridae li mhumiex il-Coryphaenoides rupestris u l-Macrourus berglax |
Grenadiers (rattails) li mhumiex ir-roundnose grenadier u r-roughhead grenadier |
|
Nesiarchus nasutus |
Tirsite mnieħru twil |
|
Notocanthus chemnitzii |
Sallura bix-xewk imneħirha ċatt |
|
Raja fyllae |
Rebekkin tond |
|
Raja hyperborea |
Rebekkin tal-Artiku |
|
Raja nidarosiensus |
Raja tan-Norveġja |
|
Trachyscorpia cristulata |
Skorfna bix-xewk (tal-baħar fond) |
|
Lepidopus caudatus |
Xabla |
|
Lycodes esmarkii |
Budakkra maġġuri |
|
Sebastes viviparus |
Dott ħamrani (Dott tan-Norveġja) |
|
ANNESS II
Rekwiżiti speċifiċi għall-ġbir u r-rappurtar tad-data msemmija fl-Artikolu 15(2)
1. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data li tinġabar għal żona li fiha kemm ilmijiet tal-Unjoni kif ukoll ilmijiet internazzjonali tiġi diżaggregata aktar sabiex ikun hemm referenza b'mod separat għall-ilmijiet tal-Unjoni jew għall-ilmijiet internazzjonali. |
2. |
Fejn l-attività tal-mestier tal-baħar fond tikkoinċidi ma' attività ta' mestier ieħor fl-istess żona, il-ġbir tad-data dwar il-mestier tal-baħar fond għandu jitwettaq b'mod separat mill-ġbir tad-data dwar il-mestier l-ieħor. |
3. |
Għandu jkun hemm il-kampjunar tal-qbid skartat fil-mestieri kollha tal-baħar fond. L-istrateġija tal-kampjunar għall-ħatt l-art u l-ħut skartat għandha tkopri l-ispeċijiet kollha elenkati fl-Anness I, kif ukoll l-ispeċijiet li jagħmlu parti mill-ekosistema ta' qiegħ il-baħar bħall-qroll tal-baħar fond, l-isponoż jew organiżmi oħrajn li jagħmlu parti mill-istess ekosistema. |
4. |
Osservatur li jkun abbord għandu jintalab jidentifika u jiddokumenta l-piż ta' kwalunkwe qroll ġebli, qroll artab, sponża jew kwalunkwe organiżmu ieħor li jappartjeni għall-istess ekosistema u li jittella' abbord mill-irkaptu tal-bastiment. |
5. |
Fejn il-pjan pluriennali applikabbli ta' ġbir tad-data jirrikjedi l-ġbir tad-data dwar l-isforz tas-sajd f'termini ta' sigħat ta' sajd bi xbieki tat-tkarkir u ż-żmien ta' tixrib tal-irkaptu passiv, l-Istati Membri għandhom jiġbru u jkunu lesti li jippreżentaw, flimkien mad-data dwar l-isforz tas-sajd bħal dan, id-data addizzjonali li ġejja:
|
ANNESS III
Speċijiet indikaturi tal-EVB
Din li ġejja hija lista ta' tipi ta' abitati EVB, bil-gruppi tassonomiċi l-aktar probabbli li jinstabu f'dawk l-abitati li għandhom jiġu kkunsidrati bħala indikaturi tal-EVB.
Tipi ta' abitati EVB |
Grupp tassonomiċi rappreżentattivi |
||
|
|
||
|
Lophelia pertusa |
||
|
Solenosmilia variabilis |
||
|
|
||
|
|
||
|
Anthothelidae Chrysogorgiidae Isididae, Keratoisidinae Plexauridae Acanthogorgiidae Coralliidae Paragorgiidae Primnoidae Schizopathidae |
||
|
Lophelia pertusa Solenosmilia variabilis |
||
|
Enallopsammia rostrata Madrepora oculata |
||
|
|
||
|
Chrysogorgiidae |
||
|
Caryophylliidae |
||
|
Flabellidae Nephtheidae |
||
|
|
||
|
Geodiidae Ancorinidae Pachastrellidae |
||
|
Axinellidae Mycalidae Polymastiidae Tetillidae |
||
|
Rossellidae Pheronematidae |
||
|
Anthoptilidae Pennatulidae Funiculinidae Halipteridae Kophobelemnidae Protoptilidae Umbellulidae Vigulariidae |
||
|
Cerianthidae |
||
|
Bourgetcrinidae Antedontidae Hyocrinidae Xenophyophora Syringamminidae |
||
|
|
ANNESS IV
Inkontru ma' EVB possibbli huwa definit bħala:
(a) |
għal xbieki tat-tkarkir, u rkaptu tas-sajd ieħor għajr konzijiet: il-preżenza ta' aktar minn 30 kg ta' qroll ħaj u/jew 400 kg ta' sponoż ħajjin ta' indikaturi ta' EVB; u |
(b) |
għal kull konz: il-preżenza ta' indikaturi ta' EVB fuq 10 ganċijiet kull 1 000 segment ta' ganċ jew kull sezzjoni ta' konz ta' 1 200 m, skont liema jkun l-iqsar. |