Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1817

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1817 tas-7 ta' Ottubru 2016 li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju ta' Spanja fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 278, 14.10.2016, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1817/oj

    14.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 278/45


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1817

    tas-7 ta' Ottubru 2016

    li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju ta' Spanja fil-Kumitat tar-Reġjuni

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

    Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

    Billi:

    (1)

    Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Nhar il-5 ta' Ottubru 2015, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1792 (4), is-Sinjura María Victoria PALAU TÁRREGA ġiet sostitwita mis-Sinjura Elena CEBRIÁN CALVO bħala membru supplenti.

    (2)

    Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sinjura Elena CEBRIÁN CALVO, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Huwa b'dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

    Sr. D. Joan CALABUIG RULL, Delegado para la Unión Europea y Relaciones Externas de la Generalidad Valenciana.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ottubru 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. LAJČÁK


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1792 tal-5 ta' Ottubru 2015 li taħtar ħames membri Spanjoli u ħames membri supplenti Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 28).


    Top