This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R2211
Commission Regulation (EU) 2016/2211 of 6 December 2016 establishing a prohibition of fishing for red seabream in Union and international waters of VI, VII and VIII by vessels flying the flag of France
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2211 tas-6 ta' Diċembru 2016 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-paġella l-ħamra fl-ilmijiet tal-Unjoni u f'dawk internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII minn bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2211 tas-6 ta' Diċembru 2016 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-paġella l-ħamra fl-ilmijiet tal-Unjoni u f'dawk internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII minn bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża
C/2016/8400
ĠU L 334, 9.12.2016, pp. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2016
|
9.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2211
tas-6 ta' Diċembru 2016
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-paġella l-ħamra fl-ilmijiet tal-Unjoni u f'dawk internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII minn bastimenti li jtajru l-bandiera Franċiża
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2016. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2016. |
|
(3) |
Għaldaqstant jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2016 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat jew li jinħatt l-art minnhom.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali
Id-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 tal-15 ta' Diċembru 2014 li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 1).
ANNESS
|
Numru |
38/DSS |
|
Stat Membru |
Franza |
|
Stokk |
SBR/678- |
|
Speċi |
Il-paġella l-ħamra (Pagellus bogaraveo) |
|
Żona |
L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII |
|
Data |
14.11.2016 |