Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1700

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1700 tas-7 ta' April 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA. 15836 (2012/C) (ex NN 34/2000 u NN 34 A/2000) implimentata mill-Awstrija (notifikata bid-dokument C(2016) 1972)

    C/2016/1972

    ĠU L 260, 27.9.2016, p. 104–152 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1700/oj

    27.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 260/104


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1700

    tas-7 ta' April 2016

    dwar l-Għajnuna mill-Istat SA. 15836 (2012/C) (ex NN 34/2000 u NN 34 A/2000) implimentata mill-Awstrija

    (notifikata bid-dokument C(2016) 1972)

    (It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

    Wara li talbet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom (1),

    Billi:

    (1)

    Permezz ta' sentenza tas-27 ta' Ottubru 2011 (2), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem: il-Qorti) kkonfermat id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza (3) (issal-Qorti Ġenerali) li permezz tagħha d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 2037 tat-30 ta' Ġunju 2004 fil-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat NN 34 A/2000 dwar il-programmi ta' kwalità u t-tikketti tal-kwalità ta' AMA Biosiegel (minn hawn 'il quddiem: il-bijotikketta) u AMA Gütesiegel (minn hawn 'il quddiem: it-tikketta tal-kwalità) ġiet annullata.

    (2)

    Wara s-sentenza tal-Qorti, il-Kummissjoni hija mitluba li tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma ma' dik is-sentenza. Għalhekk, hija għandha tadotta deċiżjoni ġdida.

    (3)

    Is-sentenzi ċċitati hawn fuq huma l-kulminazzjoni ta' proċedura li l-istadji prinċipali tagħha huma stipulati hawn taħt.

    1.   PROĊEDURA QUDDIEM IL-KUMMISSJONI

    1.1.   BIDU TAL-PROĊEDIMENTI — ILMENTI

    (4)

    Wara żewġ ilmenti tal-21 ta' Settembru 1999 u tal-5 ta' Novembru 1999, li ġew irreġistrati fit-23 ta' Settembru 1999 u fl-20 ta' Jannar 2000 rispettivament, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Awstrijaċi, permezz ta' ittra tal-15 ta' Frar 2000, sabiex ifornu informazzjoni xierqa dwar il-miżuri ta' għajnuna relatati mal-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni ta' Agrarmarkt Austria Marketing GesmbH (AMA Marketing), sussidjarja ta' Agrarmarkt Austria (AMA).

    (5)

    L-awtoritajiet Awstrijaċi fornew l-informazzjoni mitluba permezz ta' ittra tal-20 ta' Marzu 2000, li ġiet irreġistrata fil-21 ta' Marzu 2000.

    (6)

    Permezz ta' ittra tal-4 ta' April 2000, li ġiet irreġistrata fis-7 ta' April 2000, it-tieni kwerelant issottometta informazzjoni addizzjonali.

    (7)

    Waslet informazzjoni addizzjonali mit-tieni kwerelant fit-18 ta' Mejju 2000 u fit-30 ta' Mejju 2001, li ġew irreġistrati fis-26 ta' Mejju 2000 u fis-6 ta' Ġunju 2001, rispettivament. It-tielet ilment dwar l-istess suġġett ġie riċevut mill-Kummissjoni nhar it-22 Jannar 2003.

    1.2.   KAWŻA NN 34/2000 U L-QASMA AMMINISTRATTIVA

    (8)

    Abbażi tal-informazzjoni riċevuta fl-ilmenti, il-Kummissjoni għarrfet lill-awtoritajiet Awstrijaċi permezz ta' ittra tad-19 ta' Ġunju 2000 li l-miżuri kkonċernati kienu rreġistrati bħala għajnuna mhux innotifikata (NN 34/2000) u talbet lill-awtoritajiet Awstrijaċi sabiex jissottomettu aktar informazzjoni. L-awtoritajiet Awstrijaċi wieġbu permezz ta' ittra tad-29 ta' Settembru 2000, li ġiet irreġistrata fl-istess jum, u permezz ta' ittra tas-16 ta' Ottubru 2000, li ġiet irreġistrata fis-17 ta' Ottubru 2000. Intalbet informazzjoni addizzjonali permezz ta' ittra tal-15 ta' Ottubru 2001, li l-awtoritajiet Awstrijaċi wieġbu għaliha permezz ta' ittra tas-7 ta' Novembru 2001. Permezz ta' ittra tad-19 ta' Diċembru 2002, l-awtoritajiet Awstrijaċi pprovdew informazzjoni addizzjonali u għarrfu lill-Kummissjoni dwar id-direttivi ta' AMA (interni) mmodifikati (AMA Richtlinien) li jirregolaw l-attivitajiet ta' reklamar għal prodotti li juru t-tikketta tal-kwalità ta' AMA u l-bijotikketta ta' AMA li daħlu fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2002.

    (9)

    Permezz ta' din l-ittra, li kienet tinkludi formola ta' notifika mimlija, l-awtoritajiet Awstrijaċi sostnew li għandhom jiġu nnotifikati l-miżuri tat-tikketta tal-kwalità u tal-bijotikketta tal-AMA implimentati skont ir-regoli interni ġodda (4). Madankollu, il-Kummissjoni sostniet li din l-ittra ma setgħetx titqies bħala notifika tal-għajnuna ġdida minħabba li d-direttivi mmodifikati dwar l-AMA kienu diġà daħlu fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2002 u, b'hekk, ġew implimentati qabel kwalunkwe approvazzjoni tal-miżuri ta' għajnuna li kienu bbażati fuqhom (5).

    (10)

    Wara talba mill-awtoritajiet Awstrijaċi datata u riċevuta fit-8 ta' Marzu 2004, il-Kummissjoni ddeċidiet li taqsam il-kawża NN 34/2000. In-numru tar-reġistrazzjoni NN 34 A/2000 ingħata għall-eżaminazzjoni li tikkonċerna d-dispożizzjonijiet dwar il-bijotikketta tal-AMA u t-tikketta tal-kwalità tal-AMA applikabbli wara s-26 ta' Settembru 2002, filwaqt li, taħt in-numru tar-reġistrazzjoni NN 34/2000, il-Kummissjoni indirizzat il-miżuri li jikkonċernaw il-bijotikketta tal-AMA u t-tikketta tal-kwalità tal-AMA qabel is-26 ta' Settembru 2002, kif ukoll il-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni l-oħrajn mill-AMA.

    (11)

    Għal raġunijiet amministrattivi interni, fis-16 ta' Marzu 2004 infetaħ dossier ġdid NN 34B/2000 rigward il-miżuri implimentati qabel is-26 ta' Settembru 2002. Il-Kummissjoni tinnota li din il-kawża ma għandha ebda impatt fuq is-sustanza tal-proċedura preżenti.

    (12)

    Ir-regoli interni ġodda tal-AMA introduċew disinn ġdid għat-tikketti u għamlu standards ta' kwalità ġodda applikabbli għall-prodotti li juru waħda minn dawn it-tikketti. Mill-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-awtoritajiet Awstrijaċi u l-eżaminazzjoni dettaljata tat-tikketti u l-istandards ta' kwalità ġodda, deher li dawn kienu adottati biex jikkonformaw mar-regoli ġodda tal-Komunità.

    (13)

    Filwaqt li l-verżjoni l-ġdida tar-regoli interni tal-AMA ma stipulatx il-kundizzjonijiet dwar l-oriġini tal-prodotti, l-att legali bażiku li jirregola l-AMA, l-Att dwar l-AMA, xorta rrefera biss għal prodotti nazzjonali. F'dan ir-rigward, permezz ta' ittra datata d-19 ta' Diċembru 2002 u rreġistrata fit-23 ta' Diċembru 2002, l-awtoritajiet Awstrijaċi kkonfermaw li, skont ir-regoli ġodda, it-tikketti tal-AMA huma disponibbli għall-prodotti kollha, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, filwaqt li impenjaw ruħhom għall-adattament sussegwenti tal-Att dwar l-AMA. Abbażi tar-raġunijiet imsemmija fuq, is-servizzi tal-Kummissjoni kienu tal-fehma li l-iskema ta' għajnuna mhux innotifikata rreġistrata bħala NN 34/2000 kienet immodifikata sostanzjalment mis-26 ta' Settembru 2002 sabiex tkun konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u, għal din ir-raġuni, kienet ġustifikata valutazzjoni separata tal-iskema wara dik id-data.

    1.3.   GĦAJNUNA MHUX INNOTIFIKATA FIL-KAWŻA NN 34 A/2000 WARA L-QASMA

    (14)

    Rigward il-kawża NN 34 A/2000, ġiet ipprovduta informazzjoni addizzjonali mill-awtoritajiet Awstrijaċi permezz ta' ittri tat-2 ta' April 2004 (irreġistrata fil-5 ta' April 2004), tad-19 ta' April 2004, tad-29 ta' April 2004, tal-4 ta' Mejju 2004, tas-7 ta' Mejju 2004, tat-13 ta' Mejju 2004, tad-9 ta' Ġunju 2004, tas-16 ta' Ġunju 2004 u tal-24 ta' Ġunju 2004, kollha rreġistrati fil-jum tal-wasla tagħhom.

    (15)

    Permezz tad-deċiżjoni C(2004) 2037, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tqajjem ebda oġġezzjoni għal dik il-miżura u qisitha bħala kompatibbli mas-suq komuni skont it-tifsira tal-Artikolu 87(3)(ċ) tal-KE (issal-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE), fis-sens li kienet konformi mal-kundizzjonijiet imposti mill-punti 13 u 14 tal-Linji Gwida tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu (6) (minn hawn 'il quddiem: il-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006) u mil-Linji Gwida tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat għar-reklamar tal-prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE u ta' ċerti prodotti mhux elenkati fl-Anness I (7) (minn hawn 'il quddiem: il-Linji Gwida dwar ir-Reklamar). L-iskema ta' għajnuna eżaminata fil-kawża NN 34 A/2000 kienet limitata fiż-żmien sal-31 ta' Diċembru 2008 għall-miżuri kollha tat-tikketta tal-kwalità (AMA Gütesiegel) u għall-miżuri ta' sostenn għall-kwalità tal-bijotikketta (Biozeichen), filwaqt li l-miżuri ta' reklamar tal-bijotikketta (Biozeichen) kienu limitati fiż-żmien sal-31 ta' Marzu 2006.

    (16)

    Skont id-deċiżjoni, il-miżuri kollha implimentati minn AMA u AMA Marketing qabel is-26 ta' Settembru 2002, li baqgħu soġġetti għall-kawża NN 34/2000, kienu espressament esklużi mill-eżaminazzjoni fil-kawża NN 34 A/2000. Madankollu, f'dan ir-rigward, mhuwiex ċar meta ddaħħlu fis-seħħ ir-regoli interni ġodda ta' AMA, jiġifieri, jekk il-miżuri ta' għajnuna ngħatawx abbażi tar-regoli l-ġodda diġà mis-26 ta' Settembru 2002, id-data li fiha daħlu fis-seħħ ir-regoli, jew jekk kienx hemm perjodu tranżitorju wara s-26 ta' Settembru 2002, li matulu l-għajnuna kompliet tingħata skont ir-regoli l-antiki.

    (17)

    Fit-tweġiba tal-14 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Awstrijaċi sostnew li ma applika ebda perjodu tranżitorju u li r-regoli l-ġodda ddaħħlu fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2002.

    1.4.   NOTIFIKA TAL-MIŻURI TA' KUMMERĊJALIZZAZZJONI TA' AMA (KUMMERĊJALIZZAZZJONI ĠENERIKA, KUMMERĊJALIZZAZZJONI BARRA L-AWSTRIJA U RIĊERKA TAS-SUQ) — N 239/2004

    (18)

    Fit-28 ta' Mejju 2004, l-awtoritajiet Awstrijaċi nnotifikaw il-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni ta' AMA, li jinkludu miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni ġenerika, miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni barra l-Awstrija u riċerka tas-suq. L-iskema ta' għajnuna rreġistrata taħt in-numru tal-għajnuna mill-Istat N 239/2004 kienet approvata mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 3945 tal-20 ta' Ottubru 2004. Permezz tad-deċiżjoni C(2010) 377 tal-21 ta' Jannar 2010, il-Kummissjoni approvat, taħt l-għajnuna mill-Istat bin-numru N 496/2009, kontinwazzjoni tal-iskema ta' għajnuna msemmija fuq sal-31 ta' Diċembru 2013. Dawn id-deċiżjonijiet mhumiex affettwati mid-deċiżjonijiet tal-Qorti ċċitati hawn fuq u l-miżuri approvati mhumiex soġġetti għad-deċiżjoni preżenti.

    1.5.   ESTENSJONI TA' NN 34 A/2000

    (19)

    Permezz ta' ittra tal-15 ta' Marzu 2006, irreġistrata fl-istess jum, l-awtoritajiet Awstrijaċi nnotifikaw estensjoni sal-31 ta' Diċembru 2010 għall-miżuri li jirrigwardjaw il-bijotikketta (8) (l-iskema ta' għajnuna mill-Istat N 175/2006 approvata mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 2281 tat-2 ta' Ġunju 2006). Permezz ta' ittra tad-19 ta' Novembru 2008, l-Awstrija nnotifikat estensjoni sal-31 ta' Diċembru 2013 tal-miżura ta' għajnuna NN 34 A/2000 rigward it-tikketta tal-kwalità u l-bijotikketta, li skadiet fil-31 ta' Diċembru 2010. Fl-istess ħin, l-għajnuna nnotifikata li kienet irreġistrata bħala N 589/2008 u approvata permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 1092 tal-25 ta' Frar 2009 issostitwixxiet il-miżura ta' għajnuna N 175/2006.

    (20)

    Id-deċiżjoni preżenti ma tikkonċernax l-iskemi ta' għajnuna approvati u deskritti fuq N 175/2006, N 589/2008, N 239/2004 u N 496/2009.

    (21)

    Is-suġġetti tad-deċiżjoni preżenti huma l-miżuri mhux innotifikati ta' AMA taħt l-iskema ta' għajnuna NN 34/2000 (li tkopri l-perjodu qabel is-26 ta' Settembru 20022) u l-miżuri ta' AMA li kienu indirizzati mid-deċiżjoni annullata tal-Kummissjoni NN 34 A/2000 (li tkopri l-perjodu wara s-26 ta' Settembru 2002).

    2.   PROĊEDIMENTI QUDDIEM IL-QRATI TAL-UNJONI (IL-QORTI ĠENERALI U L-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA) U D-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ

    2.1.   PROĊEDIMENTI QUDDIEM IL-QORTI ĠENERALI — KAWŻA T-375/04

    (22)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża NN 34 A/2000 kienet ikkontestata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza (issal-Qorti Ġenerali) mill-kwerelanti msemmija fil-premessa (4) fis-17 ta' Settembru 2004. Il-kawża kienet irreġistrata bħala T-375/04.

    (23)

    Fis-sentenza tagħha tat-18 ta' Novembru 2009, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-Kummissjoni kellha tibda l-proċedura ta' investigazzjoni formali minħabba l-eżistenza ta' kontradizzjoni bejn (i) il-kliem tal-Att dwar l-AMA tal-1992 li, skont il-Qorti Ġenerali, jillimita l-iskema għal prodotti nazzjonali, u (ii) id-direttivi interni tal-AMA u l-assigurazzjonijiet tal-awtoritajiet Awstrijaċi, li sostnew li l-iskema kienet miftuħa għal prodotti minn Stati Membri oħrajn. Il-Qorti Ġenerali sabet li din il-kontradizzjoni kienet biżżejjed sabiex toħloq dubji serji dwar il-kompatibbiltà tal-iskema mas-Suq Intern.

    (24)

    Għalhekk, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet (il-paragrafu 86 tas-sentenza) li l-Kummissjoni kellha tibda l-proċedura pprovduta mill-Artikolu preċedenti 88(2) tal-KE (issal-Artikolu 108(2) tat-TFUE). Abbażi ta' dan, il-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża NN 34 A/2000.

    2.2.   PROĊEDIMENTI QUDDIEM IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA — IL-KAWŻA C-47/10

    (25)

    Fis-27 ta' Jannar 2010, ir-Repubblika tal-Awstrija appellat is-sentenza msemmija hawn fuq tal-Qorti Ġenerali. L-appell ġie rreġistrat bħala l-kawża C-47/10.

    (26)

    Fis-sentenza tagħha tas-27 ta' Ottubru 2011, il-Qorti tal-Ġustizzja ma laqgħetx l-appell imressaq mir-Repubblika tal-Awstrija u laqgħet bis-sħiħ id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.

    2.3.   ID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ U L-PASSI PROĊEDURALI SUSSEGWENTI

    (27)

    Wara s-sentenza tal-Qorti, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE fil-kawża NN 34 A/2000. Wara li kkunsidrat il-motivi tas-sentenza, fid-deċiżjoni tal-ftuħ tat-12 ta' Ġunju 2012 (9), il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Awstrijaċi u lill-partijiet ikkonċernati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom fi żmien xahar bil-għan li jikkjarifikaw id-dubji rigward il-kontradizzjoni deskritta fil-premessa (23).

    (28)

    Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda kumment minn partijiet terzi.

    (29)

    L-Awstrija wieġbet permezz ta' ittra tad-29 ta' Ġunju 2012, fejn talbet għal estensjoni tad-data ta' skadenza sabiex tingħata tweġiba. Fit-13 ta' Lulju 2012, il-Kummissjoni tat estensjoni tad-data ta' skadenza sabiex tingħata tweġiba.

    (30)

    L-awtoritajiet Awstrijaċi pprovdew il-kummenti tagħhom fl-14 ta' Settembru 2012.

    (31)

    Il-Kummissjoni talbet għal informazzjoni addizzjonali permezz ta' ittra tad-19 ta' Frar 2014. L-awtoritajiet Awstrijaċi wieġbu fl-14 ta' Marzu 2014 u talbu għal estensjoni tad-data ta' skadenza sabiex iwieġbu. L-Awstrija bagħtet informazzjoni addizzjonali fis-7 ta' Mejju 2014.

    (32)

    Il-Kummissjoni bagħtet talba ġdida għall-informazzjoni fis-17 ta' Diċembru 2014. Fit-23 ta' Diċembru 2014, l-awtoritajiet Awstrijaċi talbu għal estensjoni tad-data ta' skadenza sabiex iwieġbu. Il-Kummissjoni tat din l-estensjoni permezz ta' ittra datata t-8 ta' Jannar 2015. It-tweġiba tal-awtoritajiet Awstrijaċi ġiet sottomessa fis-26 ta' Frar 2015 u fit-3 ta' Marzu 2015.

    3.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI TA' GĦAJNUNA

    3.1.   TITOLU

    (33)

    miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni ta' AMA

    3.2.   IT-TUL TA' ŻMIEN TAL-MIŻURA

    (34)

    L-Att dwar l-AMA li jistabbilixxi l-AMA daħal fis-seħħ fl-1992. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Awstrijaċi f'ittra tal-4 ta' Lulju 1997, irreġistrata fis-7 ta' Lulju 1997, il-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni ilhom fis-seħħ mill-1994, jiġifieri qabel l-1 ta' Jannar 1995, id-data meta l-Awstrija ssieħbet fl-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-miżuri ta' AMA ma ġewx ikkomunikati mill-awtoritajiet Awstrijaċi lill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikoli 143 jew 144 tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija (10).

    (35)

    Fis-sottomissjoni tal-14 ta' Settembru 2012 l-Awstrija ddikjarat li l-Kummissjoni kienet “infurmata” dwar il-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni mill-Österreichische Weinmarketing. Madankollu, l-informazzjoni pprovduta f'dik is-sottomissjoni (11) tirreferi biss għall-miżuri xierqa imposti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 93(1) tat-Trattat tal-KE (issal-Artikolu 108(1) tat-TFUE) għas-settur tal-inbid. Dawn il-miżuri ma jaqgħux fl-ambitu tad-deċiżjoni preżenti.

    (36)

    Permezz ta' ittra tas-7 ta' Frar 1997, fil-kuntest tar-rapport ta' monitoraġġ tal-OECD, il-Kummissjoni għarrfet lill-Awstrija li l-miżuri ta' promozzjoni ta' AMA jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u konsegwentement talbet lill-awtoritajiet Awstrijaċi sabiex jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa bil-għan li jivvalutaw dawk il-miżuri skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fis-seħħ u jimlew il-formoli ta' notifika rilevanti. Permezz ta' ittra tat-23 ta' Ġunju 1997, l-awtoritajiet Awstrijaċi pprovdew l-informazzjoni mitluba u formola ta' notifika mimlija. (12)

    (37)

    Fis-sottomissjoni tagħhom tal-14 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Awstrijaċi sostnew li l-ittra tat-23 ta' Ġunju 1997 kienet tikkostitwixxi notifika valida u li, mal-iskadenza tal-perjodu ta' xahrejn, l-Istat Membru kien intitolat li jemmen li kienet teżisti approvazzjoni valida għall-għajnuna mill-Istat għal dawk il-miżuri.

    (38)

    Fir-rigward tad-data tal-għeluq tal-implimentazzjoni, għandha ssir distinzjoni bejn l-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni differenti ta' AMA.

    (39)

    Il-Kummissjoni tinnota f'dan ir-rigward li, permezz tad-deċiżjoni tal-20 ta' Ottubru 2004, il-Kummissjoni approvat, taħt in-numru tal-għajnuna mill-Istat N 239/2004, il-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni tal-AMA li ġejjin: miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni ġenerika (reklamar u attivitajiet ta' PR), miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni barra l-Awstrija u riċerka tas-suq.

    (40)

    Fil-qosor, fir-rigward tal-bijotikketta u tat-tikketta tal-kwalità ta' AMA, id-data tat-tmiem tal-miżura kienet il-31 ta' Diċembru 2008, għajr għall-miżuri ta' reklamar tal-bijotikketta li skadew fil-31 ta' Diċembru 2006 (ara l-premessi 15 u 19 ta' hawn fuq). F'dak li għandu x'jaqsam mal-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni l-oħrajn ta' AMA, huma applikaw sal-20 ta' Ottubru 2004, id-data li fiha ġiet approvata l-miżura nnotifikata N 239/2004 (ara l-kapitolu 1.4 u l-premessa 39 ta' hawn fuq).

    (41)

    Il-Kummissjoni tinnota wkoll li miżura ta' kampanja ta' promozzjoni taċ-ċanga minn AMA ġiet innotifikata u approvata taħt in-numru tal-għajnuna mill-Istat N 570/1998 permezz ta' ittra tal-15 ta' Diċembru 1998. It-tul ta' żmien tal-għajnuna kien limitat għal sentejn.

    (42)

    Għajr għall-miżuri koperti mid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-kawżi N 570/1998, NN 34 A/2000 u N 239/2004, il-Kummissjoni mhijiex konxja dwar miżuri ta' għajnuna approvati oħrajn relatati mal-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni ta' AMA fil-perjodu inkwistjoni.

    3.3.   AMMONT TAL-GĦAJNUNA

    (43)

    Skont l-informazzjoni pprovduta fir-rapporti tal-baġits dettaljati għas-snin 1995-1999 (13) u 2000-2008 (14), intefqu l-ammonti li ġejjin għall-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni ta' AMA:

    1995

    :

    EUR 13 084 204,72

    1996

    :

    EUR 16 241 658,38

    1997

    :

    EUR 15 306 219,65

    1998

    :

    EUR 18 217 604,15

    1999

    :

    EUR 18 158 485,48

    2000

    :

    EUR 15 867 096,22

    2001

    :

    EUR 12 092 317,52

    2002

    :

    EUR 13 538 228,32

    2003

    :

    EUR 9 044 509,01

    2004

    :

    EUR 10 559 442,86

    2005

    :

    EUR 8 994 712,20

    2006

    :

    EUR 12 193 320,12

    2007

    :

    EUR 12 285 344,67

    2008

    :

    EUR 15 087 084,71

    (44)

    Permezz ta' ittra tat-12 ta' Ġunju 2012, l-awtoritajiet Awstrijaċi ġew mistiedna jikkonfermaw iċ-ċifri msemmija fuq u jipprovdu tqassim tal-baġit kull sena għal kull kategorija ta' għajnuna (reklamar għat-tikketti tal-kwalità, reklamar għall-bijotikketti, reklamar ġeneriku, reklamar barra l-Awstrija, miżuri ta' kwalità, kif ukoll appoġġ tekniku rigward it-tikketti u l-prodotti ġeneriċi). Iċ-ċifri li ġejjin ġew ipprovduti fis-sottomissjoni tal-14 ta' Settembru 2012.

    (EUR)

     

    Werbemaßnahmen für Gütesiegel und Biozeichen

    generische Werbung

    Werbung außerhalb Österreichs

    Qualitätsmaßnahmen

    technische Hilfe für beide Siegel und generische Erzeugnisse

    Sonstiges nicht zuordenbar

    Summe

    1995

    1 299 346,00

    6 362 489,86

    3 571 312,11

    371 139,09

    582 771,80

    897 145,82

    13 084 204,68

    1996

    2 233 341,97

    8 643 529,94

    2 888 555,25

    394 070,06

    779 226,09

    1 302 935,06

    16 241 658,37

    1997

    1 711 790,25

    8 550 846,55

    2 679 179,98

    362 098,72

    752 833,66

    1 249 471,22

    15 306 220,38

    1998

    1 347 618,61

    9 607 372,32

    3 555 154,59

    689 570,37

    1 078 268,11

    1 939 620,16

    18 217 604,16

    1999

    1 950 511,57

    9 740 191,85

    3 444 902,31

    802 776,30

    874 229,94

    1 345 873,52

    18 158 485,49

    2000

    1 616 472,22

    8 148 390,41

    2 387 445,85

    1 327 850,90

    993 697,77

    1 393 239,07

    15 867 096,22

    2001

    1 537 390,80

    5 448 146,98

    2 234 769,81

    728 167,14

    899 896,37

    1 243 946,42

    12 092 317,52

    2002

    1 336 612,09

    7 237 058,31

    2 092 667,47

    381 162,95

    825 295,61

    1 665 431,89

    13 538 228,32

    2003

    1 628 162,19

    3 561 930,45

    1 487 154,69

    74 665,78

    491 988,97

    1 800 606,93

    9 044 509,01

    2004

    1 562 732,58

    4 934 174,90

    1 366 698,52

    129 725,39

    804 018,00

    1 762 093,47

    10 559 442,86

    (45)

    L-awtoritajiet Awstrijaċi pprovdew iċ-ċifri li ġejjin għall-miżuri tal-bijotikketta u t-tikketta tal-kwalità fil-perjodu 2002-2008.

    Jahr

    Gesamtkosten It. Jahresbericht

    davon AMA-Gütesiegel

    in % von Gesamt

    davon AMA-Bio-Zeichen

    in % von Gesamt

    2002

    13 538 228,32

    1 356 909,27

    10,02

    320 695,40

    2,37

    2003

    9 044 509,01

    2 139 261,31

    23,65

    829 573,19

    9,17

    2004

    10 559 442,86

    1 187 575,61

    11,25

    994 446,40

    9,42

    2005

    8 994 712,20

    1 709 859,07

    19,01

    714 448,63

    7,94

    2006

    12 193 320,12

    2 834 299,23

    23,24

    327 752,62

    2,69

    2007

    12 285 344,67

    3 466 665,92

    28,22

    641 760,86

    5,22

    2008

    15 087 995,71

    3 410 221,60

    22,60

    1 273 517,59

    8,44

    Summe

    81 703 552,89

    16 104 792,01

     

    5 102 194,69

     

    3.4.   BENEFIĊJARJI

    (46)

    Mill-informazzjoni disponibbli jidher li l-benefiċjarji tal-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni huma l-produtturi agrikoli kif ukoll l-impriżi attivi fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli, inkluża l-industrija tal-ikel.

    3.5.   BAŻI LEGALI

    (47)

    L-att legali bażiku għall-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni kollha ta' AMA huwa l-Att dwar l-AMA — Bundesgesetz über die Errichtung der Marktordnungsstelle “Agrarmarkt Austria” (il-Liġi Federali dwar l-istabbiliment tal-aġenzija li tirregola s-suq “Agrarmarkt Austria”) (15).

    (48)

    Wara talba għall-informazzjoni tat-30 ta' April 2014, l-awtoritajiet Awstrijaċi ssottomettew l-atti legali ta' implimentazzjoni kollha (Richtlinien, Verordnungen, eċċ., inklużi direttivi interni dwar l-AMA u regoli interni oħrajn) li jirregolaw it-tikketta tal-kwalità u l-bijotikketta, kif ukoll il-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni rispettivi.

    3.6.   L-AMA MARKETING U L-FINANZJAMENT PARAFISKALI TAL-MIŻURA

    (49)

    L-AMA hija korp irregolat bil-liġi pubblika stabbilit fl-1992 mill-Att dwar l-AMA u kkontrollat mill-Istat. L-iskema hija amministrata minn AMA Marketing, sussidjarja bi proprjetà sħiħa tal-AMA.

    (50)

    Fil-kawża NN 34 A/2000 l-awtoritajiet Awstrijaċi pprovdew l-informazzjoni li ġejja dwar l-istatus u l-attivitajiet ta' AMA:

    (51)

    Skont l-awtoritajiet Awstrijaċi, AMA u AMA Marketing ma jikkummerċjalizzawx prodotti jew servizzi. AMA Marketing tissorvelja l-użu tat-tikketta tal-kwalità u tal-bijotikketta, tippjana u tikkoordina l-miżuri ta' promozzjoni (reklamar, fieri, wirjiet, avvenimenti ta' PR u avvenimenti simili), tipproduċi materjal ta' informazzjoni dwar programmi u tikketti ta' kwalità, u tikkummissjona proġetti ta' riċerka dwar diversi suġġetti konnessi mal-kwalità fil-produzzjoni agrikola.

    (52)

    AMA Marketing ma twettaqx kampanji ta' reklamar jew kontrolli tal-prodotti. Minflok, AMA Marketing tagħżel impriżi privati b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE (16) u sussegwentement id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) sabiex iwettqu tali kampanji jew kontrolli.

    (53)

    L-impriżi Awstrijaċi fl-industrija tal-ikel u tal-agrikoltura jħallsu imposti obbligatorji stabbiliti mill-Att dwar l-AMA biex jiffinanzjaw sa 100 % ta' dawk il-miżuri. AMA u AMA Marketing infushom huma ffinanzjati wkoll minn dawk l-imposti.

    (54)

    L-Att dwar l-AMA (§ 21ċ(1)) jistabbilixxi li l-imposti għandhom jitħallsu għall-operazzjonijiet jew il-prodotti li ġejjin:

    ħalib meta jitwassal biex jiġi pproċessat,

    ċereali meta jiġu mitħuna,

    annimali tal-ifrat adulti, għoġġiela, ħnieżer, ħrief, nagħaġ u tjur meta jinqatlu,

    it-trobbija tat-tjur għall-produzzjoni tal-bajd,

    il-produzzjoni tal-ħxejjex u tal-frott,

    il-produzzjoni tal-patata (għajr patata tal-lamtu u patata li tintuża għall-produzzjoni tal-alkoħol),

    il-produzzjoni u l-kultivazzjoni ta' prodotti agrikoli,

    il-kultivazzjoni tal-vinji,

    l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-inbid.

    (55)

    L-ammont massimu tal-kontribuzzjonijiet huwa stabbilit ukoll fl-Att dwar l-AMA (§ 21d). Il-livell konkret tal-kontribuzzjonijiet huwa stabbilit permezz ta' regolament tal-bord amministrattiv tal-AMA (Verordnung des Verwaltungsrates).

    (56)

    Permezz ta' ittra tal-14 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Awstrijaċi kkomunikaw l-ammonti li ġejjin tal-imposti miġbura fil-perjodu 1995-2008 (18):

    1995

    EUR 13 833 026,19

    1996

    EUR 15 260 738,33

    1997

    EUR 14 340 815,84

    1998

    EUR 15 473 675,13

    1999

    EUR 15 260 405,37

    2000

    EUR 15 419 046,38

    2001

    EUR 15 228 252,40

    2002

    EUR 15 461 156,95

    2003

    EUR 13 529 199,62

    2004

    EUR 17 320 613,38

    2005

    EUR 16 003 552,29

    2006

    EUR 16 030 054,67

    2007

    EUR 15 909 792,32

    2008

    EUR 15 880 813,22

    (57)

    Permezz ta' eżempju, fis-sena 2003 inġabar total ta' EUR 13 529 199,62 f'imposti kif ġej:

    Ħalib

    7 754 833,88

    Bhejjem tal-ifrat adulti

    1 141 663,81

    Ħnieżer

    1 976 514,84

    Għoġġiela

    31 926,33

    Nagħaġ u ħrief

    34 046,38

    Tjur għall-qatla

    405 925,74

    Tiġieġ tal-bajd

    427 690,62

    Frott

    769 823,87

    Ħxejjex

    408 448,99

    Patata

    243 896,60

    Prodotti agrikoli

    334 428,56

    (58)

    Skont § 21ċ (2) tal-Att dwar l-AMA, il-prodotti li joriġinaw minn barra l-Awstrija huma eżentati minn dawn il-ħlasijiet.

    4.   IL-MIŻURI TA' AMA MARKETING

    (59)

    Permezz ta' ittra tas-16 ta' Ottubru 2000, fil-kuntest tal-proċedura NN 34/2000, l-awtoritajiet Awstrijaċi pprovdew ir-rapporti annwali għas-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999 li fihom huma elenkati l-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni kollha ta' AMA.

    (60)

    Fir-rigward tat-tikketta tal-kwalità u tal-bijotikketta, l-awtoritajiet Awstrijaċi pprovdew deskrizzjoni dettaljata fil-qafas tal-valutazzjoni tal-iskema tal-għajnuna NN 34 A/2000.

    (61)

    Abbażi ta' din l-informazzjoni, jidher li l-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni jistgħu jiġu raggruppati taħt il-kategoriji ta' għajnuna li ġejjin:

    reklamar, li jinkludi reklamar rigward it-tikketta tal-kwalità u l-bijotikketta, miżuri ta' reklamar ġeneriku u miżuri ta' reklamar barra l-Awstrija (it-taqsima 4.1 ta' hawn taħt);

    għajnuna għas-sistemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità, kontrolli tal-kwalità u kontrolli għal prodotti organiċi għall-prodotti li għandhom it-tikketta tal-kwalità u l-bijotikketta (it-taqsima 4.2 ta' hawn taħt) u

    miżuri ta' appoġġ tekniku (it-taqsima 4.3 ta' hawn taħt).

    (62)

    Deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri għal kull kategorija ta' għajnuna tingħata fil-kapitoli 4.1 sa 4.3, rispettivament.

    4.1.   MIŻURI TA' REKLAMAR

    4.1.1.   MIŻURI TA' REKLAMAR RIGWARD IT-TIKKETTA TAL-KWALITÀ U L-BIJOTIKKETTA

    (63)

    Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Awstrijaċi rigward l-iskema ta' għajnuna NN 34 A/2000, il-bijotikketta tista' tkun jew tista' ma tkunx inkludiet indikazzjoni tal-oriġini. It-tikketta tal-kwalità dejjem kienet tinkludi indikazzjoni speċifika tal-oriġini u t-tieni qasam b'kuluri u/jew simboli li jindikaw (b'mod grafiku) l-oriġini, skont l-Istat Membru jew ir-reġjun tal-produzzjoni.

    Il-logos użati u l-eliġibbiltà taħt l-iskema

    (64)

    Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Awstrijaċi dwar l-iskema ta' għajnuna NN 34 A/2000, it-tikketti kellhom l-apparenza li ġejja wara s-sena 2002:

    L-apparenza tat-tikketti mis-sena 2002  (19)

    Tikketta tal-kwalità  (20)

    (L-Awstrija)

    Tikketta tal-kwalità

    (Il-Bavarja)

    Bijotikketta

    (oriġini indikata)

    Bijotikketta

    (oriġini mhux indikata)

    Image

    Image

    Image

    Image

    (65)

    Mill-eżempji sottomessi lill-Kummissjoni għall-perjodu 1995-2002 jirriżulta li l-bijotikketta kellha l-istess apparenza bħal fil-perjodu wara l-2002, filwaqt li sal-31 ta' Diċembru 1999, it-tikketta tal-kwalità kellha disinn differenti (kif muri hawn taħt): minflok ir-referenza “AMA Gütesiegel” tpoġġiet il-kelma “Austria” (fl-istess daqs) fil-qasam ċentrali, jiġifieri l-parti viżwalment dominanti tat-tikketta.

    Apparenza tat-tikketta tal-kwalità fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 1995 sal-31 ta' Diċembru 1999 Tikketta tal-kwalità (L-Awstrija)

    Image

    (66)

    Minn Jannar 2000, it-tikketta tal-kwalità oriġinali ġiet sostitwita bit-tikketta murija hawn fuq fil-premessa 65 (21). Din hija riflessa fir-rapporti annwali minn dak il-perjodu 'l quddiem.

    (67)

    Skont l-informazzjoni pprovduta b'rabta mal-iskema ta' għajnuna NN 34 A/2000, il-bijotikketta u t-tikketta tal-kwalità ngħataw biss fir-rigward tal-prodotti li jissodisfaw ċerti kriterji ta' kwalità rigward il-metodi ta' produzzjoni, il-karatteristiċi tal-prodotti u, f'ċerti każijiet, rekwiżiti b'rabta mal-oriġini ġeografika ta' prodott.

    (68)

    L-awtoritajiet Awstrijaċi taw assigurazzjonijiet li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) ġew irrispettati fir-reklamar issussidjat.

    (69)

    Il-bijotikketta ngħatat biss fir-rigward tal-prodotti organiċi li jissodisfaw il-kriterji stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 (23).

    (70)

    It-tikketta tal-kwalità ngħatat biss għall-prodotti li ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità skont l-Artikolu 24a (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 (24). Il-prodotti li jissodisfaw il-kriterji tal-kwalità meħtieġa għall-użu tat-tikketta tal-kwalità ssodisfaw l-istandards ogħla li ġejjin skont it-tifsira tal-punt 47 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006 (25).

    Prodott

    Kriterju

    Ċanga, vitella

    valur ta' pH 36 < 5,8 fi żmien mill-inqas 36 siegħa.

    Laħam tal-majjal

    PSE-laħam tal-majjal: valur ta' pH 1 mill-inqas 30 min. wara l-qatla: 6,0 jew akbar.

     

    Huwa permess biss laħam tal-kategoriji S u E

     

    DFE-laħam tal-majjal: valur ta' pH 12 mill-inqas 12-il siegħa wara l-qatla: mass. 5,8.

    It-Turkija

    Rekwiżiti batterjoloġiċi: batterja totali massima ta' L 50 000 KbE/ċm2 u enterobacteriaceae massima ta' L 500 KbE/ċm2 qabel it-tqattigħ, valuri korrispondenti ta' L 100 000 KbE/ċm2 u L 1 000 KbE/ċm2 wara t-tqattigħ.

    Bajd

    Permessa biss trobbija fl-art u fil-beraħ.

     

    Il-parteċipazzjoni fi programm ta' kontroll u prevenzjoni tas-salmonella.

    Ħalib u prodotti tal-ħalib

    Lipopolysaccharide b'kontenut ta' ≤ 400 EU/ml

     

    Permessa biss kategorija ta' kwalità waħda ta' 4 kateogirji eżistenti.

     

    Fil-medda tat-tolleranza mikrobijoloġika, il-limiti minimi skont il-liġi Awstrijaka Milchhygieneverordnung jikkostitwixxu l-limiti massimi aċċettati għall-prodotti tat-tikketta tal-kwalità. Jekk il-medda tat-tolleranza tkun, pereżempju, 1-3 skont il-liġi, it-tikketta tal-kwalità tippermetti biss valuri sa 1.

     

    Il-kontenut ta' ħmira u moffa fi prodotti tal-ħalib iffermentat ≤ 10/ml, butir ≤ 100/g, ġobon moxx ≤ 1 000 /g.

    Għasel

    Kontenut tal-ilma b'massimu ta' 19 %, kontenut ta' HMF ≤ 20 ppm.

    Ċereali, prodotti taċ-ċereali

    Qamħ: piż hl 80 kg, kontenut ta' glutina 30 %, kontenut ta' proteini 14 %, valur ta' sedimentazzjoni 50 Eh, rati ta' tnaqqis fil-valur 250 sek; piż hl tas-segala 72 kg, amilogramma 500AE; segala tal-birra: kontenut massimu ta' proteini 12 %, kontenut tas-segala sħiħa 90 %.

    Pjanti taż-żejt u żjut tat-tisjir

    Figura ta' aċidu (SZ) 0,2 mg/kg.

     

    Figura ta' perossidu (POZ) (kampjuni friski) 1.5.

    Ġelat

    Ħalib mhux ipproċessat biss tal-kategorija (S) tal-ogħla kwalità ta' tliet kategoriji.

     

    Numru ta' batterja ≤ 50 000 (medda ta' tolleranza + 30 000 )

     

    L-ogħla valuri mikrobijoloġiċi permessi kollha aktar baxxi minn dawk fil-liġi Awstrijaka Speiseeisverordnung.

    Frott, ħxejjex, patata għall-ikel

    L-użu ta' pestiċidi u erbiċidi biss skont il-lista pożittiva tal-Produzzjoni Integrata, pereżempju, madwar 160 biss tal-madwar 300 sustanza kimika għall-protezzjoni tal-pjanti elenkati fil-liġi Awstrijaka Pflanzenschutzmittelgesetz huma permessi għall-prodotti tat-tikketta tal-kwalità.

     

    Fil-fertilizzazzjoni tan-nitroġenu tal-patata huwa permess biss 100 kg pur Nru./ettaru permess (prattika agrikola tajba fl-Awstrija: 175 kg)

     

    Mhuwiex permess skart tal-ħama.

     

    Mhijiex permessa fertilizzazzjoni mingħajr analiżi tal-ħamrija jew li tmur 'lil hinn mil-livell Ċ ta' nutrijenti (provvista ta' nutrijenti ottimali).

    (71)

    Ir-reġjun tal-oriġini ppreżentat fit-tikketti tqies bħala r-reġjun fejn sar l-ipproċessar tal-prodott u minn fejn oriġinaw il-materji primi determinanti (wertbestimmende Rohstoffe). Terz ta' tali materji primi jistgħu jiġu minn reġjuni oħrajn jekk ma jkunux jistgħu jitkabbru jew jinkisbu fir-reġjun tal-oriġini.

    (72)

    Fil-produzzjoni tal-bajd frisk, it-tiġieġ tal-bajd kellhom ikunu mwielda u msemmna fir-reġjun ikkonċernat. Fil-produzzjoni taċ-ċanga, tal-vitella, tal-majjal, tad-dundjan u tal-ħaruf, l-annimali kellhom ikunu mwielda fir-reġjun ikkonċernat.

    (73)

    Fir-rigward tal-logo użat għat-tikketta tal-kwalità, fis-sottomissjoni tagħhom ta' informazzjoni tal-14 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Awstrijaċi hemżu r-regoli applikabbli għall-perjodu sal-1999. Din l-informazzjoni turi li kemm l-atti regolatorji (AMA-Gütesiegel Richtlinien (26), Regulativ für die Verleihung des Rechts zur Führung der Urspungs- und Gütezeichen für Lebensmittel (27)) kif ukoll il-formoli tal-applikazzjoni (Antrag auf Verleihung des Herkunfts- und Gütezeichens für Lebensmittel (28)) użaw il-logo muri fil-premessa 65.

    (74)

    Wara s-sena 1999, il-logo użat għat-tikketta tal-kwalità kien identiku għal-logo muri fil-premessa 64 aktar 'il fuq.

    Spejjeż eliġibbli taħt l-iskema

    (75)

    Fir-rigward tat-tikketta tal-kwalità, abbażi tal-informazzjoni pprovduta fir-rapporti annwali għas-snin 1995 sal-1999 u dik relatata mal-iskema ta' għajnuna NN 34 A/2000, jista' jiġi konkluż li l-għajnuna ngħatat għall-ispejjeż tal-kampanji ta' reklamar maħsuba biex itejbu l-għarfien tal-kwalità tal-konsumaturi u jippromwovu t-tikketta tal-kwalità. L-għan kien li tinħoloq immaġini tat-tikketta tal-kwalità bħala gwida biex isir ix-xiri (Orientierungshilfe beim Einkauf).

    (76)

    Fir-rigward tal-bijotikketta, l-għajnuna ngħatat għall-ispejjeż tal-kampanji ta' reklamar sabiex il-konsumaturi jiġu informati dwar il-prodotti li għandhom il-bijotikketta, kif ukoll dwar ir-rekwiżiti għall-użu tat-tikketta u dwar il-biedja organika b'mod ġenerali.

    (77)

    Il-kampanji kienu jikkonsistu f'reklami fuq mezzi stampati u elettroniċi, fil-punti tal-bejgħ (POS) u f'avvenimenti pubbliċi, fi stands ta' informazzjoni b'fuljetti li jikkonċernaw il-prodotti li għandhom it-tikketta tal-kwalità jew il-bijotikketta, f'fuljetti ta' informazzjoni, bħala parti minn dewqan tal-prodotti f'fieri u okkażjonijiet pubbliċi oħrajn, kif ukoll mezzi oħrajn sabiex tinġibed l-attenzjoni tal-konsumaturi, bħal stikers mal-art (impoġġija fis-supermarkets) b'simboli u informazzjoni marbuta mat-tikketta tal-kwalità u l-bijotikketta. Il-kampanji kkonċentraw fuq gruppi ta' prodotti differenti fi żmien li jiddependi fuq is-sitwazzjoni lokali u tas-suq.

    (78)

    Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Awstrijaċi b'rabta mal-miżura NN 34 A/2000, ir-reklami jew l-attivitajiet fil-POS u f'avvenimenti pubbliċi għall-perjodu 2002-2008 ma għamlu ebda referenza għal kwalunkwe produtturi jew marki msemmija. Minflok, dawn kienu jinkludu biss informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-prodotti u l-kontrolli tal-kwalità marbuta mat-tikketta tal-kwalità sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jirrikonoxxu l-kwalità speċjali tal-prodotti li għandhom it-tikketta. L-appoġġ għall-attivitajiet tal-POS kien disponibbli għall-impriżi interessati kollha li xtaqu jorganizzaw tali kampanji fil-bini tagħhom. Dawn l-impriżi nfushom ma rċevew ebda għajnuna diretta taħt l-iskema ta' għajnuna nnotifikata.

    (79)

    Barra minn hekk, skont l-awtoritajiet Awstrijaċi, l-oriġini tal-prodott, fejn tissemma, kellha tkun il-messaġġ sekondarju fir-reklamar issussidjat. L-awtoritajiet Awstrijaċi ssottomettew eżempji rappreżentattivi ta' reklamar stampat u awdjoviżiv sabiex juru kif ġew iddisinjati r-reklami bil-għan li jkun żgurat li l-messaġġ li jikkonċerna l-oriġini dejjem jibqa' sekondarju.

    (80)

    Mill-informazzjoni relatata mal-miżura NN 34 A/2000 jidher li parti mill-miżuri tal-bijotikketta tikkonċerna attivitajiet ta' promozzjoni koffinanzjati mill-UE.

    4.1.2.   MIŻURI TA' REKLAMAR ĠENERIKU

    (81)

    L-informazzjoni pprovduta fir-rapporti annwali 1995-1999 turi li l-kampanji ta' reklamar kienu jikkonċernaw il-ħalib u prodotti tal-ħalib, il-laħam u prodotti tal-laħam, il-bajd, il-frott, il-ħxejjex u l-patata, kif ukoll prodotti pproċessati minn din il-materja prima u fjuri.

    (82)

    Il-kampanji ta' reklamar kienu jikkonsistu f'reklami fuq mezzi stampati u elettroniċi u promozzjoni tal-bejgħ f'punti ta' bejgħ (POS), fieri u avvenimenti pubbliċi. Il-promozzjoni tal-bejgħ għamlet użu minn stands ta' informazzjoni b'kampjuni ta' prodotti u fuljetti li jikkonċernaw il-prodotti rreklamati u mezzi oħrajn sabiex tinġibed l-attenzjoni tal-konsumaturi, bħal ittestjar tal-prodotti, konkorsi bi premjijiet (Gewinnspiele), kif ukoll posters, bnadar u stikers fuq il-bankini b'informazzjoni relatata mal-prodotti rreklamati. Barra minn hekk, ġew prodotti diversi materjali stampati u oħrajn sabiex jippromwovu prodotti differenti jew gruppi ta' prodotti. Tali materjali jinkludu fuljetti ta' informazzjoni, rivisti, kotba tat-tisjir, ħwejjeġ stampati u rigali promozzjonali.

    Kampanji konkreti mwettqa taħt l-iskema

    (83)

    Fl-eżempji ta' reklamar minn dak il-perjodu disponibbli għall-Kummissjoni, l-oriġini tal-prodott tidher f'kelma u simbolu mhux biss fuq it-tikketta tal-kwalità iżda wkoll f'postijiet oħra fuq il-materjal ta' reklamar.

    (84)

    Sabiex jiġu pprovduti ftit eżempji inklużi fir-rapport annwali tal-1995 u l-kampjuni sottomessi mill-Awstrija lill-Kummissjoni:

    Kampanja tal-1995 irreferiet għal “Geflügel aus Österreich”. Il-qasam viżiv prinċipali tal-logo juri l-bandiera Awstrijaka.

    Kampanja ta' reklamar tal-1995 tmexxiet taħt it-titolu “Aptit għall-Awstrija” (“Appetit auf Österreich”). Il-qasam viżiv prinċipali tal-logo (bil-kelma “Österreich”) uża l-bandiera Awstrijaka bħala sfond. Fil-parti deskrittiva tar-reklam saret referenza ċara għall-oriġini tal-prodotti “Oġġetti tal-ikel mill-Awstrija — għaliex?” (“Lebensmittel aus Österreich — warum?”).

    Fis-sena 1995 saret kampanja li tippromwovi l-bajd mill-Awstrija bħala “Bajd ta' kwalità mill-Awstrija” (“Qualitätseier frisch aus Österreich”).

    Ġie sottomess materjal promozzjonali dwar il-frawli lill-Kummissjoni bil-logo “Frott mill-Awstrija” (“Obst aus Österreich”).

    Saret kampanja għall-vitella taħt il-motto “Ċanga Awstrijaka — kull biċċa hija pjaċevoli” (“Österreichisches Rindfleisch, jedes Stück ein Gustostück”).

    Saret kampanja għal-laħam tal-majjal taħt il-motto “Laħam tal-majjal mill-Awstrija — taf x'qed tiekol” (“Schweinefleisch aus Österreich, da weiß man was man isst”).

    Saret kampanja għall-ġobon taħt il-motto “Typisch Österreich, Käse mit Charakter”.

    (85)

    Ir-rapport annwali tal-1996 jiġbor fil-qosor il-missjoni ta' AMA kif ġej: “li tikkonvinċi lill-konsumaturi domestiċi, minkejja d-diversità dejjem tikber tal-oġġetti tal-ikel Ewropej, dwar il-benefiċċji tal-prodotti Awstrijaċi” (“die einheimischen Konsumenten, trotz der zunehmenden Vielfalt des europäisch werdender Lebensmittelangebotes, von den Vorzügen österreichischer Produkte zu überzeugen”) (29). Huwa mbagħad ikompli jgħid: “Il-kultivazzjoni ta'” preferenza għall-Awstrija “hija kontribut ewlieni għaż-żamma tas-sehem mis-suq għall-prodotti agrikoli tagħna”. (“Diese Kultivierung der” Präferenz für Osterreich “ist ein wesentlicher Beitrag zur Marktanteilsicherung für unsere Agrarprodukte”). L-istess rapport jiddikjara li l-kooperazzjoni bejn AMA Marketing u l-produtturi nazzjonali tant irnexxiet li l-produtturi barranin tal-ħalib u tal-butir bilkemm daħlu fis-suq Awstrijak (30).

    (86)

    Il-kapitolu finali tar-rapport intitolat “Patriotism valued by trade and the consumer” (“Patriotismus bei Handel und Konsument gefragt”) jiddikjara li s-sehem għoli mis-suq ta' prodotti nazzjonali, imqabbel mal-kompetizzjoni minn prodotti oħrajn tal-UE, kien salvagwardjat (31). Ir-rapport isemmi l-kumpaniji (bejjiegħa bl-imnut) involuti (32) fil-kampanja u jenfasizza li l-użu tal-logo aħmar-abjad-aħmar kien ikkombinat mal-enfasi fuq il-vantaġġi tal-oġġetti tal-ikel Awstrijaċi għall-konsumaturi.

    (87)

    Fir-rigward tal-kampanji u l-azzjonijiet immexxija fis-sena 1996, dawn li ġejjin huma pprovduti bħala eżempji:

    (a)

    Ir-rapport jirreferi għall-kampanja “Il-butir tagħna huwa insostitwibbli” (“Unsere Butter kann durch nichts ersetzt werden”) (33).

    (b)

    Eżempji oħrajn iċċitati fir-rapport annwali jirreferu għal laħam domestiku: “L-aqwa riċetta tal-Awstrija” (“Österreichs bestes Rezept”), “Ċanga u vitella mill-Awstrija” (“Rindfleisch aus Österreich”) (34). Il-kopertura tal-materjal distribwit tidher li kienet sinifikanti. Ir-rapport annwali jirreferi għal 400 000 kopja stampata għall-fuljett “Vitella mill-Awstrija” (“Kalbfleisch aus Österreich”) u 800 000 kopja għall-fuljett “Kollox dwar il-laħam” (“Alles über Fleisch”) (35).

    (88)

    Ir-rapport isemmi wkoll kampanji li ma jagħmlu ebda referenza għall-oriġini tal-prodotti bħal “Milch — white energy” (36) jew il-kampanja skolastika taħt is-slogan “The unbeatable apple” (“Der unbesiegbare Apfel”) (37). Dan ma jinkludi ebda referenza għal ismijiet kummerċjali jew għall-oriġini tal-prodott, iżda jirreferi biss għal karatteristiċi ġeneriċi tal-frott (nutrijenti, enerġija, vitamini u minerali eċċ.).

    (89)

    Ir-rapport annwali tas-sena 1997 isemmi li l-miżuri ta' AMA rnexxielhom “jibnu ostakoli għad-dħul għal prodotti oħrajn tal-UE” u jiċċita l-każ tal-jogurt li għalih il-produtturi nazzjonali kisbu lura sehem mis-suq ta' 15 % mill-produtturi barranin (38).

    (90)

    Għas-sena 1999, f'xi eżempji ta' reklamar, ir-reklamar huwa marbut ma' impriżi partikolari (pereżempju, reklam stampat dwar il-ġobon Awstrijak jirreferi għall-produttur tal-ġobon […….] (39) u reklamar għall-bajd Awstrijak għall-kumpanija tal-bejgħ tal-ikel bl-imnut […….] (40)).

    (91)

    Fir-reklamar għall-jogurt bit-tikketta tal-kwalità ta' AMA, intwera t-test li ġej “Jogurt mill-Awstrija” (41).

    (92)

    Ir-rapporti annwali għas-snin 1997, 1998 u 1999 jinkludu kampanji u slogans simili kif deskritti fuq.

    (93)

    Ir-rapporti annwali għas-snin 2000 u 2001 jirreferu għal kampanji bħal:

    (a)

    Reklamar tal-ħalib (“Frische Milch hat's in sich”) (42)

    (b)

    Kampanja tal-ħalib fl-iskejjel (43)

    (c)

    Il-kampanja Żgħażagħ 2000 (Jugend 2000) (44)

    (d)

    Fuljett għall-ġenerazzjoni ta' 'l fuq minn 50 sena (45)

    4.1.3.   MIŻURI TA' REKLAMAR BARRA L-AWSTRIJA

    (94)

    L-iskop tal-miżuri ta' reklamar kien li jgħarrfu lill-konsumaturi u lill-professjonisti dwar offerti ta' prodotti mill-Awstrija — it-togħma u l-użu kulinari tagħhom — u li jħeġġuhom (għall-ewwel darba) jipprovaw tali prodotti.

    (95)

    Il-kampanji ta' reklamar kienu jikkonsistu f'reklami fuq il-mezzi tax-xandir, fuljetti, rigali promozzjonali, ittestjar tal-prodotti u e-mails diretti lill-konsumaturi.

    (96)

    Ir-reklamar għall-prodotti Awstrijaċi sar ukoll fil-kuntest tal-ġimgħat iddedikati għall-ikel fl-Awstrija u ta' fieri internazzjonali fl-Istati Membri tal-UE barra l-Awstrija.

    (97)

    Skont l-awtoritajiet Awstrijaċi, l-imposti għall-perjodu 2002-2008 imsemmija hawn fuq ma rriżultaw f'ebda effett diskriminatorju skont it-tifsira tal-Artikolu 90 tat-Trattat tal-KE (issal-Artikolu 110 tat-TFUE). B'mod partikolari, huma jiddikjaraw li ma hemmx indikazzjonijiet li l-prodotti ta' oriġini Awstrijaka kummerċjalizzati barra l-Awstrija ma jistgħux jibbenifikaw mill-miżura sal-istess punt bħall-prodotti kummerċjalizzati fl-Awstrija.

    4.2.   GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦAL PRODOTTI TA' KWALITÀ

    (98)

    Fir-rigward tat-tikketta tal-kwalità u tal-bijotikketta ta' AMA, l-għajnuna ngħatat għall-iżvilupp ta' sistemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità (studji dwar it-titjib tal-kwalità tal-produzzjoni b'mod ġenerali, l-abbozzar u d-distribuzzjoni ta' dokumenti dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità, l-iżvilupp ta' sistemi ta' informatika relatati fi ħdan AMA Marketing), kontrolli tal-kwalità u kontrolli għal prodotti organiċi (kontrolli fuq il-post minn korpi esterni u analiżijiet fil-laboratorju). Il-kontrolli tal-kwalità kollha ta' rutina tħallsu mill-pussessuri tal-liċenzji nfushom.

    (99)

    Barra minn hekk, miżura li tikkonsisti fl-introduzzjoni ta' skema ta' assigurazzjoni tal-kwalità ISO 9002 hija elenkata fir-rapporti annwali għas-snin 1995-1999.

    4.3.   MIŻURI TA' APPOĠĠ TEKNIKU

    4.3.1.   APPOĠĠ TEKNIKU GĦAT-TIKKETTA TAL-KWALITÀ U GĦALL-BIJOTIKKETTA

    (100)

    L-għajnuna ngħatat għal proġetti ta' informazzjoni ġenerali, attivitajiet ta' PR għat-tixrid ta' għarfien ġenerali dwar it-tikketti u għal kompetizzjonijiet organizzati għall-promozzjoni tat-tikketti tal-kwalità (Gewinnspiele).

    (101)

    L-ispejjeż eliġibbli kienu dawk imġarrba għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' informazzjoni u għall-produzzjoni ta' fuljetti, katalogi, newsletters u kontribuzzjonijiet fuq l-Internet.

    (102)

    L-għan kien li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni fattwali dwar il-programm tat-tikketta tal-kwalità u tal-bijotikketta ta' AMA b'mod ġenerali, bħall-orjentazzjoni tal-kwalità tal-programm tat-tikketta tal-kwalità, il-kontenut tat-tikketti u s-sistemi ta' kontroll.

    (103)

    Skont l-informazzjoni mill-awtoritajiet Awstrijaċi, il-miżuri msemmija hawn fuq ma kinux jikkonċernaw gruppi ta' prodotti speċifiċi u lanqas ma kienu jipperswadu lill-klijenti sabiex jixtru prodott partikolari.

    4.3.2.   APPOĠĠ TEKNIKU GĦAL INFORMAZZJONI DWAR PRODOTT ĠENERIKU, INKLUŻA RIĊERKA TAS-SUQ

    (104)

    Skont ir-rapporti annwali, fil-perjodu mill-1995 sal-1999 ingħatat għajnuna għal attivitajiet ta' PR u informazzjoni ġenerali, l-organizzazzjoni ta' fieri u l-parteċipazzjoni fihom u r-riċerka tas-suq

    (105)

    L-attivitajiet ta' PR u informazzjoni ġenerali, li għalihom ingħatat għajnuna, kienu mmirati biex jippreżentaw il-karatteristiċi ġeneriċi tal-oġġetti tal-ikel u indirizzaw tħassib ta' interess ġenerali, bħall-għoti ta' pariri u informazzjoni f'każ ta' skandlu tal-ikel. L-attivitajiet ta' PR kienu jinkludu wkoll it-titjib tal-bażi ta' komunikazzjoni fil-mezzi tax-xandir u l-mezzi użati, bħal stqarrijiet għall-istampa, konferenzi stampa, servizz tal-istampa, newsletters, jiem għall-pubbliku u lobbying.

    (106)

    Ingħatat ukoll għajnuna għall-organizzazzjoni ta' u l-parteċipazzjoni f'avvenimenti bħal kompetizzjonijiet, konferenzi, seminars u sessjonijiet ta' ħidma fl-Awstrija, kif ukoll f'“ġimgħat Awstrijaċi” u fieri fi Stati Membri oħrajn tal-UE.

    (107)

    L-għajnuna għar-riċerka tas-suq ingħatat għat-tħejjija ta' studji dwar dejta tas-suq ġenerali dwar l-ikel, l-iżvilupp tas-swieq, l-imġiba tal-konsumaturi, ix-xejriet u l-analiżijiet tal-bejgħ tal-prodotti agrikoli rilevanti.

    5.   INTENSITAJIET TAL-GĦAJNUNA

    (108)

    L-għajnuna kienet tkopri 100 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni ta' AMA.

    (109)

    Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Awstrijaċi, l-għajnuna għal prodotti ta' kwalità u għal appoġġ tekniku rigward it-tikketta tal-kwalità u l-bijotikketta qatt ma kienet aktar minn EUR 100 000 għal kull benefiċjarju f'perjodu ta' tliet snin.

    (110)

    F'dak li għandu x'jaqsam mal-miżuri ta' kontroll rigward l-użu tat-tikketta tal-kwalità, l-awtoritajiet Awstrijaċi kkonfermaw li l-għajnuna kienet eliminata sal-2009.

    6.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

    6.1.   IL-PREŻENZA TA' GĦAJNUNA

    (111)

    L-Artikolu 107(1) tat-TFUE li jipprojbixxi l-għajnuna mill-Istat japplika jekk għajnuna tingħata minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerta merkanzija, sakemm din taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

    6.1.1.   GĦAJNUNA MOGĦTIJA MILL-ISTAT JEW PERMEZZ TA' RIŻORSI TAL-ISTAT

    (112)

    Fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-fondi bħala riżorsi tal-Istat, ma hemm bżonn li ssir ebda distinzjoni bejn il-każijiet fejn l-għajnuna titħallas direttament mill-Istat jew fejn titħallas minn korpi pubbliċi jew privati maħtura jew stabbiliti mill-Istat għal dak l-iskop (46).

    (113)

    Il-Kummissjoni tinnota li fil-kawża preżenti l-għajnuna tingħata mhux direttament mill-Istat, iżda minn AMA, korp intermedju stabbilit bil-liġi u kkontrollat mill-Istat (ara l-premessa 49). AMA tamministra u għandha l-proprjetà sħiħa ta' AMA Marketing, li abbażi tagħha jista' jiġi preżunt li hija teżerċita influwenza deċiżiva fuq tal-aħħar. Għalhekk, għall-fini ta' din it-taqsima, AMA u AMA Marketing ser jiġu vvalutati flimkien. Għalhekk, għandu jiġi eżaminat jekk l-imposti miġbura minn AMA jistgħux jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat imputabbli lill-Istat.

    (114)

    AMA u AMA Marketing ġew stabbiliti bil-liġi. L-Istat jistabbilixxi l-objettivi ta' dawn il-korpi (l-Artikolu 2 tal-liġi dwar l-AMA), l-istruttura tal-ġestjoni tagħhom (l-Artikoli 4-17 tal-liġi dwar l-AMA) u l-kompożizzjoni tal-bord tat-tmexxija (ara wkoll il-premessa 118). Għalhekk, dawn il-korpi huma kkontrollati mill-Istat. L-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni tagħhom huma ffinanzjati minn imposti parafiskali (ara l-premessi 49 u 53) (47). Il-liġi dwar l-AMA (l-Artikolu 21a(1)) tistabbilixxi l-użu tal-imposti miġbura. AMA hija soġġetta għal skrutinju mill-istituzzjonijiet tal-Istat, bħall-Qorti tal-Awdituri Awstrijaka (48). Barra minn hekk, l-Artikolu 29 tal-liġi dwar l-AMA jiddikjara li, meta twettaq proċeduri amministrattivi, AMA tapplika l-Att dwar il-Proċedura Amministrattiva Ġenerali (allgemeines Verwaltungsverfahrensgesetz).

    (115)

    Id-deċiżjonijiet tal-AMA jistgħu jiġu kkontestati fil-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali) (49). Skont il-verżjoni tal-2004 tal-liġi dwar l-AMA, id-deċiżjonijiet ta' AMA jistgħu jiġu kkontestati mal-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Forestrija.

    (116)

    Il-ġbir tal-kontribuzzjoni skont il-Liġi dwar l-AMA huwa kompetenza tal-AMA. AMA għandha l-kompetenza li tispezzjona l-bini jew iż-żoni agrikoli u li titlob għal rapporti jew evidenza mill-impriżi responsabbli għall-imposta (50). Ir-reati kontra l-liġi dwar l-AMA huma punibbli mill-awtorità amministrattiva distrettwali (Bezirksverwaltungsbehörde) b'multa sa massimu ta' EUR 3 630 (51). Tentattiv biex wieħed jaħrab ir-regoli tal-AMA huwa punibbli wkoll. F'każ li l-multa ma tkunx tista' tinġabar, jista' jiġi impost perjodu ta' priġunerija sa massimu ta' sitt ġimgħat (52).

    (117)

    L-awtoritajiet Awstrijaċi ddikjaraw li l-iskop tal-imposta, l-ambitu tagħha u l-livell massimu tal-imposta huma stabbiliti mil-Liġi dwar l-AMA (53). Il-livell konkret tal-imposta huwa stabbilit mill-bord tat-tmexxija ta' AMA (Verwaltungsrat der Agrarmarkt Austria). Il-bord tat-tmexxija jistabbilixxi l-livell konkret tal-imposta abbażi tas-sitwazzjoni tas-suq ta' kull prodott ikkonċernat, l-iżvilupp tal-bejgħ, is-sitwazzjoni tad-dħul tal-prodotti domestiċi fl-Awstrija u barra u l-ħtieġa għal u l-adegwatezza tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni (54).

    (118)

    Il-bord tat-tmexxija ta' AMA huwa kompost minn 4 membri li jirrappreżentaw lill-Kamra tal-Agrikoltura (Landwirtschaftskammer Österreich), il-Kamra Federali tax-Xogħol (Bundesarbeitskammer), il-Kamra tal-Ekonomija (Wirtschaftskammer Österreich) u l-Federazzjoni Awstrijaka tat-Trade Unions (Österreichischer Gewerkschaftsbund) (55).

    (119)

    Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni vverifikat l-applikazzjoni tal-ġurisprudenza Pearle għall-kawża inkwistjoni. Fil-15 ta' Lulju 2004, il-Qorti tal-Ġustizzja rrimarkat fis-sentenza tagħha fil-kawża Pearle  (56) li l-kontribuzzjonijiet obbligatorji imposti minn korp intermedjarju fuq l-impriżi kollha f'settur kummerċjali jistgħu jitqiesu bħala li ma jikkostitwixxux riżorsi mill-Istat meta jiġu ssodisfati l-erba' kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

    il-miżura inkwistjoni hija adottata mill-organizzazzjoni professjonali li tirrappreżenta l-impriżi u l-impjegati f'settur kummerċjali u ma tintużax bħala strument għall-implimentazzjoni ta' politika adottata mill-Istat;

    b'hekk, l-objettivi adottati huma ffinanzjati kompletament minn kontribuzzjonijiet mill-impriżi fis-settur;

    il-metodu ta' finanzjament u l-perċentwal/ammont tal-kontribuzzjonijiet huma adottati fl-organizzazzjoni professjonali tas-settur kummerċjali mir-rappreżentanti tal-impjegaturi u l-impjegati, mingħajr ebda intervent mill-Istat;

    il-kontribuzzjonijiet għandhom jintużaw għall-finanzjament tal-miżura, mingħajr ebda possibbiltà ta' intervent mill-Istat.

    (120)

    Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tqis li l-iskema ma tissodisfax dawn il-kundizzjonijiet kollha.

    (121)

    Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni, għandu jiġi nnotat li l-finanzjament tal-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni huwa amministrat mhux minn organizzazzjoni professjonali li tirrappreżenta lis-settur, iżda minn AMA Marketing, korp pubbliku stabbilit u kkontrollat mill-Istat (ara l-premessa 49 u l-Artikolu 3 tal-Att dwar l-AMA).

    (122)

    F'dak li għandu x'jaqsam mat-tielet kundizzjoni, l-imposta u l-ammont massimu tal-kontribuzzjonijiet jiġu imposti permezz tal-liġi (jiġifieri permezz tal-Att dwar l-AMA) u miġbura minn korp ikkontrollat mill-Istat u mhux minn organizzazzjoni professjonali tas-settur kummerċjali. Barra minn hekk, skont l-Att dwar l-AMA, l-imposta hija obbligatorja (ara l-premessa 53). Dawn l-elementi juru l-intervent tal-Istat rigward il-metodu ta' finanzjament tal-għajnuna.

    (123)

    B'hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kawża preżenti hija differenti mill-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom il-kontribuzzjonijiet analizzati fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Pearle kienu meqjusa bħala li ma jikkostitwixxux riżorsi tal-Istat.

    (124)

    Fit-30 ta' Mejju 2013, fil-kawża Doux Élevage, il-Qorti tal-Ġustizzja wieġbet mistoqsija li rreferiet għal deċiżjoni preliminari dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta' riżorsi tal-Istat (57).

    (125)

    Fis-sentenza tagħha, il-Qorti kkonkludiet li deċiżjoni tal-awtorità nazzjonali li testendi, għal dawk kollha li jaħdmu fis-settur agrikolu, ftehim li, fil-qafas ta' organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta mill-awtorità nazzjonali, jintroduċi kontribuzzjoni maħsuba biex tippermetti l-implimentazzjoni ta' miżuri dwar il-komunikazzjoni, il-promozzjoni, ir-relazzjonijiet esterni, l-assigurazzjoni tal-kwalità, ir-riċerka u d-difiża tal-interessi tas-settur ikkonċernat u, b'hekk, jagħmel l-obbligu li titħallas il-kontribuzzjoni applikabbli b'mod ġenerali u ma tikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat.

    (126)

    Fis-Sentenza tagħha, il-Qorti qieset li l-kontribuzzjonijiet inkwistjoni kienu ġejjin minn operaturi ekonomiċi privati li jeżerċitaw attività fis-swieq ikkonċernati, li jfisser li l-mekkaniżmu ma jinvolvi ebda trasferiment dirett jew indirett ta' riżorsi tal-Istat. Il-fondi li jinħolqu mill-ħlasijiet ma jgħaddux mill-baġit tal-Istat jew minn entità pubblika oħra u l-Istat ma jirrinunzja għall-ebda riżorsa, irrispettivament mill-forma (bħal taxxi, imposti, kontribuzzjonijiet jew oħrajn) li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, kellhom jiġu ttrasferiti fil-baġit tal-Istat.

    (127)

    Kuntrarju għal din il-kawża, il-kawża preżenti ma tinvolvix kontribuzzjonijiet (volontarji) stabbiliti b'mod kollettiv minn organizzazzjoni interprofessjonali. Kif muri fil-premessa 53 ta' hawn fuq, l-impriżi Awstrijaċi fl-industrija tal-ikel u tal-agrikoltura jħallsu imposti obbligatorji stabbiliti mill-Att dwar l-AMA. Għalhekk, l-imposti mhumiex ta' natura privata, iżda jiġu ordnati b'mandat mill-Istat permezz ta' att leġiżlattiv.

    (128)

    Barra minn hekk, kuntrarju għall-kawża Doux Élevage, AMA ma tikkonċernax il-kontribuzzjonijiet introdotti minn organizzazzjonijiet privati. Kif muri hawn fuq fil-premessi 49 sa 54, il-kontribuzzjonijiet jiġu stabbiliti mill-Istat u amministrati minn AMA, korp irregolat bil-liġi pubblika stabbilit mill-Att dwar l-AMA u kkontrollat mill-Istat. AMA Marketing, sussidjarja bi proprjetà sħiħa tal-AMA, tamministra l-iskema.

    (129)

    Fil-kawża Doux Élevage, il-Qorti kienet tal-fehma li l-kontribuzzjonijiet inkwistjoni żammew il-karattru privat tagħhom kompletament u l-awtoritajiet nazzjonali fil-fatt ma tħallewx jużaw dawk ir-riżorsi primarjament biex jappoġġjaw ċerti negozji. Minflok, kienu l-organizzazzjonijiet interprofessjonali kkonċernati li ddeċidew dwar l-użu ta' dawk ir-riżorsi u, konsegwentement, dawk ir-riżorsi kienu ddedikati kompletament għall-issodisfar tal-għanijiet stabbiliti minn dawk l-organizzazzjonijiet. Barra minn hekk, ir-riżorsi ma kinux kontinwament soġġetti għal monitoraġġ pubbliku u ma kinux disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istat.

    (130)

    Kuntrarju għall-kawża Doux Élevage, fil-kawża preżenti, l-għanijiet segwiti minn AMA mhumiex stabbiliti minn organizzazzjoni privata li tiddeċiedi dwar l-użu ta' dawn ir-riżorsi, iżda fl-att leġiżlattiv li jirregola l-korp pubbliku (jiġifieri l-Att dwar l-AMA, ara l-premessa 54).

    (131)

    Għalhekk, il-kundizzjonijiet tal-kawża Doux Élevage għall-preżunzjoni tal-eżistenza tar-riżorsi privati mhumiex issodisfati.

    (132)

    Għar-raġunijiet imsemmija fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-finanzjament tal-miżuri inkwistjoni mwettqa minn AMA huwa attribwibbli lill-Istat u li, b'hekk, il-fondi jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat.

    6.1.2.   VANTAĠĠ SELETTIV

    (133)

    Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, miżuri li, irrispettivament mill-forma tagħhom, jiffavorixxu direttament jew indirettament lil ċerti impriżi, jew li għandhom jitqiesu bħala vantaġġ ekonomiku li l-impriża benefiċjarja ma kinitx tikseb f'kundizzjonijiet normali tas-suq, jitqiesu bħala għajnuna (58). Barra minn hekk, miżuri li, f'diversi forom, itaffu l-imposti li normalment jiġu inklużi fil-baġit ta' impriża u li, għalhekk, mingħajr ma huma sussidji fit-tifsira stretta tal-kelma, huma simili fil-karattru u għandhom l-istess effett, jitqiesu bħala li jikkostitwixxu għajnuna (59). Il-Qorti tal-Ġustizzja rrimarkat ukoll li miżura adottata mill-awtorità pubblika u li tiffavorixxi ċerti impriżi jew prodotti ma titlifx il-karattru ta' vantaġġ gratwit minħabba l-fatt li hija kompletament jew parzjalment iffinanzjata minn kontribuzzjonijiet imposti mill-awtorità pubblika u fuq l-impriżi kkonċernati (60).

    (134)

    Mill-miżura jibbenifikaw il-kumpaniji attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli, inkluża l-industrija tal-ikel (ara l-premessa 46) permezz ta' reklamar, appoġġ għal prodotti ta' kwalità u appoġġ tekniku.

    (135)

    F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet Awstrijaċi ġew mistiedna jipprovdu aktar informazzjoni dwar l-ambitu tal-benefiċjarji, kif ukoll dwar l-għadd ta' benefiċjarji għal kull miżura ta' kummerċjalizzazzjoni. Fis-sottomissjoni tagħhom tal-14 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Awstrijaċi wieġbu li mhuwiex possibbli li jiġu identifikati l-benefiċjarji ta' kull miżura unika, minħabba li ma kinux biss il-produtturi u l-bejjiegħa bl-imnut li jużaw il-logos li bbenifikaw mill-iskema, iżda wkoll il-produtturi li ma jipparteċipawx direttament fl-iskema u, b'hekk, is-settur bħala tali. L-Awstrija sostniet li l-miżuri żiedu l-għarfien tal-konsumaturi b'mod ġenerali, sabiex b'hekk anki l-produtturi li ma jipparteċipawx fl-iskema kellhom iżidu l-kwalità tal-prodotti tagħhom.

    (136)

    Barra minn hekk, fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni talbet lill-Awstrija sabiex tikkjarifika kemm l-industrija tal-ikel tibbenifika mill-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni. L-awtoritajiet Awstrijaċi użaw l-istess argument bħal dak ta' fuq (il-premessa 135).

    (137)

    Skont il-ġurisprudenza, (61) miżura żżomm il-karattru selettiv tagħha anki jekk tapplika għal settur sħiħ (iżda mhux għal setturi oħrajn). L-argumenti tal-awtoritajiet Awstrijaċi li jsostnu li l-miżura hija ġenerali fin-natura tagħha għandhom jiġu rrifjutati.

    6.1.3.   DISTORSJONI TAL-KOMPETIZZJONI U L-EFFETT FUQ IL-KUMMERĊ

    (138)

    Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tisħiħ tal-pożizzjoni kompetittiva ta' impriża permezz tal-għoti ta' għajnuna mill-Istat ġeneralment joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni ma' impriżi kompetituri oħrajn li ma jkunux ibbenifikaw minn din l-għajnuna (62). L-għajnuna għal impriża li topera f'suq miftuħ għall-kummerċ fl-Unjoni hija soġġetta li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri (63).

    (139)

    Fil-perjodu 1995-2008 kien hemm kummerċ sostanzjali fl-Unjoni ta' prodotti agrikoli. Permezz ta' eżempju, fis-sena 2004, il-prodotti agrikoli fl-UE b'valur ta' bejn madwar EUR 183 biljun (importazzjonijiet) u madwar EUR 187 biljun (esportazzjonijiet) kienu soġġetti għal kummerċ fl-Unjoni, fejn kienu jammontaw għal madwar 57 % tal-produzzjoni agrikola totali ta' EUR 324 biljun (64).

    (140)

    Għalhekk, bil-ħsieb tal-kummerċ sostanzjali fl-Unjoni ta' prodotti agrikoli fil-perjodu rilevanti, jista' jitqies li l-miżuri li huma s-suġġett tad-deċiżjoni preżenti jfixklu jew jheddu li jfixklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, dan huwa kkonfermat minn uħud mid-dikjarazzjonijiet ta' AMA stess fir-rapporti annwali tagħha tal-perjodu rilevanti (ara l-premessi 84-90 ta' hawn fuq), li juru l-fehim ta' AMA li l-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni kienu adatti sabiex jippromwovu l-produzzjoni domestika fil-kompetizzjoni mal-produtturi minn Stati Membri oħrajn.

    (141)

    Fid-dawl ta' dak li ntqal qabel, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE huma ssodisfati. Għalhekk, jista' jiġi konkluż li l-miżuri li huma s-suġġett tad-deċiżjoni preżenti jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira ta' dak l-Artikolu.

    6.2.   AMBITU TEMPORALI TAD-DEĊIŻJONI U L-GĦAJNUNA EŻISTENTI

    (142)

    Il-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni mhux innotifikati ta' AMA taħt l-iskema ta' għajnuna NN 34/2000 u l-miżuri ta' AMA tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni annullata NN 34 A/2000 kienu s-suġġett tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2012.

    (143)

    Meta wieħed iqis li l-liġi dwar l-AMA u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħha ġew immodifikati diversi drabi, li seħħew ħafna passi proċedurali u li l-għajnuna tikkonsisti f'għadd numeruż ta' miżuri b'tul ta' żmien differenti, id-data tal-bidu u finali eżatta għall-implimentazzjoni tal-miżuri u, b'hekk, l-ambitu temporali tad-deċiżjoni jridu jiġu stabbiliti.

    (144)

    Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Awstrijaċi, il-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni ilhom fis-seħħ mill-1994, jiġifieri qabel l-1 ta' Jannar 1995, id-data meta l-Awstrija ssieħbet fl-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-miżuri ta' AMA ma ġewx ikkomunikati mill-awtoritajiet Awstrijaċi lill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikoli 143 jew 144 tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija (ara l-premessa 34) u, għalhekk, ma jistgħux jitqiesu bħala għajnuna eżistenti. Għaldaqstant, dawn il-miżuri għandhom jitqiesu bħala għajnuna ġdida mhux innotifikata mid-data tal-adeżjoni fl-1 ta' Jannar 1995 li, għalhekk, għandha titqies bħala d-data tal-bidu għall-għoti tal-għajnuna.

    (145)

    Barra minn hekk, kif deskritt fil-premessa 36, l-awtoritajiet Awstrijaċi jsostnu li, permezz ta' ittra tat-23 ta' Ġunju 1997, huma pprovdew formola ta' notifika mimlija rigward il-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni ta' AMA li għalihom il-Kummissjoni naqset milli tirreaġixxi matul il-perjodu preskritt ta' xahrejn (65). Fil-fehma tagħhom, din kienet notifika valida u, wara l-perjodu ta' xahrejn, l-għajnuna għandha titqies bħala approvata u, b'hekk, tikkwalifika bħala għajnuna eżistenti. L-istess linja ta' argument tintuża f'opinjoni legali mehmuża mas-sottomissjoni tal-informazzjoni mill-25 ta' Frar 2015.

    (146)

    Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' dan l-argument. Billi l-miżuri kienu diġà implimentati qabel l-1997, l-ittra ta' hawn fuq ma tistax titqies bħala notifika valida tal-miżuri li jikkonformaw mal-Artikolu 108(3) tat-TFUE u, b'hekk, l-għajnuna ma tikkwalifikax bħala għajnuna eżistenti. Skont is-sentenza ta' Lorenz, l-għajnuna titqies biss bħala għajnuna eżistenti jekk tkun għadha ma ġietx implimentata meta l-miżura ġiet innotifikata lill-Kummissjoni; f'każ ta' nuqqas ta' implimentazzjoni minn qabel, l-għajnuna tista' titqies biss bħala għajnuna eżistenti jekk, wara perjodu ta' xahrejn, l-Istat Membru jkun ta notifika minn qabel lill-Kummissjoni. Madankollu, l-awtoritajiet Awstrijaċi implimentaw il-miżura qabel notifika formali u ma taw ebda notifika minn qabel lill-Kummissjoni. Għalhekk, l-ittra msemmija fuq tat-23 ta' Ġunju 1997 ma tittrasformax il-miżura preżenti f'għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 108(1) tat-TFUE.

    (147)

    Fid-dawl tal-informazzjoni u l-kunsiderazzjonijiet imsemmija fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li, fir-rigward tal-ambitu temporali tad-deċiżjoni, id-data tal-bidu tal-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni kollha ta' AMA hija l-1 ta' Jannar 1995 (ara l-premessi 34 u 144).

    (148)

    Fir-rigward tad-data tat-tmiem tal-implimentazzjoni, permezz ta' ittra tal-14 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Awstrijaċi kkonfermaw li l-miżuri nnotifikati bħala l-iskema ta' għajnuna N 239/2004 huma relatati ma' parti waħda mill-miżuri ta' AMA investigati taħt il-kawża numru NN 34/2000 (wara modifika sostanzjali tal-miżuri sabiex jikkonformaw mar-regoli applikabbli (ara l-premessa 39).

    (149)

    Fl-istess ittra, l-awtoritajiet Awstrijaċi kkonfermaw li, fil-perjodu wara s-sena 2002, AMA Marketing ma implimentat ebda miżura ta' għajnuna għajr dawk koperti minn NN 34 A/2000 u N 239/2004 (u l-estensjonijiet sussegwenti tagħhom (66)).

    (150)

    Mill-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Awstrijaċi, jirriżulta li l-iskema ta' għajnuna approvata N 570/1998 mhijiex relatata mal-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni ta' AMA li huma s-suġġett ta' din id-deċiżjoni.

    (151)

    F'dak li għandu x'jaqsam mal-bijotikketta u mat-tikketta tal-kwalità ta' AMA, id-data tat-tmiem għall-għoti tal-għajnuna kienet il-31 ta' Diċembru 2008, għajr għall-miżuri ta' reklamar tal-bijotikketta li skadew fil-31 ta' Diċembru 2006 (ara l-premessi 15 u 19).

    (152)

    Il-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni l-oħrajn ta' AMA applikaw sal-20 ta' Ottubru 2004, id-data li fiha ġiet approvata d-deċiżjoni N 239/2004 (ara l-kapitolu 1.4 u l-premessa 39 ta' hawn fuq). Għalhekk, l-ambitu tad-deċiżjoni preżenti jikkonċerna l-perjodu mill-1 ta' Jannar 1995 sal-31 ta' Diċembru 2008 għall-miżuri kollha għajr għall-miżuri ta' reklamar tal-bijotikketta, fejn il-perjodu rilevanti jkun mill-1 ta' Jannar 1995 sal-31 ta' Diċembru 2006 u l-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni l-oħrajn fejn il-perjodu rilevanti jkun mill-1 ta' Jannar 1995 sal-20 ta' Ottubru 2004.

    7.   ILLEGALITÀ TAL-GĦAJNUNA

    (153)

    Skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha tkun infurmata dwar kwalunkwe pjanijiet li tagħti jew tbiddel l-għajnuna. Skont l-Artikolu 1(f) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, għajnuna ġdida li tiddaħħal fis-seħħ f'kontravenzjoni tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE hija għajnuna illegali. L-obbligu sabiex tiġi notifikata għajnuna mill-Istat huwa stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.

    (154)

    L-Awstrija ma għarrfitx lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE, dwar id-dispożizzjonijiet li jintroduċu l-miżuri u l-imposta li tiffinanzjahom qabel jiddaħħlu fis-seħħ.

    (155)

    Kif muri hawn fuq fil-kapitolu 6, il-miżuri implimentati mill-Awstrija jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Kif iddikjarat fil-premessa 34, il-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni ilhom fis-seħħ mill-1994, jiġifieri qabel l-1 ta' Jannar 1995, id-data meta l-Awstrija ssieħbet fl-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-miżuri ta' AMA qatt ma ġew ikkomunikati mill-awtoritajiet Awstrijaċi lill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikoli 143 jew 144 tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija. Għalhekk, l-għajnuna kienet tikkostitwixxi għajnuna ġdida fil-mument tal-adeżjoni u l-awtoritajiet Awstrijaċi kellhom jinnotifikawha. Fin-nuqqas ta' notifika xierqa, l-għajnuna hija illegali skont id-dispożizzjonijiet rispettivi tat-TFUE (f'dan ir-rigward ara wkoll il-premessa (144)).

    (156)

    Barra minn hekk, kif deskritt fil-premessi 9, 36 u 148, la l-ittra tat-23 ta' Ġunju 1997 u lanqas l-ittra tad-19 ta' Diċembru 2002 ma jistgħu jitqiesu bħala notifika valida ta' din l-għajnuna ġdida.

    8.   VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA

    8.1.   REGOLI RIGWARD L-ORIĠINI TAL-PRODOTTI

    (157)

    Il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni NN 34 A/2000 għar-raġuni li kienet teżisti kontradizzjoni fl-Att dwar l-AMA tal-1992. Fil-paragrafu 21a tiegħu b'rabta mal-iskop tal-kontribuzzjoni, saret referenza għal prodotti nazzjonali. B'mod aktar preċiż, il-punt 1 irrefera għall-għan ta' “il-promozzjoni u l-garanzija tal-bejgħ tal-prodotti agrikoli u forestali nazzjonali u l-prodotti dderivati minnhom” (67). Il-punt 2 irrefera għal “il-promozzjoni ta' miżuri oħra ta' marketing (b'mod partikolari l-provvisti ta' servizzi u l-ispejjeż tal-persunal li huma marbuta magħhom)”.

    (158)

    Il-Qorti Ġenerali ddikjarat li r-restrizzjoni għall-prodotti nazzjonali fil-Punt 1 tal-paragrafu 21a tal-Att dwar l-AMA tal-1992 qajmet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni, li kellha twassal lill-Kummissjoni biex tibda proċedura ta' investigazzjoni formali (68).

    (159)

    Għalhekk, il-kwistjoni tal-oriġini nazzjonali tal-prodott hija element li jirrikjedi analiżi dettaljata.

    (160)

    Il-kwerelanti sostnew li t-tikketti u l-miżuri sussidjati kienu disponibbli biss għall-produtturi Awstrijaċi. F'dan ir-rigward, huma sostnew li skont il-paragrafu 21a (1) tal-Att dwar l-AMA tal-1992 huma biss il-prodotti Awstrijaċi li jibbenifikaw mill-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni ssussidjati.

    (161)

    F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet Awstrijaċi kkjarifikaw permezz ta' ittra tad-19 ta' Diċembru 2002 li l-bijotikketta u t-tikketta tal-kwalità ta' AMA kienu disponibbli għall-prodotti kollha, irrispettivament mill-oriġini tagħhom. Permezz ta' ittra tal-5 ta' Marzu 2004, l-awtoritajiet Awstrijaċi bagħtu r-regoli interni ġodda, maħruġa minn AMA Marketing u awtorizzati mill-Ministeru Federali Awstrijak tal-Agrikoltura, il-Forestrija, il-Ħarsien Ambjentali u r-Riżorsi Idroloġiċi (BMLFUW), li jirregolaw l-għoti ta' dawn it-tikketti. Skont dawn ir-regoli, it-tikketti jistgħu jingħataw għall-prodotti kollha, kemm dawk Awstrijaċi kif ukoll dawk minn Stati Membri oħrajn, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Awstrijaċi impenjaw ruħhom li jadattaw l-Att dwar l-AMA tal-1992, li kien emendat bil-liġi b'effett minn Lulju 2007. Minn dik id-data, il-paragrafu 21a (1) tal-Att dwar l-AMA ma baqa' jinkludi ebda referenza għal prodotti “nazzjonali” (69).

    (162)

    Għalhekk, filwaqt li l-perjodu wara t-30 ta' Ġunju 2007 ma jqajjem ebda problema partikolari rigward l-oriġini tal-prodotti u l-benefiċjarji ta' dawn it-tikketti jew il-miżuri, hija meħtieġa analiżi aktar dettaljata għall-perjodu qabel dik id-data. Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-miżuri differenti inklużi f'din l-iskema u l-importanza differenti tar-referenza għall-oriġini nazzjonali, hija meħtieġa analiżi separata għal kull miżura.

    (163)

    Fir-rigward tat-tikketta tal-kwalità, minn Jannar 2000, in-normi li jimplimentaw l-Att dwar l-AMA (Regulativ zur Verwendung des AMA-Gütesiegels für Lebensmittel) ma kienu jinkludu ebda referenza għal prodotti nazzjonali, iżda kienu jkopru l-prodotti kollha, irrispettivament mill-provenjenza tagħhom. L-Artikolu 23 dwar id-dikjarazzjoni tal-oriġini jirreferi espliċitament għal reġjun (pereżempju, Tiroll jew il-Bavarja) jew pajjiż (pereżempju, l-Awstrija, Franza) bħala l-oriġini tal-prodott, li b'hekk jindika li kwalunkwe reġjun/pajjiż jista' jissemma bħala l-oriġini tal-prodotti. Il-pretensjoni li t-tikketta tal-kwalità kienet disponibbli biss għal prodotti nazzjonali (jiġifieri Awstrijaċi) għandha tiġi miċħuda għall-perjodu wara din id-data.

    (164)

    Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet kollha li jirrigwardjaw l-oriġini tal-prodott jinkludu d-definizzjoni li ġejja ta' “nativ/nazzjonali” (heimisch): “F'dawn il-linji gwida, it-terminu” nativ/nazzjonali “jirreferi għar-reġjun speċifikat bħala l-oriġini tal-prodott” (“Wird in diesen Richtlinien der Begriff “heimisch” verwendet, ist darunter die im Herkunftsanteil des Zeichens angeführte Region zu verstehen.”) (70) Għal darba oħra, dan jindika li r-referenza għal “prodotti nazzjonali” użata fl-atti ta' implimentazzjoni ma tirreferix biss għall-prodotti Awstrijaċi, iżda kwalunkwe reġjun jista' jintuża bħala oriġini.

    (165)

    Minnha nnifisha, bijotikketta tirreferi primarjament għar-rekwiżiti tal-kwalità speċjali ta' prodott. It-tikketti rispettivi taħt l-iskema kellhom ir-referenza għal BIJO bħala l-messaġġ ewlieni tagħhom u kienu miftuħa għall-prodotti kollha, irrispettivament mill-oriġini tagħhom. Tal-aħħar jista' jissemma biss bħala messaġġ sussidjarju.

    (166)

    Fir-rigward tal-għajnuna għal prodotti ta' kwalità, din ingħatat għall-iżvilupp ta' skemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità, kontrolli tal-kwalità u kontrolli għall-prodotti organiċi (il-premessa 98). Minnhom infushom, tali miżuri mhumiex limitati għall-prodotti ta' oriġini nazzjonali partikolari.

    (167)

    L-għajnuna għal reklamar ġeneriku ma tqajjem ebda kwistjoni rigward l-oriġini ta' dawk il-prodotti, minħabba li l-kampanji rreklamaw jew irreferew għal prodott fi kwistjoni purament ġenerika billi ma għamlu ebda referenza għall-oriġini.

    8.2.   REGOLI APPLIKABBLI

    (168)

    Skont l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE, l-għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta' ċerti oqsma ekonomiċi tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni, meta tali għajnuna ma taffettwax b'mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ b'mod li jmur kontra l-interess komuni.

    (169)

    Skont l-avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta' għajnuna illegali (71), kwalunkwe għajnuna illegali skont it-tifsira tal-Artikolu 1(f) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 għandha tiġi evalwata skont ir-regoli applikabbli fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna.

    (170)

    Bejn l-1 ta' Jannar 2000 u l-31 ta' Diċembru 2006 applikaw il-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006. B'effett mill-1 ta' Jannar 2007, bdew japplikaw il-linji gwida tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu u tal-forestrija 2007–2013 (72) (minn hawn 'il quddiem: il-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013) skont il-punt 194 tagħhom.

    (171)

    F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li skont il-punt 196 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013, l-Istati Membri kellhom perjodu tranżitorju sal-31 ta' Diċembru 2007 sabiex iġibu l-iskemi ta' għajnuna eżistenti konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida. Id-definizzjoni ta' għajnuna eżistenti hija stipulata fl-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. Skont l-Artikolu 1(b)(ii), li japplika għall-kawża inkwistjoni, għajnuna eżistenti għandha tfisser għajnuna awtorizzata, jiġifieri, skemi ta' għajnuna u għajnuna individwali li kienu awtorizzati mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill.

    (172)

    L-iskema ta' għajnuna NN 34 A/2000 kienet tabilħaqq approvata mill-Kummissjoni fit-30 ta' Ġunju 2004. Madankollu, f'Settembru 2004, id-deċiżjoni kienet ikkontestata mill-kwerelanti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza (issal-Qorti Ġenerali), li annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni permezz ta' sentenza tat-18 ta' Novembru 2009. Din is-sentenza kienet appellata mill-Awstrija u l-Qorti tal-Ġustizzja ma laqgħetx l-appell u laqgħet is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza fis-27 ta' Ottubru 2011.

    (173)

    L-awtoritajiet Awstrijaċi jsostnu li l-iskema inkwistjoni kienet tikkostitwixxi l-għajnuna eżistenti u kellha tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida ġodda għall-perjodu 2007-2013 biss mill-1 ta' Jannar 2008. Fis-sottomissjoni tagħha tal-14 ta' Settembru 2012, l-Awstrija tirreferi wkoll għall-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi u ssostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni kienet annullata biss fl-2011.

    (174)

    Skont il-ġurisprudenza (73) rigward l-aspettattivi leġittimi, “fejn jiġi ppreżentat rikors għal annullament, il-benefiċjarju ma jistax ikollu tali ċertezza sakemm il-qorti Komunitarja tkun għadha ma tatx deċiżjoni b'mod definittiv”. Għalhekk, ma tista' tiġi invokata ebda aspettattiva leġittima fil-kawża inkwistjoni.

    (175)

    Bħala konsegwenza, l-iskema ta' għajnuna NN 34 A/2000 ma setgħetx tikkwalifika bħala għajnuna eżistenti abbażi tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ġunju 2004 u, għalhekk, il-perjodu tranżitorju msemmi fil-punt 196 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013 ma japplikax. L-iskema ta' għajnuna kellha tinġieb f'konformità mal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013 mill-1 ta' Jannar 2007.

    8.3.   GĦAJNUNA GĦALL-MIŻURI TA' REKLAMAR

    (176)

    Fir-rigward tal-miżuri ta' reklamar, il-kompatibbiltà tal-għajnuna mogħtija fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 1995 sal-31 ta' Diċembru 2001 għandha tiġi vvalutata fid-dawl tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-involviment tal-Istat fil-promozzjoni ta' prodotti agrikoli u tas-sajd (74) (minn hawn 'il quddiem: il-Komunikazzjoni tal-1986) u l-Qafas għall-għajnuna nazzjonali għar-reklamar ta' prodotti agrikoli u ċerti prodotti mhux elenkati fl-Anness II għat-Trattat tal-KEE, minbarra prodotti tas-sajd (75) (minn hawn 'il quddiem: il-Qafas tar-Reklamar tal-1987).

    (177)

    L-għajnuna mogħtija mill-1 ta' Jannar 2002 għandha tiġi vvalutata fid-dawl tal-linji gwida tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat għar-reklamar tal-prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE u ta' ċerti prodotti mhux elenkati fl-Anness I (minn hawn 'il quddiem: il-Qafas tar-Reklamar tal-2001) (76).

    (178)

    Meta tivvaluta l-għajnuna mill-Istat għar-reklamar tal-prodotti agrikoli mogħtija wara l-1 ta' Jannar 2007, il-Kummissjoni tapplika t-Taqsima VI.D tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013.

    8.3.1.   AMBITU TAR-REKLAMAR

    (179)

    Il-Qafas tar-Reklamar tal-1987 japplika għar-reklamar, definit bħala kwalunkwe operazzjoni li tuża l-mezzi (bħall-istampa, ir-radju, it-TV jew posters) li huma maħsuba biex jipperswadu lill-konsumaturi jixtru l-prodott rilevanti. Huwa jeskludi mill-ambitu tiegħu l-operazzjonijiet ta' promozzjoni fis-sens usa' tal-kelma, bħat-tixrid ta' għarfien xjentifiku lill-pubbliku ġenerali, l-organizzazzjoni ta' fieri kummerċjali jew wirjiet, il-parteċipazzjoni f'dawn u f'eżerċizzji simili tar-relazzjonijiet pubbliċi, inklużi stħarriġ u riċerka tas-suq (77).

    (180)

    Fil-prinċipju, l-ambitu tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001 huwa l-istess bħal dak tal-Qafas tar-Reklamar tal-1987 deskritt hawn fuq, madankollu b'xi differenzi. L-ewwel bidla sostantiva tikkonċerna l-fatt li l-operaturi ekonomiċi żdiedu bħala d-destinatarji potenzjali tar-reklamar (78). It-tieni bidla tikkonċerna l-fatt li d-definizzjoni ta' reklamar kienet estiża sabiex tikkomprendi l-attivitajiet ta' reklamar (bħad-distribuzzjoni ta' materjal għal dak l-iskop) immirati għall-konsumaturi fil-punt tal-bejgħ (79).

    (181)

    L-ambitu tat-Taqsima IV.D tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013 huwa identiku għall-ambitu tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001 (80).

    (182)

    Kemm il-Qafas tar-Reklamar tal-1987 kif ukoll il-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001 japplikaw għall-attivitajiet ta' reklamar iżda mhux għall-attivitajiet ta' promozzjoni. L-għajnuna għall-kategorija tal-aħħar hija kklassifikata bħala għajnuna teknika li għaliha japplikaw regoli speċifiċi.

    (183)

    Fil-każ preżenti, l-għajnuna ngħatat għal kampanji ta' reklamar li jużaw mezzi tax-xandir differenti u mezzi oħrajn ta' pubbliċità. Il-kampanji ta' reklamar kienu jikkonċernaw

    il-bijotikketta u t-tikketta tal-kwalità,

    il-prodotti ġeneriċi u

    r-reklamar barra l-Awstrija.

    (184)

    Mill-informazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet Awstrijaċi, jista' jiġi konkluż li l-għan tal-miżuri kien li jipperswadu lill-konsumaturi jixtru l-prodott rilevanti (ara l-premessi 75 u 94). Għalhekk, il-miżuri msemmija hawn fuq jaqgħu fl-ambitu tar-reklamar u għandhom jiġu analizzati fid-dawl tar-regoli applikabbli.

    8.3.2.   GĦAJNUNA GĦAR-REKLAMAR FIL-PERJODU MILL-1 TA' JANNAR 1995 SAL-31 TA' DIĊEMBRU 2001

    Il-kundizzjonijiet għall-kompatibbiltà

    (185)

    Il-kompatibbiltà tal-għajnuna mogħtija qabel l-1 ta' Jannar 2002 għandha tiġi vvalutata fid-dawl tal-Komunikazzjoni tal-1986 u tal-Qafas tar-Reklamar tal-1987 (il-premessa 176).

    Kundizzjonijiet ġenerali

    (186)

    Il-punt 2.2 tal-Qafas tar-Reklamar tal-1987 jipprojbixxi l-għajnuna għar-reklamar b'rabta ma' impriżi partikolari.

    (187)

    Il-punt 3 jistipula l-kundizzjoni li r-reklamar għandu jikkonċerna mill-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin (kriterji pożittivi):

    prodotti agrikoli żejda,

    prodotti ġodda jew prodotti ta' sostituzzjoni li għadhom mhumiex żejda,

    l-iżvilupp ta' ċerti reġjuni,

    l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju, jew

    ir-reklamar ta' prodotti ta' kwalità għolja u ikel tajjeb għas-saħħa.

    (188)

    Fl-aħħarnett, skont il-punt 4 tal-Qafas tar-Reklamar tal-1987, l-għajnuna mogħtija taħt il-qafas imsemmi hawn fuq ma għandhiex taqbeż l-ammont li impenja s-settur innifsu għal kampanja ta' reklamar partikolari, li jfisser li intensità tal-għajnuna massima ta' 100 % tista' tkun permessa biss jekk il-kummerċ ikun ikkontribwixxa għal mill-inqas 50 % tal-ispiża, permezz ta' kontribuzzjonijiet volontarji jew inkella permezz tal-ġbir ta' imposti parafiskali jew kontribuzzjonijiet obbligatorji. Għalhekk, hija permessa intensità tal-għajnuna massima ta' 100 %.

    Ksur tal-Artikolu 30 tal-KEE

    (189)

    Kemm il-punt 2 tal-Komunikazzjoni tal-1986 kif ukoll il-punt 2.1. tal-Qafas tar-Reklamar tal-1987 (81) jenfasizzaw il-fatt li l-għajnuna għar-reklamar ma tistax titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni jekk il-materjal ta' promozzjoni jikser l-Artikolu 30 tat-Trattat tal-KEE (issal-Artikolu 34 tat-TFUE).

    (190)

    Skont il-punt 2.1 tal-Komunikazzjoni tal-1986, il-kampanji promozzjonali ġeneriċi li ma jagħmlu ebda referenza għall-oriġini tal-prodott, il-kampanji promozzjonali tal-esportazzjoni organizzati fi Stati Membri oħrajn, kif ukoll il-kampanji fis-suq domestiku li jippromwovu kwalitajiet jew varjetajiet speċifiċi ta' prodotti li ma jagħmlu ebda referenza speċifika għall-oriġini nazzjonali tal-prodott, għajr dawk li jistgħu jkunu evidenti mir-referenzi li saru għall-kwalitajiet jew varjetajiet ikkonċernati jew għad-denominazzjoni normali tal-prodott, ma jiksrux l-Artikolu 34 tat-TFUE.

    (191)

    B'kuntrast ma' dan, skont il-punt 2.2 tal-Komunikazzjoni tal-1986, il-kampanji li ġejjin jiksru b'mod ċar l-Artikolu 30 tat-Trattat tal-KEE (issal-Artikolu 34 tat-TFUE): kampanji promozzjonali li jagħtu pariri lill-konsumaturi biex jixtru prodotti nazzjonali biss minħabba l-oriġini nazzjonali tagħhom jew kampanji promozzjonali maħsuba biex jiskoraġġixxu x-xiri ta' prodotti minn Stati Membri oħrajn jew imaqdru dawk il-prodotti f'għajnejn il-konsumatur (promozzjoni negattiva).

    (192)

    Barra minn hekk, il-punt 2.3 tal-Komunikazzjoni tal-1986 jistipula li l-kampanji promozzjonali fis-suq domestiku ta' Stat Membru, minħabba r-referenzi magħmula għall-oriġini nazzjonali tal-prodotti, u sakemm ma jiġux osservati ċerti restrizzjonijiet, jistgħu jkunu miftuħa għal oġġezzjoni skont l-Artikolu 30 tat-Trattat tal-KEE (issal-Artikolu 34 tat-TFUE).

    (193)

    Skont il-punt 2.3.1 tal-Komunikazzjoni tal-1986, il-kampanji promozzjonali li jiġbdu l-attenzjoni għall-varjetajiet jew għall-kwalitajiet tal-prodotti manifatturati fi Stat Membru fil-prattika mhumiex limitati għall-ispeċjalitajiet nazzjonali jew reġjonali u ta' spiss jiġbdu l-attenzjoni għall-kwalitajiet partikolari tal-prodotti manifatturati fi Stat Membru u għall-oriġini nazzjonali tal-prodotti, anki jekk dawk il-prodotti u l-kwalitajiet tagħhom ikunu simili għall-prodotti manifatturati band'oħra. Jekk issir enfasi bla bżonn fuq l-oriġini nazzjonali tal-prodott f'tali kampanji promozzjonali, hemm periklu ta' ksur tal-Artikolu 30 tat-Trattat tal-KEE (issal-Artikolu 34 tat-TFUE).

    (194)

    Għalhekk, il-Komunikazzjoni tal-1986 talbet lill-Istati Membri biex jiżguraw, b'mod partikolari, li l-linji gwida li ġejjin jiġu rrispettati strettament:

    L-identifikazzjoni tal-pajjiż produttur b'kelma jew b'simbolu setgħet issir diment li jinżamm bilanċ raġonevoli bejn ir-referenzi għal, fuq naħa waħda, il-kwalitajiet u l-varjetajiet tal-prodott u, fuq in-naħa l-oħra, l-oriġini nazzjonali tiegħu.

    Ir-referenzi għall-oriġini nazzjonali għandhom ikunu sussidjarji għall-messaġġ ewlieni mwassal lill-konsumaturi permezz tal-kampanja u ma jikkostitwixxux ir-raġuni prinċipali għaliex il-konsumaturi qegħdin jingħataw il-parir sabiex jixtru l-prodott.

    Il-kwalitajiet tal-prodotti li kienet permessibbli li ssemmi kienu jinkludu t-togħma, l-aroma, il-freskezza, il-maturità, il-valur għall-flus, il-valur nutrittiv, il-varjetajiet disponibbli, l-utilità (riċetti, eċċ.). Bil-maqlub, kellhom jiġu evitati espressjonijiet superlattivi bħal “l-aqwa”, “bl-aktar togħma tajba”, “l-ifjen” u espressjonijiet bħal “il-ħaġa reali” jew kampanji promozzjonali li, minħabba r-referenza li jagħmlu għall-oriġini nazzjonali, iwasslu biex il-prodott promoss jitqabbel mal-prodotti ta' Stati Membri oħrajn. Ir-referenzi għall-kontroll tal-kwalità għandhom isiru biss meta l-prodott ikun soġġett għal sistema ġenwina u oġġettiva ta' kontroll tal-kwalitajiet tiegħu.

    Valutazzjoni

    (195)

    F'opinjoni legali mehmuża mas-sottomissjoni tal-informazzjoni mill-25 ta' Frar 2015, l-awtoritajiet Awstrijaċi jsostnu li l-ksur tal-Artikolu 30 tat-Trattat tal-KEE (issal-Artikolu 34 tat-TFUE) għandu jiġi vvalutat f'“perspettiva storika” u li fil-perjodu mill-1995 sal-2002 ma kien hemm ebda kawża fil-Qorti fejn it-test u l-messaġġ grafiku ta' tikketta tqiesu bħala li jiksru l-Artikolu 30 tat-Trattat tal-KEE. Fil-fehma tal-Kummissjoni, dan l-argument mhuwiex rilevanti. Kif muri hawn fuq, kemm il-Komunikazzjoni tal-1986 (82) kif ukoll il-Qafas tar-Reklamar tal-1987 kienu jinkludu linji gwida dettaljati u espress għall-Istati Membri dwar kif għandhom jiddisinjaw il-miżuri tagħhom sabiex jevitaw il-ksur tal-Artikolu 30 tat-Trattat tal-KEE.

    (196)

    Abbażi tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni għall-perjodu qabel l-2002, ma kienx possibbli li tiġi vvalutata l-kompatibbiltà tal-miżuri ta' reklamar mar-regoli msemmija fuq fiż-żmien li tittieħed id-deċiżjoni tal-ftuħ. Għalhekk, l-awtoritajiet Awstrijaċi ġew mistiedna jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-kundizzjonijiet imsemmija fuq.

    (197)

    It-tweġiba pprovduta mill-awtoritajiet Awstrijaċi fl-14 ta' Settembru 2012 ma kinitx tinkludi biżżejjed informazzjoni sabiex tkun tista' ssir valutazzjoni tal-kompatibbiltà (l-awtoritajiet Awstrijaċi rreferew biss għar-rapporti annwali għas-snin 1995-2001). Għalhekk, fid-19 ta' Frar 2014 intbagħtet talba oħra għall-informazzjoni dwar dawn il-punti u l-Awstrija pprovdiet tweġiba fil-5 ta' Mejju 2014.

    (198)

    F'din tal-aħħar, l-awtoritajiet Awstrijaċi ddikjaraw li l-kampanji ta' reklamar kienu jikkonċernaw prodotti agrikoli żejda u/jew ir-reklamar ta' prodotti ta' kwalità għolja. Għalhekk, il-kriterji pożittivi stipulati fil-punt 3 tal-Qafas tar-Reklamar tal-1987 kienu rrispettati.

    (199)

    Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Awstrijaċi, ir-reklamar ma għamel ebda referenza għal impriżi partikolari.

    (200)

    Fir-rigward tal-intensità tal-għajnuna massima, l-imposti mis-settur kienu jikkostitwixxu aktar minn 50 % tal-ammont ta' għajnuna (ara wkoll il-premessi 43 u 56). Għalhekk, il-kriterju tal-punt 4 tal-Qafas tar-Reklamar tal-1987 rigward l-intensità tal-għajnuna huwa ssodisfat.

    (201)

    Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji fir-rigward ta' ksur potenzjali tal-Artikolu 30 tat-Trattat tal-KEE (issal-Artikolu 34 tat-TFUE). Fil-fehma preliminari tal-Kummissjoni, ir-referenza għall-oriġini nazzjonali fit-tikketta tal-kwalità ma kinitx tidher li hija sussidjarja (ara l-premessa 65). Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li f'ħafna materjal ta' reklamar, ir-referenza għall-oriġini tal-prodott ma kinitx limitata għat-tikketta tal-kwalità, iżda kienet tidher ukoll fi bnadi oħra fir-reklam (ara l-premessa 83).

    (202)

    Għalhekk, fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Awstrijaċi ntalbu jiddeskrivu l-apparenza tat-tikketta tal-kwalità u tal-bijotikketta fil-perjodu 1995-2001 u jipprovdu eżempji rappreżentattivi tal-materjal ta' promozzjoni fejn intużaw it-tikketti.

    (203)

    Fl-14 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Awstrijaċi wieġbu li r-rapporti annwali dwar l-għajnuna mill-Istat ipprovduti għas-snin 1995-2004 diġà kienu jinkludu din l-informazzjoni. Permezz ta' ittra tad-19 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni wieġbet li din l-informazzjoni ma kinitx biżżejjed sabiex issir analiżi tal-kompatibbiltà u talbet għal rendikont dettaljat (jiġifieri skedi ta' notifika) abbażi tar-regoli applikabbli fil-mument tal-miżura. Din il-valutazzjoni ġiet ipprovduta bit-tweġiba tal-5 ta' Mejju 2014.

    (204)

    Il-kriterji speċifiċi tal-kompatibbiltà għat-tipi differenti ta' reklamar huma analizzati hawn taħt.

    Għajnuna għal reklamar ġeneriku

    (205)

    Fir-rigward tar-referenza għal impriżi partikolari f'xi kampanji ta' reklamar (il-premessa 90), il-Kummissjoni tinnota li, skont il-punt 2.2 tal-Qafas tar-Reklamar tal-1987, l-għajnuna għar-reklamar relatat ma' impriżi partikolari hija pprojbita.

    (206)

    Fis-sottomissjoni tagħhom tal-14 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Awstrijaċi sostnew li l-impriżi msemmija kkontribwixxew għal uħud mill-ispejjeż tal-kampanja (Druck und Werbeeinschaltung). Madankollu, tali kampanji li jirreferu għal impriżi partikolari ma jistgħux jiġu approvati skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (il-punt 2.2 tal-Qafas tar-Reklamar tal-1987). Il-fatt li l-impriżi kkontribwixxew parzjalment għall-ispejjeż relatati mal-kampanja ma jbiddilx din il-valutazzjoni.

    (207)

    Mill-informazzjoni disponibbli jidher li wħud mill-kampanji ta' reklamar ġeneriku rreferew espliċitament għall-oriġini tal-prodott (jiġifieri l-Awstrija) (ara l-eżempji pprovduti fil-premessi 84 u 90).

    (208)

    Għalhekk, il-miżuri ma kinux konformi mal-punti 2.1 (83), 2.2 tal-Qafas tar-Reklamar tal-1987 u kisru l-Artikolu 30 tat-Trattat tal-KEE (issal-Artikolu 34 tat-TFUE). Għalhekk, il-Kummissjoni tqis l-għajnuna għall-miżuri ta' reklamar fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 1995 sal-31 ta' Diċembru 1999 b'referenza għall-oriġini tal-prodotti jew għal kumpaniji partikolari bħala inkompatibbli mas-suq komuni. (84)

    (209)

    Fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Diċembru 2001, il-kampanji ta' reklamar irreferew biss għall-kwalitajiet jew il-varjetajiet speċifiċi tal-prodotti mingħajr ebda referenza speċifika għall-oriġini nazzjonali tagħhom.

    (210)

    Għalhekk, għal dan il-perjodu tal-aħħar, il-kampanji ma kisrux l-Artikolu 30 tat-Trattat tal-KEE u, b'hekk, kienu konformi mal-Qafas tar-Reklamar tal-1987. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li huma kompatibbli mas-suq komuni.

    Għajnuna għat-tikketta tal-kwalità.

    (211)

    Fit-tweġiba tagħhom tal-14 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Awstrijaċi ddikjaraw li għat-tikketta tal-kwalità, intużaw l-istess tikketti bħal dawk approvati fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża N 589/2008. Għalhekk, l-awtoritajiet Awstrijaċi kkonkludew li r-referenza għall-oriġini nazzjonali kellha rwol subordinat.

    (212)

    Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-kummenti mill-awtoritajiet Awstrijaċi. Kif intwera hawn fuq (il-premessa 65), intuża logo ieħor għat-tikketta tal-kwalità fil-perjodu 1995 sal-1999. F'dan il-logo, ir-referenza għall-oriġini mhijiex sussidjarja għall-messaġġ tal-kwalità tal-logo. Kemm il-messaġġ viżiv (il-bandiera Awstrijaka) kif ukoll it-test użat jindikaw l-Awstrija bħala l-messaġġ ewlieni.

    (213)

    Għalhekk, il-punt 2.3.1 tal-Komunikazzjoni tal-1986, li talab li r-referenzi għall-oriġini nazzjonali għandhom ikunu sussidjarji għall-messaġġ ewlieni mwassal lill-konsumaturi permezz tal-kampanja u ma jikkostitwixxux ir-raġuni prinċipali għaliex il-konsumaturi qegħdin jingħataw il-parir sabiex jixtru l-prodott, ma kienx irrispettat. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis l-għajnuna għat-tikketta tal-kwalità għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 1995 sal-31 ta' Diċembru 1999 bħala inkompatibbli mas-suq komuni.

    (214)

    Fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Diċembru 2001, il-Kummissjoni tqis li l-logos il-ġodda, li kienu l-istess bħal dawk ivvalutati fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża N 589/2008, jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-Qafas tar-Reklamar tal-1987 u, b'hekk, tqis l-għajnuna relatata bħala kompatibbli mas-suq komuni.

    Għajnuna għall-bijotikketta

    (215)

    Fil-miżuri ta' reklamar għall-bijologo, kif muri hawn fuq fil-premessa 65, l-istess logos intużaw bħal fil-perjodu wara l-2002.

    (216)

    Billi dan it-tip ta' reklamar jiġbed l-attenzjoni għall-varjetajiet jew kwalitajiet ta' prodotti manifatturati fi Stat Membru, huma jaqgħu taħt il-punt 2.3.1 tal-Komunikazzjoni tal-1986, li talab li ma kellha titpoġġa ebda enfasi bla bżonn fuq l-oriġini nazzjonali tal-prodott.

    (217)

    Waħda miż-żewġ verżjonijiet tal-logo ma għamlet ebda referenza għall-oriġini tal-prodotti. L-oħra indikat l-oriġini tal-prodott bħala messaġġ sekondarju. Tal-ewwel ma esprimiet ebda problema fir-rigward ta' ksur potenzjali tal-Artikolu 30 tat-Trattat tal-KEE (issal-Artikolu 34 tat-TFUE). Fir-rigward tal-aħħar, il-kundizzjonijiet tal-punt 2.3.1 tal-Komunikazzjoni tal-1986 ġew issodisfati minħabba li:

    Il-logo żamm bilanċ raġonevoli bejn referenza, fuq naħa waħda, għall-kwalitajiet tal-prodott (jiġifieri bijoloġiku) u, fuq in-naħa l-oħra, għall-identifikazzjoni tal-pajjiż produttur b'kelma jew simbolu.

    Ir-referenza għall-oriġini nazzjonali kienet sussidjarja għall-messaġġ ewlieni mwassal lill-konsumaturi u ma kinitx tikkostitwixxi r-raġuni prinċipali għaliex il-konsumaturi kienu qed jingħataw il-parir sabiex jixtru l-prodott.

    Il-kwalitajiet tal-prodotti rreferew għall-kwalitajiet oġġettivi tal-prodott u ma ntużawx superlattivi li jirriżultaw fit-tqabbil tal-prodott promoss mal-prodotti ta' Stati Membri oħrajn.

    Ir-referenzi għall-kontroll tal-kwalità saru meta l-prodott kien soġġett għal sistema ġenwina u oġġettiva ta' kontroll tal-kwalitajiet tiegħu permezz ta' AMA.

    (218)

    Għalhekk, l-għajnuna għar-reklamar għall-bijologo għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 1995 sal-31 ta' Diċembru 2001 kienet konformi mal-kundizzjonijiet tal-Komunikazzjoni tal-1986. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis dik l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni.

    Reklamar barra l-Awstrija

    (219)

    Il-kampanji ta' reklamar organizzati barra l-Awstrija ma għamlu ebda referenza speċifika għall-oriġini nazzjonali tal-prodott għajr dik li tista' tkun evidenti mir-referenzi magħmula għall-kwalitajiet jew varjetajiet ikkonċernati jew għad-denominazzjoni normali tal-prodott. B'hekk, dawn il-kampanji kienu konformi mal-punt 2.1 tal-Komunikazzjoni tal-1986 u ma kisrux l-Artikolu 30 tat-Trattat tal-KEE (issal-Artikolu 34 tat-TFUE).

    (220)

    Għalhekk, l-għajnuna għar-reklamar barra l-Awstrija għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 1995 sal-31 ta' Diċembru 2001 kienet konformi mal-kundizzjonijiet tal-Komunikazzjoni tal-1986. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis dik l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni.

    8.3.3.   GĦAJNUNA GĦAR-REKLAMAR FIL-PERJODU MILL-1 TA' JANNAR 2002 SAL-31 TA' DIĊEMBRU 2006: IT-TIKKETTA TAL-KWALITÀ U L-BIJOTIKKETTA

    (221)

    Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 ta' Diċembru 2006, l-għajnuna għall-attivitajiet ta' reklamar kellha tikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fil-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006. Skont il-punt 18 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006, il-miżuri għall-promozzjoni u r-reklamar ta' prodotti agrikoli kellhom jiġu vvalutati skont il-Qafas tar-Reklamar tal-1987.

    (222)

    Mill-1 ta' Jannar 2002 'il quddiem, il-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001 kienu applikabbli u ssostitwixxew il-Komunikazzjoni tal-1986 u l-Qafas tar-Reklamar tal-1987 (il-punti 69 u 75 tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001). Għalhekk, il-Kummissjoni ser tibbaża l-valutazzjoni tagħha għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 ta' Diċembru 2006 fuq il-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001.

    (223)

    Skont il-punt 12 tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001, l-għajnuna mogħtija għar-reklamar tal-prodotti agrikoli u ta' prodotti oħrajn, sabiex tkun kompatibbli mas-suq komuni, ma għandhiex tinterferixxi mal-kummerċ sa ċertu punt li jmur kontra l-interess komuni (kriterji negattivi) u għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta' ċerti oqsma ekonomiċi (kriterji pożittivi).

    Kriterji negattivi

    (224)

    Il-punt 18 tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001 stabbilixxa li ma setgħet tingħata ebda għajnuna għall-kampanji ta' reklamar li kisru l-Artikolu 28 tal-KE (issal-Artikolu 34 tat-TFUE) li jipprojbixxu r-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet u l-miżuri kollha li għandhom effett ekwivalenti bejn l-Istati Membri.

    (225)

    L-għajnuna ma setgħetx tingħata għal reklamar marbut direttament mal-prodotti ta' impriża partikolari waħda jew aktar. Jekk it-twettiq ta' attivitajiet ta' reklamar iffinanzjati mill-pubbliku kien fdat lil impriżi privati, tali impriżi kellhom jintgħażlu fuq il-prinċipji tas-suq (il-punti 29 u 30 tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001).

    (226)

    Barra minn hekk, il-kampanji ma setgħux jiksru l-leġiżlazzjoni Komunitarja sekondarja u, b'mod partikolari, kellhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/13/KE (il-punti 25 sa 28 tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001).

    Kriterji pożittivi

    (227)

    Il-punti 31 u 32 tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001 iddikjaraw li, sabiex jikkwalifika għal deroga skont l-Artikolu 87(3)(ċ) tal-KE (issal-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE), ir-reklamar kellu jikkonċerna l-prodotti żejda jew speċi mhux sfruttati biżżejjed, prodotti ġodda jew prodotti ta' sostituzzjoni li għadhom mhumiex żejda, prodotti ta' kwalità għolja, l-iżvilupp ta' ċerti reġjuni jew l-iżvilupp tal-SMEs.

    (228)

    Il-kapitolu 4 tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001 spjega fid-dettall l-applikazzjoni tal-kriterji pożittivi msemmija fuq għat-tipi partikolari ta' reklamar, jiġifieri għal għajnuna għar-reklamar fejn l-oriġini hija parti mill-messaġġ (it-taqsima 4.1) u għajnuna għar-reklamar għal prodotti ta' kwalità (it-taqsima 4.2).

    Reklamar fejn l-oriġini tkun parti mill-messaġġ

    (229)

    Skont il-punt 23 tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001, l-identifikazzjoni tal-pajjiż produttur b'kelma jew b'simbolu setgħet issir diment li jintlaħaq bilanċ raġonevoli bejn ir-referenzi għal, fuq naħa waħda, il-kwalitajiet u l-varjetajiet tal-prodott u, fuq in-naħa l-oħra, l-oriġini nazzjonali tiegħu. Ir-referenzi għall-oriġini nazzjonali kellhom ikunu sussidjarji għall-messaġġ ewlieni mwassal lill-konsumaturi u ma setgħux jikkostitwixxu r-raġuni prinċipali għaliex il-konsumaturi kienu qed jingħataw il-parir sabiex jixtru l-prodott. Ir-reklamar li semma l-oriġini (reġjonali) tal-prodott bħala messaġġ sussidjarju tqies bħala li ma jiksirx l-Artikolu 28 tal-KE (issal-Artikolu 34 tat-TFUE). Sabiex tivvaluta jekk l-oriġini kinitx tabilħaqq messaġġ sussidjarju, il-Kummissarju tieħu f'kunsiderazzjoni l-importanza globali tat-test u/jew tas-simbolu, inklużi stampi u preżentazzjoni ġenerali, b'referenza għall-oriġini u l-importanza tat-test u/jew tas-simbolu li jirreferi għall-punt tal-bejgħ uniku tar-reklam, jiġifieri l-parti tal-messaġġ tar-reklamar li ma tiffokax fuq l-oriġini (il-punti 40 u 41 tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001).

    Reklamar għal prodotti ta' kwalità

    (230)

    Meta l-għajnuna tkun ingħatat għall-prodotti li jissodisfaw rekwiżiti ta' kwalità speċjali, din kellha tkun miftuħa għall-prodotti kollha manifatturati fil-Komunità, irrispettivament mill-oriġini tagħhom. L-Istati Membri ntalbu wkoll jirrikonoxxu r-riżultati tal-kontrolli komparabbli mwettqa fi Stati Membri oħrajn (il-punt 49 tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001).

    Reklamar għal prodotti tal-biedja organika, b'mod partikolari

    (231)

    Skont il-punt 55 tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001, l-għajnuna setgħet tiġi awtorizzata biss meta l-prodotti li kellhom indikazzjonijiet li jirreferu għal metodi ta' biedja organika ssodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91. Il-produtturi u l-proċessuri kollha ta' prodotti ta' biedja organika kellhom ikunu soġġetti għas-sistema ta' kontrolli stipulati fir-Regolament.

    Valutazzjoni

    (232)

    Fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fuq għall-miżuri ta' reklamar għat-tikketta tal-kwalità u għall-bijotikketta fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 ta' Diċembru 2006, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjonijiet li ġejjin:

    (233)

    It-tikketta tal-kwalità u waħda miż-żewġ verżjonijiet tal-bijotikketta (ara l-premessa 64) kienu jinkludu referenza għall-oriġini tal-prodott, iżda dan il-messaġġ jista' jitqies bħala sekondarju għall-messaġġ ewlieni dwar il-kwalità (organika) tal-prodott. Ir-referenza għall-oriġini tal-prodott kellha pożizzjoni subordinata kemm fil-messaġġ grafiku (sfond) kif ukoll fit-test tal-logo.

    (234)

    Fir-rigward tad-disinn tat-tikketti, il-Kummissjoni tinnota li l-ispazju ċentrali tat-tikketti kien okkupat mill-qasam fejn it-test “AMA Gütesiegel” jew “BIJO” iddomina u l-oriġini tal-prodott kienet indikata f'ittri konsiderevolment iżgħar. L-oqsma tal-ġenb ġew ippreżentati f'kuluri nazzjonali (pereżempju, aħmar u abjad għall-Awstrija) mingħajr ebda simbolu addizzjonali li jidentifika l-pajjiż tal-produzzjoni. Il-qasam ċentrali mhux biss okkupa l-ispazju viżwalment dominanti fit-tikketti, iżda kien jikkostitwixxi madwar 65 % tal-wisa' totali tat-tikketta (ara l-premessa 64). L-awtoritajiet Awstrijaċi komplew jispeċifikaw li fir-reklamar kollu marbut maż-żewġ tikketti, il-kwalità tal-prodott kienet il-messaġġ ewlieni u l-oriġini tal-prodott, fejn issemmiet, kienet biss messaġġ sekondarju (ara l-premessa 79).

    (235)

    Skont l-awtoritajiet Awstrijaċi, il-bijotikketta ngħatat biss għall-prodotti organiċi li jissodisfaw il-kriterji stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ara l-premessa 69).

    (236)

    L-awtoritajiet Awstrijaċi taw assigurazzjonijiet li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/13/KE ġew irrispettati fir-reklamar issussidjat (ara l-premessa 68).

    (237)

    Ir-reklamar ma kienx marbut mal-prodotti ta' impriża partikolari waħda jew aktar. L-awtoritajiet Awstrijaċi speċifikaw li fir-reklamar f'punt tal-bejgħ ma ġewx irreklamati impriżi jew prodotti msemmija u li s-sid tal-punt tal-bejgħ ma bbenifikax mill-għajnuna (ara l-premessa 78).

    (238)

    L-awtoritajiet Awstrijaċi speċifikaw li l-attivitajiet ta' reklamar kollha ffinanzjati minn AMA Marketing twettqu minn impriżi privati magħżula permezz ta' offerta pubblika (ara l-premessa 52).

    (239)

    Barra minn hekk, skont l-awtoritajiet Awstrijaċi, l-użu tat-tikketta tal-kwalità kien miftuħ għall-prodotti kollha manifatturati fl-Unjoni jekk huma ssodisfaw ir-rekwiżiti speċjali għall-użu tat-tikketta. Dawn ir-rekwiżiti speċjali jew kienu jikkonċernaw il-kwalità tal-prodotti jew inkella kienu limitati sabiex jiżguraw l-oriġini ġeografika indikata tal-prodott. Fi kwalunkwe każ, ir-rekwiżiti speċjali jistgħu jiġu ssodisfati, irrispettivament mill-oriġini ġeografika tal-prodott (ara l-premessa 161).

    (240)

    Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni rrimarkat li hija ma kellha ebda informazzjoni dwar il-kwistjoni ta' jekk il-kontrolli ekwivalenti mwettqa fi Stati Membri oħrajn ġewx rikonoxxuti. Fis-sottomissjoni tagħhom tal-14 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Awstrijaċi kkonfermaw li tali kontrolli ġew rikonoxxuti u pprovdew evidenza ta' sostenn għal dan.

    (241)

    Għalkemm l-awtoritajiet Awstrijaċi kkonfermaw li, mill-2002 'il quddiem, it-tikketta tal-kwalità u l-bijotikketta kienu miftuħa għall-prodotti kollha, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji minħabba li r-referenza għal prodotti nazzjonali fil-bażi ġuridika ewlenija għall-miżuri, jiġifieri l-Att dwar l-AMA, ġiet abolita biss fl-2007 (ara l-premessa 161).

    (242)

    Fis-sottomissjonijiet tagħhom, l-awtoritajiet Awstrijaċi pprovdew ir-regoli interni ġodda li abbażi tagħhom it-tikketti kienu miftuħa għall-prodotti kollha, kif ukoll dejta li turi li għadd ta' prodotti mhux Awstrijaċi tabilħaqq kisbu t-tikketti wara l-2001. Huma reġgħu kkonfermaw ukoll li, mill-2002 'il quddiem, ir-regoli ġew applikati għall-prodotti kollha, irrispettivament mill-oriġini tagħhom.

    (243)

    Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni nnotat li ma kienx ċar jekk ir-regoli interni ġodda ta' AMA kinux diġà ddaħħlu fis-seħħ mis-26 ta' Settembru 2002 jew jekk kienx hemm perjodu tranżitorju wara s-26 ta' Settembru 2002 li matulu l-għajnuna kompliet tingħata skont ir-regoli l-antiki. Fis-sottomissjoni tagħhom tal-14 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Awstrijaċi ddikjaraw li ma kien hemm ebda perjodu tranżitorju bħal dan.

    (244)

    Fil-premessa 175 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ddikjarat li hija ma kellhiex biżżejjed informazzjoni sabiex tivvaluta jekk ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat humiex applikabbli għall-miżuri koffinanzjati ta' promozzjoni tal-bijotikketta msemmija fil-premessa 80 ta' hawn fuq. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet Awstrijaċi ġew mistiedna jipprovdu aktar informazzjoni dwar l-approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat tal-miżuri, kif ukoll dwar it-tul ta' żmien tal-perjodu ta' programmazzjoni. Fis-sottomissjoni tagħhom tal-14 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Awstrijaċi indikaw li l-miżuri ta' promozzjoni tal-bijotikketta kienu parti mill-programm ta' promozzjoni u informazzjoni koffinanzjat mill-Awstrija għall-prodotti bijoloġiċi.

    (245)

    Fit-tweġiba tagħhom tal-14 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Awstrijaċi ddikjaraw ukoll dan li ġej: Fil-perjodu 2002-2008 (20 ta' Settembru 2002-15 ta' Settembru 2005) kien qed jopera programm koffinanzjat ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti organiċi. Dan il-programm kien approvat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2002) 3116 tat-22 ta' Awwissu 2002 (85). Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 3299 tal-10 ta' Lulju 2007 approvat programm ieħor ta' 3 snin għall-bijotikketta (1 ta' Ottubru 2007-30 ta' Settembru 2010) (86).

    (246)

    Għar-raġunijiet iddikjarati hawn fuq, l-għajnuna għall-miżuri ta' reklamar imwettqa fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 ta' Diċembru 2006 kienet konformi mal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001 u, b'hekk, mal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li din l-għajnuna kienet kompatibbli mas-suq intern.

    8.3.4.   KAMPANJI TA' REKLAMAR BARRA L-AWSTRIJA U REKLAMAR ĠENERIKU FL-AWSTRIJA, 2002-2004 (87)

    (247)

    Il-kampanji ta' reklamar setgħu jiġu awtorizzati jekk kienu organizzati direttament jew indirettament minn Stat Membru wieħed fis-suq ta' Stat Membru ieħor jew fis-suq domestiku tal-Istat Membru ta' sostenn u l-prodott jiġi rreklamat b'mod purament ġeneriku mingħajr ma ssir referenza għall-oriġini nazzjonali tiegħu (il-punt 19 (a)-(b) tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001).

    (248)

    Skont il-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001, il-Kummissjoni tilqa' b'mod favorevoli l-kampanji ta' reklamar li twettqu sabiex il-konsumaturi jiġu introdotti għall-prodotti agrikoli u għal prodotti oħrajn ta' Stat Membru jew reġjun partikolari. L-enfasi primarja ta' tali kampanji tista' tkun l-oriġini tal-prodott diment li l-kampanja tkun twettqet barra l-Istat Membru jew ir-reġjun fejn ġew manifatturati l-prodotti agrikoli u prodotti oħrajn. Il-kampanji kellhom ikunu limitati għall-preżentazzjoni tal-karatteristiċi oġġettivi tal-prodotti kkonċernati u, fil-prinċipju, ma għandhomx jinkludu pretensjonijiet suġġettivi dwar il-kwalità tal-prodotti (il-punti 35-39 tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001).

    (249)

    Abbażi tal-informazzjoni disponibbli fil-ħin tad-deċiżjoni tal-ftuħ għall-perjodu 2002-2004 rigward ir-reklamar ġeneriku u r-reklamar barra l-Awstrija (ara t-taqsimiet 2.7.1.2 u 2.7.1.3 tad-deċiżjoni tal-ftuħ) ma kienx possibbli li tiġi vvalutata l-kompatibbiltà tal-miżuri mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 19(b), 29, 30 u 39 tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001.

    (250)

    Għalhekk, fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Awstrijaċi ġew mistiedna jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa fir-rigward tad-dispożizzjonijiet imsemmija fuq.

    Kriterji pożittivi

    (251)

    Il-kampanji ta' reklamar barra l-Istat Membru u r-reklamar ġeneriku fl-Istat Membru kellhom ikunu konformi mal-kriterji pożittivi tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001 (ara l-premessi 227 u 228).

    (252)

    Barra minn hekk, il-punt 47 tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001 stabbilixxa li għar-reklamar ta' prodotti li jissodisfaw rekwiżiti ta' kwalità partikolari, tali prodotti għandhom jissodisfaw l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet li kienu evidentement ogħla jew aktar speċifiċi minn dawk li kienu stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew Komunitarja rilevanti.

    (253)

    Il-punt 60 tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001 stabbilixxa li fil-każ tal-għajnuna għar-reklamar, ir-rata tal-għajnuna diretta, bħala regola ġenerali, ma għandhiex taqbeż il-50 % u l-impriżi mis-settur kellhom jikkontribwixxu mill-inqas 50 % tal-ispiża, fejn l-għajnuna diretta kienet ġejja minn baġit tal-gvern bi skop ġenerali. Il-kontribuzzjoni tas-settur tista' tiġi wkoll mill-imposti parafiskali jew minn kontribuzzjonijiet obbligatorji.

    (254)

    Fir-rigward tar-reklamar ġeneriku u r-reklamar barra l-Awstrija, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni fiż-żmien tad-deċiżjoni tal-ftuħ għall-perjodu 2002-2004, ma kienx possibbli li tiġi vvalutata l-kompatibbiltà tal-miżuri mar-regoli msemmija fuq. Għalhekk, l-awtoritajiet Awstrijaċi ġew mistiedna jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-kundizzjoni stipulata fil-punt 32 tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001 (il-premessa (174) tad-deċiżjoni tal-ftuħ).

    (255)

    Fit-tweġiba tal-14 ta' Settembru 2012, l-Awstrija rreferiet għas-sottomissjoni tagħha tat-13 ta' Diċembru 2002. Madankollu, din is-sottomissjoni tinkludi biss eżempji konkreti u l-bażi legali nazzjonali għall-miżuri. Għalhekk, fit-talba tagħha għall-informazzjoni tad-19 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Awstrijaċi sabiex jimlew il-formoli ta' notifika rilevanti u jissottomettuhom lill-Kummissjoni. Fit-tweġiba tagħhom tat-30 ta' April 2014, l-awtoritajiet Awstrijaċi ssottomettew il-formoli ta' notifika mitluba. Madankollu, l-informazzjoni mimlija fil-formoli rreferiet biss għad-deskrizzjonijiet ġenerali tal-kundizzjonijiet tal-iskema u ma kinitx biżżejjed għall-valutazzjoni xierqa tal-miżuri.

    (256)

    Fit-talba tagħha għall-informazzjoni tas-17 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni talbet għal informazzjoni addizzjonali dwar din il-miżura. Fit-tweġiba tagħha tal-25 ta' Frar 2015, l-Awstrija kkonfermat li:

    (a)

    il-kampanji ta' reklamar irreklamaw il-prodotti b'mod purament ġeneriku mingħajr ma jagħmlu referenza għall-oriġini nazzjonali tagħhom (il-punt 19 (a)-(b) tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001);

    (b)

    l-għajnuna ma ngħatatx għal reklamar marbut direttament mal-prodotti ta' impriża partikolari waħda jew aktar (il-punt 29 tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001);

    (c)

    l-impriżi privati fdati bil-finanzjament pubbliku tal-attivitajiet ta' reklamar intgħażlu abbażi tal-prinċipji tas-suq (il-punt 30 tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001);

    (d)

    il-kampanji kienu limitati għall-preżentazzjoni tal-karatteristiċi oġġettivi tal-prodotti kkonċernati u ma kinux jinkludu pretensjonijiet suġġettivi dwar il-kwalità tal-prodotti (il-punti 35-39 tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001);

    (e)

    ir-reklamar inkwistjoni kien jikkonċerna l-promozzjoni ta' prodotti ta' kwalità għolja (il-punti 31 u 32 tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001). Dawn l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet kienu evidentement ogħla jew aktar speċifiċi minn dawk li huma stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew Komunitarja rilevanti.

    (257)

    Għar-raġunijiet iddikjarati hawn fuq, l-għajnuna għall-kampanji ta' reklamar barra l-Awstrija u għar-reklamar ġeneriku fl-Awstrija mwettqa fil-perjodu mill-2002 sal-2004 kienet konformi mal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001 u, b'hekk, mal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis din l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern.

    8.3.5.   GĦAJNUNA GĦAR-REKLAMAR FIL-PERJODU 2007 — 2008

    (258)

    Meta tivvaluta l-għajnuna mill-Istat għar-reklamar ta' prodotti agrikoli mogħtija wara l-1 ta' Jannar 2007, il-Kummissjoni tapplika t-Taqsima VI.D tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013.

    Reklamar ta' kwalità

    (259)

    Fl-istadju tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ma kellhiex biżżejjed informazzjoni biex tivvaluta jekk dawn il-miżuri kinux konformi mal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni esprimiet ċerti dubji rigward l-issodisfar tal-kundizzjonijiet li kienu differenti mir-rekwiżiti tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013.

    (260)

    B'mod partikolari, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet Awstrijaċi għall-modifiki stabbiliti fil-punt 153(ċ), it-tieni nofs tas-sentenza, il-punt 155, it-tieni sentenza, u l-punt 158 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013. Għalhekk, l-awtoritajiet Awstrijaċi ġew mistiedna sabiex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa sabiex juru li l-miżuri ta' reklamar ta' kwalità kienu konformi mal-kundizzjonijiet imsemmija fuq tal-Linji Gwida.

    (261)

    Taħt il-punt 153 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013, l-għajnuna mill-Istat għall-kampanji ta' reklamar fil-Komunità tista' tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mat-Trattat jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    il-kampanja ta' reklamar kienet allokata għal prodotti ta' kwalità, definiti bħala prodotti li jissodisfaw il-kriterji li jridu jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 32 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (88), għal denominazzjonijiet rikonoxxuti mill-Komunità (denominazzjonijiet ta' oriġini protetta (DOP), indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) jew denominazzjonijiet ta' oriġini oħrajn li huma protetti skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja) jew għal tikketti ta' kwalità reġjonali jew nazzjonali;

    il-kampanja ta' reklamar ma kinitx allokata għal prodotti ta' kumpanija jew kumpaniji partikolari;

    il-kampanja ta' reklamar kienet konformi mal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/13/KE, kif ukoll mar-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar stipulati għal diversi prodotti, bħal inbid, prodotti magħmula mill-ħalib, bajd u tjur (ara l-punt 152(j) tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013).

    (262)

    Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Awstrijaċi fit-30 ta' April 2014, il-kundizzjonijiet tal-punt 153 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013 ġew irrispettati.

    (263)

    Il-punt 155 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013 stabbilixxa li, fil-każ tat-tikketti tal-kwalità reġjonali jew nazzjonali, l-oriġini tal-prodotti tista' tissemma (biss) bħala messaġġ sussidjarju. Sabiex tivvaluta jekk l-oriġini kinitx messaġġ sussidjarju jew le, il-Kummissarju kellha tieħu f'kunsiderazzjoni l-importanza globali tat-test u/jew tas-simbolu, inklużi stampi u preżentazzjoni ġenerali, b'referenza għall-oriġini u l-importanza tat-test u/jew tas-simbolu li jirreferi għall-punt tal-bejgħ uniku tar-reklam, jiġifieri l-parti tal-messaġġ tar-reklamar li ma tiffokax fuq l-oriġini.

    (264)

    Fis-sottomissjoni tagħhom tat-30 ta' April 2014, l-awtoritajiet Awstrijaċi kkonfermaw li t-tikketti użati fl-2007 kienu identiċi għal dawk approvati fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2004 (ara wkoll il-premessa 233). Il-Kummissjoni tirreferi għal din il-valutazzjoni u, għalhekk, tqis li l-kundizzjonijiet tal-punt 155 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013 huma ssodisfati.

    (265)

    Il-punt 156 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013 iddikjara li r-rata ta' intensità tal-għajnuna diretta ma setgħetx taqbeż il-50 %. Jekk is-settur ikkontribwixxa mill-inqas 50 % tal-ispejjeż, irrispettivament mill-forma tal-kontribuzzjoni, ir-rata ta' għajnuna tista' titla' sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli. Kif intwera fuq (il-premessa 200), din il-kundizzjoni hija ssodisfata.

    (266)

    Il-punt 158 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013 stabbilixxa li l-attivitajiet ta' reklamar b'baġit annwali f'eċċess ta' EUR 5 miljun kellhom jiġu nnotifikati separatament. Mill-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Awstrijaċi (il-premessa 45), jista' jiġi konkluż li din il-kundizzjoni hija rrispettata, billi l-baġit annwali allokat għat-tikketta tal-kwalità fis-snin 2007 u 2008 kien taħt il-EUR 5 miljun.

    (267)

    Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-miżuri ta' reklamar imwettqa fil-perjodu mill-2007 sal-2008 jikkonformaw mal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013 u, b'hekk, huma kompatibbli mas-suq intern.

    (268)

    Il-Kummissjoni tinnota f'dan ir-rigward li l-miżuri ta' reklamar tal-bijotikketta skadew fi tmiem l-2006 u b'hekk mhumiex soġġetti għall-valutazzjoni skont il-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013 (ara l-premessa 15).

    Reklamar ġeneriku

    (269)

    Id-dispożizzjonijiet dwar ir-reklamar ġeneriku u r-reklamar f'pajjiżi terzi mhumiex rilevanti għall-perjodu 2007-2008 minħabba li l-miżuri ta' għajnuna li kkonċernaw dawk l-attivitajiet skadew fl-2004 bl-adozzjoni tal-iskema ta' għajnuna N 239/2004, kif deskritt fil-premessa 39.

    8.4.   MIŻURI TA' APPOĠĠ TEKNIKU U GĦAJNUNA GĦAL PRODOTTI TA' KWALITÀ FIL-PERJODU 1995 — 1999

    (270)

    Il-linji gwida speċifiċi dwar l-għajnuna mill-Istat ġew applikati biss għas-settur agrikolu biss mill-1 ta' Jannar 2000. B'hekk, il-kompatibbiltà tal-għajnuna mogħtija qabel din id-data għandha tiġi vvalutata abbażi tat-Trattat u fid-dawl tal-prattika tal-Kummissjoni stabbilita f'dak iż-żmien (ara l-premessa 169 hawn fuq).

    8.4.1.   IL-PROMOZZJONI F'SENS USA' U L-MIŻURI TA' APPOĠĠ TEKNIKU FIL-PERJODU 1995 — 1999

    (271)

    L-operazzjonijiet ta' promozzjoni fis-sens usa' tal-kelma, bħat-tixrid ta' għarfien xjentifiku lill-pubbliku ġenerali, l-organizzazzjoni ta' fieri kummerċjali jew wirjiet, il-parteċipazzjoni f'dawn u f'eżerċizzji simili tar-relazzjonijiet pubbliċi, inklużi stħarriġ u riċerka tas-suq, kienu esklużi mill-ambitu tal-Qafas tar-Reklamar tal-1987 permezz tal-punt 1.1 tiegħu. Safejn hija kkonċernata n-nefqa għal dawn l-attivitajiet, kienet prattika stabbilita tal-Kummissjoni li tikkunsidra għajnuna sa massimu ta' 100 % bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 92(3)(ċ) tat-Trattat (issal-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE) (89).

    (272)

    Barra minn hekk, skont il-prattika u l-politika tagħha, il-Kummissjoni laqgħet b'mod favorevoli l-miżuri ta' għajnuna mhux vinkolanti li kienu maħsuba biex jipprovdu appoġġ tekniku fis-settur agrikolu. Pereżempju, ġiet awtorizzata għajnuna sa massimu ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-miżuri sabiex jinxterdu tekniki ġodda.

    (273)

    Il-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni ta' AMA deskritti fil-Kapitolu 4.3 ta' hawn fuq jaqgħu f'dawn il-kategoriji.

    (274)

    L-għan tal-miżuri inkwistjoni kien it-tixrid ta' għarfien ġenerali permezz tal-organizzazzjoni ta' proġetti ta' informazzjoni ġenerali. Dawn kienu mmirati għall-preżentazzjoni ta' informazzjoni fattwali lill-klijenti u naqsu milli jipperswadu lill-klijenti sabiex jixtru prodott speċifiku.

    (275)

    Għalhekk, il-miżuri kienu konformi mal-prattika tal-Kummissjoni f'dak iż-żmien, li kienet tal-fehma li l-għan segwit kien leġittimu. L-intensità tal-għajnuna ta' 100 % kienet konformi wkoll mal-intensità tal-għajnuna massima li f'dak iż-żmien kienet meqjusa bħala proporzjonata fid-dawl ta' dan l-għan u l-impatt negattiv limitat fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ.

    (276)

    L-għajnuna għal promozzjoni f'sens usa' tal-kelma fil-perjodu 1995-1999 kienet konformi mal-prattika stabbilita tal-Kummissjoni f'dak iż-żmien u, għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li dawn il-miżuri kienu kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 92(3)(ċ) tal-KE (issal-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE).

    8.4.2.   ASSISTENZA TEKNIKA, SERVIZZI TA' KONSULENZA U MIŻURI TA' KONTROLL MARBUTA MAL-PRODOTTI TA' KWALITÀ FIL-PERJODU 1995 — 1999

    (277)

    F'dak li għandu x'jaqsam mal-għajnuna għal assistenza teknika u s-servizzi ta' konsulenza b'konnessjoni mat-tfassil ta' skemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li tali servizzi kienu jikkostitwixxu forma ta' “għajnuna mhux vinkolanti” li segwiet objettiv ta' interess komuni u li kienet proporzjonata (b'mod partikolari minħabba li ma kinitx taffettwa l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni b'mod sinifikanti) u, b'hekk, kienet kompatibbli mas-suq komuni.

    (278)

    Il-miżuri deskritti fil-Kapitolu 4.3 jistgħu jitqiesu bħala tali għajnuna mhux vinkolanti li, skont il-prattika stabbilita tal-Kummissjoni f'dak iż-żmien, tqieset bħala kompatibbli mas-suq komuni.

    (279)

    Fir-rigward tal-miżuri ta' kontroll maħsuba biex jiżguraw il-konformità mal-istandards ta' traċċabbiltà jew kwalità ġestiti mill-industrija, il-Kummissjoni, wara l-approċċ ikkomunikat lill-Istati Membri fl-ittra dwar it-trobbija tal-bhejjem (90), ippermettiet b'mod konsistenti li tingħata għajnuna sa massimu ta' 100 % tal-ispejjeż għall-kontrolli obbligatorji. Għal darba oħra, dan kien ibbażat fuq l-idea li tali għajnuna segwiet objettiv ta' interess komuni u kienet proporzjonata, b'mod partikolari minħabba l-impatt negattiv limitat fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ ta' tali appoġġ indirett.

    (280)

    Fir-rigward ta' dawk il-miżuri, l-awtoritajiet Awstrijaċi ntalbu jispjegaw jekk il-kontrolli tal-AMA kinux obbligatorji jew le u, jekk dan tal-aħħar ikun il-każ, jindikaw jekk il-limitu tal-intensità tal-għajnuna kienx irrispettat.

    (281)

    Fis-sottomissjoni tagħhom tat-30.4.2014, l-awtoritajiet Awstrijaċi wieġbu li l-kontrolli inkwistjoni kienu obbligatorji skont l-atti legali ta' implimentazzjoni ta' AMA u li l-limitu tal-intensità tal-għajnuna kien irrispettat.

    (282)

    Għalhekk, il-kundizzjonijiet għall-kompatibbiltà tal-għajnuna huma ssodisfati.

    8.5.   GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦAL PRODOTTI TA' KWALITÀ FIL-PERJODU 2000-2006

    (283)

    L-attivitajiet relatati mal-iżvilupp ta' sistemi tal-kwalità u kontrolli tal-kwalità kienu eliġibbli għall-għajnuna b'rabta kemm mal-bijotikketta kif ukoll mat-tikketta tal-kwalità. Dan jikkostitwixxi għajnuna għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti ta' kwalità, li għandha tiġi vvalutata skont il-punt 13 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006.

    Regoli applikabbli

    (284)

    Il-punt 13 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom tista' tingħata għajnuna li tinkoraġġixxi l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità.

    (285)

    Skont il-punt 13.2 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006, l-appoġġ jista' jingħata, fost l-oħrajn, għall-ispejjeż tal-konsulenza, tal-istudji tekniċi, tal-istudji tal-fattibbiltà u tad-disinn u tar-riċerka tas-suq, kif ukoll għall-introduzzjoni ta' skemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità. Fil-każ tal-SMEs, l-ispejjeż ma jistgħux jaqbżu l-EUR 100 000 għal kull benefiċjarju f'perjodu ta' tliet snin jew 50 % tal-ispejjeż eliġibbli, skont liema minnhom tkun l-akbar. Għall-impriżi kbar applika l-ewwel limitu waħdu.

    (286)

    Kif speċifikat fil-punt 13.3 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li ma għandha tingħata ebda għajnuna fir-rigward tal-kontrolli tal-kwalità ta' rutina mwettqa mill-manifattur. L-għajnuna tista' tingħata biss fir-rigward tal-kontrolli mwettqa minn jew f'isem partijiet terzi, bħall-awtoritajiet regolatorji jew l-organiżmi responsabbli mis-superviżjoni tat-tikketti. Il-punt 13.4 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006 stabbilixxa li l-għajnuna għall-kontrolli tal-metodi ta' produzzjoni organika mwettqa fi ħdan il-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 kienet permessa bir-rata sa massimu ta' 100 % tal-ispejjeż imġarrba.

    (287)

    Il-punt 13.5 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006 stabbilixxa li l-għajnuna tista' tingħata b'rata inizjali sa massimu ta' 100 % tal-ispejjeż tal-kontrolli mwettqa mill-korpi responsabbli mis-superviżjoni tal-użu ta' marki u tikketti ta' kwalità taħt l-iskemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità rikonoxxuti. Tali għajnuniet kellhom jitnaqqsu b'mod progressiv, sabiex b'hekk ġew eliminati sas-seba' sena wara l-istabbiliment tagħhom.

    Valutazzjoni

    (288)

    L-għajnuna għall-ispejjeż tal-abbozzar u tad-distribuzzjoni tad-dokumenti ta' assigurazzjoni tal-kwalità u għall-iżvilupp ta' sistemi tal-informatika fi ħdan AMA Marketing kienet iddestinata biex tiffinanzja l-ispejjeż amministrattivi ta' AMA Marketing (korp pubbliku, mhux operatur ekonomiku) u, għalhekk, ma tikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat għall-produzzjoni, id-distribuzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat.

    (289)

    Kif deskritt fil-premessa 98, l-għajnuna għall-kontrolli tal-kwalità kienet disponibbli għall-kontrolli esterni mwettqa mill-korpi magħżula għal dak l-iskop bil-kundizzjoni tal-użu tal-bijotikketta jew tat-tikketta tal-kwalità. Il-kontrolli li jikkonċernaw l-użu tal-bijotikketta u tat-tikketta tal-kwalità ġew issussidjati b'rata ta' 100 %, filwaqt li l-ispejjeż tal-kontrolli ta' rutina tħallsu mill-pussessuri tal-liċenzji u, b'hekk, ma ġewx issussidjati.

    (290)

    Fis-sottomissjoni tagħhom tal-14 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Awstrijaċi kkonfermaw li l-għajnuna għall-kontrolli tal-kwalità qatt ma qabżet il-livell limitu ta' EUR 100 000 għal kull benefiċjarju f'perjodu ta' tliet snin. Għalhekk, il-kundizzjonijiet tal-punt 13.2 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006 ġew issodisfati.

    (291)

    Fis-sottomissjonijiet tagħhom tal-14 ta' Settembru 2012 u tat-30 ta' April 2014, l-awtoritajiet Awstrijaċi ma pprovdewx biżżejjed informazzjoni sabiex tkun tista' ssir valutazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-punti 13.3, 13.4 u 13.5 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006.

    (292)

    Għalhekk, fit-talba tagħha għall-informazzjoni tas-17 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni talbet għal informazzjoni addizzjonali dwar din il-miżura. Fit-tweġiba tagħha ta' Frar 2015, l-Awstrija kkonfermat li:

    (a)

    l-għajnuna ma ngħatatx fir-rigward tal-kontrolli ta' kwalità ta' rutina mwettqa mill-manifattur (il-punt 13.3 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006);

    (b)

    l-għajnuna ngħatat biss fir-rigward tal-kontrolli mwettqa minn jew f'isem partijiet terzi, bħall-awtoritajiet regolatorji jew l-organiżmi responsabbli mis-superviżjoni tat-tikketti (il-punt 13.3 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006);

    (c)

    l-għajnuna ngħatat għall-kontrolli tal-metodi tal-produzzjoni organika mwettqa fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 sa 100 % tal-ispejjeż imġarrba (il-punt 13.4 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006).

    (293)

    Fis-sottomissjonijiet preċedenti tagħhom tal-14 ta' Settembru 2012 u tat-30 ta' April 2014, l-awtoritajiet Awstrijaċi kienu diġà kkonfermaw li l-għajnuniet tnaqqsu b'mod progressiv u ġew eliminati kompletament fis-sena 2009. Għalhekk, billi l-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006 jipprevedu tnaqqis progressiv tal-għajnuna, il-kundizzjonijiet tal-punt 13.5 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006 ġew issodisfati għall-miżuri kollha mogħtija sal-31 ta' Diċembru 2006.

    (294)

    Madankollu, billi dawn l-għajnuniet ingħataw ukoll wara l-1 ta' Jannar 2007 (jiġifieri fis-snin 2007 u 2008), il-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013 japplikaw għal dan il-perjodu.

    (295)

    Fir-rigward tal-istrument legali msemmi l-aħħar, il-kundizzjonijiet, imqabbla mal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006, inbidlu f'żewġ aspetti: il-lista tat-tipi ta' għajnuna kienet raffinata (91) u din ix-xorta ta' għajnuna kienet disponibbli biss għall-produtturi primarji (92).

    (296)

    Għalhekk, dawk il-miżuri li minnhom jibbenifikaw il-produtturi primarji u li ssoktaw wara l-2007 jikkonformaw mal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013 u huma kompatibbli mas-suq intern.

    (297)

    Madankollu, l-għajnuniet mogħtija lill-impriżi tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu vvalutati b'konformità mal-punt 99 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013. Għalhekk, issir referenza għall-valutazzjoni fit-taqsima 8.6.2 ta' hawn taħt.

    (298)

    Fl-aħħarnett, f'dak li għandu x'jaqsam mal-introduzzjoni tal-iskema ta' assigurazzjoni tal-kwalità ISO 9002 (ara l-premessa 99), fil-premessa 203 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Awstrijaċi ġew mistiedna jindikaw jekk din il-miżura kinitx applikabbli wkoll wara l-1999. Jekk il-mistoqsija kellha tiġi mwieġba fl-affermattiv, l-awtoritajiet Awstrijaċi ġew mistiedna juru jekk il-miżura ssodisfatx il-kundizzjonijiet tal-punt 13 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006.

    (299)

    Fit-tweġiba tagħha ta' Frar 2015, l-Awstrija ddikjarat li la l-istandard ISO 9001:1994 u lanqas ebda ċertifikazzjoni oħra ma kienu obbligatorji skont il-Linji Gwida dwar l-AMA (it-tikketta tal-kwalità jew il-bijotikketta). Barra minn hekk, l-awtoritajiet Awstrijaċi jsostnu li l-iskema ta' assigurazzjoni tal-kwalità ISO 9002 la kienet meħtieġa u lanqas applikabbli.

    (300)

    Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, l-għajnuna għall-prodotti ta' kwalità mogħtija fil-perjodu 2000-2006 hija konformi mal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna kienet kompatibbli mas-suq intern.

    8.6.   GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦAL PRODOTTI TA' KWALITÀ FIL-PERJODU MILL-1 TA' JANNAR 2007 SAL-31 TA' DIĊEMBRU 2008

    (301)

    Tali għajnuna trid tiġi vvalutata taħt il-Kapitolu IV.J tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013.

    8.6.1.   GĦAJNUNA GĦALL-PRODUTTURI PRIMARJI

    (302)

    Skont il-punt 98 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013, il-Kummissjoni tista' tiddikjara l-għajnuna mill-Istat sabiex tinkoraġġixxi l-produzzjoni tal-prodotti ta' kwalità mogħtija lill-produtturi primarji kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87(3)(ċ) tal-KE (issa: l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE) jekk hija tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 (93).

    (303)

    L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 iddikjara li l-għajnuna kienet kompatibbli mas-suq komuni skont it-tifsira tal-Artikolu 87(3)(ċ) tal-KE (issa: l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE) jekk ingħatat lejn l-ispejjeż eliġibbli elenkati fl-Artikolu 14(2) u ssodisfat il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 3 sa 6 tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

    (304)

    Skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, l-għajnuna maħsuba biex tinkoraġġixxi l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità tista' tkopri sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli għal, fost l-oħrajn:

    (a)

    l-attivitajiet ta' riċerka tas-suq, il-ħolqien u d-disinn tal-prodott (inkluża t-tħejjija ta' applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini jew ċertifikati ta' karattru speċifiku); il-ħlasijiet imposti minn korpi ta' ċertifikazzjoni rikonoxxuti għaċ-ċertifikazzjoni inizjali tal-iskemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' skemi simili;

    (b)

    l-introduzzjoni ta' skemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità bħas-serje ISO 9000 jew 14000, sistemi bbażati fuq analiżi tal-perikli u punti kritiċi ta' kontroll (HACCP), sistemi ta' traċċabilità, sistemi maħsuba biex jiżguraw l-osservanza tan-normi ta' awtentiċità u kummerċjalizzazzjoni jew sistemi ta' verifika ambjentali;

    (c)

    miżuri obbligatorji ta' kontroll imwettqa skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja jew nazzjonali minn jew f'isem l-awtoritajiet kompetenti, sakemm il-leġiżlazzjoni Komunitarja ma titlobx li l-intrapriżi jġorru dawn l-ispejjeż;

    (d)

    sal-ammonti stipulati fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għal appoġġ rigward miżuri msemmija fl-Artikolu 32 ta' dak ir-Regolament.

    (305)

    Skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, l-għajnuna tista' tingħata biss fir-rigward tal-ispejjeż ta' servizzi pprovduti minn partijiet terzi u/jew kontrolli mwettqa minn jew f'isem partijiet terzi, bħall-awtoritajiet regolatorji kompetenti, jew korpi li jaġixxu f'isimhom, jew organiżmi indipendenti responsabbli għall-kontroll u s-superviżjoni tal-użu ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini, tikketti organiċi jew tikketti ta' kwalità, bil-kundizzjoni li dawn id-denominazzjonijiet u t-tikketti jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. L-għajnuna ma setgħetx tingħata għall-infiq għall-investiment.

    (306)

    Skont l-Artikolu 14(4) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, l-għajnuna ma tistax tingħata għall-ispiża tal-kontrolli mwettqa mill-bidwi jew mill-manifattur innifsu, jew fejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja stabbilixxiet li l-ispiża tal-kontroll kellha tiġi ssodisfata mill-produtturi, mingħajr ma jiġi speċifikat il-livell reali tal-ħlasijiet.

    (307)

    L-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 stabbilixxa li bl-eċċezzjoni tal-għajnuna msemmija fil-paragrafu 2(f) ta' dak ir-Regolament, l-għajnuna kellha tingħata in natura permezz ta' servizzi ssussidjati u ma setgħetx tinvolvi pagamenti diretti ta' flus lill-produtturi.

    (308)

    L-għajnuna kellha tkun aċċessibbli għal dawk kollha eliġibbli fil-qasam ikkonċernat, abbażi ta' kundizzjonijiet definiti b'mod oġġettiv. Jekk is-servizzi kienu pprovduti minn gruppi produtturi jew organizzazzjonijiet agrikoli ta' appoġġ reċiproku, is-sħubija ta' tali organizzazzjonijiet ma setgħetx tkun kundizzjoni għall-aċċess għas-servizz u kwalunkwe kontribuzzjoni lejn l-ispejjeż amministrattivi kellha tkun limitata għall-ispejjeż proporzjonali tal-provvista tas-servizz (l-Artikolu 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006).

    (309)

    Skont il-punt 100 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013, il-Kummissjoni ma awtorizzatx l-għajnuna mill-Istat għall-ispejjeż koperti favur impriżi kbar.

    (310)

    Il-biċċa l-kbira tal-kundizzjonijiet sostantivi tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013 għall-kompatibbiltà tal-għajnuna għall-produtturi primarji ma nbidlux meta mqabbla mal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006 deskritti hawn fuq. Issir referenza għall-valutazzjoni fit-taqsima 8.5.

    (311)

    Il-bidliet sostantivi mqabbla mal-perjodu preċedenti kienu relatati mal-fatt li l-għajnuna kellha tkun in natura (permezz ta' servizzi ssussidjati) u li l-għajnuna kellha tkun aċċessibbli għal dawk kollha eliġibbli fil-qasam ikkonċernat, abbażi ta' kundizzjonijiet definiti b'mod oġġettiv. L-awtoritajiet Awstrijaċi kkonfermaw li dawn il-kundizzjonijiet ġew issodisfati.

    (312)

    Għalhekk, l-għajnuna għal prodotti ta' kwalità għall-produtturi primarji hija konformi mal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis din l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87(3)(ċ) tal-KE (issa: l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE).

    8.6.2.   GĦAJNUNA GĦALL-IMPRIŻI ATTIVI FL-IPPROĊESSAR U FIL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI

    Regoli applikabbli

    (313)

    Skont il-punt 99 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013, il-Kummissjoni tista' tiddikjara l-għajnuna mill-Istat sabiex tinkoraġġixxi l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli ta' kwalità mogħtija lill-impriżi attivi fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87(3)(ċ) tal-KE (issa: l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE) jekk hija tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 (94).

    (314)

    Ir-Regolament (KE) Nru 70/2001 ġie sostitwit mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 (95) (2008-2013 GBER), li fl-Artikolu 43 tiegħu jiddikjara li kwalunkwe referenzi għar-Regolament (KE) Nru 70/2001 għandhom jitqiesu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 800/2008. Skont l-Artikolu 45 tiegħu, ir-Regolament (KE) Nru 800/2008 daħal fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri fid-29 ta' Awwissu 2008. Konsegwentement, bejn l-1 ta' Jannar 2007 u t-28 ta' Awwissu 2008, l-Artikolu 5 (a) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001 kien applikabbli għall-għajnuna inkwistjoni u, wara dik id-data, l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 800/2008 sar applikabbli.

    (315)

    Safejn hija kkonċernata l-għajnuna għas-servizzi ta' konsulenza, dawk l-artikoli jistipulaw l-istess kundizzjonijiet: l-għajnuna setgħet tingħata favur l-SMEs, l-ispejjeż ta' konsulenza tas-servizzi pprovduti minn konsulenti esterni kienu eliġibbli, l-intensità tal-għajnuna ma setgħetx taqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli tas-servizzi u s-servizzi kkonċernati ma setgħux ikunu attività kontinwa jew perjodika u lanqas ma setgħu jkunu marbuta mal-ispejjeż operattivi tas-soltu tal-impriża, bħal servizzi ta' konsulenza fiskali ta' rutina, servizzi legali regolari jew reklamar.

    (316)

    Barra minn hekk, fir-rigward kemm tal-produzzjoni primarja kif ukoll tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni, skont il-punt 101 tal-Linji Gwida, l-għajnuna għall-investimenti meħtieġa għall-ammeljorament tal-faċilitajiet tal-produzzjoni, inklużi l-investimenti meħtieġa għall-ġestjoni tas-sistema ta' dokumentazzjoni u t-twettiq ta' kontrolli tal-proċessi u tal-prodotti, setgħet tingħata biss b'konformità mar-regoli stabbiliti għall-għajnuna għall-investimenti fil-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013.

    (317)

    F'dan ir-rigward, fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet ċerti dubji rigward l-issodisfar ta' dawk il-kundizzjonijiet li kienu differenti mir-rekwiżiti stipulati fil-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006.

    (318)

    B'mod partikolari, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet Awstrijaċi għall-modifiki sostantivi li ġejjin:

    (a)

    fil-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013, l-għajnuna għall-kontroll tal-metodi ta' produzzjoni organika mwettqa fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u l-għajnuna għall-kontrolli mwettqa minn korpi oħrajn responsabbli għas-superviżjoni tal-użu tal-marki u t-tikketti tal-kwalità taħt skemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità rikonoxxuti ma baqgħux jitqiesu bħala kompatibbli mas-suq komuni.

    (b)

    Kompliet tingħata wkoll attenzjoni speċjali għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 14(5) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Skont dawn l-artikoli, is-servizzi kellhom jiġu pprovduti in natura u abbażi ta' kundizzjonijiet identifikati b'mod oġġettiv lill-impriżi kollha eliġibbli fil-qasam ikkonċernat.

    (c)

    Modifika ewlenija oħra, imqabbla mal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006, tikkonċerna d-differenzazzjoni bejn il-produzzjoni primarja u l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli. Fir-rigward tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni, kienet biss l-għajnuna għall-SMEs li setgħet tingħata mill-2007, l-ambitu tal-ispejjeż eliġibbli tnaqqas għas-servizzi ta' konsulenza u għal servizzi oħrajn u l-intensità tal-għajnuna tnaqqset għal 50 %. Barra minn hekk, fir-rigward tal-produzzjoni primarja, l-għajnuna lil kumpaniji kbar ma setgħetx tiġi ddikjarata bħala kompatibbli.

    Valutazzjoni

    (319)

    Mill-informazzjoni disponibbli fl-istadju tal-proċedura ta' eżaminazzjoni preliminari, ma kienx ċar jekk fl-2007 l-awtoritajiet Awstrijaċi ġabux il-miżuri li qegħdin jiġu eżaminati f'konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fuq tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013. Għalhekk, l-awtoritajiet Awstrijaċi ġew mistiedna jissottomettu informazzjoni addizzjonali sabiex juru li, fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007, il-miżuri ta' appoġġ għall-kwalità kienu konformi mar-regoli l-ġodda applikabbli mill-1 ta' Jannar 2007.

    (320)

    Fis-sottomissjoni tagħhom tal-14 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Awstrijaċi sostnew li l-obbligu li jadattaw għar-regoli ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat beda japplika mill-1 ta' Jannar 2008 u mhux mill-1 ta' Jannar 2007, kif innotat mill-Kummissjoni (ara wkoll il-premessi 172 — 173). Għalhekk, l-awtoritajiet Awstrijaċi ma pprovdew ebda informazzjoni oħra għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà. Fit-talba għall-informazzjoni tad-19 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni reġgħet stiednet lill-awtoritajiet Awstrijaċi sabiex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa dwar dan il-punt. Fit-tweġiba tagħhom tat-30 ta' April 2014, l-awtoritajiet Awstrijaċi sostnew il-fehma espressa fis-sottomissjoni preċedenti tagħhom u ma pprovdew ebda informazzjoni oħra għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà.

    (321)

    Fit-talba għall-informazzjoni tas-17 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni reġgħet stiednet lill-awtoritajiet Awstrijaċi sabiex jipprovdu l-informazzjoni għal valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri ta' kwalità. L-awtoritajiet Awstrijaċi tennew li l-obbligu li jadattaw għar-regoli ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat beda japplika mill-1 ta' Jannar 2008 u mhux mill-1 ta' Jannar 2007.

    (322)

    Il-Kummissjoni tixtieq tirrimarka li, kuntrarju għal dak li jsostnu l-awtoritajiet Awstrijaċi, l-obbligu li l-iskema tiġi adattata għar-regoli l-ġodda beda japplika mill-1 ta' Jannar 2007 u mhux mill-1 ta' Jannar 2008.

    (323)

    Fil-mument tad-dħul fis-seħħ tar-regoli l-ġodda (jiġifieri l-1 ta' Jannar 2007), il-kawża tal-Qorti T-375/04 (ara l-premessa 22) li wasslet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni NN 34 A/2000 tat-30 ta' Ġunju 2004 kienet għadha pendenti. L-annullament sussegwenti tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fit-18 ta' Novembru 2009 kellu effett retroattiv.

    (324)

    Għalhekk, l-Awstrija ma setgħetx tistrieħ fuq din id-deċiżjoni sabiex tqis l-għajnuna bħala skema ta' għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-punt 196 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013.

    (325)

    Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita

    “essenzjalment, (…) deċiżjoni pożittiva mill-Kummissjoni ma tistax tagħti lok għal stennija leġittima mill-parti tal-benefiċjarju tal-għajnuna, minn naħa, meta din id-deċiżjoni tkun ġiet ikkontestata f'ħin tajjeb quddiem il-ġudikatura tal-Komunità, u li tkun sussegwentement ġiet annullata u lanqas, min-naħa l-oħra, sakemm ma jiskadi t-terminu għall-preżentata ta' rikors jew, fil-każ li jiġi ppreżentat rikors, sakemm il-qorti Komunitarja ma tkunx tat deċiżjoni finali f'dan ir-rigward” (96).

    (326)

    Għalkemm il-miżuri koperti taħt din it-taqsima kienu ddikjarati bħala kompatibbli mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni NN 34 A/2000 tat-30 ta' Ġunju 2004, ma nħolqot ebda aspettattiva leġittima abbażi ta' din id-deċiżjoni, kemm jekk fil-livell tal-benefiċjarji jew fil-livell tal-Istati Membri. Fis-17 ta' Settembru 2004 kien diġà ġie mniedi rikors għal annullament u dan kien għadu pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-regoli ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat. Għalhekk, minħabba r-rikors għal annullament pendenti, l-awtoritajiet Awstrijaċi kellhom japplikaw il-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013 li jibda mill-1 ta' Jannar 2007.

    (327)

    Kif muri hawn fuq, ir-regoli li jikkonċernaw lill-impriżi attivi fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli nbidlu fis-sustanza fil-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013. Minħabba li l-awtoritajiet Awstrijaċi ma għamlu ebda adattament, il-miżuri dwar il-prodotti organiċi, l-impriżi kbar u l-miżura għajr is-servizzi in natura (kif deskritti fil-premessa 318) ma kinux konformi mal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li dawn il-miżuri ta' għajnuna mhumiex kompatibbli mas-suq komuni. Il-miżuri l-oħrajn (jiġifieri sakemm ma jikkonċernawx prodotti organiċi, impriżi kbar u l-miżura għajr servizzi in natura  (97)) kienu konformi mal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013 u, għalhekk, kompatibbli mas-suq komuni.

    8.7.   APPOĠĠ TEKNIKU FIL-PERJODU MILL-1 TA' JANNAR 2000 SAL-31 TA' DIĊEMBRU 2006

    (328)

    L-għajnuna għall-appoġġ tekniku għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Diċembru 2006 għandha tiġi vvalutata skont il-punt 14 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006. Skont il-punt 14.1 ta' dawk il-Linji Gwida, tali għajnuniet tqiesu mill-Kummissjoni bħala “għajnuniet mhux vinkolanti” li kkontribwixxew għall-vijabbiltà fit-tul tal-agrikoltura fil-Komunità, filwaqt li pproduċew biss effetti limitati ħafna fuq il-kompetizzjoni. L-għajnuna setgħet tingħata għal massimu ta' 100 % tal-ispejjeż sabiex tkopri, fost l-oħrajn, l-attivitajiet li ġejjin: l-organizzazzjoni ta' kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, inkluż appoġġ għall-ispejjeż imġarrba mill-parteċipazzjoni f'avvenimenti bħal dawn; u attivitajiet oħrajn għat-tixrid ta' għarfien marbut ma' tekniki ġodda, bħal proġetti pilota jew proġetti ta' dimostrazzjoni raġonevoli fuq skala żgħira.

    (329)

    L-ammont totali ta' appoġġ mogħti ma setax jaqbeż il-EUR 100 000 matul kwalunkwe perjodu ta' tliet snin għal kull benefiċjarju jew, fil-każ tal-SMEs, 50 % tal-ispejjeż eliġibbli, skont liema minnhom tkun l-akbar (il-punt 14.3 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006). Tali għajnuna kellha tkun disponibbli għal dawk kollha eliġibbli fil-qasam ikkonċernat abbażi ta' kundizzjonijiet definiti b'mod oġġettiv (il-punt 14.2 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006).

    8.7.1.   GĦAJNUNA TEKNIKA GĦAT-TIKKETTA TAL-KWALITÀ U GĦALL-BIJOTIKKETTA FIL-PERJODU MILL-1 TA' JANNAR 2000 SAL-31 TA' DIĊEMBRU 2006

    (330)

    Fir-rigward tal-bijotikketta u tat-tikketta tal-kwalità, l-għajnuna ngħatat għal proġetti ta' informazzjoni ġenerali, għal attivitajiet ta' PR għat-tixrid ta' għarfien ġenerali dwar it-tikketti u għal kompetizzjonijiet ta' kwalità (ara l-premessi 100 — 103). Dawn il-miżuri ma jipperswadux lill-klijenti sabiex jixtru prodott partikolari. Għalhekk, minflok ma huma miżuri ta' reklamar, huma miżuri ta' promozzjoni ġenerali u għajnuniet mhux vinkolanti li jaqgħu taħt il-punt 14 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006.

    (331)

    Il-miżuri ta' informazzjoni jaqgħu taħt it-tixrid ta' għarfien marbut ma' tekniki ġodda. Minnhom infushom, tali miżuri ġenerali huma ta' benefiċċju għall-produtturi kollha li jużaw it-tikketti.

    (332)

    L-għajnuna maħsuba biex tkopri l-ispejjeż għall-miżuri ta' appoġġ tekniku taqa' taħt il-punt 14.1 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006. Fl-informazzjoni pprovduta b'rabta mal-iskema ta' għajnuna NN 34 A/2000, l-awtoritajiet Awstrijaċi speċifikaw li tali għajnuna qatt ma taqbeż il-EUR 100 000 għal kull benefiċjarju f'perjodu ta' tliet snin (ara l-premessa 109). Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Awstrijaċi ġew mistiedna jipprovdu informazzjoni sabiex juru li l-assigurazzjonijiet imsemmija fuq kienu tabilħaqq irrispettati. Barra minn hekk, huma ntalbu jindikaw jekk ir-rekwiżiti stipulati fil-punti 14.2 u 14.3 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006 ġewx issodisfati wkoll fir-rigward tal-perjodu 2000-2001 (98).

    (333)

    Fis-sottomissjoni tagħhom tal-14 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Awstrijaċi kkonfermaw li l-għajnuna għal dawn il-miżuri qatt ma qabżet il-livell limitu ta' EUR 100 000 għal kull benefiċjarju f'perjodu ta' tliet snin. Għalhekk, il-kundizzjoni tal-punt 14.3 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006 ġiet issodisfata.

    (334)

    Fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-punt 14.2 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Awstrijaċi, f'talba ġdida għall-informazzjoni tas-17 ta' Diċembru 2014, sabiex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq ta' valutazzjoni tal-kompatibbiltà.

    (335)

    Fit-tweġiba tagħhom tal-25 ta' Frar 2015, l-awtoritajiet Awstrijaċi kkonfermaw li l-iskema kienet miftuħa għal dawk kollha eliġibbli fil-qasam ikkonċernat abbażi ta' kundizzjonijiet definiti b'mod oġġettiv. Għalhekk, il-kundizzjoni tal-punt 14.2 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006 ġiet issodisfata.

    (336)

    Għalhekk, l-għajnuna għal appoġġ tekniku kienet konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fil-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006 u l-Kummissjoni tqis li din l-għajnuna kienet kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87(3)(ċ) tal-KE (issa: l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE).

    8.7.2.   APPOĠĠ TEKNIKU GĦAL PRODOTTI ĠENERIĊI FIL-PERJODU MILL-1 TA' JANNAR 2000 SAL-31 TA' DIĊEMBRU 2004 (99)

    (337)

    L-għajnuna maħsuba biex tkopri l-ispejjeż għall-miżuri ta' appoġġ tekniku rigward prodotti ġeneriċi kif deskritti fil-premessi 104 — 107 taqa' taħt il-punt 14.1 (ir-raba' inċiż) tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006. Fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-punti 14.2 u 14.3, fil-ħin tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ma kellha ebda informazzjoni għal dan il-perjodu li abbażi tagħha setgħet tivvaluta jekk dawk il-kundizzjonijiet ġewx issodisfati. B'hekk, l-awtoritajiet Awstrijaċi ġew mistiedna jissottomettu l-informazzjoni meħtieġa.

    (338)

    Fis-sottomissjoni tagħhom tal-14 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Awstrijaċi kkonfermaw li l-għajnuna għal dawn il-miżuri qatt ma qabżet il-livell limitu ta' EUR 100 000 għal kull benefiċjarju f'perjodu ta' tliet snin. Għalhekk, il-kundizzjoni tal-punt 14.3 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006 ġiet issodisfata.

    (339)

    Fir-rigward tal-kundizzjoni tal-punt 14.2 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006 dwar l-għajnuna disponibbli għal dawk kollha eliġibbli fil-qasam ikkonċernat, il-Kummissjoni tinnota li din il-kundizzjoni hija ssodisfata minħabba li l-miżuri ta' appoġġ tekniku kienu jikkonċernaw informazzjoni ġenerika dwar il-prodotti. Għalhekk, il-kundizzjoni tal-punt 14.2 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006 ġiet issodisfata.

    (340)

    Għalhekk, il-kundizzjonijiet tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006 dwar l-għajnuna sabiex jiġi pprovdut appoġġ tekniku ġew issodisfati. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li din l-għajnuna kienet kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87(3)(ċ) tal-KE (issa: l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE).

    8.8.   APPOĠĠ TEKNIKU FIL-PERJODU MILL-1 TA' JANNAR 2007 SAL-31 TA' DIĊEMBRU 2008

    8.8.1.   REGOLI APPLIKABBLI

    Għajnuna għall-produtturi agrikoli primarji

    (341)

    Skont il-punt 103 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013, il-Kummissjoni tista' tiddikjara l-għajnuna mill-Istat għall-provvista ta' appoġġ tekniku mogħtija lill-produtturi primarji bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87(3)(ċ) tal-KE (issa: l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE) jekk hija tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

    (342)

    Skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, l-għajnuna tqieset bħala kompatibbli mas-suq komuni skont it-tifsira tal-Artikolu 87(3)(ċ) tal-KE (issa: l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE) jekk ingħatat għall-ispejjeż eliġibbli tal-attivitajiet ta' appoġġ tekniku elenkati fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u ssodisfat il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 15(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

    (343)

    Skont l-Artikolu 15(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar l-organizzazzjoni ta' u l-parteċipazzjoni f'fora għall-iskambju ta' għarfien bejn in-negozji, il-kompetizzjonijiet, il-wirjiet u l-fieri, l-għajnuna tista' tingħata għall-ispejjeż eliġibbli li ġejjin: il-miżati tal-parteċipazzjoni, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-ispejjeż tal-pubblikazzjonijiet, il-kera ta' bini għall-wirjiet jew premjijiet simboliċi mogħtija fil-qafas tal-kompetizzjonijiet, sa valur ta' EUR 250 għal kull premju u rebbieħ.

    (344)

    L-Artikolu 15(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 ippermetta li tingħata għajnuna għall-ispejjeż konnessi mal-vulgarizzazzjoni ta' għarfien xjentifiku u informazzjoni fattwali dwar is-sistemi ta' kwalità miftuħa għal prodotti minn pajjiżi oħrajn (mingħajr ebda referenza għal kumpaniji, marki jew oriġini individwali).

    (345)

    L-Artikolu 15(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 ippermetta li tingħata għajnuna għall-ispejjeż ta' pubblikazzjonijiet bħal katalogi jew siti elettroniċi li jippreżentaw informazzjoni fattwali dwar il-produtturi minn reġjun partikolari jew il-produtturi ta' prodott partikolari, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni u l-preżentazzjoni jibqgħu newtrali u li l-produtturi kollha kkonċernati jkollhom opportunitajiet indaqs sabiex ikunu rrappreżentati fil-pubblikazzjoni.

    (346)

    L-Artikolu 15(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 ippermetta li tingħata għajnuna għal appoġġ tekniku b'rata sa massimu ta' 100 % tal-ispejjeż, meta jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin: l-għajnuna kellha tingħata in natura permezz ta' servizzi ssussidjati u ma setgħetx tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi; l-għajnuna kellha tkun aċċessibbli għal dawk kollha eliġibbli fil-qasam ikkonċernat, abbażi ta' kundizzjonijiet definiti b'mod oġġettiv; meta l-appoġġ tekniku kien ipprovdut minn gruppi ta' produtturi jew organizzazzjonijiet oħrajn, is-sħubija ta' tali gruppi jew organizzazzjonijiet ma setgħetx tkun kundizzjoni għall-aċċess għas-servizz. Kwalunkwe kontribuzzjoni minn persuni mhux membri għall-ispejjeż amministrattivi tal-grupp jew tal-organizzazzjoni kkonċernata kellha tkun limitata għall-ispejjeż tal-provvista tas-servizz.

    Impriżi attivi fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni

    (347)

    Skont il-punt 105 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013, il-Kummissjoni tista' tiddikjara l-għajnuna mill-Istat għall-provvista ta' appoġġ tekniku lill-kumpaniji attivi fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87(3)(ċ) tal-KE (issa: l-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE) jekk hija tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 70/2001. L-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 800/2008, li ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 70/2001, iddikjara li kwalunkwe referenzi għar-Regolament (KE) Nru 70/2001 għandhom jitqiesu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 800/2008 (100).

    (348)

    Fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 800/2008 u tal-Artikolu 5(a) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001, issir referenza għall-premessa 315 ta' hawn fuq.

    (349)

    L-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 800/2008 u l-Artikolu 5(b) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001 iddikjaraw li, fir-rigward tal-għajnuna għall-parteċipazzjoni f'fieri u wirjiet, l-intensità tal-għajnuna ma setgħetx taqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli u li “spejjeż eliġibbli” tfisser l-ispejjeż imġarrba għall-kiri, it-twaqqif u t-tmexxija tal-istand għall-ewwel parteċipazzjoni minn intrapriża fi kwalunkwe fiera jew wirja partikolari.

    8.8.2.   VALUTAZZJONI TAL-APPOĠĠ TEKNIKU (IL-PRODUTTURI PRIMARJI U L-IPPROĊESSAR U L-KUMMERĊJALIZZAZZJONI)

    Għajnuna għall-produtturi agrikoli primarji

    (350)

    Il-Kummissjoni hija tal-fehma li, fis-sustanza, ir-regoli applikabbli mill-1 ta' Jannar 2007 dwar l-appoġġ tekniku għall-produtturi agrikoli primarji kienu kważi identiċi għall-kundizzjonijiet stipulati fil-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006. L-ispejjeż eliġibbli elenkati fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 huma, fis-sustanza, identiċi għall-ispejjeż enumerati fil-punt 14 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006 (101). Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 huma identiċi għad-dispożizzjoni tal-punt 14.2 tal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006. Madankollu, kuntrarju għal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006, il-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013 iddikjaraw li l-għajnuna kellha tiġi pprovduta in natura permezz ta' servizzi ssussidjati. Dwar dan il-punt, l-awtoritajiet Awstrijaċi rrimarkaw li, anki fil-perjodu wara l-2007, l-appoġġ tekniku kien fil-forma ta' servizzi ssussidjati.

    (351)

    Issir referenza għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tat-taqsima 8.7 hawn fuq. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li din l-għajnuna kienet kompatibbli mas-suq komuni.

    Impriżi attivi fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni

    (352)

    Fir-rigward tal-appoġġ tekniku għall-impriżi attivi fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni, il-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013 introduċew bidliet sostantivi meta mqabbla mar-regoli preċedenti; għalhekk, hija meħtieġa valutazzjoni separata għal din il-kategorija. Mill-informazzjoni disponibbli fl-istadju tad-deċiżjoni tal-ftuħ, ma kienx ċar jekk fl-2007 l-awtoritajiet Awstrijaċi ġabux il-miżuri ta' appoġġ tekniku li qegħdin jiġu eżaminati f'konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fuq tal-Linji Gwida. Għalhekk, l-awtoritajiet Awstrijaċi ġew mistiedna jissottomettu informazzjoni addizzjonali sabiex juru li, fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2008, il-miżuri kienu konformi mar-regoli l-ġodda. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni esprimiet dubji rigward l-issodisfar ta' dawk il-kundizzjonijiet li kienu differenti mir-rekwiżiti stipulati fil-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006. B'mod partikolari, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet Awstrijaċi għall-modifiki sostantivi li ġejjin:

    id-differenzazzjoni bejn il-produzzjoni primarja u l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli;

    fir-rigward ta' din tal-aħħar, l-għajnuna intiża biss għall-SMEs tista' tiġi ddikjarata bħala kompatibbli skont il-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013, l-ambitu tal-ispejjeż eliġibbli tnaqqas għas-servizzi ta' konsulenza u għall-parteċipazzjoni f'fieri u wirjiet u l-intensità tal-għajnuna tnaqqset għal 50 %;

    (353)

    Fis-sottomissjoni tagħhom tal-14 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Awstrijaċi sostnew li l-obbligu li jadattaw għar-regoli ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat beda japplika mill-1 ta' Jannar 2008 u mhux mill-1 ta' Jannar 2007, kif innotat mill-Kummissjoni (ara wkoll il-premessi 172 — 175). Għalhekk, l-awtoritajiet Awstrijaċi ma pprovdew ebda informazzjoni oħra għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà. Fit-talba għall-informazzjoni tad-19 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni reġgħet stiednet lill-Awstrija sabiex tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar dan il-punt. Fit-tweġiba tagħhom tat-30 ta' April 2014, l-awtoritajiet Awstrijaċi sostnew il-fehma espressa fis-sottomissjoni tagħhom tal-2012 u ma pprovdew ebda informazzjoni oħra għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà.

    (354)

    Issir referenza għar-raġunament fil-premessi 322 — 326 ta' hawn fuq, li japplika ugwalment għax-xorta ta' għajnuna msemmija f'din it-taqsima.

    (355)

    Għar-raġunijiet imsemmija fuq, sakemm l-għajnuna ta' appoġġ tekniku mogħtija lill-impriżi attivi fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2008 ma kinitx konformi mal-kundizzjonijiet ġodda stipulati għal din il-kategorija ta' għajnuna fil-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013 (jiġifieri għajnuna għall-impriżi kbar, għajnuna għall-ewwel parteċipazzjoni fil-fieri, rata ta' għajnuna ta' aktar minn 50 % għal kwalunkwe servizz għajr servizzi ta' konsulenza u l-parteċipazzjoni f'fieri ta' aktar minn 50 % jew kumpens in natura) (il-premessa 350, il-Kummissjoni tqis li tali għajnuna kienet inkompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87(3)(c) tal-KE (issa: l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE).

    (356)

    Għal miżuri oħrajn għajr dawk imsemmija fil-premessa ta' hawn fuq, il-kriterji tal-kompatibbiltà ma nbidlux meta mqabbla mal-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006. Issir referenza għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà fil-premessa 328 u ta' wara. Għalhekk, dawn il-miżuri huma kompatibbli.

    8.9.   IMPOSTI PARAFISKALI U IPOTEKAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

    (357)

    Minħabba li l-miżuri li huma s-suġġett tad-deċiżjoni preżenti huma ffinanzjati minn imposta parafiskali, il-Kummissjoni għandha teżamina ż-żewġ miżuri ffinanzjati, jiġifieri l-għajnuna effettivament mogħtija u l-mod kif tiġi ffinanzjata.

    (358)

    Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-metodu ta' finanzjament tal-għajnuna, b'mod partikolari permezz ta' kontribuzzjonijiet obbligatorji, ikun jifforma parti integrali mill-miżura ta' għajnuna, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra dan il-metodu ta' finanzjament meta teżamina l-għajnuna (102).

    (359)

    Sabiex taxxa, jew parti minn taxxa, titqies li tifforma parti integrali minn miżura ta' għajnuna, din għandha tiġi ipotekata għall-miżura ta' għajnuna skont ir-regoli nazzjonali rilevanti, fis-sens li d-dħul mit-taxxa għandu neċessarjament jiġi allokat għall-finanzjament tal-miżura ta' għajnuna (103) u l-ammont tat-taxxa għandu jkollu impatt dirett fuq l-ammont tal-għajnuna mill-Istat (104).

    8.9.1.   IL-PERJODU 1995 — 2001

    (360)

    Skont il-premessa 235 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji għall-miżuri li qegħdin jiġu eżaminati wasslet lill-Kummissjoni għall-konklużjonijiet preliminari li ġejjin: l-ewwel kriterju deher li ġie ssodisfat billi, skont l-awtoritajiet Awstrijaċi, mill-imposti miġbura bbenifikaw esklussivament il-miżuri ta' għajnuna koperti mid-deċiżjoni (ara l-premessa 53).

    (361)

    Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-ammont tal-imposta kellux impatt dirett fuq l-ammont ta' għajnuna mill-Istat, fl-istadju tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ma kellhiex l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tivvaluta jekk dan il-kriterju kienx issodisfat. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet Awstrijaċi ġew mistiedna jispjegaw jekk l-ammont ta' għajnuna inkwistjoni kienx direttament marbut mad-dħul mill-imposta, jiġifieri, jekk kienx stabbilit bil-quddiem jew jekk kienx jiddependi fuq il-ħtiġijiet ta' kummerċjalizzazzjoni konkreti ta' AMA.

    (362)

    Il-Kummissjoni indikat ukoll li, f'każ li hija tikkonkludi wara s-sottomissjoni tal-informazzjoni meħtieġa li l-imposti jifformaw parti integrali mill-miżura ta' għajnuna, hija tkun trid teżamina jekk il-finanzjament tal-iskema jiddiskriminax bejn il-prodotti importati u l-prodotti manifatturati fl-Awstrija (105), jew bejn il-prodotti nazzjonali esportati u l-prodotti nazzjonali kkummerċjalizzati fis-suq domestiku (106) (il-premessa 236 tad-deċiżjoni tal-ftuħ).

    (363)

    L-awtoritajiet Awstrijaċi ġew mistiedna jipprovdu informazzjoni dwar dawn il-punti. B'mod partikolari, huma ġew mistiedna jindikaw jekk § 21ċ(2) tal-Att dwar l-AMA, li abbażi tiegħu l-prodotti li joriġinaw minn barra l-Awstrija huma eżentati mill-imposta (ara l-premessa 58), kienx diġà fis-seħħ fl-1995 jew jekk iddaħħalx permezz ta' emenda sussegwenti tal-liġi. Barra minn hekk, l-Istat Membru ġie mistieden jispjega jekk il-prodotti ta' oriġini Awstrijaka kummerċjalizzati barra l-Awstrija setgħux jibbenifikaw mill-miżura sal-istess punt bħall-prodotti kummerċjalizzati fl-Awstrija.

    (364)

    Fil-premessa 237 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni enfasizzat li hija kellha tivverifika wkoll jekk l-imposta kinitx tmur kontra l-għanijiet tal-organizzazzjoni tas-suq komuni fis-settur agrikolu. F'dan ir-rigward, kellu jiġi vvalutat jekk l-imposti kinux jinterferixxu mal-prezz tal-prodotti finali u, b'hekk, jekk kinitx qed issir diskriminazzjoni mal-prodotti domestiċi meta mqabbla mal-prodotti importati.

    (365)

    F'dan ir-rigward, fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Awstrijaċi ġew mistiedna jipprovdu dejta li turi l-perċentwal tal-prezzijiet tal-bejgħ rispettivi li għalihom kienet tammonta l-imposta u jispjegaw kemm impatt negattiv possibbli kkawżat mill-imposta kien qed jiġi kkumpensat mill-effetti pożittivi tal-miżuri ffinanzjati mill-istess imposta. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Awstrijaċi ġew mistiedna jispjegaw jekk il-prezzijiet tal-prodotti rilevanti humiex fil-biċċa l-kbira tagħhom xprunati mis-suq.

    (366)

    Fis-sottomissjoni tagħhom tal-14 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Awstrijaċi għarrfu lill-Kummissjoni li l-prodotti barranin kienu eżentati mill-ħlas tal-imposta skont l-Art. 2ċ, il-paragrafu 2, tal-Att dwar l-AMA. Din l-eżenzjoni bdiet tapplika mill-1 ta' Jannar 1994 u, għalhekk, għall-perjodu kollu tal-valutazzjoni.

    (367)

    Fir-rigward tar-relazzjoni mal-għanijiet tal-organizzazzjoni tas-suq komuni fis-settur agrikolu, fis-sottomissjoni tagħhom tal-14 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Awstrijaċi ddikjaraw li minħabba l-fatt li l-prezzijiet kienu ffurmati minn provvista u domanda fuq is-swieq rilevanti u minħabba li ma kien hemm ebda intervent min-naħa tal-awtoritajiet, ma kienx possibbli li jiġi kkalkolat il-perċentwal tal-prezzijiet tal-bejgħ li għalihom kienet tammonta l-imposta.

    (368)

    Fl-istess tweġiba, l-awtoritajiet Awstrijaċi sostnew li l-ammont tal-imposta ma kellu ebda impatt dirett fuq l-ammont tal-għajnuna mill-Istat. Minbarra d-dħul mill-imposta ta' AMA, kienu jeżistu sorsi ta' finanzjament addizzjonali. Jiġifieri, minbarra d-'dħul nett' li ġej mill-imposta, u l-fondi tal-UE (għall-azzjonijiet koffinanzjati), inġabar dħul ieħor mingħand l-operaturi ekonomiċi permezz tal-ħlasijiet tal-liċenzji u mir-rikavat mir-royalties imħallsa fil-ħanut ta' AMA (kotba tat-tisjir, eċċ.) għall-finanzjament tal-miżuri.

    (369)

    Fil-fatt, l-awtoritajiet Awstrijaċi wrew li parti mill-finanzjament għall-miżuri ta' AMA ma kinitx koperta mill-imposta (107) u, b'hekk, l-ammont tal-għajnuna minfuqa (li min-naħa tiegħu influwenza l-ambitu tal-miżuri effettivament imwettqa) ma kienx jiddependi esklussivament fuq id-dħul mill-imposta; barra minn hekk, id-dħul mill-imposta ma kienx allokat esklussivament għall-finanzjament tal-għajnuna (108).

    (370)

    B'hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kriterji għall-ipotekazzjoni skont it-tifsira tal-ġurisprudenza ma ġewx issodisfati għall-perjodu mill-1995 sal-2001.

    8.9.2.   IL-PERJODU 2002 — 2008

    (371)

    L-awtoritajiet Awstrijaċi ġew mistiedna wkoll jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta jekk il-finanzjament parafiskali tal-miżura (imposta) kienx jifforma parti integrali mill-miżuri ta' għajnuna għall-perjodu mill-2002 sal-2008 (il-premessa 238 tad-deċiżjoni tal-ftuħ).

    (372)

    Għar-raġunijiet iddikjarati hawn fuq, u minħabba li s-sorsi ta' finanzjament baqgħu l-istess, il-Kummissjoni tqis li ma kienet teżisti ebda ipotekazzjoni bejn l-imposta u l-miżuri ta' għajnuna mill-Istat għall-perjodu mill-2002 sal-2008.

    9.   KONKLUŻJONI DWAR L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA U L-KOMPATIBBILTÀ

    (373)

    Għar-raġunijiet imsemmija fuq, u minkejja l-premessa 378 ta' hawn taħt, il-miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni ta' AMA jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

    (374)

    Għar-raġunijiet imsemmija fuq, u minkejja l-premessa 378 ta' hawn taħt, il-miżuri ta' għajnuna msemmija fil-premessi 208, 213, 327, it-tielet sentenza u 355 huma inkompatibbli mas-suq intern. Il-miżuri l-oħrajn ivvalutati hawn fuq huma kompatibbli mas-suq intern.

    (375)

    Kwalunkwe kumpens li fil-ħin tal-għotja ssodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament de minimis (109) jitqies bħala li ma jikkostitwixxi ebda għajnuna. Kwalunkwe għajnuna li, fil-ħin tal-għotja, issodisfat il-kundizzjonijiet tal-eżenzjoni kollha jew skema ta' għajnuna approvata, hija kompatibbli mas-suq intern, sal-intensitajiet tal-għajnuna massima applikabbli għal dak it-tip ta' għajnuna.

    10.   L-IRKUPRU

    (376)

    B'konformità mat-Trattat u mal-każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni hija kompetenti sabiex tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jabolixxi jew ibiddel l-għajnuna (110) meta jsib li din hija inkompatibbli mas-suq intern. Il-Qorti sostniet ukoll b'mod konsistenti li l-obbligu ta' Stat li jabolixxi l-għajnuna meqjusa mill-Kummissjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern huwa maħsub biex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel (111). F'dan il-kuntest, il-Qorti ddikjarat li dak l-objettiv jintlaħaq ladarba l-benefiċjarju jkun ħallas lura l-ammonti mogħtija permezz ta' għajnuna illegali, sabiex b'hekk jitlef il-vantaġġ li kien gawda fis-suq fuq il-kompetituri tiegħu u titreġġa' lura s-sitwazzjoni ta' qabel ma tħallset l-għajnuna (112).

    (377)

    Skont dik il-ġurisprudenza, l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (113) (minn hawn 'il quddiem ir-Regolament Proċedurali) jistabbilixxi li “meta jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju.”

    (378)

    Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament Proċedurali, is-setgħat tal-Kummissjoni sabiex tirkupra l-għajnuna inkompatibbli huma soġġetti għal perjodu ta' limitazzjoni ta' għaxar snin. Il-perjodu ta' limitazzjoni jibda minn dakinhar li l-għajnuna illegali tingħata lill-benefiċjarju. Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-Kummissjoni fir-rigward tal-għajnuna illegali tinterrompi l-perjodu ta' limitazzjoni. Il-perjodu ta' limitazzjoni jiġi sospiż sakemm id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun soġġetta għal proċedimenti quddiem l-ECJ.

    (379)

    L-ilment li wassal għall-proċedura preżenti kien riċevut fil-21 ta' Settembru 1999 (ara l-premessa 4) u l-Kummissjoni rreġistrat l-iskema bħala għajnuna mhux innotifikata fis-sena 2000 (ara l-premessa 8). Barra minn hekk, id-deċiżjoni tal-2004 tirrikonoxxi l-fatt li l-Kummissjoni ddeċidiet, għal raġunijiet amministrattivi, li taqsam il-proċedura (ara l-premessa 10) u tivvaluta l-miżuri qabel u wara s-sena 2003 separatament. Din il-qasma tal-proċedura kienet talba tal-awtoritajiet Awstrijaċi datata mit-8 ta' Marzu 2004.

    (380)

    L-azzjonijiet (il-qasma tal-proċedura rikonoxxuta mid-deċiżjoni tal-2004) u l-ittri (it-talba tal-Awstrija tat-8 ta' Marzu 2004) iċċitati hawn fuq qegħdin jinterrompu l-avvenimenti skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589.

    (381)

    Dan ifisser li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tordna l-irkupru mill-1 ta' Jannar 1995, id-data tal-adeżjoni tal-Awstrija mal-Unjoni Ewropea.

    (382)

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni NN 34 A/2000 kienet ikkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali fit-30 ta' Ġunju 2004 u d-deċiżjoni tagħha kienet appellata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-27 ta' Jannar 2010. Is-sentenza tal-Qorti ngħatat fis-27 ta' Ottubru 2011 (ara l-premessa 22 hawn fuq). Għalhekk, skont l-Artikolu 15, il-paragrafu 2, it-tielet sentenza tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, il-perjodu ta' limitazzjoni ġie sospiż bejn it-30 ta' Ġunju 2004 u s-27 ta' Ottubru 2011.

    (383)

    Għar-raġunijiet imsemmija fuq, il-perjodu ta' limitazzjoni ta' 10 snin għall-irkupru fir-rigward tal-miżuri vvalutati f'din id-deċiżjoni ma skadiex. Għalhekk, l-għajnuna inkompatibbli mill-Istat speċifikata fil-premessa 374 hawn fuq għandha tiġi rkuprata mill-awtoritajiet Awstrijaċi.

    (384)

    L-Artikolu 16(1) tar-Regolament Proċedurali jispeċifika li “fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mingħand il-benefiċjarju”.

    (385)

    L-Artikolu 16(3) tar-Regolament Proċedurali jispeċifika li “l-irkupru għandu jseħħ mingħajr dewmien u b'konformità mal-proċeduri skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, bil-kundizzjoni li dawn jippermettu l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.”

    (386)

    Il-mezzi skont il-liġi nazzjonali stabbilita mill-Istati Membri, li permezz tagħhom jimplimentaw deċiżjonijiet ta' rkupru, għandhom jagħtu effett sħiħ lid-deċiżjoni dwar l-irkupru. Għalhekk, jeħtieġ li l-miżuri nazzjonali meħuda mill-Istati Membri jwasslu għal eżekuzzjoni effettiva u immedjata tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

    (387)

    Skont ġurisprudenza stabbilita, fil-każ ta' deċiżjonijiet negattivi għal għajnuna mhux innotifikata, b'mod partikolari fejn ikun għadda perjodu ta' żmien sinifikanti, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għal evalwazzjonijiet approssimattivi tas-somom li jridu jiġu rkuprati (114).

    (388)

    Il-Kummissjoni tixtieq tirrimarka li, skont il-ġurisprudenza “l-ebda dispożizzjoni tad-dritt komunitarju ma tirrikjedi lill-Kummissjoni, meta hija tordna r-restituzzjoni ta' għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni, tistabbilixxi l-ammont eżatt tal-għajnuna li għandha tiġi restitwita. Fil-fatt, huwa biżżejjed illi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tinkludi informazzjoni li tippermetti lid-destinatarju tagħha jiddetermina dan l-ammont huwa stess, mingħajr wisq diffikultà” (115)

    (389)

    Minħabba n-natura ta' wħud mill-miżuri kkonċernati (jiġifieri miżuri li jikkonċernaw l-għajnuna indiretta lil għadd kbir ta' benefiċjarji), il-Kummissjoni mhijiex f'pożizzjoni li tiddetermina fid-deċiżjoni preżenti l-ammont ta' għajnuna eżatt għal kull benefiċjarju għal kull miżura li għaliha jkun ġie ordnat l-irkupru.

    (390)

    Għalhekk, il-Kummissjoni tirrimarka li s-somom ikkomunikati mill-awtoritajiet Awstrijaċi matul il-perjodu tal-investigazzjoni (ara l-premessi 43-45) jikkostitwixxu l-punt tat-tluq għall-kalkolazzjoni tal-għajnuniet li jridu jiġu rkuprati mill-benefiċjarji rispettivi. Il-kategoriji ta' għajnuna inkompatibbli, kif ukoll il-perjodi rilevanti, ġew identifikati fid-deċiżjoni.

    (391)

    Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, fil-qafas tal-proċedura ta' rkupru, għandu jiġi pprovdut metodu raġonevoli għall-kalkolazzjoni tal-għajnuna għal kull benefiċjarju mill-awtoritajiet Awstrijaċi, u għandu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni, fi spirtu ta' kooperazzjoni leali mal-Kummissjoni.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Awstrija għall-miżuri u l-perjodi li ġejjin hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(ċ) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea:

    għajnuna għal reklamar ġeneriku fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Diċembru 2001,

    għajnuna għar-reklamar fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 ta' Diċembru 2006,

    għajnuna għal/permezz ta' kampanji ta' reklamar barra l-Awstrija u reklamar ġeneriku fl-Awstrija, fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2002 sal-1 ta' Jannar 2004,

    għajnuna għal reklamar ta' kwalità fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2008,

    għajnuna għal/permezz ta' miżuri ta' promozzjoni f'sens usa' tal-kelma u miżuri ta' appoġġ tekniku fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 1995 sal-31 ta' Diċembru 1999,

    għajnuna fil-forma ta' assistenza teknika, servizzi ta' konsulenza u miżuri ta' kontroll marbuta mal-prodotti ta' kwalità fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 1995 sal-31 ta' Diċembru 1999,

    għajnuna għal prodotti ta' kwalità fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Diċembru 2006,

    għajnuna fil-forma ta' appoġġ tekniku fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Diċembru 2006,

    għajnuna fil-forma ta' appoġġ tekniku għal prodotti ġeneriċi fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Diċembru 2004,

    għajnuna fil-forma ta' appoġġ tekniku fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2008 għall-produtturi primarji.

    Artikolu 2

    L-iskemi ta' għajnuna mill-Istat li ġejjin, imdaħħla fis-seħħ b'mod illegali mill-Awstrija fi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huma inkompatibbli mas-suq intern, għall-perjodi rispettivi indikati:

    għajnuna għal reklamar ġeneriku fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 1995 sal-31 ta' Diċembru 1999,

    għajnuna għat-tikketta tal-kwalità fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 1995 sal-31 ta' Diċembru 1999,

    għajnuna għal prodotti ta' kwalità fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2008,

    appoġġ tekniku għall-impriżi attivi fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2008.

    Artikolu 3

    L-għajnuna individwali mogħtija taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 2 ma tikkostitwixxix għajnuna jekk, meta ngħatat, hija kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati minn regolament adottat skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 (116) li kien applikabbli fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna.

    Artikolu 4

    L-għajnuna individwali mogħtija taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 2 li, meta ngħatat, kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati minn Regolament adottat skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 994/98 jew minn kwalunkwe skema ta' għajnuna approvata oħra hija kompatibbli mas-suq intern sal-intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli għal dak it-tip ta' għajnuna.

    Artikolu 5

    L-Awstrija għandha tirkupra l-għajnuna inkompatibbli msemmija fl-Artikolu 2 mingħand il-benefiċjarji tagħha.

    Is-somom li jridu jiġu rkuprati għandu jkollhom imgħax li jibda jiddekorri mid-data tad-disborż tagħhom sakemm ikunu effettivament irkuprati.

    L-imgħax għandu jiġi kkalkulat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (117).

    Artikolu 6

    L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2 għandu jkun immedjat u effettiv.

    L-Awstrija għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur wara d-data ta' notifika ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 7

    Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta' din id-Deċiżjoni, l-Awstrija għandha tissottometti l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

    (a)

    il-lista tal-benefiċjarji li rċevew l-għajnuna abbażi tal-iskemi msemmija fl-Artikolu 2 u l-ammont totali tal-għajnuna li kull wieħed minnhom irċieva abbażi ta' dik l-iskema;

    (b)

    l-ammont totali (il-prinċipal u l-imgħax tal-irkupru) li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarji;

    (c)

    deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u ta' dawk ippjanati biex is-sitwazzjoni ssir konformi ma' din id-Deċiżjoni;

    (d)

    dokumenti li juru li l-benefiċjarja ġiet ordnata tħallas lura l-għajnuna.

    L-Awstrija għandha żżomm lill-Kummissjoni informata bil-progress tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm tiġi rkuprata l-għajnuna kollha mogħtija taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 2. Hija għandha tissottometti minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri diġà meħuda u dawk ippjanati sabiex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta' għajnuna u l-imgħax għall-irkupru li diġà ġew irkuprati mingħand il-benefiċjarji.

    Artikolu 8

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Awstrija.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta' April 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Phil HOGAN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  Stedina għas-sottomissjoni ta' kummenti skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE, dwar il-kawża tal-għajnuna mill-Istat SA.15836, tat-12 ta' Ġunju 2012, C(2012) 3760 final (ĠU C 301, 5.10.2012, p. 22).

    (2)  Kawża C-47/10 P Ir-Repubblika tal-Awstrija vs Scheucher-Fleisch GmbH u Oħrajn, ECLI:EU:C:2011:698.

    (3)  Kawża T-375/04 Scheucher-Fleisch GmbH u Oħrajn vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ECLI:EU:T:2009:445.

    (4)  L-istess linja ta' argument tintuża f'opinjoni legali mehmuża mas-sottomissjoni tal-informazzjoni mis-26 ta' Frar 2015.

    (5)  Il-miżuri tal-AMA dwar it-tikketta tal-kwalità u l-bijotikketta implimentati mis-26 ta' Settembru 2002 skont ir-regoli interni mmodifikati ġew approvati fit-30.6.2004 permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża NN 34 A/2000 (ara l-premessi 10 sa 16).

    (6)  ĠU C 28, 1.2.2000, p. 2.

    (7)  ĠU C 252, 12.9.2001, p. 5.

    (8)  Kif indikat fil-premessa 15 ta' hawn fuq, taħt l-iskema ta' għajnuna NN 34 A/2000, il-miżuri ta' reklamar tal-bijotikketta kienu limitati fiż-żmien sal-31 ta' Marzu 2006 u l-miżuri ta' sostenn għall-kwalità tal-bijotikketta sal-31 ta' Diċembru 2008.

    (9)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 1.

    (10)  Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Renju tan-Norveġja, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea, ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21, kif aġġustat minn ĠU L 1, 1.1.1995, p. 1.

    (11)  Jiġifieri, ir-referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni N88/98.

    (12)  Ara l-premessa 145 u ta' wara.

    (13)  Dawn ir-rapporti ġew sottomessi bħala l-Anness għall-ittra tal-awtoritajiet Awstrijaċi datata s-16 ta' Ottobru 2000, li permezz tagħha wieġbu għat-talba tal-Kummissjoni għal informazzjoni addizzjonali tad-19 ta' Ġunju 2000.

    (14)  Dawn ir-rapporti ġew sottomessi flimkien mal-ittra tal-awtoritajiet Awstrijaċi datata l-14 ta' Settembru 2012.

    (15)  Bundesgesetzblatt für die Republik Österreich (BGBl.) 376/1992.

    (16)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku (ĠU L 209, 24.7.1992, p. 1.)

    (17)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).

    (18)  Anness għall-punti 31 u 47 għas-sottomissjoni tal-14 ta' Settembru 2012. Is-sottomissjoni tinkludi dokument ewlieni u l-annessi għalih.

    (19)  Dawn it-tikketti ntwerew fil-premessa 13 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni NN 34 A/2000.

    (20)  Dan il-logo ntuża wkoll għall-perjodu 1999-2002.

    (21)  It-tikketta tintuża fid-direttivi dwar il-prodotti tas-sena 2000 (Richtlinien für Frischfleisch, Fleischerbetriebe, Fleischwaren, Frischeier, Putenfleisch, Milch und Milchprodukte, Obst, Gemüse und Speisekartoffeln, Speisefette, Speiseöle, Diverse Lebensmittel).

    (22)  Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta' liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti tal-ikel (ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29).

    (23)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 tal-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1).

    (24)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80).

    (25)  Dawn l-istandards huma deskritti fil-premessa 59 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni NN 34 A/2000.

    (26)  AMA-Gütesiegel Richtlinie Frischfleisch ta' April 1999, Richtlinien Frischfleisch ta' April 1997, Richtlinien Frischfleisch ta' April 1997 (Anpassung entsprechend Beiratsbeschluss vom 22.1.1998), Richtlinien Frischfleisch vom Februar 1996, Richtlinien diverse Lebensmittel.

    (27)  Ta' Frar 1997.

    (28)  Skont l-awtoritajiet Awstrijaċi, din il-formola ntużat sal-31 ta' Diċembru 2000.

    (29)  Rapport dwar l-attivitajiet ta' AMA (Tätigkeitsbericht) 1996, paġna 3.

    (30)  Rapport dwar l-attivitajiet ta' AMA (Tätigkeitsbericht) 1996, paġna 12.

    (31)  Rapport dwar l-attivitajiet ta' AMA (Tätigkeitsbericht) 1996, paġna 35.

    (32)  [……..] — miżmum ostur skont l-obbligu tas-segretezza professjonali.

    (33)  Rapport dwar l-attivitajiet ta' AMA (Tätigkeitsbericht) 1996, paġna 15.

    (34)  Iż-żewġ eżempji huma ċċitati f'rapport dwar l-attivitajiet ta' AMA (Tätigkeitsbericht) 1996, paġna 17.

    (35)  Rapport dwar l-attivitajiet ta' AMA (Tätigkeitsbericht) 1996, paġna 19.

    (36)  Rapport dwar l-attivitajiet ta' AMA (Tätigkeitsbericht) 1996, paġna 13.

    (37)  Rapport dwar l-attivitajiet ta' AMA (Tätigkeitsbericht) 1996, paġna 26.

    (38)  Rapport dwar l-attivitajiet ta' AMA (Tätigkeitsbericht) 1997, paġna 3. “Die österreichische Naturqualität hat sich mit der Unterstützung der AMA auch 1997 am Heimmarkt eine Position gesichert, mit der es gelungen ist, Eintrittsbarieren gegenüber EU-Anbietern aufzubauen und gleichzeitig den heimischen Produkten Unverwechselbarkeit zu garantieren. Dass der ‘Geschmack der Natur’ am Heimmarkt sogar Marktanteile zurückgewonnen hat, ist im Marktsegment Fruchtjoghurt klar abzulesen. So konnten 1997 von den heimischen Herstellern 15 % Marktanteil von ausländischen Anbietern zurückgewonnen werden”.

    (39)  Miżmum ostur skont l-obbligu tas-segretezza professjonali.

    (40)  Ibid.

    (41)  Dan l-eżempju ta' reklamar jista' jinstab f'p. 10 tar-rapport dwar l-attivitajiet ta' AMA (Tätigkeitsbericht) 1999.

    (42)  Rapport dwar l-attivitajiet ta' AMA (Tätigkeitsbericht) 2000, paġna 9.

    (43)  Rapport dwar l-attivitajiet ta' AMA (Tätigkeitsbericht) 2000, paġna 10.

    (44)  Rapport dwar l-attivitajiet ta' AMA (Tätigkeitsbericht) 2000, paġna 11.

    (45)  Rapport dwar l-attivitajiet ta' AMA (Tätigkeitsbericht) 2000, paġna 12.

    (46)  Sentenzi tat-13 ta' Marzu 2001 fil-Kawża C-379/98, Preussen Elektra ECLI:EU:C:2001:160, para. 58, u tal-20 ta' Novembru 2003 fil-Kawża C-126/01, GEMO ECLI:EU:C:2003:622, para. 23.

    (47)  Sottomissjoni tal-14 ta' Settembru 2012.

    (48)  Ibid.

    (49)  Artikolu 21i tal-liġi dwar l-AMA.

    (50)  Artikolu 21k tal-liġi dwar l-AMA.

    (51)  Artikolu 21 l tal-liġi dwar l-AMA.

    (52)  Artikolu 21 l(2) tal-liġi dwar l-AMA.

    (53)  L-Artikoli 21a(1), 21ċ u 21d rispettivament.

    (54)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 47.

    (55)  L-Artikolu 11(1) tal-Liġi dwar l-AMA.

    (56)  Sentenza tal-Qorti tal-15 ta' Lulju 2004 fil-kawża C-345/02, Pearle, ECLI:EU:C:2004:448, para. 35-38.

    (57)  Sentenza tat-30 ta' Mejju 2013 fil-kawża C-677/11, Doux Élevage SNC u Coopérative agricole GBP-ARREE vs Ministère de l'Agriculture, ECLI:EU:C:2013:348, para. 32, 35 u 38.

    (58)  Sentenza tal-Qorti fil-Kawża C-280/00, Altmark, ECLI:EU:C:2003:415, para. 84.

    (59)  Sentenza tal-Qorti fil-Kawża C-355/00, Freskot AE vs Elliniko Dimosio, ECLI:EU:C:2003:298, para. 83.

    (60)  Sentenza tal-Qorti tat-22 ta' Marzu 1977 fil-Kawża 78/76, Steinike & Weinlig, ECLI:EU:C:1977:52, para. 22.

    (61)  Sentenza tal-Qorti fil-Kawża C-75/97, Il-Belġju vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1999:311, para. 31.

    (62)  Sentenza tal-Qorti fil-Kawża 730/79, Philip Morris Holland BV vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1980:209, para. 11 u 12.

    (63)  Ara, b'mod partikolari, is-sentenza tal-Qorti fil-Kawża 102/87, Ir-Repubblika Franċiża vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1988:391.

    (64)  Sors: Eurostat.

    (65)  Skont l-Artikolu 1(b)(iii) flimkien mal-Artikolu 4(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1), meta l-Kummissjoni ma tkun ħadet ebda deċiżjoni fi żmien xahrejn wara n-notifika, l-Istat Membru kkonċernat jista' jimplimenta l-miżura, wara li jkun ta lill-Kummissjoni notifika minn qabel tagħha, sakemm il-Kummissjoni ma tiħux deċiżjoni fi żmien perjodu ta' 15-il jum tax-xogħol wara din in-notifika. Ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 daħal fis-seħħ fl-1999 u, għalhekk, mhuwiex applikabbli għall-ittra inkwistjoni, li tmur lura għall-1997. Madankollu, id-dispożizzjonijiet imsemmija fuq tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tqiesu bħala kodifikazzjoni tal-hekk imsejħa ġurisprudenza ta' Lorenz (sentenza tal-Qorti fil-Kawża 120/73, Lorenz, ECLI:EU:C:1973:152, para.4 sa 6), li tgħid li għajnuna titqies bħala approvata u tikkwalifika bħala għajnuna eżistenti wara li jgħaddu xahrejn min-notifika u min-notifika minn qabel mingħajr reazzjoni mill-Kummissjoni.

    (66)  N 175/2006, N 589/2008 u N 496/2009.

    (67)  Förderung und Sicherung des Absatzes von inlandischen land- und forstwirtschaftlichen Erzeugnissen.

    (68)  Il-Kawża T-375/04 Scheucher-Fleisch GmbH u Oħrajn vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ECLI:EU:T:2009:445, Para. 86 u 87. Iva, korrett

    (69)  BGBl. Teil I, Nru. 55/2007.

    (70)  Din ir-referenza hija inkluża fl-artikli kollha dwar l-oriġini tal-prodotti tar-regoli li jirregolaw il-logo tal-laħam frisk mill-1995.

    (71)  ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.

    (72)  ĠU C 319, 27.12.2006, p. 1.

    (73)  C-199/06 CELF/SIDE, ECLI:EU:C:2008:79, para. 68.

    (74)  ĠU C 272, 28.10.1986, p. 3.

    (75)  ĠU C 302, 12.11.1987, p. 6.

    (76)  ĠU C 252, 12.9.2001, p. 5.

    (77)  Il-punt 1.1 tal-Qafas tar-Reklamar tal-1987.

    (78)  Il-punt 5(b) tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001.

    (79)  Il-punt 7 tal-Linji Gwida dwar ir-Reklamar tal-2001.

    (80)  Il-punt 152 (a) tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013.

    (81)  Għandu jiġi nnotat li l-punt 2.1.1 (bin-nota 1 f'qiegħ il-paġna) tal-Qafas tar-Reklamar jagħmel referenza diretta għal-linji gwida tal-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tal-1986.

    (82)  Kif jista' jidher mit-test tal-Komunikazzjoni tal-1986, hija fittxet li tipprovdi gwida li għandha tiżgura li l-kampanji ta' promozzjoni mill-Istati Membri jibqgħu fil-limiti permessi mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b'mod partikolari fil-Kawża 222/82 Apple & Pear Development Council vs K.J. Lewis Ltd u oħrajn, EU:C:1983:370.

    (83)  B'referenza għall-Komunikazzjoni tal-1986.

    (84)  Ara wkoll il-premessa 65 hawn fuq.

    (85)  Il-baġit totali tal-miżura kien ta' EUR 4 165 399 u kien koffinanzjat minn fondi tal-UE f'sehem ta' EUR 2 082 699 u minn mezzi nazzjonali li jammontaw għal EUR 709 721,78. Il-bqija kien iffinanzjat mill-imposta ta' AMA.

    (86)  Il-baġit totali kien ta' EUR 2 659 974. Fis-snin 2007 u 2008, il-parti tal-UE kienet tammonta għal EUR 550 047 u l-parti nazzjonali kienet tammonta għal EUR 142 967.

    (87)  Il-perjodu wara l-2004 huwa kopert mid-deċiżjoni N 239/2004. Ara l-premessa 39 hawn fuq.

    (88)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).

    (89)  F'dan ir-rigward, ara pereżempju d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-kawżi N 570/1998 (ikkwotata diġà fil-premessa (41) hawn fuq), N 662/1998 (id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30.4.1999, SG(99) D/3095), u C(1999) 4227 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/132/KE tal-25 ta' Novembru 1999 dwar il-miżura li l-Ġermanja qiegħda tippjana biex timplimenta għall-promozzjoni ta' prodotti agrikoli f' Mecklenburg-Vorpommern (ĠU L 37, 12.2.2000, p. 31)). Għall-fini tal-valutazzjoni f'din it-taqsima, il-Kummissjoni tagħmel referenza għall-valutazzjoni mwettqa f'dawn id-deċiżjonijiet.

    (90)  Proposti għal miżuri xierqa relatati mal-għajnuniet mogħtija mill-Istati Membri fis-settur tal-bhejjem u tal-prodotti tal-bhejjem. Nru S/75/29416, 29.9.1975.

    (91)  Ara l-premessa 304 hawn taħt.

    (92)  Ara analiżi dettaljata tal-Kapitolu IV.J tal-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013 fit-taqsima 8.6 ta' hawn taħt.

    (93)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3).

    (94)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta' Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna tal-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33).

    (95)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3).

    (96)  Sentenza tal-Qorti fil-Kawża C-1/09, Centre d'exportation du livre français (CELF) and Ministre de la Culture et de la Communication v Société internationale de diffusion et d'édition (SIDE), ECLI:EU:C:2010:136, para. 45.

    (97)  Kuntrarju għall-qafas legali preċedenti, dawn il-kategoriji ma kinux għadhom eliġibbli skont il-Linji Gwida għall-perjodu 2007-2013. Ara l-premessa 318.

    (98)  Fir-rigward tal-perjodu ta' referenza li għalih għandha tiġi pprovduta informazzjoni, l-awtoritajiet Awstrijaċi ġew mistiedna jieħdu f'kunsiderazzjoni l-kummenti li saru fil-premessa 243 ta' hawn fuq rigward l-eżistenza (jew le) ta' perjodu tranżitorju.

    (99)  Il-miżuri ġeneriċi wara s-sena 2004 kienu koperti mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni N 239/2004 (ara wkoll il-premessa 20 ta' hawn fuq). Din id-deċiżjoni ma kinitx affettwata mis-sentenzi tal-Qorti msemmija fil-premessa 22 u ta' wara.

    (100)  Kif ġie spjegat fil-premessa 314 hawn fuq, bejn l-1 Jannar 2007 u t-28 ta' Awwissu 2008, l-Artikolu 5 (a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001 kien applikabbli għall-għajnuna inkwistjoni u, wara dik id-data, l-Artikoli 26 u 27 tar-Regolament (KE) Nru 800/2008 saru applikabbli. Madankollu, billi dawk l-artikoli jistabbilixxu l-istess kundizzjonijiet, mhuwiex meħtieġ li ssir differenzazzjoni fil-valutazzjoni bejn il-perjodi ta' żmien imsemmija fuq.

    (101)  Il-Linji Gwida għall-perjodu 2000-2006 jipprovdu lista mhux eżawrjenti ta' attivitajiet koperti taħt l-għajnuna teknika.

    (102)  Sentenza tal-Qorti tal-21 ta' Ottubru 2003 fil-Kawżi Konġunti C-261/01 u C-262/01, Van Calster, ECLI:EU:C:2003:571, para. 49.

    (103)  Sentenza tal-Qorti tat-13 ta' Jannar 2005 fil-Kawża C-174/02, Streekgewest Westelijk Noord-Brabant, ECLI:EU:C:2005:10, para. 26, Sentenza tal-Qorti tas-27 ta' Ottubru 2005 fil-Kawżi Konġunti C-266/04 to C-270/04, C-276/04 u C-321/04 to C-325/04, Nazairdis SAS e.a./Caisse nationale de l'organisation autonome d'assurance vieillesse des travailleurs non salariés des professions industrielles et commerciales (Organic), ECLI:EU:C:2005:657, para. 46 sa 49.

    (104)  Streekgewest Westelijk Noord-Brabant, cited above in footnote 102, para. 28 u s-Sentenza tal-Qorti tal-15 ta' Ġunju 2006, C-41/05, Air Liquide, ECLI:EU:C:2006:403, para. 46.

    (105)  Fir-rigward tad-diskriminazzjoni bejn il-prodotti domestiċi u esportati, ara fost l-oħrajn is-Sentenza tal-Qorti tat-23 ta' April 2002 fil-kawża C-234/99, Nygard, ECLI:EU:C:2002:244, para. 21-22.

    (106)  Fir-rigward tad-diskriminazzjoni bejn il-prodotti domestiċi u esportati, ara fost l-oħrajn is-Sentenza tal-Qorti tal-11 ta' Marzu 1992 fil-kawżi konġunti C-78/90, C-79/90, C-80/90, C-81/90, C-82/90 u C-83/90, Compagnie Commerciale de l'Ouest, ECLI:EU:C:1992:118, para. 26.

    (107)  Skont is-sottomissjoni tal-25 ta' Frar 2015, is-somom miġbura mil-liċenzji kienu fil-firxa ta' bejn 2,01 % u 2,84 % tad-dħul annwali. Ir-rikavat mill-ħanut ta' AMA kien ivarja fil-firxa ta' bejn 0,08 % u 0,48 % tad-dħul annwali.

    (108)  Ara, pereżempju, is-sitwazzjoni għas-sena 2001: Kif jista' jidher mit-tabelli riprodotti hawn fuq fil-premessi 43 u 56, l-ammont tal-imposta miġbura kien ta' EUR 15-il miljun, filwaqt li EUR 12-il miljun biss tħallsu bħala għajnuna. Filwaqt li s-somom u l-proporzjonijiet ivarjaw għal kull sena (f'xi snin, l-ammont ta' għajnuna qabeż l-ammont tal-imposti miġbura), jidher b'mod ċar li l-ammont tal-imposta ma kienx jittraduċi direttament f'livell ta' għajnuna partikolari.

    (109)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1), Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna de minimis (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 tat-12 ta' Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna de minimis (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 30), Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-regola de minimis għall-għajnuna mill-Istat (ĠU C 68, 6.3.1996, p. 9), Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura, (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9), Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2007 tal- 20 ta' Diċembru 2007 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuniet de minimis fis-settur tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 35), Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1860/2004 tas-6 ta' Ottubru 2004 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna de minimis fis-setturi tal-agrikoltura u tas-sajd (ĠU L 325, 28.10.2004, p. 4).

    (110)  Il-Kawża C-70/72, Il-Kummissjoni vs il-Ġermanja, ECLI:EU:C:1973:87, para. 13.

    (111)  Il-Kawżi Konġunti C-278/92, C-279/92 u C-280/92, Spanja vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1994:325, para. 75.

    (112)  Il-Kawża C-75/97, Il-Belġju vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1999:311, para. 64-65.

    (113)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

    (114)  Il-Kawża T-366/00, Scott SA vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2007:99, para. 96.

    (115)  Il-Kawża C-480/98, Spanja vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2000:559, para. 25.

    (116)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta' Mejju 1998 dwar lapplikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċertu kategoriji ta' Għajnuna mill-Istat orizzontali (ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1).

    (117)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).


    Top