EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1786

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1786 tas-7 ta' Ottubru 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa għall-programmi tal-iżvilupp rurali

C/2016/6361

ĠU L 273, 8.10.2016, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R0128

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1786/oj

8.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 273/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1786

tas-7 ta' Ottubru 2016

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa għall-programmi tal-iżvilupp rurali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(6) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 36(7) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jipprevedi li l-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) irid japplika għall-pagamenti interim għall-programmi tal-iżvilupp rurali. L-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jistipula r-regoli dwar l-interruzzjoni ta' skadenza ta' pagament. L-Artikolu 22 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (3) jistabbilixxi kif issir dikjarazzjoni tan-nefqa għal kull programm tal-iżvilupp rurali. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-Artikolu 22(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jenħtieġ li jirreferi biss għall-possibbiltà li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'sottodelega jitlob għal informazzjoni addizzjonali u biex jinterrompi l-limitu ta' żmien korrispondenti għal pagament interim meta dikjarazzjoni tan-nefqa ma tkunx kompluta jew meta l-Kummissjoni tkun teħtieġ kjarifiki minħabba informazzjoni mhux kompluta, inkonsistenzi jew differenzi fl-interpretazzjonijiet.

(2)

Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 22(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jinbidel b'dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'sottodelega jeħtieġ verifiki ulterjuri, minħabba li tkun ġiet ipprovduta informazzjoni mhux kompluta jew mhux ċara jew minħabba nuqqas ta' qbil, differenzi fl-interpretazzjoni jew kwalunkwe inkonsistenza oħra relatata ma' dikjarazzjoni tan-nefqa għal perjodu ta' referenza, li jirriżultaw b'mod partikolari min-nuqqas ta' komunikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa bir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u bl-atti tal-Kummissjoni adottati skont dak ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu, fuq talba mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'sottodelega, jipprovdi informazzjoni addizzjonali fi żmien perjodu li jkun stabbilit f'dik it-talba skont kemm tkun gravi l-problema.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).


Top