Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1967

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1967 tat-8 ta' Novembru 2016 li temenda l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2002/757/KE dwar miżuri fitosanitarji proviżorji ta' emerġenza sabiex ma jitħalliex id-dħul u l-firxa fil-Komunità tal-Phytophthora ramorum Werres, De Cock & Man in 't Veld sp. nov. (notifikata bid-dokument C(2016) 7075)

    C/2016/7075

    ĠU L 303, 10.11.2016, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/04/2022; Impliċitament imħassar minn 32021R2285

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/1967/oj

    10.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 303/21


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1967

    tat-8 ta' Novembru 2016

    li temenda l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2002/757/KE dwar miżuri fitosanitarji proviżorji ta' emerġenza sabiex ma jitħalliex id-dħul u l-firxa fil-Komunità tal-Phytophthora ramorum Werres, De Cock & Man in 't Veld sp. nov.

    (notifikata bid-dokument C(2016) 7075)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/757/KE (2), il-pjanti u l-injam suxxettibbli jistgħu jiddaħħlu fit-territorju tal-Unjoni biss jekk ikunu jikkonformaw mal-miżuri fitosanitarji ta' emerġenza li jinsabu fil-punti 1a u 2 tal-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni. It-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2002/757/KE jipprevedi deroga għall-injam isserrat mingħajr qoxra tal-Acer macrophyllum Pursh u tal-Quercus spp. L., li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka. Dan jista' jiddaħħal fl-Unjoni sat-30 ta' Novembru 2016 mingħajr ma jkun jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 2 tal-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni sakemm ikun jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni.

    (2)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/893 (3) tistipula r-rekwiżiti għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' injam isserrat mingħajr qoxra tal-Acer spp. li joriġina minn pajjiżi terzi. Huwa meqjus li dawk ir-rekwiżiti huma meħtieġa għall-protezzjoni fitosanitarja tat-territorju tal-Unjoni mill-organiżmu Anoplophora glabripennis (Motschulsky) u ma jista' jkun hemm ebda deroga minn dan li tista' tiġi ġġustifikata. Għaldaqstant, dik l-ispeċi ta' injam isserrat mingħajr qoxra ma għandhiex tibqa' suġġetta tad-deroga prevista fid-Deċiżjoni 2002/757/KE.

    (3)

    Fid-dawl tal-informazzjoni li jibagħtu perjodikament l-Istati Membri lill-Kummissjoni, wieħed jista' jikkonkludi li l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2002/757/KE hija biżżejjed biex timpedixxi l-introduzzjoni ta' organiżmi ta' ħsara fl-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jibqgħu japplikaw dawk il-kundizzjonijiet rigward l-injam isserrat mingħajr qoxra tal-Quercus spp. L. li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka. Il-valutazzjoni tal-informazzjoni teknika li tressqet mill-Istati Uniti turi li l-Programm ta' Ċertifikazzjoni tat-Tnixxif fil-Fran ta' Injam Iebes Isserrat (Kiln Drying Hardwood Lumber Certificate (“Certificate of Kiln Drying”)), imsemmi fl-Artikolu 6 a (3) tad-Deċiżjoni 2002/757/KE, qiegħed jaħdem b'mod effikaċi.

    (4)

    Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni tad-deroga dwar l-injam isserrat mingħajr qoxra tal-Quercus spp. L. li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka għandha tiġi estiża sal-31 ta' Diċembru 2026 biex ikun evitat kull tfixkil bla bżonn tan-negozju ta' dak l-injam.

    (5)

    Għalhekk, id-Deċiżjoni 2002/757/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Emenda tad-Deċiżjoni 2002/757/KE

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2002/757/KE hija emendata b'dan li ġej:

    “B'deroga mill-ewwel sottoparagrafu, sal-31 ta' Diċembru 2026, l-injam isserrat mingħajr qoxra tal-Quercus spp. L. li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka, jista' jiddaħħal fl-Unjoni mingħajr ma jikkonforma mal-punt 2 tal-Anness I ta' din id-Deċiżjoni, dejjem jekk jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.”

    Artikolu 2

    Indirizzati

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/757/KE tad-19 ta' Settembru 2002 dwar miżuri fitosanitarji proviżorji ta' emerġenza biex jipprevjenu l-introduzzjoni u l-firxa fil-Komunità ta' Phytophthora ramorum Werres, De Cock & Man in 't Veld sp. nov. (ĠU L 252, 20.9.2002, p. 37).

    (3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/893 tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar miżuri biex l-Anoplophora glabripennis (Motschulsky) ma jiddaħħalx fl-Unjoni u ma jinxteridx fi ħdanha (ĠU L 146, 11.6.2015, p. 16).


    Top