This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0467
Commission Delegated Regulation (EU) 2016/467 of 30 September 2015 amending Commission Delegated Regulation (EU) 2015/35 concerning the calculation of regulatory capital requirements for several categories of assets held by insurance and reinsurance undertakings (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/467 tat-30 ta' Settembru 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/35 dwar il-kalkolu ta' rekwiżiti kapitali regolatorji għal diversi kategoriji ta' assi miżmuma mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/467 tat-30 ta' Settembru 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/35 dwar il-kalkolu ta' rekwiżiti kapitali regolatorji għal diversi kategoriji ta' assi miżmuma mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2015/6588
ĠU L 85, 1.4.2016, p. 6–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
1.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 85/6 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/467
tat-30 ta' Settembru 2015
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/35 dwar il-kalkolu ta' rekwiżiti kapitali regolatorji għal diversi kategoriji ta' assi miżmuma mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(4), l- Artikolu 75(2) u (3), l-Artikolu 92 (1a), l-Artikolu 111(1)(b), (c), u (m) u l-Artikolu 308b(13) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa, adottat mill-Kummissjoni f'Novembru 2014, jiffoka fuq it-tneħħija tal-ostakoli kollha għall-investiment, jipprovdi viżibbiltà u assistenza teknika għal proġetti ta' investiment u jagħmel użu iktar intelliġenti ta' riżorsi finanzjarji ġodda u eżistenti. Bħala parti minn dan il-pjan, it-twaqqif ta' Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (EFSI) permezz tar-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għandu l-għan li jissupera n-nuqqas ta' investiment fl-UE billi jimmobilizza l-finanzjament privat għal investimenti strateġiċi li s-suq ma jistax jiffinanzja waħdu. Huwa ser jappoġġa investimenti strateġiċi fl-infrastruttura kif ukoll finanzjament ta' riskju għan-negozji ż-żgħar. Fl-istess ħin, il-ħidma fuq l-istabbiliment ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali se tintensifika l-integrazzjoni finanzjarja u tgħin iżżid it-tkabbir u l-kompetittività fl-UE |
(2) |
Sabiex ikun hemm kontribuzzjoni għal dawn l-għanijiet, kif ukoll għall-objettiv tal-Unjoni ta' tkabbir sostenibbli fit-tul, l-investimenti mill-assiguraturi, li huma investituri istituzzjonali kbar, fl-infrastruttura jew permezz tal-EFSI, għandhom jiġu ffaċilitati. Sabiex investiment bħal dawn jiġu ffaċilitati, klassi ġdida ta' assi għall-investimenti fl-infrastruttura għandhom jiġu stabbiliti fi ħdan il-qafas stabbilit bid-Direttiva 2009/138/KE. L-implimentazzjoni parallela ta' din it-tip ta' inizjattiva flimkien mal-EFSI, għandha żżid l-impatt globali għat-tkabbir u l-impjiegi fl-Unjoni. |
(3) |
Il-Kummissjoni talbet u rċeviet parir tekniku mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol fir-rigward tal-kriterji u l-kalibrar ta' klassi ġdida ta' assi għall-investimenti fl-infrastruttura. |
(4) |
F'konformità mal-objettiv tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa biex jappoġġa investiment li jgħin biex tissaħħaħ l-infrastruttura tal-Ewropa, b'enfasi partikolari fuq il-bini ta' suq uniku iktar interkonness, il-klassi ta' assi ta' infrastruttura ġdida m'għandhiex tkun limitata għal setturi speċifiċi jew strutturi fiżiċi, iżda tinkludi s-sistemi kollha u netwerks li jipprovdu u jappoġġjaw servizzi pubbliċi essenzjali. |
(5) |
Biex jiġi żgurat li l-infrastruttura ta' klassi tal-assi hija effettivament delimitata għal investimenti fl-infrastruttura, l-assi tal-infrastruttura kwalifikanti għandhom ikunu proprjetà, finanzjati, żviluppati jew operati minn entità għall-proġett infrastrutturali li ma twettaq ebda funzjoni oħra. |
(6) |
Klassi ta' assi ta' infrastruttura ġdida għandha tkun inkwadrata minn kriterji li jiżguraw li l-investimenti fl-infrastruttura juru profil tar-riskju sod fir-rigward tar-reżiljenza tal-istress, il-prevedibbiltà ta' flussi ta' flus u l-ħarsien li jipprovdi qafas kuntrattwali. Fejn jista' jiġi ppruvat li investimenti fl-infrastruttura juru profil aħjar tar-riskju minn investimenti korporattivi oħra, l-allokazzjoni tar-riskju fil-firxa u s-submoduli tar-riskju ta' ekwità tal-formula standard għandhom jitnaqqsu. |
(7) |
L-entità għall-proġett infrastrutturali għandha tipprovdi qafas kuntrattwali li jassigura livell għoli ta' protezzjoni lill-investituri tagħha, inklużi dispożizzjonijiet kontra telf minn tmiem il-proġett mill-parti li tkun ftiehmet li tixtri prodotti u servizzi, kif jista' jsir bil-konklużjoni ta' ftehim ta' xiri. Arranġamenti finanzjarji suffiċjenti għandhom jiġu stabbiliti biex ikopru r-rekwiżiti tal-kapital tax-xogħol u ta' finanzjament ta' kontinġenza. |
(8) |
Sabiex jitnaqqas ir-riskju għal min isellef, grad suffiċjenti ta' kontroll fuq entità għall-proġett infrastrutturali, għandu jiġi stabbilit, inklużi s-sigurtà f'assi u l-ekwità, kif ukoll li jillimita l-użu ta' flussi ta' flus u attivitajiet. |
(9) |
Fejn il-kalibrar għal investimenti f'bonds u self huwa mnaqqas ibbażat fuq is-suppożizzjoni li ħafna investimenti fl-infrastruttura huma miżmuma sal-maturità, l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni għandha tkun tista' turi li hija kapaċi tagħmel dan. |
(10) |
Sabiex jiġu inċentivati investimenti fl-infrastruttura b'rati għolja ta' rkupru, klassi ġdida ta' assi għandha tkun limitata għal grad ta' investiment ta' dejn, u biss għal dejn ta' grd ogħla fejn ma tkunx disponibbli valutazzjoni esterna. Madankollu, biex jibqa' konsistenti mal-qafas għall-ekwitajiet stabbilit bid-Direttiva 2009/138/KE, l-inklużjoni ta' ekwità tal-infrastruttura f'din il-klassi ta' assi ġdida m'għandhiex tiddependi fuq l-eżistenza jew il-livell ta' kwalunkwe valutazzjoni esterna tal-entità tal-infrastruttura. |
(11) |
Fejn ma tkun disponibbli l-ebda valutazzjoni esterna minn istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu nominata (ECAI) għal investiment f'infrastruttura kwalifikanti, kriterji addizzjonali għandhom japplikaw sabiex jiġi żgurat li l-investiment huwa suġġett għal riskju limitat. Dawk il-kriterji għandhom jipprovdu għal ġestjoni professjonali tal-proġett fil-fażi ta' kostruzzjoni, jiżguraw mitigazzjoni adegwata ta' riskju tal-kostruzzjoni, jillimitaw ir-riskju tal-operat u ta' finanzjament mill-ġdid, u jipprojbixxu lill-proġett milli jidħol f'pożizzjonijiet derivattivi spekulattivi. |
(12) |
Fejn l-ebda evalwazzjoni esterna minn ECAI nominata għal investiment f'infrastruttura kwalifikanti ma hija disponibbli, għandu jiġi żgurat li proġett ta' infrastruttura jkun soġġett għal ambjent politiku stabbli. |
(13) |
Proġetti bbażati fuq teknoloġija jew disinn innovattiv għandhom ikunu eliġibbli li jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta' din il-klassi ġdida ta' assi, biex jiġi żgurat li l-UE tkun tista' tkompli tistinka biex tkun fuq quddiem nett tal-iżviluppi teknoloġiċi hekk kif jevolvu. Sabiex jiġi żgurat li l-proġetti bbażati fuq innovazzjonijiet huma sikuri, l-assiguraturi għandhom iwettqu diliġenza dovuta xierqa biex jivverifikaw li t-teknoloġija hija ttestjata. Dan jista' jinkludi l-ittestjar ta' prototipi, ittestjar pilota u forom oħra ta' ttestjar biex juru li l-proġett għandu teknoloġija u disinn sodi. |
(14) |
B'mod ġenerali, il-kombinazzjoni ta' dawn il-kriterji, ibbażata fuq il-parir tekniku tal-EIOPA, tiżgura li jkun hemm fis-seħħ sistema prudenzjalment soda, peress li dawk l-assi infrastrutturali li jibbenefikaw minn tnaqqis fir-rekwiżiti kapitali huma aktar sikuri u inqas volatili minn investimenti korporattivi kumparabbli. |
(15) |
L-EIOPA analizzat dejta dwar l-indiċi tal-ekwità infrastrutturali, l-ekwitajiet infrastrutturali elenkati u l-kumpaniji ta' inizjattivi ta' finanzjament privat. Fl-aħħar nett, ingħata parir dwar firxa ta' 30 % — 39 % għall-istress infrastrutturali. F'konformità mal-objettiv tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa biex jitrawwem investiment fl-ekonomija reali, intagħżel l-ikkalibrar ta' 30 % għal klassi ġdida ta' assi infrastrutturali, peress li dan l-ikkalibrar jipprovdi l-aktar inċentivi effettivi għall-investiment fl-infrastruttura. |
(16) |
Skont il-parir tal-EIOPA, l-aġġustament simmetriku tal-imposta tal-kapital ta' ekwità għandu jiġi applikat għall-fattur tal-istress fuq ekwitajiet tal-infrastruttura fuq bażi ta' prorata. |
(17) |
It-tnaqqis ta' allokazzjoni għar-riskju fis-submodulu tar-riskju ta' firxa għandu jieħu inkonsiderazzjoni tal-fatt li hemm evidenza li turi li l-investimenti infrastrutturali juru rati ta' rkupru aħjar mid-dejn korporattiv, u huma inqas sensittivi għal fatturi ekonomiċi usa'. Konsegwentement, għal klassi ġdida ta' assi, l-istress għall-komponent tal-kreditu tal-firxa għandu jitnaqqas f'konformità mal-ikkalibrar pprovdut mill-EIOPA. Sabiex jittieħed inkonsiderazzjoni l-kriterju kwalifikanti li l-investimenti infrastrutturali jistgħu jinżammu sal-maturità, għandu jitnaqqas ukoll l-istress għall-komponent ta' likwidità tal-firxa. |
(18) |
Fejn l-istress tal-komponent ta' likwidità tal-firxa huwa mnaqqas għal investimenti infrastrutturali kwalifikanti, dan it-tnaqqis għandu japplika wkoll għal assi f'portafoll ta' aġġustament ta' korrispondenza, madankollu mingħajr l-ebda kkalkolar doppju għar-riskju ta' likwidità mnaqqas. Għal din ir-raġuni, il-firxa tal-istress applikabbli għall-assi ta' infrastruttura kwalifikanti f'portafoll tal-aġġustament ta' korrispondenza għandha tkun jew l-istress imnaqqas applikabbli għal assi ta' aġġustament ta' korrispondenza jew il-firxa tal-istress għall-assi ta' infrastruttura kwalifikanti, skont liema waħda minnhom tkun l-iktar baxxa. |
(19) |
Għandu jiġi żgurat trattament aktar adegwat għall-investiment tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f'fondi stabbiliti bir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), f'konformità mat-trattament tal-investimenti f'Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju u Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej li diġà huwa previst fl-Artikolu 168 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 (4). |
(20) |
Fis-snin riċenti l-istrumenti finanzjarji kienu nnegozjati dejjem aktar fuq faċilitajiet multilaterali ta' negozjar (MTFs). Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tiżgura li l-MTFs ikunu suġġetti għall-istess rekwiżiti bħal tas-swieq irregolati f'dak li għandu x'jaqsam ma' min jistgħu jaċċettaw bħala membru jew parteċipant. Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jimponi wkoll rekwiżiti simili ta' trasparenza fuq l-MTFs u s-swieq regolati. Sabiex titqies ir-rilevanza akbar tal-MTFs u l-konverġenza tat-regoli applikabbli kemm għall-MTFs kif ukoll għas-swieq irregolati, esponimenti nnegozjati fuq MTF għandhom jitqiesu bħala ekwità tat-tip 1 fis-submodulu tar-riskju tal-ekwitajiet. |
(21) |
Id-Direttiva 2014/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) introduċiet miżura tranżitorja applikabbli għall-investimenti ta' ekwità mixtrija qabel l-1 ta' Jannar 2016. Sabiex jiġi evitat li jkun hemm inċentivi għal diżinvestiment sinifikanti minn ekwitajiet mhux elenkati qabel mal-qafas stabbilit mid-Direttiva 2009/138/KE issir applikabbli, il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżura tranżitorja ma għandux ikun limitat għall-ekwitajiet elenkati. |
(22) |
Biex ikun hemm trattament proporzjonat tal-ekwitajiet miżmumin f'impriżi ta' investiment kollettivi jew tal-investimenti aggregati bħala fondi, meta l-approċċ ta' trasparenza ma jkunx possibbli, dan ir-Regolament jispeċifika wkoll li l-miżura ta' tranżizzjoni stipulata fl-Artikolu 308b(13) tad-Direttiva 2009/138/KE għandha tapplika għal proporzjon ta' ishma azzjonarji miżmumin fl-impriża ta' investiment kollettiv jew fl-investimenti aggregati bħala fondi skont l-allokazzjoni fil-mira tal-assi sottostanti fl-1 ta' Jannar 2016, dejjem jekk l-allokazzjoni fil-mira tkun disponibbli għall-impriża. Dan jippermetti lill-impriżi biex jagħmlu stima tal-proporzjon ta' ekwitajiet mixtrija mill-maniġer tal-fond qabel l-1 ta' Jannar 2016, meta mhux possibbli li dawn ix-xirjiet jiġu rintraċċati minħabba l-limitazzjonijiet imposti minn regoli ta' divulgazzjoni, jew minħabba l-ispiża ferm għolja. Minn hemm 'il quddiem, il-proporzjon tal-ekwitajiet li għalihom tiġi applikata l-miżura tranżitorja għandhom jitnaqqsu ta' kull sena b'mod proporzjonat għall-proporzjon tal-fatturat tal-assi tal-impriża ta' investiment kollettiv jew għall-investimenti aggregati bħala fondi. |
(23) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 jinkludi diversi żbalji żgħar ta' abbozzar li għandhom jiġu emendati skont dan. |
(24) |
B'mod partikolari, ir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 jistipula metodu ta' valutazzjoni għall-parteċipazzjonijiet f'impriżi relatati li huma esklużi mill-ambitu tas-superviżjoni tal-grupp jew huma mnaqqsa mill-fondi proprji eliġibbli għas-solvenza tal-grupp. Il-konsegwenzi f'termini ta' valutazzjoni għal parteċipazzjonijiet f'impriżi relatati għandhom ikunu l-istess, tkun xi tkun ir-raġuni għall-esklużjoni ta' impriża relatata partikolari mill-ambitu tas-superviżjoni tal-grupp u bħala riżultat, is-sitwazzjonijiet kollha fejn impriża relatata tista' tiġi eskluża mill-ambitu tas-superviżjoni tal-grupp għandhom jiġu koperti. Għaldaqstant, l-Artikolu 13 għandu jiġi emendat. |
(25) |
Fir-rigward ta' parteċipazzjonijiet strateġiċi f'istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu, fejn issir referenza għal metodu 1 tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), dan ma għandux ifisser li l-grupp irid jiġi kkunsidrat ukoll bħala konglomerat u jkun suġġett għas-superviżjoni supplimentari skont din id-Direttiva. Sabiex tiġi applikata l-eżenzjoni, huwa biżżejjed li l-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu tkun inkluża fil-kalkolu tas-solvenza tal-grupp skont id-Direttiva 2009/138/KE. Iż-żewġ metodi ta' konsolidazzjoni fid-Direttiva 2002/87/KE u fid-Direttiva 2009/138/KE huma meqjusa ekwivalenti, kif stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 342/2014 (9). Għaldaqstant, l-Artikolu 68(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35 għandu jiġi emendat. |
(26) |
Fir-rigward ta' dejta statistika aggregata, il-perjodi ta' żmien għar-rappurtar għandhom ikunu allinjati u għalhekk divulgazzjonijiet qabel il-31 ta' Diċembru 2020 għandhom jinkludu dejta mis-snin kollha ta' qabel li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016. Għaldaqstant, l-Artikolu 316(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35 għandu jiġi emendat. |
(27) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 fih ukoll għadd ta' żbalji tipografiċi, bħal kontroreferenzi żbaljati, li għandhom jiġu kkoreġuti. |
(28) |
Meta jiġu applikati r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regoalment, għandhom jitqiesu l-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fl-attivitajiet ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. Il-piż u l-kumplessità imposti fuq l-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom ikunu proporzjonati għall-profil tar-riskju tagħhom. Meta jiġu applikati r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, l-informazzjoni għandha titqies materjali jekk din l-istess informazzjoni jista' jkollha influwenza fuq it-teħid ta' deċiżjonijiet jew il-ġudizzju tal-utenti previsti ta' din l-informazzjoni. |
(29) |
Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali dwar ir-reġim superviżorju qabel mar-reġim ta' Solvibbiltà II jiġi kompletament applikabbli fl-1 ta' Jannar 2016, huwa importanti li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet Emendatorji
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 huwa emendat kif ġej:
1. |
fl-Artikolu 1, jiddaħħlu l-punti segwenti 55a u 55b:
|
2. |
L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
3. |
Fl-Artikolu 68, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej: “3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma għandhomx inaqqsu il-parteċipazzjonijiet strateġiċi kif imsemmi fl-Artikolu 171 li huma inklużi fil-kalkolu tas-solvenza tal-grupp abbażi tal-metodu 1 kif stipulat fl-Anness I għad-Direttiva 2002/87/KE jew abbażi tal-metodu 1 kif stipulat fl-Artikolu 230 tad-Direttiva 2009/138/KE.”; |
4. |
fit-Titolu I, il-Kapitolu V, it-Sezzjoni 5, tiddaħħal Subsezzjoni 1a li ġejja:
Artikolu 164a Investimenti infrastrutturali kwalifikanti 1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, investiment infrastrutturali kwalifikanti għandu jinkludi investiment f'entità għall-proġett infrastrutturali li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(b), il-flussi ta' flus iġġenerati għal fornituri tas-self u l-investituri azzjonarji ma għandhomx jitqiesu prevedibbli, dment li r-rikavati kollha, ħlief xi parti irrelevanti minnhom, jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
5. |
L-Artikolu 168 huwa emendat kif ġej:
|
6. |
fl-Artikolu 169, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: “3. Ir-rekwiżit kapitali għall-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw imsemmijin fl-Artikolu 168 ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta mit-tnaqqis f'daqqa li ġej:
|
7. |
fl-Artikolu 170, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: “3. Meta impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun irċeviet approvazzjoni superviżorja biex tapplika d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 304 tad-Direttiva 2009/138/KE, ir-rekwiżit kapitali għal ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw ikun daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta minn tnaqqis f'daqqa ta':
|
8. |
fl-Artikolu 171, is-sentenza introduttorja tinbidel b'dan li ġej: “Għall-finijiet tal-Artikolu 169(1)(a) u (2)(a) u (3)(a) u tal-Artikolu 170(1)(b), (2)(b) u (3)(b), l-investimenti ta' ekwità ta' għamla strateġika jfissru investimenti ta' ekwità li għalihom l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni parteċipanti turi dan li ġej:”; |
9. |
L-Artikolu 173 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 173 Kriterji għall-użu ta' miżura tranżitorja għar-riskju ta' ekwità standard 1. Il-miżura ta' tranżizzjoni għar-riskju ta' ekwità standard stipulata fl-Artikolu 308b(13) tad-Direttiva 2009/138/KE tapplika biss għal ekwitajiet li nxtraw fl-1 ta' Jannar 2016 u li mhumiex suġġetti għar-riskju ta' ekwità bbażat fuq id-durata skont l-Artikolu 304 ta' dik id-Direttiva. 2. Meta l-ekwitajiet jinżammu f'impriża tal-investiment kollettiv jew f'investimenti oħra aggregati bħala fondi, meta l-approċċ ta' trasparenza ma jkunx possibbli, il-miżura ta' tranżizzjoni stipulata fl-Artikolu 308b(13) tad-Direttiva 2009/138/KE għandha tapplika għal proporzjon tal-ekwitajiet miżmumin fl-impriża ta' investiment kollettiv jew fl-investimenti aggregati bħala fondi skont l-allokazzjoni fil-mira tal-assi sottostanti fl-1 ta' Jannar 2016, dejjem jekk l-allokazzjoni fil-mira tkun disponibbli għall-impriża. Il-proporzjon tal-ekwitajiet li għalihom tiġi applikata l-miżura tranżitorja għandhom jitnaqqsu ta' kull sena b'mod proporzjonat għall-proporzjon tal-fatturat tal-assi tal-impriża ta' investiment kollettiv jew għall-investimenti aggregati bħala fondi. Meta l-allokazzjoni fil-mira tal-investimenti tal-ekwità ta' impriża tal-investiment kollettiv jew tal-investimenti aggregati bħala fondi tiżdied, il-proporzjon tal-ekwitajiet li għalihom hija applikata l-miżura tranżitorja ma jiżdiedx.”; |
10. |
fl-Artikolu 180, il-paragrafi 11, 12, u 13 li ġejjin huma miżjuda: “11. Esponimenti fil-forma ta' bonds u self li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 12 għandhom jiġu assenjati il-fattur ta' riskju stressi skont l-iskala tal-kwalità kreditizja u d-durata tal-esponiment skont it-tabella li ġejja:
12. Il-kriterji għall-esponimenti li jiġu assenjati fattur ta' riskju skont il-paragrafu 11 ikunu li:
13. Esponimenti fil-forma ta' bonds u self li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 12(a) u (b), li iżda ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 12(c), għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi ekwivalenti għall-iskala 3 tal-kwalità kreditizja u durata tal-esponiment konformi mat-tabella li tidher fil-paragrafu 11.”; |
11. |
L-aħħar sentenza tal-Artikolu 181(b) tinbidel b'dan li ġej: “Għall-assi fil-portofoll assenjat li għalihom ma hemmx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, u għal assi ta' infrastruttura kwalifikanti li jkunu ġew assenjati skala tal-kwalità kreditizja 3, il-fattur ta' tnaqqis għandu jkun ta' 100 %.” |
12. |
għandu jiddaħħal l-Artikolu 261a li ġej: “Artikolu 261a Immaniġjar tar-riskju għall-investimenti infrastrutturali kwalifikanti 1. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom joperaw bid-diliġenza dovuta qabel ma jagħmlu investiment infrastrutturali kwalifikanti, inklużi dawn kollha li ġejjin:
2. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni b'investiment infrastrutturali kwalifikanti għandhom regolarment jimmonitorjaw u jwettqu testijiet tal-istress fuq il-flussi tal-flus u l-valuri tal-kollateral li jappoġġjaw l-entità għall-proġett infrastrutturali. Kwalunkwe test tal-istress ikun proporzjonat għall-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskju inerenti fil-proġett infrastrutturali. 3. Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkollhom investimenti infrastrutturali materjali li jikkwalifikaw, huma għandhom, meta jiġu stabbiliti l-proċeduri bil-miktub msemmija fl-Artikolu 41(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, jinkludu d-dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ attiv ta' dawn l-investimenti matul il-fażi ta' kostruzzjoni, u sabiex jiġi mmassimizzat l-ammont irkuprat minn dawn l-investimenti f'xenarju ta' twettiq ta' ħidma. 4. L-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni b'investiment infrastrutturali li jikkwalifika f'bonds jew f'self għandhom jistabbilixxu l-ġestjoni tal-attiv u tal-passiv sabiex jiżguraw, li fuq bażi kontinwa għandhom il-kapaċità li jżommu l-investiment sal-maturità.”; |
13. |
fl-Artikolu 316, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. Mill-31 ta' Diċembru 2020, id-divulgazzjoni tinkludi dejta tal-erba' snin ta' qabel. Fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' qabel il-31 ta' Diċembru 2020, din għandha tinkludi d-dejta tas-snin kollha ta' qabel li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016.”. |
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet ta' tiswija
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 huwa kkoreġut kif ġej:
1. |
fl-Artikolu 73(1), l-ewwel sentenza hi sostitwita bit-test li ġej: “Il-karatteristiċi msemmija fl-Artikolu 72 għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-punti minn (a) sa (i) jew dawk stabbiliti fil-punt (j):”; |
2. |
L-Artikolu 170 jiġi kkoreġut kif ġej:
|
3. |
L-Artikolu 176 jiġi kkoreġut kif ġej:
|
4. |
fl-Artikolu 179, il-paragrafu 1 jiġi kkoreġut kif ġej:
|
5. |
fl-Artikolu 192, fil-paragrafu 2 fis-sottoparagrafu 5, il-formula tinbidel b'dan li ġej: “LGD = max(90 % · (Recoverables + 50 % · RMre ) – F′ · Collateral;0)”;. |
6. |
fl-Artikolu 218, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej: “3. Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkunu kkonkludew bosta kuntratti tar-riassigurazzjoni għall-eċċess tat-telf u kull wieħed minn dawn jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punt (d) tal-paragrafu 2, u li flimkien jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2, il-kombinament tagħhom jitqies bħala kuntratt rikonoxxibbli wieħed tar-riassigurazzjoni għall-eċċess tat-telf.”; |
7. |
fl-Artikolu 296, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej: “4. Ir-rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja għandu jinkludi informazzjoni dwar l-oqsma stipulati fl-Artikolu 263 f'konformità mar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kif stipulat fil-paragrafi 1 u 3 ta' dan l-Artikolu.”; |
8. |
fl-Artikolu 317, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej: “3. Id-dejta statistika aggregata annwali dwar l-impriżi u l-gruppi taħt superviżjoni skont l-Artikolu 316 għandha tiġi ddivulgata fir-rigward ta' kull sena kalendarja fi żmien tliet xhur wara d-data li sa din l-impriżi li jkollhom sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru huma meħtieġa jissottomettu mudelli kwantitattivi annwali skont l-Artikolu 312(1)(c). L-informazzjoni dwar l-awtoritajiet superviżorji għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni fi żmien erba' xhur wara l-31 ta' Diċembru ta' kull sena kalendarja.” |
9. |
fl-Artikolu 330, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: “1. Fil-valutazzjoni ta' jekk ċerti fondi proprji eliġibbli biex ikopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata, ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata ta' pajjiż terz, ta' kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta jistgħux effettivament jitqiegħdu għad-dispożizzjoni biex ikopru l-grupp tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkunsidraw l-elementi kollha li ġejjin:
|
10. |
fl-Artikolu 375, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, kumpaniji azzjonarji tal-assigurazzjoni jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta parteċipanti għandhom jissottomettu lis-superviżur tal-grupp l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 sa mhux aktar tard minn 26 ġimgħa wara d-data ta' referenza tad-dikjrazzjoni finanzjarja tal-bidu kif imsemmi fl-Artikolu 314(1)(a).”; |
11. |
L-Anness XVII jiġi kkoreġut skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
12. |
L-Anness XVIII jiġi kkoreġut skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament; |
13. |
L-Anness XXI jiġi kkoreġut skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament; |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 98).
(4) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).
(5) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(7) Id-Direttiva 2014/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 1).
(8) Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).
(9) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 342/2014 tal-21 ta' Jannar 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-applikazzjoni tal-metodi ta' kalkolu tar-rekwiżiti tal-adegwatezza kapitali għall-konglomerati finanzjarji (ĠU L 100, 3.4.2014, p. 1).
ANNESS I
L-Anness XVII tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-Parti B hija emendata kif ġej:
|
(2) |
Fil-punt (5) tal-parti D, l-ewwel sentenza u l-ewwel fomola hija sostitwita b'li ġej: “Il-kwadrat medju tal-previżjoni jkun ugwali għal li ġej: ”; |
(3) |
Il-punt (3)(f) tal-parti F jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
ANNESS II
L-Anness XVIII tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-punt (2)(b) tal-parti C, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'li ġej: “dawn jinkludu kull wieħed mis-submoduli tal-formula standard li ġejjin ħlief dawk li jagħqu fl-ambitu tal-mudell intern parzjali:”; |
(2) |
Il-punt (2)(c) tal-parti C jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
ANNESS III
L-Anness XXI tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-aħħar sentenza tal-parti A tiġi mibdula b'dan li ġej: “L-informazzjoni stabbilita fil-paragrafi 1 sa 32 tiġi pprovduta f'relazzjoni mat-tmiem tal-aħħar sena kalendarja. Fir-rigward tal-paragrafi 12 sa 21, 23, 24 u 29 sa 31 l-informazzjoni tkun relatata mat-tmiem tas-sena finanzjarja tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u tal-gruppi ta' assigurazzjoni li ntemmu fl-aħħar sena kalendarja.”; |
(2) |
L-aħħar sentenza tal-parti B tiġi mibdula b'dan li ġej: “L-informazzjoni stabbilita fil-paragrafi 2 sa 18 tiġi pprovduta fir-rigward tal-aħħar sena kalendarja.”. |