EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0096

Regolament (UE) 2016/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1236/2010 li jistabbilixxi skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal

ĠU L 26, 2.2.2016, p. 13–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/96/oj

2.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/13


REGOLAMENT (UE) 2016/96 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Jannar 2016

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1236/2010 li jistabbilixxi skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jimplimenta fil-liġi tal-Unjoni d-dispożizzjonijiet tal-Iskema ta’ kontroll u infurzar (“l-Iskema”) stabbilita permezz ta’ rakkomandazzjoni adottata mill-Kummissjoni tas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (NEAFC) fil-laqgħa annwali tagħha fil-15 ta’ Novembru 2006, u sussegwentement emendata b’diversi rakkomandazzjonijiet fil-laqgħat annwali tagħha ta’ Novembru 2007, Novembru 2008 u Novembru 2009.

(2)

Fil-laqgħa annwali tagħha f’Novembru 2012, in-NEAFC adottat ir-Rakkomandazzjoni 15:2013 li temenda l-Artikolu 13 tal-Iskema, fir-rigward tal-komunikazzjoni ta’ trażbord u ta’ port ta’ żbark. Fil-laqgħa annwali sussegwenti tagħha f’Novembru 2013, in-NEAFC adottat ir-Rakkomandazzjoni 9:2014 li temenda l-Artikoli 1, 20 sa 25 u 28 tal-Iskema, li jikkonċernaw, rispettivament, id-definizzjonijiet, għadd ta’ dispożizzjonijiet applikabbli għall-kontroll mill-istat tal-port ta’ bastimenti tas-sajd barranin u l-proċeduri ta’ ksur. Fil-laqgħa annwali tagħha f’Novembru 2014, in-NEAFC adottat ir-Rakkomandazzjoni 12:2015 li temenda r-Rakkomandazzjoni 9:2014 fir-rigward tal-Artikoli 22 u 23 tal-Iskema dwar il-kontroll mill-istat tal-port ta’ bastimenti tas-sajd barranin.

(3)

Taħt l-Artikoli 12 u 15 tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni tas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku, approvati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 81/608/KEE (4), ir-Rakkomdazzjoni 15:2013 daħlet fis-seħħ fit-8 ta’ Frar 2013.

(4)

Ir-Rakkomandazzjoni 9:2014, kif emendata mir-Rakkomandazzjoni 12:2015, daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2015. Peress illi r-Rakkomandazzjoni 9:2014 saret vinkolanti għall-Partijiet Kontraenti f’dik id-data, huwa xieraq li tiġi allinjata d-data ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament mad-data ta’ applikazzjoni ta’ dik ir-Rakkomandazzjoni.

(5)

Jinħtieġ li dawk ir-Rakkomandazzjonijiet jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1236/2010 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1236/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.

‘attivitajiet tas-sajd’ tfisser sajd, inkluż operazzjonijiet konġunti tas-sajd, operazzjonijiet tal-ipproċessar tal-ħut, it-trażbord jew l-iżbark tar-riżorsi tas-sajd jew prodotti tagħhom u kwalunkwe attività kummerċjali oħra bi tħejjija għas-sajd jew konnessa miegħu, inklużi l-ippakkjar, it-trasport, l-għoti tal-fjuwil jew il-forniment mill-ġdid;”;

(b)

il-punt 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“10.

‘bastiment ta’ Parti mhux Kontraenti’ tfisser kwalunkwe bastiment involut fl-attivitajiet tas-sajd li ma jtajjarx il-bandiera ta’ Parti Kontraenti, inklużi bastimenti li għalihom teżisti bażi raġjonevoli ta’ suspetti li huma mingħajr nazzjonalità;”;

(c)

il-punt 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“13.

‘port’ tfisser kwalunkwe post fuq ix-xatt li jintuża għall-iżbark jew għall-forniment ta’ servizzi fir-rigward ta’ attivitajiet tas-sajd, jew b’appoġġ għalihom, jew post fuq inkella qrib ix-xatt magħżul minn Parti Kontraenti għall-finijiet tat-trażbord tar-riżorsi tas-sajd;”;

(2)

fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1), l-aħħar sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu IV, mill-inqas 24 siegħa qabel kwalunkwe żbark, il-bastiment riċevitur għandu jirrapporta l-qabda totali abbord, il-piż totali li għandu jiġi żbarkat, l-isem tal-port u d-data u l-ħin stmati tal-iżbark, sew jekk l-iżbark ikunx se jseħħ f’port f’Żona tal-Konvenzjoni inkella barra minnha.”;

(3)

it-titolu tal-Kapitolu IV huwa sostitwit b’dan li ġej:

“KONTROLL MILL-ISTAT TAL-PORT TA’ ĦUT MAQBUD MINN BASTIMENTI LI JTAJRU L-BANDIERA TA’ PARTI KONTRAENTI OĦRA”;

(4)

l-Artikolu 22 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 22

Kamp ta’ applikazzjoni

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (*), id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-użu ta’ portijiet ta’ Stati Membri minn bastimenti tas-sajd li jkunu jġorru abbord riżorsi tas-sajd, maqbuda fiż-Żona tal-Konvenzjoni minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ Parti Kontraenti oħra, li ma jkunux ġew żbarkati jew trażbordati preċedentement f’port.

(5)

l-Artikolu 23 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 23

Portijiet deżinjati

L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw u jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-portijiet fejn huwa permess l-iżbark jew it-trażbord ta’ riżorsi tal-ħut li jkunu nqabdu fiż-Zona tal-Konvenzjoni minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ Parti Kontraenti oħra, jew fejn huwa permess il-forniment ta’ servizzi tal-port lit-tali bastimenti. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lis-Segretarju tan-NEAFC dwar dawk il-portijiet u bi kwalunkwe tibdil li jsir fil-lista ta’ portijiet deżinjati għallinqas ħmistax-il jum qabel ma jidħol fis-seħħ it-tibdil.

L-iżbark u t-trażbord ta’ ħut li jkun inqabad fiż-żona tal-Konvenzjoni minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ Parti Kontraenti oħra kif ukoll il-forniment ta’ servizzi tal-port lit-tali bastimenti għandhom jitħallew isiru biss f’portijiet deżinjati.”;

(6)

l-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, meta l-kaptan ta’ bastiment tas-sajd li jkun mgħobbi bil-ħut kif imsemmi fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament ikun beħsiebu jidħol f’port, il-kaptan tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-port li jixtieq juża, sa mhux aktar tard minn tliet ijiem tax-xogħol qabel il-waqt stmat tal-wasla.

Madankollu, Stat Membru jista’ jipprovdi għal perjodu ieħor ta’ notifika, filwaqt li jqis, b’mod partikolari, it-tip ta’ proċessar tal-ħut maqbud jew id-distanza bejn iż-żoni tas-sajd u l-portijiet tiegħu. F’każ bħal dan, l-Istat Membru għandu, mingħajr dewmien, jinforma b’dan lill-Kummissjoni, jew lill-entità nnominata minnha, u lis-Segretarju tan-NEAFC.”;

(b)

fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   In-notifika minn qabel imsemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi kkanċellata minn min jibgħatha billi jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-port li l-kaptan kien xtaq juża għallinqas 24 siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla f’dak il-port.”;

(7)

l-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’din li ġejja:

“Awtorizzazzjoni għall-iżbark u t-trażbord u għal użu ieħor ta’ port”;

(b)

fil-paragrafu 1, il-parti introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“1.   B’rispons għal notifika trażmessa skont l-Artikolu 24, l-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jkun beħsiebu jħott l-art jew jittrażborda jew, fejn il-bastiment tas-sajd kien involut f’operazzjonijiet tat-trażbord barra l-ilmijiet tal-Unjoni, l-Istat tal-bandiera jew l-Istati tal-bastimenti donaturi, għandhom, permezz tal-ikkompletar tan-notifika minn qabel imsemmija fl-Artikolu 24, jikkonfermaw li:”;

(c)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-operazzjonijiet ta’ żbark jew trażbord jistgħu jibdew biss wara li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-port permezz tal-ikkompletar tan-notifika minn qabel imsemmija fl-Artikolu 24. Tali awtorizzazzjoni għandha tingħata biss jekk tkun waslet il-konferma mill-Istat tal-bandiera, kif jissemma fil-paragrafu 1.”;

(d)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   Żbark, trażbord u użu ieħor ta’ port ma għandux jiġi awtorizzat jekk l-Istat Membru tal-port jirċievi evidenza ċara li l-qabda abbord ittieħdet bi ksur tar-rekwiżiti applikabbli ta’ xi Parti Kontraenti fir-rigward ta’ żoni taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali.”;

(e)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-port għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien dwar id-deċiżjoni tagħhom li jawtorizzawx jew le l-iżbark, it-trażbord u użu ieħor ta’ port lill-kaptan tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu u lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment billi tiġi kkompletata kif xieraq n-notifika minn qabel imsemmija fl-Artikolu 24 u għandhom jinfurmaw b’dan lis-Segretarju tan-NEAFC.”;

(8)

l-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Kull Stat Membru għandu jagħmel spezzjonijiet fuq mhux inqas minn 5 % tal-kwantitajiet żbarkati jew li jiġu trażbordati ta’ ħut frisk u mill-inqas 7,5 % ta’ ħut iffriżat fil-portijiet tiegħu matul kull sena ta’ rappurtar, abbażi ta’ ġestjoni tar-riskju li tqis il-linji gwida ġenerali deskritti fl-Anness II.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   L-ispezzjonijiet għandhom isiru b’mod ġust, trasparenti u nondiskriminatorju u ma għandhom jikkostitwixxu fastidju lill-ebda bastiment.”;

(c)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-ispetturi għandhom jeżaminaw iż-żoni kollha rilevanti tal-bastiment sabiex jivverifikaw il-konformità mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni rilevanti. L-ispezzjonijiet għandhom isiru skont il-proċeduri stabbiliti fl-Anness III.”;

(d)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   Kull Stat Membru għandu jagħmel l-isforzi kollha possibbli sabiex jiffaċilita l-komunikazzjoni mal-kaptan jew mal-membri anzjani tal-ekwipaġġ tal-bastiment, inkluż, fejn ikun possibbli u fejn ikun meħtieġ, billi jiżgura li l-ispettur ikun akkumpanjat minn interpretu.”;

(e)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   L-ispetturi nazzjonali ma għandhomx jindaħlu lill-kaptan fir-rigward tal-kapaċità tiegħu li jikkomunika mal-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera.”;

(f)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-Istat Membru tal-port jista’ jistieden spetturi minn Partijiet Kontraenti oħra sabiex jakkumpanjaw l-ispetturi tiegħu stess u josservaw l-ispezzjoni.”;

(9)

fl-Artikolu 29(2) tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Fejn xieraq, l-Istat Membru li jagħmel l-ispezzjoni għandu jikkomunika wkoll il-konklużjonijiet ta’ dik l-ispezzjoni lill-Parti Kontraenti li fl-ilmijiet tagħha jkun seħħ il-ksur u lill-Istat li tiegħu jkun ċittadin il-kaptan tal-bastiment.”;

(10)

l-Anness isir l-Anness I;

(11)

jiżdied Anness II ġdid kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(12)

jiżdied Anness III ġdid kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, il-punti 1 u 4 sa 12 tal-Artikolu 1 japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l-20 ta’ Jannar 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  ĠU C 332, 8.10.2015, p. 81.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2015. (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2016.

(3)  Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2791/1999 (ĠU L 348, 31.12.2010, p. 17).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 81/608/KEE tat-13 ta’ Lulju 1981 li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal (ĠU L 227, 12.8.1981, p. 21).

(*)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).”;


ANNESS I

Fir-Regolament (UE) Nru 1236/2010 jiżdied l-Anness li ġej:

“ANNESS II

LINJI GWIDA ĠENERALI GĦALL-ĠESTJONI TAR-RISKJU FIR-RIGWARD TA’ KONTROLL MILL-ISTAT MEMBRU TAL-PORT

Il-ġestjoni tar-riskju tfisser l-identifikazzjoni sistematika tar-riskji u l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha meħtieġa biex kemm jista’ jkun ma jinħolqux dawk ir-riskji. Din issir bi ġbir ta’ dejta u informazzjoni, analiżi u evalwazzjoni tar-riskji, preparazzjoni u teħid ta’ azzjoni, u monitoraġġ u reviżjoni regolari tal-proċess u r-riżultati tiegħu.

Abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħu, kull Stat Membru tal-port irid jiddefinixxi l-istrateġija tal-amministrazzjoni tar-riskju tiegħu biex jiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament. Dik l-istrateġija għandha tidentifika, tiddeskrivi u talloka strumenti ta’ kontroll u mezzi oħra ta’ spezzjoni xierqa u kosteffettivi, b’rabta man-natura u l-livell stmat ta’ kull riskju, u kif ukoll tilħaq il-punti ta’ riferiment fil-mira.

Għall-attivitajiet ta’ kontroll, spezzjoni u verifika hemm stabbiliti kriterji għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju sabiex ikunu jistgħu jsiru f’waqthom analiżijiet tar-riskju u valutazzjonijiet ġenerali tal-informazzjoni rilevanti tal-kontroll u l-ispezzjoni.

Il-bastimenti tas-sajd individwali, il-gruppi tal-bastimenti tas-sajd, l-operaturi, u/jew l-attivitajiet tas-sajd, għal speċijiet differenti u f’diversi partijiet taż-Żona tal-Konvenzjoni huma soġġetti għal kontroll u għal spezzjonijiet skont il-livell tar-riskju attribwit, fost l-oħrajn bl-użu tas-suppożizzjonijiet ġenerali li ġejjin ta’ kriterji tal-livelli tar-riskju fir-rigward tal-kontroll mill-Istat Membru tal-port tal-iżbark u t-trasbord fil-port:

(a)

qabdiet meħuda minn bastiment ta’ Parti mhux Kontraenti;

(b)

qabdiet iffriżati;

(c)

qabdiet b’volum kbir;

(d)

qabdiet li qabel ikunu ġew trasbordati fuq il-baħar;

(e)

qabdiet maqbuda ‘l barra mill-ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Partijiet Kontraenti, jiġifieri fiż-Żona Regolatorja;

(f)

qabdiet meħuda fiż-Żona tal-Konvenzjoni u barra minnha;

(g)

qabdiet ta’ speċijiet ta’ valur għoli;

(h)

qabdiet ta’ riżorsi tas-sajd li għalihom hemm opportunitajiet tas-sajd partikolarment limitati;

(i)

l-għadd ta’ spezzjonijiet li jkunu saru qabel u l-għadd ta’ ksur osservat għall-bastiment u/jew l-operatur.”.


ANNESS II

Fir-Regolament (UE) Nru 1236/2010 jiżdied l-Anness li ġej:

“ANNESS III

IL-PROĊEDURI TA’ SPEZZJONI TAL-ISTAT MEMBRU TAL-PORT

L-ispetturi nazzjonali għandhom:

(a)

jivverifikaw li d-dokumentazzjoni ta’ identifikazzjoni tal-bastiment li jkollu abbord u l-informazzjoni relatata ma’ sid il-bastiment ikunu veri, sħaħ u korretti, fosthom b’kuntatti xierqa mal-Istat tal-bandiera jew bir-reġistrazzjonijiet internazzjonali tal-bastimenti jekk dan ikun meħtieġ;

(b)

jivverifikaw li l-bandiera u l-marki tal-bastiment (eż. l-isem, in-numru ta’ reġistrazzjoni estern, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-bastiment tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), il-kodiċi internazzjonali tar-radju u marki oħrajn, id-dimensjonijiet prinċipali) ikunu konsistenti mal-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni;

(c)

jivverifikaw li l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd u tal-attivitajiet relatati mas-sajd ikunu veri, sħaħ, korretti u konsistenti mal-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 24;

(d)

jirrevedu d-dokumentazzjoni u r-reġistri rilevanti l-oħra kollha miżmuma abbord, inklużi dawk f’format elettroniku u d-dejta tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) mingħand l-Istat tal-bandiera jew mingħand l-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd rilevanti. Id-dokumentazzjoni rilevanti tista’ tinkludi l-ġurnali ta’ abbord, id-dokumenti tal-qabdiet, tat-trasbord u tal-kummerċ, il-listi tal-ekwipaġġ, il-pjanijiet u d-disinji għall-istivar, deskrizzjoni tal-istivi tal-ħut u dokumenti mitluba skont il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES);

(e)

jeżaminaw l-irkaptu tas-sajd rilevanti kollu li jkun abbord, inkluż l-irkaptu stivat li ma jidhirx kif ukoll apparat relatat, u jivverifikaw li dawn ikunu konformi mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet. L-irkaptu tas-sajd għandu jiġi kkontrollat ukoll sabiex ikun żgurat li karatteristiċi bħad-daqs tal-malja u tal-ispag, l-apparat u l-aċċessorji, id-dimensjonijiet u l-konfigurazzjoni tax-xbieki, in-nases, il-gangmi, id-daqsijiet u l-għadd ta’ snanar ikunu konformi mar-regolamenti applikabbli u li l-marki jikkorrispondu għal dawk awtorizzati għall-bastiment;

(f)

jiddeterminaw jekk il-ħut abbord inqabadx skont l-awtorizzazzjonijiet applikabbli;

(g)

jimmonitorjaw l-iskariku jew it-trasbord kollu u jwettqu kontroverifiki bejn il-kwantitajiet irreġistrati skont l-ispeċi fin-notifika preċedenti tal-iżbark u l-kwantitajiet li jiġu żbarkati jew trasbordati, skont l-ispeċi;

(h)

jeżaminaw il-ħut, inkluż bit-teħid ta’ kampjuni, sabiex jiddeterminaw il-kwantità u l-kompożizzjoni tiegħu. Biex jagħmlu dan, l-ispetturi jistgħu jiftħu kontenituri fejn il-ħut ikun ġie ppakkjat minn qabel u jċaqilqu l-qabda jew il-kontenituri sabiex jaċċertaw ruħhom mill-integrità tal-istivi tal-ħut. Eżami bħal dan jista’ jispezzjona t-tip tal-prodott u jsib kemm hu l-piż nominali;

(i)

wara l-iżbark jew it-trasbord, jivverifikaw u jieħdu nota tal-kwantitajiet tal-ħut, skont l-ispeċi, li jibqgħu abbord;

(j)

jevalwaw jekk ikunx hemm evidenza ċara sabiex wieħed jemmen li bastiment kien involut f’sajd IUU jew f’attivitajiet relatati mas-sajd li jappoġġaw dan is-sajd;

(k)

lill-kaptan tal-bastiment jipprovdulu r-rapport bir-riżultat tal-ispezzjoni, inklużi l-miżuri possibbli li jistgħu jittieħdu, sabiex jiffirmah hu u l-ispettur. Il-firma tal-kaptan fuq ir-rapport issir biss biex turi li kiseb kopja tar-rapport. Il-kaptan għandu jingħata l-opportunità li jżid kummenti jew oġġezzjonijiet fir-rapport u, kif ikun xieraq, li jikkuntattja lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat tal-bandiera, b’mod partikolari meta l-kaptan ikollu diffikultajiet serji biex jifhem il-kontenut tar-rapport. Il-kaptan għandu jingħata kopja tar-rapport; u

(l)

meta jkun meħtieġ u possibbli, jagħmlu arranġamenti għat-traduzzjoni tad-dokumentazzjoni rilevanti.”.


Top